5.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 125/180


P9_TA(2022)0311

Regolament dwar id-deforestazzjoni ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Settembru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni kif ukoll l-esportazzjoni mill-Unjoni ta' ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (COM(2021)0706 – C9-0430/2021 – 2021/0366(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2023/C 125/21)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-foresti jipprovdu varjetà wiesgħa ta' benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali, inkluż prodotti tal-injam u tal-foresti li ma humiex injam u servizzi ambjentali essenzjali għall-umanità, peress li fihom tinsab il-biċċa l-kbira tal-bijodiversità terrestri tad-dinja. Dawn isostnu l-funzjonijiet ta' ekosistema, jgħinu fil-protezzjoni tas-sistema klimatika, jipprovdu arja nadifa u għandhom rwol vitali għall-purifikazzjoni tal-ilmijiet u tal-ħamrija kif ukoll għaż-żamma tal-ilma. Barra minn hekk, il-foresti jipprovdu sussistenza u introjtu għal madwar terz tal-popolazzjoni tad-dinja u l-qerda tagħhom għandha konsegwenzi serji għall-għajxien tal-persuni l-aktar vulnerabbli, inkluż il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali li jiddependu ħafna mill-ekosistemi tal-foresti (18). Barra minn hekk , id-deforestazzjoni d-degradazzjoni tal-foresti jnaqqsu l-bjar ta' karbonju essenzjali jżidu l-probabbiltà ta' mard ġdid li jinxtered mill-annimali għall-bnedmin .

(1)

Il-foresti jipprovdu varjetà wiesgħa ta' benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali, inkluż prodotti tal-injam u tal-foresti li ma humiex injam u servizzi ambjentali essenzjali għall-umanità, peress li fihom tinsab il-biċċa l-kbira tal-bijodiversità terrestri tad-dinja. Dawn isostnu l-funzjonijiet ta' ekosistema, jgħinu fil-protezzjoni tas-sistema klimatika, jipprovdu arja nadifa u għandhom rwol vitali għall-purifikazzjoni tal-ilmijiet u tal-ħamrija kif ukoll għaż-żamma tal-ilma u l-irriċarġjar, filwaqt li aktar minn kwart mill-mediċini moderni jiġu mill-pjanti tal-foresti tropikali. Żoni kbar tal-foresti jaġixxu bħala sors ta' umdità u jgħinu fil-prevenzjoni tad-deżertifikazzjoni tar-reġjuni kontinentali . Barra minn hekk, il-foresti jipprovdu sussistenza u introjtu għal madwar terz tal-popolazzjoni tad-dinja u l-qerda tagħhom għandha konsegwenzi serji għall-għajxien tal-persuni l-aktar vulnerabbli, inkluż il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali li jiddependu ħafna mill-ekosistemi tal-foresti (18). Barra minn hekk, id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti jnaqqsu l-bjar ta' karbonju essenzjali. Id-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti jżidu wkoll il-kuntatti bejn l-annimali selvaġġi, l-annimali mrobbija fl-irziezet u l-bnedmin, b'hekk iżidu l-probabbiltà ta' mard ġdid li jinxtered u r-riskji ta' epidemiji u pandemiji ġodda .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Id-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti qegħdin iseħħu b'rata allarmanti. L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti tistma li 420 miljun ettaru ta' foresta – madwar 10 % tal-foresti li jifdal fid-dinja u żona akbar mill-Unjoni Ewropea – intilfu madwar id-dinja bejn l-1990 u l-2020 (19). Id-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti huma, min-naħa tagħhom, xprunaturi importanti tat-tisħin globali u tat-telfien tal-bijodiversità — l-aktar żewġ sfidi ambjentali importanti ta' żminijietna. Madankollu kull sena d-dinja tkompli titlef 10 miljun ettaru ta' foresta.

(2)

Id-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti qegħdin iseħħu b'rata allarmanti. L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti tistma li 420 miljun ettaru ta' foresta – madwar 10 % tal-foresti li jifdal fid-dinja u żona akbar mill-Unjoni Ewropea – intilfu madwar id-dinja bejn l-1990 u l-2020 (19). Id-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti huma, min-naħa tagħhom, xprunaturi importanti tat-tisħin globali u tat-telfien tal-bijodiversità — l-aktar żewġ sfidi ambjentali importanti ta' żminijietna. Madankollu kull sena d-dinja tkompli titlef 10 miljun ettaru ta' foresta. Il-foresti huma affettwati ħafna wkoll mit-tibdil fil-klima, u jenħtieġ li jiġu indirizzati ħafna sfidi biex jiġu żgurati l-adattabbiltà u r-reżiljenza tal-foresti fid-deċennji li ġejjin.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Id-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti jikkontribwixxu għall-kriżi klimatika globali b'diversi modi. Tassew importanti, dawn iżidu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz ta' nirien fil-foresti assoċjati, filwaqt li jneħħu permanentement l-kapaċitajiet tal-bir tal-karbonju, inaqqsu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima taż-żona affettwata u jnaqqsu sostanzjalment il-bijodiversità. Id-deforestazzjoni waħedha tammonta għal 11 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (20).

(3)

Id-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti jikkontribwixxu għall-kriżi klimatika globali b'diversi modi. Tassew importanti, dawn iżidu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz ta' nirien fil-foresti assoċjati, filwaqt li jneħħu permanentement l-kapaċitajiet tal-bir tal-karbonju, inaqqsu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima taż-żona affettwata u jnaqqsu sostanzjalment il-bijodiversità u r-reżiljenza kontra l-mard u l-pesti . Id-Deforestazzjoni waħedha tammonta għal 11 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (20).

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Id-deterjorament tal-klima jwassal għat-telfien tal-bijodiversità fuq livell globali u t-telfien tal-bijodiversità jaggrava t-tibdil fil-klima, li huma marbuta inseparabbilment, kif ikkonfermaw studji riċenti. Il-bijodiversità tgħin sabiex jiġi mitigat it-tibdil fil-klima. L-insetti, l-għasafar u l-mammiferi jaġixxu bħala dakkara, ixerrdu ż-żrieragħ u jistgħu jgħinu sabiex il-karbonju jinħażen aktar effiċjentement, direttament jew indirettament. Il-foresti jiżguraw ukoll rikostituzzjoni kontinwa tar-riżorsi tal-ilma u l-prevenzjoni tan-nixfiet u l-effetti dannużi tagħhom għall-komunitajiet lokali, inkluż il-popli indiġeni. It-tnaqqis drastiku tad-deforestazzjoni u  tad-degradazzjoni tal-foresti u r-restawr sistemiku tal-foresti u ta' ekosistemi oħra huma l-akbar opportunità unika bbażata fuq in-natura għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

(4)

Id-deterjorament tal-klima jwassal għat-telfien tal-bijodiversità fuq livell globali u t-telfien tal-bijodiversità jaggrava t-tibdil fil-klima, li huma marbuta inseparabbilment, kif ikkonfermaw studji riċenti. Il-bijodiversità u l-ekosistemi huma fundamentali għall-iżvilupp reżiljenti għat-tibdil fil-klima (1a). L-insetti, l-għasafar u l-mammiferi jaġixxu bħala dakkara, ixerrdu ż-żrieragħ u jistgħu jgħinu sabiex il-karbonju jinħażen aktar effiċjentement, direttament jew indirettament. Il-foresti jiżguraw ukoll rikostituzzjoni kontinwa tar-riżorsi tal-ilma u l-prevenzjoni tan-nixfiet u l-effetti dannużi tagħhom għall-komunitajiet lokali, inkluż il-popli indiġeni. It-tnaqqis drastiku tad-deforestazzjoni , tad-degradazzjoni tal-foresti tal-konverżjoni tal-foresti u r-restawr sistemiku tal-foresti u ta' ekosistemi oħra huma l-akbar opportunità unika bbażata fuq in-natura għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Il-bijodiversità hija essenzjali għar-reżiljenza tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom kemm fil-livell lokali kif ukoll f'dak globali. Aktar minn nofs il-prodott domestiku gross globali jiddependi min-natura u mis-servizzi li jipprovdi. Tliet setturi ekonomiċi ewlenin – il-kostruzzjoni, l-agrikoltura, l-ikel u x-xorb – kollha jiddependu ħafna min-natura. It-telfien tal-bijodiversità jhedded ċikli tal-ilma sostenibbli u s-sistemi tal-ikel tagħna, u jqiegħed is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni tagħna f'riskju. Aktar minn 75 % tat-tipi tal-għelejjel tal-ikel madwar id-dinja jiddependu mid-dakkir mill-annimali. Barra minn hekk, diversi setturi industrijali jiddependu mid-diversità ġenetika u s-servizzi tal-ekosistema bħala inputs kritiċi għall-produzzjoni, partikolarment għall-mediċini.

(5)

Il-bijodiversità hija essenzjali għar-reżiljenza tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom kemm fil-livell lokali kif ukoll f'dak globali. Aktar minn nofs il-prodott domestiku gross globali jiddependi min-natura u mis-servizzi li jipprovdi. Tliet setturi ekonomiċi ewlenin – il-kostruzzjoni, l-agrikoltura, l-ikel u x-xorb – kollha jiddependu ħafna min-natura. It-telfien tal-bijodiversità jhedded ċikli tal-ilma sostenibbli u s-sistemi tal-ikel tagħna, u jqiegħed is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni tagħna f'riskju. Aktar minn 75 % tat-tipi tal-għelejjel tal-ikel madwar id-dinja jiddependu mid-dakkir mill-annimali. Barra minn hekk, diversi setturi industrijali jiddependu mid-diversità ġenetika u s-servizzi tal-ekosistema preżenti f'foresti kumplessi u li jirriġeneraw b'mod naturali b'relazzjonijiet simbjotiċi kumplessi sostnuti, bħala inputs kritiċi għall-produzzjoni, partikolarment għall-mediċini , inklużi l-antimikrobiċi . Barra minn hekk, it-traspirazzjoni, il-proċess li bih is-siġar jieħdu l-ilma mill-art u jirrilaxxawh fl-atmosfera mill-weraq tagħhom, hija sors ewlieni ta' ilma fl-atmosfera, u hija stmata li hija responsabbli għal madwar nofs il-preċipitazzjoni kollha. Id-deforestazzjoni għalhekk tinfluwenza ħafna r-reġim tax-xita u r-regolamentazzjoni naturali tal-flussi tal-ilma, kemm fil-foresti kif ukoll fiż-żoni tal-madwar. L-impatt tad-deforestazzjoni fuq is-sistema tar-riċiklaġġ tal-ilma tad-dinja jirriskja li jkun devastanti daqs l-impatt tagħha fuq it-tibdil fil-klima.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

It-tibdil fil-klima, it-telfien tal-bijodiversità u d-deforestazzjoni huma preokkupazzjonijiet tal-ogħla importanza globali, li jaffettwaw is-sopravivenza tal-umanità u l-kundizzjonijiet tal-għajxien sostnuti fid-Dinja. L-aċċellerazzjoni tat-tibdil fil-klima, it-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni ambjentali, flimkien ma' eżempji tanġibbli tal-effetti devastanti tagħhom fuq in-natura, il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-bniedem u l-ekonomiji lokali, wasslu għar-rikonoxximent tat-tranżizzjoni ekoloġika bħala l-objettiv fundamentali ta' żminijietna u kwistjoni ta' ekwità interġenerazzjonali.

(6)

It-tibdil fil-klima, it-telfien tal-bijodiversità u d-deforestazzjoni huma preokkupazzjonijiet tal-ogħla importanza globali, li jaffettwaw is-sopravivenza tal-umanità u l-kundizzjonijiet tal-għajxien sostnuti fid-Dinja. L-aċċellerazzjoni tat-tibdil fil-klima, it-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni ambjentali, flimkien ma' eżempji tanġibbli tal-effetti devastanti tagħhom fuq in-natura, il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-bniedem u l-ekonomiji lokali, wasslu għar-rikonoxximent tat-tranżizzjoni ekoloġika bħala l-objettiv fundamentali ta' żminijietna u kwistjoni ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri u ekwità interġenerazzjonali.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Mill-227 attakk letali kontra d-difensuri tal-ambjent u tal-art irreġistrati fl-2020, 70 % ta' dawk maqtula kienu qed jaħdmu biex jiddefendu l-foresti tad-dinja mid-deforestazzjoni u l-iżvilupp industrijali. Dawk l-attakki huma mmirati b'mod sproporzjonat għall-popli indiġeni, li kienu l-mira ta' terz tal-qtil irreġistrat fl-2020.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Il-konsum tal-Unjoni huwa xprunatur konsiderevoli tad-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti fuq skala globali. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-inizjattiva stmat li mingħajr intervent regolatorju xieraq, il-konsum u l-produzzjoni tal-UE tas-sitt komoditajiet inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni (injam, bhejjem tal-ifrat, sojja, żejt tal-palm, kawkaw u kafè) se jiżdiedu għal madwar 248 000  ettaru ta' deforestazzjoni kull sena sal-2030.

(7)

Il-konsum tal-Unjoni huwa xprunatur konsiderevoli tad-deforestazzjoni , tal-konverżjoni tal-ekosistema naturali tad-degradazzjoni tal-ekosistema naturali u tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti fuq skala globali. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-inizjattiva stmat li mingħajr intervent regolatorju xieraq, il-konsum u l-produzzjoni tal-UE ta' biss sitt komoditajiet (injam, bhejjem tal-ifrat, sojja, żejt tal-palm, kawkaw u kafè) se jiżdiedu għal madwar 248 000  ettaru ta' deforestazzjoni kull sena sal-2030.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-foresti fl-UE, ir-rapport dwar l-Istat tal-Foresti tal-Ewropa għall-2020 (21) jiddikjara li, bejn l-1990 u l-2020, iż-żona tal-foresti fl-Ewropa żdiedet b'9 %, il-karbonju maħżun fil-bijomassa kiber b'50 % u l-provvista tal-injam żdiedet b'40 %. Madankollu, anqas minn 5 % taż-żoni tal-foresti Ewropej jitqiesu mhux disturbati, jew naturali, skont ir-rapport dwar l-Istat tal-Ambjent għall-2020 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (22).

(8)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-foresti fl-UE, ir-rapport dwar l-Istat tal-Foresti tal-Ewropa għall-2020 (21) jiddikjara li, bejn l-1990 u l-2020, iż-żona tal-foresti fl-Ewropa żdiedet b'9 %, il-karbonju maħżun fil-bijomassa kiber b'50 % u l-provvista tal-injam żdiedet b'40 %. Madankollu, il-foresti naturali u antiki huma wkoll soġġetti għal intensifikazzjoni tal-ġestjoni u l-bijodiversità unika u l-karatteristiċi strutturali tagħhom jinsabu fil-periklu. Madankollu, anqas minn 5 % taż-żoni tal-foresti Ewropej jitqiesu mhux disturbati, jew naturali, skont ir-rapport dwar l-Istat tal-Ambjent għall-2020 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent , u t-tibdil fil-klima jwassal għal theddid li jvarja minn xejriet estremi tat-temp għal mard mill-insetti. L-ekosistemi tal-foresti jridu jlaħħqu ma' pressjonijiet multipli ġġenerati minn attivitajiet relatati mal-bniedem. Dawn jinkludu attivitajiet li jaffettwaw direttament l-ekosistemi u l-ħabitats bħal ċerti prattiki ta' ġestjoni tal-foresti. B'mod partikolari, foresti ġestiti b'mod intensiv b'età ugwali jista' jkollhom impatt sever fuq ħabitats sħaħ permezz ta' qtugħ ċar u tneħħija ta' injam mejjel  (22) .

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Fl-2019, il-Kummissjoni adottat diversi inizjattivi sabiex tindirizza l-kriżijiet ambjentali globali, inkluż azzjonijiet speċifiċi dwar id-deforestazzjoni. Fil-Komunikazzjoni tagħha “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” (23), il-Kummissjoni identifikat bħala prijorità t-tnaqqis tal-impronta tal-konsum tal-Unjoni fuq l-art u l-inkoraġġiment tal-konsum ta' prodotti mill-ktajjen tal-provvista mingħajr deforestazzjoni fl-Unjoni. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (24), il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida għat-tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u għanja, b'ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti tal-gassijiet serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi u l-ebda persuna jew post ma jitħalla jibqa' lura. Din għandha wkoll l-għan li tipproteġi, tikkonserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini u tal-ġenerazzjonijiet futuri minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Barra minn hekk, il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li jipprovdi liċ-ċittadini u lill-ġenerazzjonijiet futuri, fost l-oħrajn, arja friska, ilma nadif, ħamrija tajba u bijodiversità. Għal dak il-għan, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (25), l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt (26), l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti (27), il-pjan ta' azzjoni tal-UE għal tniġġis żero (28) u strateġiji rilevanti oħra (29) żviluppati skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, ikomplu jenfasizzaw l-importanza tal-azzjoni dwar il-protezzjoni u r-reżiljenza tal-foresti. Partikolarment, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għandha l-għan li tipproteġi n-natura u treġġa' lura d-degradazzjoni tal-ekosistemi. Fl-aħħar nett, l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija (30) ttejjeb il-protezzjoni tal-ambjent u tal-ekosistemi filwaqt li tindirizza d-domanda dejjem akbar għall-ikel, l-għalf, l-enerġija, il-materjali u l-prodotti billi tfittex modi ġodda għall-produzzjoni u l-konsum.

(9)

Fl-2019, il-Kummissjoni adottat diversi inizjattivi sabiex tindirizza l-kriżijiet ambjentali globali, inkluż azzjonijiet speċifiċi dwar id-deforestazzjoni. Fil-Komunikazzjoni tagħha “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” (23), il-Kummissjoni identifikat bħala prijorità t-tnaqqis tal-impronta tal-konsum tal-Unjoni fuq l-art u l-inkoraġġiment tal-konsum ta' prodotti mill-ktajjen tal-provvista mingħajr deforestazzjoni fl-Unjoni. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (24), il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida għat-tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u għanja, b'ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva mibnija fuq kummerċ ħieles sostenibbli bbażat fuq ir-regoli , fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti tal-gassijiet serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi u l-ebda persuna jew post ma jitħallew jibqgħu lura. Din għandha wkoll l-għan li tipproteġi, tikkonserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini u tal-ġenerazzjonijiet futuri minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Barra minn hekk, il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li jipprovdi liċ-ċittadini u lill-ġenerazzjonijiet futuri, fost l-oħrajn, arja friska, ilma nadif, ħamrija tajba u bijodiversità. Għal dak il-għan, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (25), l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt (26), l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti (27), il-pjan ta' azzjoni tal-UE għal tniġġis żero (28) u strateġiji rilevanti oħra (29) żviluppati skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, ikomplu jenfasizzaw l-importanza tal-azzjoni dwar il-protezzjoni u r-reżiljenza tal-foresti. Partikolarment, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għandha l-għan li tipproteġi n-natura u treġġa' lura d-degradazzjoni tal-ekosistemi. Fl-aħħar nett, l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija (30) ttejjeb il-protezzjoni tal-ambjent u tal-ekosistemi filwaqt li tindirizza d-domanda dejjem akbar għall-ikel, l-għalf, l-enerġija, il-materjali u l-prodotti billi tfittex modi ġodda għall-produzzjoni u l-konsum.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

L-Istati Membri ripetutament esprimew il-preokkupazzjoni tagħhom dwar id-deforestazzjoni persistenti. Huma enfasizzaw li peress li l-politiki u l-azzjoni attwali fil-livell globali dwar il-konservazzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ma humiex biżżejjed sabiex iwaqqfu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, hija meħtieġa azzjoni msaħħa tal-Unjoni sabiex tikkontribwixxi b'mod aktar effettiv għall-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), skont l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp sostenibbli, li ġiet adottata mill-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2015. Il-Kunsill appoġġa speċifikament it-tħabbira tal-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” li se tivvaluta miżuri regolatorji u mhux regolatorji addizzjonali u li se tippreżenta proposti rispettivi (31).

(10)

L-Istati Membri ripetutament esprimew il-preokkupazzjoni tagħhom dwar id-deforestazzjoni persistenti. Huma enfasizzaw li peress li l-politiki u l-azzjoni attwali fil-livell globali dwar il-konservazzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ma humiex biżżejjed sabiex iwaqqfu d-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti, il-konverżjoni tal-foresti u t-telf tal-bijodiversità , hija meħtieġa azzjoni msaħħa tal-Unjoni sabiex tikkontribwixxi b'mod aktar effettiv għall-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), skont l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp sostenibbli, li ġiet adottata mill-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2015 . Il-Kummissjoni u l-Istati Membri impenjaw ruħhom ukoll għad-Deċennju ta' Azzjoni tan-NU għall-SDGs, għad-Deċennju tan-NU dwar ir-Restawr tal-Ekosistemi u għad-Deċennju tal-Biedja mill-Familja tan-NU . Il-Kunsill appoġġa speċifikament it-tħabbira tal-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” li se tivvaluta miżuri regolatorji u mhux regolatorji addizzjonali u li se tippreżenta proposti rispettivi (31).

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Il-Parlament Ewropew enfasizza li l-qerda kontinwa tal-foresti tad-dinja hija marbuta, fil-biċċa l-kbira, mal-espansjoni tal-produzzjoni agrikola — partikolarment billi l-foresti jiġu kkonvertiti f'art agrikola ddedikata għall-produzzjoni ta' numru ta' prodotti u komoditajiet li hemm domanda kbira għalihom. Fit-22 ta' Ottubru 2020, il-Parlament adotta riżoluzzjoni (32) f'konformità mal-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li titlob lill-Kummissjoni tissottometti, abbażi tal-Artikolu 192(1) tat-TFUE, proposta għal “qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha”.

(11)

Il-Parlament Ewropew enfasizza li l-qerda kontinwa u d-degradazzjoni u l-konverżjoni tal-foresti u tal-ekosistemi naturali tad-dinja , kif ukoll il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, huma marbuta, fil-biċċa l-kbira, mal-espansjoni tal-produzzjoni agrikola — partikolarment billi l-foresti jiġu kkonvertiti f'art agrikola ddedikata għall-produzzjoni ta' numru ta' prodotti u komoditajiet li hemm domanda kbira għalihom. Fit-22 ta' Ottubru 2020, il-Parlament adotta riżoluzzjoni (32) f'konformità mal-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li titlob lill-Kummissjoni tissottometti, abbażi tal-Artikolu 192(1) tat-TFUE, proposta għal “qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha” bbażata fuq diliġenza dovuta obbligatorja .

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Il-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti tikkostitwixxi parti importanti mill-pakkett ta' miżuri meħtieġa sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u sabiex ikun hemm konformità mal-impenn tal-Unjoni skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew kif ukoll mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima (33), u mal-impenn legalment vinkolanti skont il-Liġi tal-UE dwar il-Klima sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika sal- 2050 u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mill-anqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(12)

Il-ġlieda kontra d-deforestazzjoni , il-konverżjoni tal-ekosistema naturali, id-degradazzjoni tal-ekosistema naturali tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti tikkostitwixxi parti importanti mill-pakkett ta' miżuri meħtieġa sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u sabiex ikun hemm konformità mal-impenn tal-Unjoni skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew kif ukoll mal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-Tibdil fil-Klima (33), u  t-Tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali adottat bid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (33a) , u mal-impenn legalment vinkolanti skont il-Liġi tal-UE dwar il-Klima sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill- 2050 u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mill-anqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Il-ġlieda kontra d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti tikkostitwixxi wkoll parti importanti mill-pakkett ta' miżuri meħtieġa biex jiġi miġġieled it-telf tal-bijodiversità u biex ikun hemm konformità mal-impenji tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u l-miri tal-UE għar-restawr tan-natura.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 12ba (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Il-foresti primarji huma uniċi u insostitwibbli. Il-foresti tal-pjantaġġuni u l-foresti mħawla huma inqas bijodiversi u jipproteġu l-ambjent inqas tajjeb mill-foresti primarji u naturali. Huwa għalhekk xieraq li ssir distinzjoni ċara bejn tipi differenti ta' foresti b'konnessjoni mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Il-ġlieda kontra d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, il-konverżjoni tal-foresti u l-konverżjoni u d-degradazzjoni ta' ekosistemi oħra teħtieġ ukoll l-għarfien tal-konsumaturi dwar xejriet ta' konsum aktar tajbin għas-saħħa li jkollhom impronta ambjentali iżgħar.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)

Il-proteini tal-pjanti għall-għalf tal-bhejjem jikkontribwixxu ħafna għad-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti u l-konverżjoni ta' ekosistemi oħra madwar id-dinja. Id-deforestazzjoni u l-konverżjoni ta' ekosistemi oħra jistgħu jiġu miġġielda b'mod partikolari billi titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-proteini tal-pjanti importati u jiġu promossi proteini tal-pjanti lokali u miksuba b'mod sostenibbli. Il-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn żieda fl-awtonomija tal-proteini u l-implimentazzjoni ta' strateġija tal-Unjoni dwar il-proteini tal-pjanti.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Bejn l-1990 u l-2008, l-Unjoni importat u kkonsmat terz tal-prodotti agrikoli nnegozjati globalment assoċjati mad-deforestazzjoni. Matul dak il-perjodu, il-konsum tal-Unjoni kien responsabbli għal 10 % tad-deforestazzjoni madwar id-dinja assoċjata mal-produzzjoni ta' oġġetti jew servizzi. Anke jekk is-sehem relattiv tal-konsum tal-UE qiegħed jonqos, il-konsum tal-UE huwa xprunatur sproporzjonalment kbir tad-deforestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tieħu azzjoni sabiex timminimizza d-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti xprunata mill-konsum tagħha ta' ċerti komoditajiet u prodotti bażiċi u b'hekk tfittex li tnaqqas il-kontribut tagħha għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-telfien globali tal-bijodiversità kif ukoll tippromwovi xejriet sostenibbli ta' produzzjoni u konsum fl-Unjoni u globalment. Sabiex ikun hemm l-akbar impatt, jenħtieġ li l-politika tal-Unjoni jkollha l-għan li tinfluwenza s-suq globali, mhux biss il-ktajjen tal-provvista lejn l-Unjoni. Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni internazzjonali effiċjenti mal-pajjiżi produtturi u tal-konsumaturi huma fundamentali f'dak ir-rigward.

(14)

Bejn l-1990 u l-2008, l-Unjoni importat u kkonsmat terz tal-prodotti agrikoli nnegozjati globalment assoċjati mad-deforestazzjoni. Matul dak il-perjodu, il-konsum tal-Unjoni kien responsabbli għal 10 % tad-deforestazzjoni madwar id-dinja assoċjata mal-produzzjoni ta' oġġetti jew servizzi. Anke jekk is-sehem relattiv tal-konsum tal-UE qiegħed jonqos, il-konsum tal-UE huwa xprunatur sproporzjonalment kbir tad-deforestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tieħu azzjoni sabiex timminimizza d-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti xprunata mill-konsum tagħha ta' ċerti komoditajiet u prodotti bażiċi u b'hekk tfittex li tnaqqas il-kontribut tagħha għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-telfien globali tal-bijodiversità kif ukoll tippromwovi xejriet sostenibbli ta' produzzjoni u konsum fl-Unjoni u globalment. Sabiex ikun hemm l-akbar impatt, jenħtieġ li l-politika tal-Unjoni jkollha l-għan li tinfluwenza s-suq globali, mhux biss il-ktajjen tal-provvista lejn l-Unjoni. Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni internazzjonali effiċjenti , inkluż il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs), mal-pajjiżi produtturi u tal-konsumaturi huma fundamentali f'dak ir-rigward.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

It-twaqqif tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti huwa parti essenzjali mill-SDGs. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi partikolarment sabiex jintlaħqu l-għanijiet rigward il-ħajja fuq l-art (SDG 15), l-azzjoni klimatika (SDG 13), il-konsum u l-produzzjoni responsabbli (SDG 12), inxejnu l-ġuħ (SDG 2) u saħħa tajba u benesseri (SDG 3). Il-mira rilevanti 15.2 sabiex titwaqqaf id-deforestazzjoni sal-2020 ma ntlaħqitx, u dan jenfasizza l-urġenza ta' azzjoni ambizzjuża u effettiva.

(15)

It-twaqqif tad-deforestazzjoni , tad-degradazzjoni tal-foresti, tal-konverżjoni tal-foresti u tal-konverżjoni u d-degradazzjoni ta' ekosistemi oħra huwa parti essenzjali mill-SDGs. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi partikolarment sabiex jintlaħqu l-għanijiet rigward il-ħajja fuq l-art (SDG 15), l-azzjoni klimatika (SDG 13), il-konsum u l-produzzjoni responsabbli (SDG 12), inxejnu l-ġuħ (SDG 2) u saħħa tajba u benesseri (SDG 3). Il-mira rilevanti 15.2 sabiex titwaqqaf id-deforestazzjoni sal-2020 ma ntlaħqitx, u dan jenfasizza l-urġenza ta' azzjoni ambizzjuża u effettiva.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirrispondi wkoll għad-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja ta' Glasgow tal-2021 dwar il-Foresti u l-Użu tal-Art (37) li tirrikonoxxi li “biex nilħqu l-għanijiet tagħna relatati mal-użu tal-art, il-klima, il-bijodiversità u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kemm fuq livell globali kif ukoll fuq livell nazzjonali, nirrikjedu azzjoni trasformattiva ulterjuri fiż-żoni interkonnessi ta' produzzjoni u konsum sostenibbli; l-iżvilupp tal-infrastruttura; il-kummerċ, il-finanzi u l-investiment; u l-appoġġ għall-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, il-popli indiġeni, u l-komunitajiet lokali”. F'dik id-Dikjarazzjoni, il-firmatarji enfasizzaw ukoll li se jsaħħu l-isforzi kondiviżi tagħhom sabiex jiffaċilitaw il-politiki tal-kummerċ u tal-iżvilupp, fuq livell internazzjonali u domestiku, li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-komoditajiet, li jaħdmu għall-benefiċċju reċiproku tal-pajjiżi , u li ma jwasslux għad-deforestazzjoni u għad-degradazzjoni tal-art.

(17)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirrispondi wkoll għad-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja ta' Glasgow tal-2021 dwar il-Foresti u l-Użu tal-Art (37) li tirrikonoxxi li “biex nilħqu l-għanijiet tagħna relatati mal-użu tal-art, il-klima, il-bijodiversità u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kemm fuq livell globali kif ukoll fuq livell nazzjonali, nirrikjedu azzjoni trasformattiva ulterjuri fiż-żoni interkonnessi ta' produzzjoni u konsum sostenibbli; l-iżvilupp tal-infrastruttura; il-kummerċ, il-finanzi u l-investiment; u l-appoġġ għall-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, il-popli indiġeni, u l-komunitajiet lokali”. Il-firmatarji impenjati li jwaqqfu u jreġġgħu lura t-telf tal-foresti u d-degradazzjoni tal-art sal-2030 u enfasizzaw ukoll li se jsaħħu l-isforzi kondiviżi tagħhom sabiex jiffaċilitaw il-politiki tal-kummerċ u tal-iżvilupp, fuq livell internazzjonali u domestiku, li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-komoditajiet, li jaħdmu għall-benefiċċju reċiproku tal-pajjiżi.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Bħala membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), l-Unjoni hija impenjata li tippromwovi sistema kummerċjali multilaterali universali, ibbażata fuq ir-regoli, miftuħa, trasparenti, prevedibbli, inklużiva, mhux diskriminatorja u ekwitabbli skont id-WTO, kif ukoll politika kummerċjali miftuħa, sostenibbli u assertiva. Għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament se jinkludi kemm il-komoditajiet kif ukoll il-prodotti li jkunu ġew prodotti fl-Unjoni u l-komoditajiet u l-prodotti importati lejn l-Unjoni.

(18)

Bħala membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), l-Unjoni hija impenjata li tippromwovi sistema kummerċjali multilaterali universali, ibbażata fuq ir-regoli, miftuħa, trasparenti, prevedibbli, inklużiva, mhux diskriminatorja u ekwitabbli skont id-WTO, kif ukoll politika kummerċjali miftuħa, sostenibbli u assertiva. Kwalunkwe miżura introdotta mill-Unjoni li taffettwa l-kummerċ jeħtieġ li tkun konformi mad-WTO. Barra minn hekk, il-miżuri kollha introdotti mill-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ huwa meħtieġ li jqisu r-rispons possibbli tas-sħab kummerċjali tal-Unjoni u jiżguraw li l-infurzar tal-miżura ma jkunx restrittiv bla bżonn u lanqas ma jfixkel il-kummerċ, filwaqt li jitqies li l-konservazzjoni ta' riżorsi naturali eżawribbli hija ta' interess prevalenti. Għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament se jinkludi kemm il-komoditajiet kif ukoll il-prodotti li jkunu ġew prodotti fl-Unjoni u l-komoditajiet u l-prodotti importati lejn l-Unjoni kif ukoll enfasi fuq il-komoditajiet u l-prodotti bl-akbar riskju li jwasslu għad-deforestazzjoni, għad-degradazzjoni tal-foresti u għall-konverżjoni tal-foresti .

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)

L-isfidi li qed tiffaċċja d-dinja fir-rigward tat-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta' azzjoni fuq livell globali. L-Unjoni jenħtieġ li tkun attur globali b'saħħtu kemm billi tkun ta' eżempju kif ukoll billi tkun minn ta' quddiem fil-kooperazzjoni internazzjonali biex toħloq sistema multilaterali miftuħa u ġusta fejn il-kummerċ sostenibbli jaġixxi bħala faċilitatur ewlieni tat-tranżizzjoni ekoloġika kemm għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima kif ukoll biex jitreġġa' lura t-telfien tal-bijodiversità.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Dan ir-Regolament isegwi wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva” (38) li ddikjarat li bi sfidi interni u esterni ġodda u aktar partikolarment b'mudell ta' tkabbir ġdid u aktar sostenibbli kif definit mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u mill-Istrateġija Diġitali Ewropea, l-UE teħtieġ strateġija ġdida ta' politika kummerċjali – waħda li se tappoġġa l-ilħuq tal-objettivi ta' politika domestika u esterna tagħha u tippromwovi sostenibbiltà akbar f'konformità mal-impenn tagħha li timplimenta bis-sħiħ l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Il-politika kummerċjali jrid ikollha r-rwol sħiħ tagħha fl-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 fit-trasformazzjonijiet ekoloġiċi diġitali tal-ekonomija lejn il-bini ta' Ewropa aktar reżiljenti fid-dinja .

(19)

Dan ir-Regolament isegwi wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva” (38) li ddikjarat li bi sfidi interni u esterni ġodda u aktar partikolarment b'mudell ta' tkabbir ġdid u aktar sostenibbli kif definit mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u mill-Istrateġija Diġitali Ewropea, l-UE teħtieġ strateġija ġdida ta' politika kummerċjali – waħda li se tappoġġa l-ilħuq tal-objettivi ta' politika domestika u esterna tagħha u tippromwovi sostenibbiltà akbar f'konformità mal-impenn tagħha li timplimenta bis-sħiħ l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Il-kummerċ u l-kooperazzjoni internazzjonali jistgħu jkunu għodod importanti għall-konsolidazzjoni ta' standards ogħla ta' sostenibbiltà, speċjalment fir-rigward ta' setturi li huma marbuta mal-foresti l-ktajjen tal-valur derivati tagħhom. Madankollu, l-evalwazzjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles eżistenti wriet li f'xi każijiet hemm dgħufijiet fl-implimentazzjoni l-infurzar ta' ftehimiet kummerċjali eżistenti li l-politiki kummerċjali u ta' investiment tal-Unjoni jeħtieġ li jiġu ssimplifikati sabiex tiġi indirizzata l-isfida globali tad-deforestazzjoni b'mod aktar effettiv .

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

Sabiex terġa' tingħata l-ħajja lill-ħidma tal-Unjoni dwar il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għan-negozji tal-Unjoni u biex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li jitolbu l-protezzjoni tal-foresti, il-politika kummerċjali tal-Unjoni jenħtieġ li tiffoka fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ftehimiet kummerċjali attwali kif ukoll fuq it-twettiq ta' negozjati u l-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali ġodda li jinkludu dispożizzjonijiet b'saħħithom, vinkolanti u infurzabbli dwar l-iżvilupp sostenibbli.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b)

Klawsoli robusti dwar id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, il-konverżjoni tal-foresti u l-konverżjoni u d-degradazzjoni ta' ekosistemi oħra għandhom jiġu inklużi fil-mandati ta' negozjar, u għandhom jiġu inklużi parametri referenzjarji sostenibbli għall-materja prima rilevanti għall-għoti ta' preferenzi kummerċjali ġodda.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 19c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c)

Kwalunkwe sħubija jew kooperazzjoni ma' sieħeb kummerċjali jenħtieġ li dejjem tippermetti l-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi s-soċjetà ċivili, il-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali, l-awtoritajiet lokali u s-settur privat inklużi l-SMEs u l-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira filwaqt li titqies l-awtonomija tas-sħab soċjali.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 19d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19d)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles għandhom iqisu l-imġiba soċjali, ambjentali u responsabbli fin-negozju.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 19e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19e)

Dan ir-Regolament għandu jkun akkumpanjat minn ftehimiet ta' sħubija b'saħħithom ibbażati fuq il-kummerċ u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi produtturi ewlenin tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-interessi speċjali tal-bdiewa ż-żgħar u tal-komunitajiet lokali.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun komplementari għal miżuri oħra proposti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” (39), partikolarment: 1) il-ħidma fi sħubija mal-pajjiżi produtturi, sabiex dawn jiġu appoġġati fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tad-deforestazzjoni, bħall-governanza dgħajfa, l-infurzar tal-liġi ineffettiv u l-korruzzjoni, u 2) it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali, ma' pajjiżi konsumaturi ewlenin, sabiex tiġi promossa l-adozzjoni ta' miżuri simili sabiex jiġi evitat li fis-swieq tagħhom jiġu introdotti prodotti li ġejjin minn ktajjen tal-provvista assoċjati mad-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti.

(20)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun komplementari għal miżuri oħra proposti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja” (39), partikolarment: 1) il-ħidma fi sħubija mal-pajjiżi produtturi, sabiex dawn jiġu appoġġati fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tad-deforestazzjoni, bħall-governanza dgħajfa, l-infurzar tal-liġi ineffettiv u l-korruzzjoni, u 2) it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali, ma' pajjiżi konsumaturi ewlenin billi, fost azzjonijiet oħra , jiġu promossi l-ftehimiet kummerċjali li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-konservazzjoni tal-foresti u jinkoraġġixxu l-kummerċ fi prodotti agrikoli u bbażati fuq il-foresti li jkunu ħielsa mid-deforestazzjoni, u l-adozzjoni ta' miżuri simili sabiex jiġi evitat li fis-swieq tagħhom jiġu introdotti prodotti li ġejjin minn ktajjen tal-provvista assoċjati mad-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonforma mal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u, għaldaqstant, iservi biex jippromwovi u jiffaċilita l-kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari mal-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs), permezz tal-għoti ta' assistenza teknika u finanzjarja, kif ukoll l-iskambju ta' informazzjoni u prattiki tajbin fir-rigward tal-preservazzjoni, il-konservazzjoni, u l-użu sostenibbli tal-foresti, filwaqt li jingħata rikonoxximent speċjali lill-inizjattivi ta' sostenibbiltà mwettqa mis-settur privat.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)

Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat approċċ integrali għas-sostenibbiltà, skont il-pajjiż li qed jiżviluppa kkonċernat u s-sitwazzjoni ambjentali, soċjali u ekonomika ġenerali tiegħu, li jikkunsidra d-dimensjoni ambjentali, kif ukoll id-dimensjonijiet soċjali u ekonomiċi, b'mod partikolari meta ssir referenza għal-LDCs. Jenħtieġ li l-miżuri tal-Unjoni ma jwasslux għal tnaqqis fid-dħul għal popolazzjonijiet vulnerabbli, telf ta' impjiegi jew rigressjoni fil-kisbiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jenħtieġ li jevitaw li jinċentivaw attivitajiet illegali, li ħafna minnhom huma marbuta mal-kriminalità organizzata transnazzjonali u li l-effetti tagħha huma saħansitra aktar diżastrużi għall-ambjent u s-soċjetà. Jenħtieġ li jitqies ukoll, b'mod adegwat, l-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-progress li sar lejn il-kisba tal-SDGs, b'mod partikolari l-impatt sproporzjonat tal-pandemija fuq il-foqra u l-vulnerabbli, u fuq l-impjiegi u l-inugwaljanza.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli taħdem fi sħubija mal-pajjiżi produtturi, u aktar ġeneralment f'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali, u jenħtieġ li jkunu qegħdin isaħħu l-appoġġ u l-inċentivi tagħha fir-rigward tal-protezzjoni tal-foresti u t-tranżizzjoni għall-produzzjoni mingħajr deforestazzjoni, filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol tal-popli indiġeni, itejbu l-governanza u l-pussess tal-art, iżidu l-infurzar tal-liġi u jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, l-agrikoltura reżiljenti għall-klima, l-intensifikazzjoni u d-diversifikazzjoni sostenibbli, l-agroekoloġija u l-agroforestrija. B'dan il-mod, jenħtieġ li tirrikonoxxi r-rwol tal-popli indiġeni fil-protezzjoni tal-foresti. Filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza u t-tagħlimiet miksuba fil-kuntest tal-inizjattivi diġà eżistenti, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jaħdmu fi sħubija ma' pajjiżi produtturi, fuq talba tagħhom, sabiex jisfruttaw il-funzjonalitajiet multipli tal-foresti, jappoġġawhom fit-tranżizzjoni lejn ġestjoni sostenibbli tal-foresti, u jindirizzaw l-isfidi globali filwaqt li jissodisfaw il-ħtiġijiet lokali u jagħtu attenzjoni lill-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira f'konformità mal-Komunikazzjoni dwar It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja. Jenħtieġ li l-approċċ ta' sħubija jgħin lill-pajjiżi produtturi jipproteġu, jirrestawraw u jużaw sostenibbilment il-foresti, u b'hekk jikkontribwixxi għall-objettiv ta' dan ir-Regolament li jnaqqas id-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti.

(21)

F'kooridnazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli taħdem fi sħubija mal-pajjiżi produtturi, u aktar ġeneralment f'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali, kif ukoll il-partijiet ikkonċernati rilevanti attivi fuq il-post, u jenħtieġ li jkunu qegħdin isaħħu l-appoġġ u l-inċentivi tagħha fir-rigward tal-protezzjoni u r-restawr tal-foresti u t-tranżizzjoni għall-produzzjoni mingħajr deforestazzjoni, filwaqt li jirrikonoxxu u jsaħħu r-rwol u d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali , itejbu l-governanza u l-pussess tal-art, id-dritt għal kunsens liberu, minn qabel u infurmat, iżidu l-infurzar tal-liġi u jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli u qrib in-natura tal-foresti abbażi ta' indikaturi u sollijiet, l-ekoturiżmu , l-agrikoltura reżiljenti għall-klima, l-intensifikazzjoni u d-diversifikazzjoni sostenibbli, l-agroekoloġija u l-agroforestrija. B'dan il-mod, jenħtieġ li tirrikonoxxi bis-sħiħ ir-rwol u d-drittijiet tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali fil-protezzjoni tal-foresti. Filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza u t-tagħlimiet miksuba fil-kuntest tal-inizjattivi diġà eżistenti, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jaħdmu fi sħubija ma' pajjiżi produtturi, fuq talba tagħhom, u jindirizzaw l-isfidi globali filwaqt li jissodisfaw il-ħtiġijiet lokali u jagħtu attenzjoni lill-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira f'konformità mal-Komunikazzjoni dwar It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja. Kwalunkwe regola u rekwiżit għandhom jippruvaw jimminimizzaw il-piż fuq il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira f'pajjiżi terzi u għandhom jippruvaw jipprevjenu l-ostakli għall-aċċess tagħhom għas-suq tal-Unjoni u l-kummerċ internazzjonali. Jenħtieġ li l-approċċ ta' sħubija jgħin lill-pajjiżi produtturi jipproteġu, jirrestawraw u jużaw sostenibbilment il-foresti, u b'hekk jikkontribwixxi għall-objettiv ta' dan ir-Regolament li jnaqqas id-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti kif ukoll jappoġġa r-restawr tal-foresti, inkluż permezz tal-użu ta' teknoloġiji diġitali u informazzjoni ġeospazjali .

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)

Dan ir-Regolament jirrikonoxxi l-importanza ekonomika tal-esportazzjonijiet tal-komoditajiet għal pajjiżi terzi kif ukoll l-isfidi speċifiċi li jistgħu jiffaċċjaw il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, speċjalment in-nisa. Minħabba li s-sehem ta' bdiewa b'azjenda agrikola żgħira fil-produzzjoni tal-komoditajiet ikkonċernati jista' jkun għoli ħafna, jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-isfidi li se jiffaċċjaw il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira bl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk huwa kruċjali li l-operaturi li jixtru mingħand il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku f'waqtu biex jgħinu lill-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda tal-aċċess għas-suq tal-Unjoni. Biex tappoġġa prattiki sostenibbli, bħall-agroekoloġija u l-ġestjoni komunitarja tal-foresti, l-UE jenħtieġ li tindirizza l-ixprunaturi diretti u indiretti tad-deforestazzjoni, inkluż il-faqar, billi tippromwovi introjtu li jiggarantixxi l-għajxien għall-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira li jipproduċu merkanzija esportata lejn l-UE u tiżgura riżorsi suffiċjenti biex jappoġġaw speċifikament lill-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira f'pajjiżi terzi biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għas-suq tal-UE. Fl-istess ħin, l-istabbiliment ta' sistema ta' traċċabilità kredibbli jista' jagħti s-setgħa lill-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira peress li jista' jevita n-nuqqas ta' ħlas ta' primjums ta' sostenibbiltà mwiegħda, jippermetti ħlasijiet elettroniċi lill-produtturi billi tintuża s-sistema ta' traċċabilità nazzjonali biex b'hekk tiġi miġġielda l-frodi u jippermetti lill-awtoritajiet lokali jiġbru l-għarfien dwar l-għadd ta' rqajja' tal-art tal-produtturi u jikkontrollaw l-għadd ta' bdiewa.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Azzjoni importanti oħra mħabbra fil-Komunikazzjoni hija l-istabbiliment tal-Osservatorju tal-UE dwar id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, il-bidliet fil-kopertura tal-foresti tad-dinja u l-fatturi assoċjati (“Osservatorju tal-UE”) li tnieda mill-Kummissjoni sabiex jiġu mmonitorjati aħjar il-bidliet fil-kopertura tal-foresti tad-dinja u l-fatturi relatati. Barra minn hekk, filwaqt li jibni fuq għodod ta' monitoraġġ diġà eżistenti, inkluż il-prodotti ta' Copernicus, l-Osservatorju tal-UE se jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-ktajjen tal-provvista għall-entitajiet pubbliċi, għall-konsumaturi u għan-negozji, jipprovdi data u informazzjoni faċli sabiex tinftiehem li jorbtu d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, u l-bidliet fil-kopertura tal-foresti tad-dinja għad-domanda/għall-kummerċ tal-UE għal komoditajiet u prodotti. Għalhekk, l-Osservatorju tal-UE se jappoġġa direttament l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament billi jipprovdi evidenza xjentifika fir-rigward tad-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti u l-kummerċ relatat. L-Osservatorju tal-UE se jikkoopera mill-qrib mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, mal-istituti tar-riċerka, u ma' pajjiżi terzi.

(22)

Azzjoni importanti oħra mħabbra fil-Komunikazzjoni hija l-istabbiliment tal-Osservatorju tal-UE dwar id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, il-bidliet fil-kopertura tal-foresti tad-dinja u l-fatturi assoċjati (“Osservatorju tal-UE”) li tnieda mill-Kummissjoni sabiex jiġu mmonitorjati aħjar il-bidliet fil-kopertura tal-foresti tad-dinja u l-fatturi relatati. Barra minn hekk, filwaqt li jibni fuq għodod ta' monitoraġġ diġà eżistenti, inkluż il-prodotti ta' Copernicus u sorsi oħra disponibbli pubblikament jew privatament , l-Osservatorju tal-UE se jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-ktajjen tal-provvista għall-entitajiet pubbliċi, għall-konsumaturi u għan-negozji, jipprovdi data u informazzjoni faċli sabiex tinftiehem li jorbtu d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, u l-bidliet fil-kopertura tal-foresti tad-dinja għad-domanda/għall-kummerċ tal-UE għal komoditajiet u prodotti. Għalhekk, l-Osservatorju tal-UE se jappoġġa direttament l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament billi jipprovdi evidenza xjentifika fir-rigward tad-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti u l-kummerċ relatat. L-Osservatorju tal-UE jenħtieġ li jkollu riżorsi stabbli u suffiċjenti u li jipparteċipa fl-istabbiliment ta' sistema ta' twissija rapida għall-operaturi, il-kummerċjanti, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet kompetenti fejn l-analiżi tal-kopertura tal-foresti tiżvela d-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-attività tal-foresti. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina wkoll kif l-Osservatorju tal-UE jista' jikkontribwixxi għall-analiżi tal-leġiżlazzjoni rilevanti fil-pajjiżi produtturi, inklużi d-drittijiet tal-pussess tal-art u d-dritt proċedurali li jingħata kunsens liberu, minn qabel u infurmat. L-Osservatorju tal-UE se jikkoopera mill-qrib mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, mal-istituti tar-riċerka, mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, mal-operaturi u ma' pajjiżi terzi. Se jikkoopera wkoll mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bil-għan li jiċċentralizza d-data u r-riżultati tal-kontrolli li huma jwettqu fuq il-post.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Il-qafas leġiżlattiv eżistenti tal-UE jiffoka fuq l-indirizzar tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u l-kummerċ assoċjat u ma jindirizzax id-deforestazzjoni direttament. Dan jikkonsisti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jintroduċi fis-suq injam u prodotti tal-injam (40), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005, dwar l-istabbiliment ta' skema ta' liċenzjar tal-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ għall-importazzjonijiet tal-injam fil-Komunità Ewropea (41). Both Regulations were evaluated in a Fitness Check which determined that, while the legislation has had a positive impact on forest governance, the objectives of the two Regulations – namely to curb illegal logging and related trade, and to reduce the consumption of illegally harvested timber in the EU – have not been met  (42) and it was concluded that focusing solely on legality of timber was not sufficient to meet the set objectives .

(23)

Il-qafas eżistenti tal-UE dwar il-foresti huwa l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċi li jiffoka fuq l-indirizzar tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u l-kummerċ assoċjat u ma jindirizzax id-deforestazzjoni direttament. Dan jikkonsisti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jintroduċi fis-suq injam u prodotti tal-injam (40), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005, dwar l-istabbiliment ta' skema ta' liċenzjar tal-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ għall-importazzjonijiet tal-injam fil-Komunità Ewropea (41) li joperazzjonalizza l-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (VPAs) . Il-prestazzjoni u l-implimentazzjoni taż-żewġ Regolamenti għaddew minn kontroll tal-idoneità li sab li, filwaqt li t-tnejn kisbu xi suċċess, għadd ta' sfidi ta' implimentazzjoni żammew lura l-progress lejn il-kisba sħiħa tal-objettivi tagħhom. L-applikazzjoni l-funzjonament tal-iskema ta' diliġenza dovuta skont ir-Regolament (UE) Nru 995/210 minn naħa waħda , u  l-għadd limitat ta' pajjiżi involuti fil-proċess tal-VPA, b'waħda biss sa issa għandha fis-seħħ sistema ta' liċenzjar operattiva (l-Indoneżja) min-naħa l-oħra, naqqsu l-effettività fl-ilħuq tal-objettiv tal-konsum tal-injam maħsud illegalment fl-UE .

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Ir-rapporti disponibbli jikkonfermaw li parti kbira mid-deforestazzjoni li għaddejja hija legali skont il-liġijiet tal-pajjiż tal-produzzjoni. Rapport reċenti (43) jistma li bejn l-2013 u l-2019, madwar 30 % tad-deforestazzjoni destinata għall-agrikoltura kummerċjali fil-pajjiżi tropikali kienet legali. Id-data disponibbli għandha t-tendenza li tiffoka fuq pajjiżi b'governanza dgħajfa — is-sehem globali tad-deforestazzjoni illegali jista' jkun aktar baxx, iżda diġà jipprovdi data ċara li turi li t-tneħħija tad-deforestazzjoni legali fil-pajjiż tal-produzzjoni jimmina l-effettività tal-miżuri ta' politika.

(24)

Ir-rapporti disponibbli jikkonfermaw li parti kbira mid-deforestazzjoni li għaddejja hija legali skont il-liġijiet tal-pajjiż tal-produzzjoni. Rapport reċenti (43) jistma li bejn l-2013 u l-2019, madwar 30 % tad-deforestazzjoni destinata għall-agrikoltura kummerċjali fil-pajjiżi tropikali kienet legali. Id-data disponibbli għandha t-tendenza li tiffoka fuq pajjiżi b'governanza dgħajfa — is-sehem globali tad-deforestazzjoni illegali jista' jkun aktar baxx, iżda diġà jipprovdi data ċara li turi li t-tneħħija tad-deforestazzjoni legali fil-pajjiż tal-produzzjoni jimmina l-effettività tal-miżuri ta' dan il-qasam .

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Il-valutazzjoni tal-impatt ta' miżuri ta' politika possibbli sabiex jiġu indirizzati d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti mmexxija mill-Unjoni, il-konklużjonijiet tal-Kunsill u r-riżoluzzjoni tal-2020 tal-Parlament Ewropew jidentifikaw b'mod ċar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti bħala l-kriterji gwida għall-miżuri futuri tal-Unjoni. Għalhekk, il-qafas legali l-ġdid tal-Unjoni jenħtieġ li jindirizza kemm il-legalità kif ukoll jekk il-produzzjoni ta' komoditajiet u prodotti rilevanti hijiex mingħajr deforestazzjoni.

(25)

Il-valutazzjoni tal-impatt ta' miżuri ta' politika possibbli sabiex jiġu indirizzati d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti mmexxija mill-Unjoni, il-konklużjonijiet tal-Kunsill u r-riżoluzzjoni tal-2020 tal-Parlament Ewropew jidentifikaw b'mod ċar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti bħala l-kriterji gwida għall-miżuri futuri tal-Unjoni. L-iffukar biss fuq il-legalità jista' potenzjalment jinkoraġġixxi ġirja lejn l-aktar livell baxx f'pajjiżi li huma dipendenti ħafna fuq l-esportazzjonijiet agrikoli. Dawk il-pajjiżi jistgħu jkollhom it-tentazzjoni li jbaxxu l-protezzjoni ambjentali tagħhom bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-aċċess tal-prodotti tagħhom għas-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-qafas legali l-ġdid tal-Unjoni jenħtieġ li jindirizza kemm il-legalità, jekk il-produzzjoni ta' komoditajiet u prodotti rilevanti hijiex mingħajr deforestazzjoni u jekk il-protezzjoni tad-drittijiet tal-pussess tal-art u l-popli lokali ġiet miżmuma .

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' “mingħajr deforestazzjoni” tkun wiesgħa biżżejjed sabiex tkopri kemm id-deforestazzjoni kif ukoll id-degradazzjoni tal-foresti, jenħtieġ li tipprovdi ċarezza legali, u jenħtieġ li din tkun tista' titkejjel abbażi ta' data kwantitattiva, oġġettiva u rikonoxxuta internazzjonalment.

(26)

Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' “mingħajr deforestazzjoni” tkun wiesgħa biżżejjed sabiex tkopri kemm id-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti, jenħtieġ li tipprovdi ċarezza legali, u jenħtieġ li din tkun tista' titkejjel abbażi ta' data kwantitattiva, oġġettiva u rikonoxxuta internazzjonalment.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Jenħtieġ li r-Regolament ikopri dawk il-komoditajiet li l-konsum tagħhom mill-Unjoni huwa l-aktar rilevanti f'termini ta' dak li qed iwassal għad-deforestazzjoni globali u  d-degradazzjoni tal-foresti u li għalihom intervent ta' politika tal-Unjoni jista' jġib l-ogħla benefiċċji għal kull valur unitarju tal-kummerċ. Sar rieżami estensiv tal-letteratura xjentifika, jiġifieri tas-sorsi primarji li jistmaw l-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni globali u li jorbtu dik l-impronta ma' komoditajiet speċifiċi, bħala parti mill-istudju li jappoġġa l-Valutazzjoni tal-Impatt u kontroverifikat permezz ta' konsultazzjoni estensiva mal-partijiet konċernati. Dak il-proċess wassal għall-ewwel lista ta' tmien komoditajiet. L-injam ġie inkluż direttament fil-kamp ta' applikazzjoni peress li kien diġà kopert mill-EUTR. Il-lista tal-komoditajiet imbagħad tnaqqset aktar permezz ta' analiżi tal-effiċjenza fil-Valutazzjoni tal-Impatt. Din l-analiżi tal-effiċjenza qabblet l-ettari ta' deforestazzjoni marbuta mal-konsum tal-UE, kif stmat f'dokument ta' riċerka riċenti  (44) , għal kull waħda minn dawk il-komoditajiet bil-valur medju tagħhom tal-importazzjonijiet tal-UE. Skont id-dokument ta' riċerka użat għall-analiżi tal-effiċjenza, sitt komoditajiet jirrappreżentaw l-akbar sehem tad-deforestazzjoni xprunata mill-UE fost it-total ta' tmien komoditajiet analizzati f'dak id-dokument ta' riċerka: iż-żejt tal-palm (33,95  %), is-sojja (32,83  %), l-injam (8,62  %), il-kawkaw (7,54  %), il-kafè (7,01  %) u ċ-ċanga (5,01  %).

(27)

Jenħtieġ li r-Regolament ikopri dawk il-komoditajiet li l-konsum tagħhom mill-Unjoni huwa l-aktar rilevanti f'termini ta' dak li qed iwassal għad-deforestazzjoni globali , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti, u li għalihom intervent ta' politika tal-Unjoni jista' jġib l-ogħla benefiċċji għal kull valur unitarju tal-kummerċ. Sar rieżami estensiv tal-letteratura xjentifika, jiġifieri tas-sorsi primarji li jistmaw l-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni globali u li jorbtu dik l-impronta ambjentali ma' komoditajiet speċifiċi, bħala parti mill-istudju li jappoġġa l-Valutazzjoni tal-Impatt u kontroverifikat permezz ta' konsultazzjoni estensiva mal-partijiet konċernati. Dak il-proċess wassal għall-ewwel lista ta' komoditajiet. L-injam ġie inkluż direttament fil-kamp ta' applikazzjoni peress li kien diġà kopert mill-EUTR. Skont id-dokument ta' riċerka reċenti  (44) użat għall-analiżi tal-effiċjenza, sitt komoditajiet jirrappreżentaw l-akbar sehem tad-deforestazzjoni xprunata mill-UE fost it-total ta' komoditajiet analizzati f'dak id-dokument ta' riċerka: iż-żejt tal-palm (33,95  %), is-sojja (32,83  %), l-injam (8,62  %), il-kawkaw (7,54  %), il-kafè (7,01  %) u ċ-ċanga (5,01  %). Il-laħam importat fl-Unjoni jenħtieġ li jkun soġġett għall-istess regoli bħal-laħam prodott fl-Unjoni. Għalhekk, il-laħam mill-majjali, it-tjur, u n-nagħaġ u l-mogħoż jenħtieġ li jkun kopert minn dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li l-annimali mrobbija barra mill-Unjoni u mbagħad importati jkunu ġew mitmugħa prodotti jew prodotti ħielsa mid-deforestazzjoni. Il-gomma u l-qamħirrum jenħtieġ li jkunu koperti wkoll minn dan ir-Regolament minħabba l-impatt tagħhom fuq id-deforestazzjoni globali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun intitolata li tadotta atti delegati biex testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness I.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)

L-istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jkunu koperti minn dan ir-Regolament peress li s-servizzi tagħhom jistgħu jwasslu għal attivitajiet ta' appoġġ marbuta direttament jew indirettament mad-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti. L-attivitajiet bankarji, ta' investiment u ta' assigurazzjoni kollha tal-istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ għalhekk li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex ma jitħallewx jappoġġaw proġetti marbuta direttament jew indirettament mad-deforestazzjoni, mad-degradazzjoni tal-foresti jew mal-konverżjoni tal-foresti.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Jenħtieġ li l-obbligi li jikkonċernaw il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti jiġu stabbiliti minn dan ir-Regolament sabiex jiġu miġġielda effettivament id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, u sabiex jiġu promossi ktajjen tal-provvista mingħajr deforestazzjoni.

(29)

Jenħtieġ li l-obbligi li jikkonċernaw il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti jiġu stabbiliti minn dan ir-Regolament sabiex jiġu miġġielda effettivament id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti , u sabiex jiġu promossi ktajjen tal-provvista mingħajr deforestazzjoni , kif ukoll biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem, u d-drittijiet tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi .

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)

Meta jiġi vvalutat ir-riskju ta' nuqqas ta' konformità ta' komoditajiet u prodotti rilevanti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew li jiġu esportati minnu, mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqies il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li huwa assoċjat mad-deforestazzjoni, mad-degradazzjoni tal-foresti u mal-konverżjoni tal-foresti, inklużi d-drittijiet tal-popli indiġeni, tal-komunitajiet lokali u tad-detenturi tad-drittijiet konswetudinarji għall-pussess tal-art.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Ħafna organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali (eż. l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Grupp Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, il-Ftehim ta' Pariġi, l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika) żviluppaw ħidma fil-qasam tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u d-definizzjonijiet f'dan ir-Regolament jibnu fuq din il-ħidma.

(30)

Ħafna organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali (eż. l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Grupp Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, il-Ftehim ta' Pariġi, l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika) żviluppaw ħidma fil-qasam tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti kif ukoll tal-konverżjoni u d-degradazzjoni ta' ekosistemi oħra u d-definizzjonijiet f'dan ir-Regolament jibnu fuq din il-ħidma.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta' skadenza sabiex tipprovdi bażi għall-evalwazzjoni ta' jekk l-art konċernata kinitx soġġetta għal deforestazzjoni jew degradazzjoni tal-foresti, li jfisser li l-ebda komodità u prodott fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma jitħalla jidħol fis-suq tal-Unjoni jew jiġi esportat jekk jiġi prodott fuq art soġġetta għad-deforestazzjoni jew għad-degradazzjoni tal-foresti wara dik id-data. Jenħtieġ li din tippermetti l-verifika u l-monitoraġġ xierqa, tikkorrispondi mal-impenji internazzjonali eżistenti, bħall-SDGs u d-Dikjarazzjoni ta' New York dwar il-Foresti, u b'hekk jiġi minimizzat it-tfixkil f'daqqa fil-ktajjen tal-provvista filwaqt li jitneħħa kwalunkwe inċentiv sabiex jiġu aċċellerati l-attivitajiet li jwasslu għad-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti fid-dawl tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(31)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta' skadenza sabiex tipprovdi bażi għall-evalwazzjoni ta' jekk l-art konċernata kinitx soġġetta għal deforestazzjoni , degradazzjoni tal-foresti u konverżjoni tal-foresti, li jfisser li l-ebda komodità u prodott fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma jitħalla jidħol fis-suq tal-Unjoni jew jiġi esportat jekk jiġi prodott fuq art soġġetta għad-deforestazzjoni jew għad-degradazzjoni tal-foresti jew il-konverżjoni tal-foresti wara dik id-data. Jenħtieġ li din tippermetti l-verifika u l-monitoraġġ xierqa, tqis l-impenji internazzjonali eżistenti, bħall-SDGs u d-Dikjarazzjoni ta' New York dwar il-Foresti, u b'hekk jiġi minimizzat it-tfixkil f'daqqa fil-ktajjen tal-provvista filwaqt li jitneħħa kwalunkwe inċentiv sabiex jiġu aċċellerati l-attivitajiet li jwasslu għad-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti fid-dawl tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)

Sabiex jissaħħaħ il-kontribut tal-Unjoni sabiex jitwaqqfu d-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti, u sabiex jiġi żgurat li l-komoditajiet u l-prodotti mill-ktajjen tal-provvista relatati mad-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti ma jiġux introdotti fis-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti ma jiġux introdotti jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, u lanqas ma jiġu esportati mis-suq tal-Unjoni sakemm ma jkunux mingħajr deforestazzjoni u jkunu ġew prodotti f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni . Sabiex jiġi kkonfermat li dan huwa l-każ, jenħtieġ li dawn dejjem ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta.

(32)

Sabiex jissaħħaħ il-kontribut tal-Unjoni sabiex jitwaqqfu d-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti, u sabiex jiġi żgurat li l-komoditajiet u l-prodotti mill-ktajjen tal-provvista relatati mad-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti ma jiġux introdotti fis-suq tal-Unjoni jew esportati minnu, u lanqas esportati minnu , jenħtieġ li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti ma jiġux introdotti jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, u lanqas ma jiġu esportati mis-suq tal-Unjoni sakemm ma jkunux mingħajr deforestazzjoni u jkunu ġew prodotti f'konformità mal-liġi u mal-istandards domestiċi u internazzjonali rilevanti . Sabiex jiġi kkonfermat li dan huwa l-każ, jenħtieġ li dawn dejjem ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

Abbażi ta' approċċ sistemiku, jenħtieġ li l-operaturi jieħdu l-passi xierqa sabiex jiżguraw li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti li jkunu beħsiebhom jintroduċu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' mingħajr deforestazzjoni u tal-legalità ta' dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-operaturi jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri ta' diliġenza dovuta. Il-proċedura ta' diliġenza dovuta meħtieġa minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tinkludi tliet elementi: rekwiżiti ta' informazzjoni, valutazzjoni tar-riskju u miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju. Jenħtieġ li l-proċeduri ta' diliġenza dovuta jitfasslu sabiex jipprovdu aċċess għal informazzjoni dwar is-sorsi u l-fornituri tal-komoditajiet u tal-prodotti li jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni, inkluż informazzjoni li turi li l-assenza ta' deforestazzjoni u ta' degradazzjoni tal-foresti u ta' rekwiżiti ta' legalità huma ssodisfati, fost l-oħrajn billi jiġu identifikati l-pajjiż u ż-żona tal-produzzjoni , inkluż il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet art rilevanti . Dawn il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni li jiddependu mill-ħin, il-pożizzjonament u/jew l-osservazzjoni tad-Dinja jistgħu jagħmlu użu mid-data u mis-servizzi spazjali pprovduti skont il-programm Spazjali tal-Unjoni (EGNOS/Galileo u Copernicus). Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni jenħtieġ li l-operaturi jwettqu valutazzjoni tar-riskju. Meta jiġi identifikat riskju, jenħtieġ li l-operaturi jimmitigaw tali riskju sabiex ma jaslu għal sitwazzjoni tal-ebda riskju jew ta' riskju negliġibbli. Huwa biss wara li jlesti l-passi meħtieġa tal-proċedura ta' diliġenza dovuta u wara li jikkonkludi li ma jeżisti l-ebda riskju jew li jeżistu riskju negliġibbli li l-komodità jew il-prodott rilevanti ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, li l-operatur jista' jitħalla jintroduċi l-komodità jew il-prodott rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew jesportah.

(33)

Abbażi ta' approċċ sistemiku, jenħtieġ li l-operaturi jieħdu l-passi xierqa sabiex jiżguraw li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti li jkunu beħsiebhom jintroduċu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' mingħajr deforestazzjoni u tal-legalità ta' dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-operaturi jistabbilixxu u jimplimentaw proċeduri ta' diliġenza dovuta. Il-proċedura ta' diliġenza dovuta meħtieġa minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tinkludi erba' elementi: rekwiżiti ta' informazzjoni, valutazzjoni tar-riskju u miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju u obbligi ta' rapportar . Jenħtieġ li l-proċeduri ta' diliġenza dovuta jitfasslu sabiex jipprovdu aċċess għal informazzjoni dwar is-sorsi u l-fornituri tal-komoditajiet u tal-prodotti li jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni, inkluż informazzjoni li turi li l-assenza ta' deforestazzjoni ,ta' degradazzjoni tal-foresti u ta' konverżjoni u degradazzjoni tal-foresti u r-rekwiżit ta' legalità huma ssodisfati, u li l-pajjiż ta' produzzjoni kkonforma mar-rekwiżit tal-legalità u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għal kunsens liberu, minn qabel u infurmat, fost l-oħrajn billi jiġu identifikati l-pajjiż tal-produzzjoni jew partijiet minnhom , inkluż il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni. Dawn il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni li jiddependu mill-ħin, il-pożizzjonament u/jew l-osservazzjoni tad-Dinja jistgħu jagħmlu użu mid-data u mis-servizzi spazjali pprovduti skont il-programm Spazjali tal-Unjoni (EGNOS/Galileo u Copernicus). L-applikazzjoni tar-rekwiżit ta' ġeolokalizzazzjoni f'setturi fejn il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira jirrappreżentaw sehem sinifikanti ta' produtturi tista' tkun partikolarment ta' sfida u jenħtieġ li jingħataw, fejn rilevanti u gwida, kif ukoll appoġġ tekniku u finanzjarju. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni jenħtieġ li l-operaturi jwettqu valutazzjoni tar-riskju. Meta jiġi identifikat riskju, jenħtieġ li l-operaturi jimmitigaw tali riskju sabiex ma jaslu għal sitwazzjoni tal-ebda riskju jew ta' riskju negliġibbli. Huwa biss wara li jlesti l-passi meħtieġa tal-proċedura ta' diliġenza dovuta u wara li jikkonkludi li ma jeżisti l-ebda riskju jew li jeżistu riskju negliġibbli li l-komodità jew il-prodott rilevanti ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, li l-operatur jista' jitħalla jintroduċi l-komodità jew il-prodott rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew jesportah. Sabiex titrawwem it-trasparenza u jiġi faċilitat l-infurzar, jenħtieġ li l-operaturi, fuq bażi annwali, jirrapportaw pubblikament dwar is-sistema ta' diliġenza dovuta tagħhom, inkluż dwar il-passi meħuda sabiex jimplimentaw l-obbligi tagħhom.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)

L-operaturi jenħtieġ li jagħmlu sforzi raġonevoli biex jiżguraw li jitħallas prezz ġust lill-produtturi li huma jiksbu sorsi mingħandhom, b'mod partikolari l-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, sabiex jippermettu introjtu li jiggarantixxi l-għajxien u jindirizzaw b'mod effettiv il-faqar bħala kawża ewlenija tad-deforestazzjoni.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Premessa 33b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b)

L-operaturi u l-kummerċjanti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-għodod magħmula disponibbli mill-Unjoni meta jiġbru u jittraskrivu mill-ġdid l-informazzjoni meħtieġa għall-proċedura ta' diliġenza dovuta. L-aġenziji inkarigati minn EGNOS/Galileo u Copernicus jenħtieġ li jsaħħu s-sinerġiji tagħhom sabiex jippermettu approċċ olistiku. L-operaturi u n-negozjanti, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jenħtieġ li jappoġġaw lill-bdiewa, b'mod partikolari l-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw u jagħmlu użu xieraq mill-għodod meħtieġa biex jiġbru l-informazzjoni, inkluża l-ġeolokalizzazzjoni, u biex jagħmlu użu xieraq minnhom b'mod sostenibbli.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)

Jenħtieġ li l-operaturi formalment jassumu r-responsabbiltà għall-konformità tal-komoditajiet jew tal-prodotti rilevanti li jkunu beħsiebhom jintroduċu fis-suq tal-Unjoni jew li jesportaw billi jagħmlu disponibbli d-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi mudell għal tali dikjarazzjonijiet. Dan huwa mistenni li jiffaċilita l-infurzar ta' dan ir-Regolament permezz tal-awtoritajiet kompetenti u l-qrati kif ukoll iżid il-konformità mill-operaturi.

(34)

Jenħtieġ li l-operaturi li jqiegħdu l-komodità jew il-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni jew li jesportaw komodità lejn pajjiż terz formalment jassumu r-responsabbiltà għall-konformità tal-komoditajiet jew tal-prodotti rilevanti li jkunu beħsiebhom jintroduċu fis-suq tal-Unjoni jew li jesportaw billi jagħmlu disponibbli d-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi mudell għal tali dikjarazzjonijiet. Dan huwa mistenni li jiffaċilita l-infurzar ta' dan ir-Regolament permezz tal-awtoritajiet kompetenti u l-qrati kif ukoll iżid il-konformità mill-operaturi.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)

Jenħtieġ li n-negozjanti jkunu responsabbli għall-ġbir u għaż-żamma ta' informazzjoni li tiżgura t-trasparenza tal-katina tal-provvista tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti li jqegħdu fis-suq. Negozjanti kbar li ma humiex intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għandhom influwenza sinifikanti fuq il-ktajjen tal-provvista u għandhom rwol importanti fl-iżgurar li dawn ikunu mingħajr deforestazzjoni u għalhekk jenħtieġ li jkollhom l-istess obbligi bħall-operaturi.

(36)

Jenħtieġ li n-negozjanti jkunu responsabbli għall-ġbir u għaż-żamma ta' informazzjoni li tiżgura t-trasparenza tal-katina tal-provvista tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti li jqegħdu fis-suq. Negozjanti kbar li ma humiex intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għandhom influwenza sinifikanti fuq il-ktajjen tal-provvista u għandhom rwol importanti fl-iżgurar li l-ktajjen tal-provvista jkunu mingħajr deforestazzjoni u għalhekk jenħtieġ li jkollhom l-istess obbligi bħall-operaturi.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

Sabiex titrawwem it-trasparenza u jiġi faċilitat l-infurzar, jenħtieġ li l-operaturi li ma humiex SMEs , fuq bażi annwali, jirrapportaw pubblikament dwar is-sistema ta' diliġenza dovuta tagħhom, inkluż dwar il-passi meħuda sabiex jimplimentaw l-obbligi tagħhom.

(37)

Sabiex titrawwem it-trasparenza u jiġi faċilitat l-infurzar, jenħtieġ li l-operaturi, fuq bażi annwali, jirrapportaw pubblikament dwar is-sistema ta' diliġenza dovuta tagħhom, inkluż dwar il-passi meħuda sabiex jimplimentaw l-obbligi tagħhom.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)

Strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti ta' diliġenza dovuta fil-katina tal-valur fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem jew l-impatti ambjentali negattivi jenħtieġ li japplikaw sakemm ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv, natura u effett f'dan ir-Regolament li tista' tiġi adattata fid-dawl ta' emendi leġiżlattivi futuri. Jenħtieġ li l-eżistenza ta' dan ir-Regolament ma teskludix l-applikazzjoni ta' strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta tal-katina tal-valur. Meta tali strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE jipprevedu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi jew iżidu rekwiżiti mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li tali dispożizzjonijiet jiġu applikati flimkien ma' dawk ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, meta dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet aktar speċifiċi, jenħtieġ li dawn ma jiġux interpretati b'mod li jimmina l-applikazzjoni effettiva ta' strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE dwar id-diliġenza dovuta jew l-ilħuq tal-għan ġenerali tagħhom.

(38)

Strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti ta' diliġenza dovuta fil-katina tal-valur fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem jew l-impatti ambjentali negattivi , bħar-Regolament (EU) 2020/852 tal-Parlament wropew u tal-Kunsill  (1a) u [d-Direttiva li jmiss dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva]  (1b) , jenħtieġ li japplikaw sakemm ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv, natura u effett f'dan ir-Regolament li tista' tiġi adattata fid-dawl ta' emendi leġiżlattivi futuri. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti mar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà u tal-legalità. Dan japplika ex ante, qabel ma l-komoditajiet jew il-prodotti jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew jiġu esportati minnu. Jenħtieġ li l-eżistenza ta' dan ir-Regolament speċifiku għall-komoditajiet ma teskludix l-applikazzjoni ta' strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta tal-katina tal-valur. Meta tali strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE jipprevedu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi jew iżidu rekwiżiti mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li tali dispożizzjonijiet jiġu applikati flimkien ma' dawk ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, meta dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet aktar speċifiċi, jenħtieġ li dawn ma jiġux interpretati b'mod li jimmina l-applikazzjoni effettiva ta' strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE dwar id-diliġenza dovuta jew l-ilħuq tal-għan ġenerali tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li toħroġ linji gwida ċari u faċli biex jinftiehmu biex tgħin lill-operaturi u lin-negozjanti, b'mod partikolari l-SMEs, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament bil-għan li jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv u finanzjarju. Il-linji gwida jenħtieġ li jappoġġaw lill-operaturi biex dawn jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' diliġenza dovuta b'mod effettiv meta dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' strumenti leġiżlattivi oħra sovrapposti li jistabbilixxu rekwiżiti oħra ta' diliġenza dovuta.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)

Hemm rabta diretta bejn id-deforestazzjoni u l-konverżjoni tal-ekosistemi u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet tagħhom u jenħtieġ li l-inklużjoni sħiħa tagħhom fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għat-testi u l-istandards internazzjonali, inkluża d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, id-drittijiet konswetudinarji tal-pussess tal-art, id-dritt għal kunsens liberu, minn qabel u infurmat (FPIC). Id-drittijiet tax-xogħol kif minquxa fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet għall-protezzjoni ambjentali u d-dritt li jiġu difiżi d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent jenħtieġ li jiġu promossi wkoll.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)

Ir-responsabbiltà għall-infurzar ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi rispettat bis-sħiħ. Infurzar uniformi ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu jista' jinkiseb biss permezz ta' skambju sistematiku ta' informazzjoni u kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni.

(40)

Ir-responsabbiltà għall-infurzar ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi rispettat bis-sħiħ. Infurzar uniformi ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu jista' jinkiseb biss permezz ta' skambju sistematiku ta' informazzjoni u kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li, b'mod partikolari, twettaq analiżi tal-penali applikati mill-Istati Membri u twettaq skambju magħhom sabiex tippromwovi l-implimentazzjoni armonizzata ta' dan ir-Regolament.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a)

Għall-finijiet tal-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament u l-konformità miegħu mill-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi u n-negozjanti, jenħtieġ li l-membri tal-pubbliku konċernat ikunu jistgħu jieħdu azzjoni biex jiżguraw il-konformità mal-liġi ambjentali u b'hekk jipproteġu l-ambjent.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Premessa 40b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40b)

Id-dritt għal rimedju effettiv huwa dritt tal-bniedem rikonoxxut internazzjonalment, minqux fl-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali u l-Artikolu 2(3) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u huwa wkoll dritt fundamentali tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jenħtieġ għalhekk li jiżguraw li l-membri tal-pubbliku kkonċernati jew affettwati minn ksur ta' dan ir-Regolament ikollhom aċċess xieraq għal rimedju effettiv.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)

L-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi u effiċjenti ta' dan ir-Regolament huma essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi u tiġġestixxi sistema ta' informazzjoni sabiex tappoġġa lill-operaturi u lill-awtoritajiet kompetenti fil-preżentazzjoni u fl-aċċess tal-informazzjoni meħtieġa dwar il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti introdotti fis-suq. Jenħtieġ li l-operaturi jissottomettu d-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta fis-sistema tal-informazzjoni. Jenħtieġ li s-sistema ta' informazzjoni tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u għall-awtoritajiet doganali sabiex tiffaċilita t-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li s-sistema tal-informazzjoni tkun aċċessibbli wkoll għal pubbliku usa', bid-data anonimizzata provduta f'format miftuħ u li jinqara mill-magni f'konformità mal-Politika tal-Unjoni dwar id-Data Miftuħa.

(41)

L-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi u effiċjenti ta' dan ir-Regolament huma essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi u tiġġestixxi sistema ta' informazzjoni sabiex tappoġġa lill-operaturi u lill-awtoritajiet kompetenti fil-preżentazzjoni u fl-aċċess tal-informazzjoni meħtieġa dwar il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti introdotti fis-suq. Jenħtieġ li l-operaturi jissottomettu d-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta fis-sistema tal-informazzjoni. Jenħtieġ li s-sistema ta' informazzjoni tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u għall-awtoritajiet doganali sabiex tiffaċilita t-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u jenħtieġ li tiffaċilita t-trasferimenti ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet doganali kif ukoll fosthom . Jenħtieġ li d-data li mhix sensittiva f'sens kummerċjali tkun aċċessibbli wkoll għal pubbliku usa', bid-data li tkun anonimizzata – apparti l-informazzjoni rigward il-lista ta' operaturi u negozjanti mhux konformi – u provduta f'format miftuħ u li jinqara mill-magni f'konformità mal-Politika tal-Unjoni dwar id-Data Miftuħa.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)

Għall-komoditajiet rilevanti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-kompitu li jivverifikaw il-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti mal-obbligi skont dan ir-Regolament, billi r-rwol tad-dwana huwa li tiżgura li r-referenza ta' dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta tkun disponibbli fid-dikjarazzjoni doganali fejn applikabbli u, barra minn hekk mill-mument li l-interfaċċa elettronika tkun fis-seħħ għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti, sabiex jivverifikaw l-istatus tad-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta wara analiżi tar-riskju inizjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fis-Sistema ta' Informazzjoni u jaġixxu kif xieraq (jiġifieri jissospendu jew jirrifjutaw komodità jew prodott jekk jintalbu jagħmlu dan permezz tal-istatus fis-Sistema ta' Informazzjoni). Din l-organizzazzjoni speċifika tal-kontrolli tirrifjuta l-applikazzjoni tal-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020 f'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament.

(42)

Għall-komoditajiet u l-prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-kompitu li jivverifikaw il-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti mal-obbligi skont dan ir-Regolament abbażi , fost l-oħrajn, tad-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta sottomessi mill-operaturi billi r-rwol tad-dwana huwa li tiżgura li r-referenza ta' dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta tkun disponibbli fid-dikjarazzjoni doganali fejn applikabbli u, barra minn hekk mill-mument li l-interfaċċa elettronika tkun fis-seħħ għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti, sabiex jivverifikaw l-istatus tad-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta wara analiżi tar-riskju inizjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fis-Sistema ta' Informazzjoni u jaġixxu kif xieraq (jiġifieri jissospendu jew jirrifjutaw komodità jew prodott jekk jintalbu jagħmlu dan permezz tal-istatus fis-Sistema ta' Informazzjoni). Din l-organizzazzjoni speċifika tal-kontrolli tirrifjuta l-applikazzjoni tal-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020 f'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a)

Il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitwettqu b'mod li jkun l-inqas ta' tfixkil għall-kummerċ u għall-operazzjonijiet tal-operaturi u n-negozjanti.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Premessa 43a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura riżorsi finanzjarji adegwati u suffiċjenti, inkluż speċifikament għall-appoġġ tekniku, inkluż permezz tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, biex tgħin lill-pajjiżi sħab jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk ir-riżorsi jkunu diġà disponibbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' adattament tal-komunitajiet affettwati, b'attenzjoni partikolari għall-bdiewa b'azjendi agrikoli żgħar.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)

Sabiex jiġi ottimizzat u jitneħħa l-piż minn fuq il-proċess ta' kontroll tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu, jeħtieġ li jiġu stabbiliti interfaċċi elettroniċi li jippermettu t-trasferiment awtomatiku tad-data bejn is-sistemi doganali u s-Sistema ta' informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Is-sistema ta' Single Window tal-UE għad-dwana hija l-kandidat naturali sabiex jiġu appoġġati tali trasferimenti tad-data. Jenħtieġ li l-interfaċċi jkunu awtomatizzati ħafna u faċli sabiex jintużaw, u  jenħtieġ li l-piż addizzjonali għall-awtoritajiet doganali jkun limitat . Barra minn hekk, fid-dawl tad-differenzi limitati bejn id-data li għandha tiġi dikjarata rispettivament fid-dikjarazzjoni doganali u fid-dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta, huwa xieraq li jiġi propost ukoll approċċ “min-negozji għall-gvern” fejn in-negozjanti u l-operaturi ekonomiċi jagħmlu disponibbli d-dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta ta' komodità jew prodott rilevanti permezz tas-sistema ta' single window nazzjonali għad-dwana u din id-dikjarazzjoni tiġi trażmessa awtomatikament fis-Sistema ta' Informazzjoni użata mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti jikkontribwixxu sabiex jiddeterminaw id-data li għandha tiġi trażmessa u kwalunkwe rekwiżit tekniku ieħor.

(45)

Sabiex jiġi ottimizzat u jitneħħa l-piż minn fuq il-proċess ta' kontroll tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jew li joħorġu minnu, jeħtieġ li jiġu stabbiliti interfaċċi elettroniċi interoperabbli li jippermettu t-trasferiment awtomatiku tad-data bejn is-sistemi doganali u s-Sistema ta' informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Is-sistema ta' Single Window tal-UE għad-dwana hija l-kandidat naturali sabiex jiġu appoġġati tali trasferimenti tad-data. Jenħtieġ li l-interfaċċi jkunu awtomatizzati ħafna u faċli sabiex jintużaw, u  jiffaċilitaw il-proċessi għall-awtoritajiet doganali kif ukoll jillimitaw il-kostijiet u l-piż għall-operaturi . Barra minn hekk, fid-dawl tad-differenzi limitati bejn id-data li għandha tiġi dikjarata rispettivament fid-dikjarazzjoni doganali u fid-dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta, huwa xieraq li jiġi propost ukoll approċċ “min-negozji għall-gvern” fejn in-negozjanti u l-operaturi ekonomiċi jagħmlu disponibbli d-dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta ta' komodità jew prodott rilevanti permezz tas-sistema ta' single window nazzjonali għad-dwana u din id-dikjarazzjoni tiġi trażmessa awtomatikament fis-Sistema ta' Informazzjoni użata mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti jikkontribwixxu sabiex jiddeterminaw id-data li għandha tiġi trażmessa u kwalunkwe rekwiżit tekniku ieħor.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)

Ir-riskju li jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni komoditajiet u prodotti mhux konformi jvarja skont il-komodità u l-prodott kif ukoll skont il-pajjiż tal-oriġini u l-produzzjoni tagħhom. L-operaturi li jakkwistaw komoditajiet u prodotti minn pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx ta' tkabbir, ħsad jew produzzjoni ta' komoditajiet rilevanti bi ksur ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal anqas obbligi, u b'hekk jitnaqqsu l-kostijiet ta' konformità u l-piż amministrattiv. Il-komoditajiet u l-prodotti minn pajjiżi b'riskju għoli jew partijiet minnhom, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal skrutinju msaħħaħ mill-awtoritajiet kompetenti.

(46)

Ir-riskju li jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni komoditajiet u prodotti mhux konformi jvarja skont il-komodità u l-prodott kif ukoll skont il-pajjiż tal-oriġini u l-produzzjoni tagħhom jew parti minnhom . L-operaturi li jakkwistaw komoditajiet u prodotti minn pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx ta' tkabbir, ħsad jew produzzjoni ta' komoditajiet rilevanti bi ksur ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal anqas obbligi, u b'hekk jitnaqqsu l-kostijiet ta' konformità u l-piż amministrattiv , sakemm l-operatur ma jkunx jaf jew ikollu raġuni biex jemmen li hemm riskji ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament. Meta awtorità kompetenti tkun konxja minn riskju li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jkunu qed jiġu evitati, pereżempju fejn komodità jew prodott rilevanti li jkunu ġew prodotti f'pajjiż b'riskju għoli jiġu sussegwentement ipproċessati fl-Unjoni jew esportati lejn l-UE minn pajjiż b'riskju baxx, u d-dikjarazzjoni doganali jew id-dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta jindikaw li l-komodità jew il-prodott ikunu ġew prodotti f'pajjiż b'riskju baxx, jenħtieġ li tivverifika permezz ta' kontrolli ulterjuri jekk hemmx xi nuqqas ta' konformità u, jekk meħtieġ, tieħu azzjoni xierqa, bħall-qbid u s-sospensjoni tat-tqegħid fis-suq tal-komodità jew tal-prodott rilevanti, kif ukoll twettaq verifiki ulterjuri . Il-komoditajiet u l-prodotti minn pajjiżi b'riskju għoli jew partijiet minnhom, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal skrutinju msaħħaħ mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)

Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta r-riskju ta' deforestazzjoni u ta' degradazzjoni tal-foresti f'livell ta' pajjiż jew ta' partijiet minnu abbażi ta' firxa ta' kriterji li jirriflettu kemm data kwantitattiva, oġġettiva kif ukoll dik rikonoxxuta internazzjonalment, u indikazzjonijiet li l-pajjiżi huma involuti attivament fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti. Jenħtieġ li din l-informazzjoni dwar il-valutazzjoni komparattiva tagħmilha aktar faċli għall-operaturi fl-Unjoni li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta u għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità, filwaqt li tipprovdi wkoll inċentiv għall-pajjiżi produtturi sabiex iżidu s-sostenibbiltà tas-sistemi ta' produzzjoni agrikola tagħhom u jnaqqsu l-impatt tad-deforestazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li dan jgħin sabiex il-ktajjen tal-provvista jsiru aktar trasparenti u sostenibbli. Jenħtieġ li din is-sistema ta' valutazzjoni komparattiva tkun ibbażata fuq klassifikazzjoni bi tliet livelli ta' pajjiżi li għandhom jitqiesu bħala ta' riskju baxx, standard jew għoli. Sabiex jiġu żgurati trasparenza u ċarezza xierqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni partikolarment tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-data li tkun qiegħda tintuża għall-valutazzjoni komparattiva, ir-raġunijiet għall-bidla proposta fil-klassifikazzjoni u t-tweġiba tal-pajjiż konċernat. Għall-komoditajiet u l-prodotti rilevanti minn pajjiżi b'riskju baxx jew partijiet ta' pajjiżi identifikati bħala b'riskju baxx, jenħtieġ li l-operaturi jitħallew japplikaw diliġenza dovuta simplifikata, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu meħtieġa japplikaw skrutinju msaħħaħ fuq il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti minn pajjiżi b'riskju għoli jew partijiet minn pajjiżi identifikati bħala ta' riskju għoli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli li jipproduċu komoditajiet u prodotti rilevanti li ma humiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(47)

Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta r-riskju ta' deforestazzjoni u ta' degradazzjoni tal-foresti jew ta' riskju ta' konverżjoni tal-foresti f'livell ta' pajjiż jew ta' partijiet minnhom u abbażi ta' firxa ta' kriterji li jirriflettu kemm data kwantitattiva, oġġettiva kif ukoll dik rikonoxxuta internazzjonalment, u indikazzjonijiet li l-pajjiżi huma involuti attivament fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti , u għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali . Jenħtieġ li din l-informazzjoni dwar il-valutazzjoni komparattiva tagħmilha aktar faċli għall-operaturi fl-Unjoni li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta u għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jimmonitorjaw u jinfurzaw il-konformità, filwaqt li tipprovdi wkoll inċentiv għall-pajjiżi produtturi sabiex iżidu s-sostenibbiltà tas-sistemi ta' produzzjoni agrikola tagħhom u jnaqqsu l-impatt tad-deforestazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li dan jgħin sabiex il-ktajjen tal-provvista jsiru aktar trasparenti u sostenibbli. Jenħtieġ li din is-sistema ta' valutazzjoni komparattiva tkun ibbażata fuq klassifikazzjoni bi tliet livelli ta' pajjiżi li għandhom jitqiesu bħala ta' riskju baxx, standard jew għoli. Sabiex jiġu żgurati trasparenza u ċarezza xierqa, jenħtieġ li l-Kummissjoni partikolarment tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-data li tkun qiegħda tintuża għall-valutazzjoni komparattiva, ir-raġunijiet għall-bidla proposta fil-klassifikazzjoni u t-tweġiba tal-pajjiż konċernat. Għall-komoditajiet u l-prodotti rilevanti minn pajjiżi b'riskju baxx jew partijiet ta' pajjiżi identifikati bħala b'riskju baxx, jenħtieġ li l-operaturi jitħallew japplikaw diliġenza dovuta simplifikata, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu meħtieġa japplikaw skrutinju msaħħaħ fuq il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti minn pajjiżi b'riskju għoli jew partijiet minn pajjiżi identifikati bħala ta' riskju għoli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli li jipproduċu komoditajiet u prodotti rilevanti li ma humiex konformi ma' dan ir-Regolament.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47a)

Biex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ma joħloqx restrizzjoni bla bżonn għall-kummerċ, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkoopera ma' pajjiżi li huma identifikati li jippreżentaw riskju standard jew għoli, u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti f'dawn il-pajjiżi, sabiex taħdem favur it-tnaqqis tal-livell ta' riskju.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu verifiki fuq l-operaturi u n-negozjanti, f'intervalli regolari, sabiex jivverifikaw li dawn qegħdin tassew iwettqu l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu verifiki meta jkollhom fil-pussess tagħhom informazzjoni rilevanti u abbażi ta' dan, inkluż preokkupazzjonijiet sostanzjati sottomessa minn partijiet terzi. Għal kopertura komprensiva tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti, tal-operaturi u n-negozjanti rispettivi u tal-volumi tas-sehem tagħhom ta' komoditajiet u prodotti, jenħtieġ li japplika approċċ maqsum f'żewġ partijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jivverifikaw ċertu perċentwal ta' operaturi u negozjanti, filwaqt li jkopru wkoll perċentwal speċifiku ta' komoditajiet u prodotti rilevanti. Jenħtieġ li tali perċentwali jkunu ogħla għall-komoditajiet u l-prodotti rilevanti minn pajjiżi b'riskju għoli jew partijiet minnhom.

(48)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu verifiki fuq l-operaturi u n-negozjanti, f'intervalli regolari, sabiex jivverifikaw li dawn qegħdin tassew iwettqu l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu verifiki meta jkollhom fil-pussess tagħhom informazzjoni rilevanti u abbażi ta' dan, inkluż preokkupazzjonijiet sostanzjati sottomessa minn partijiet terzi. Għal kopertura komprensiva tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti, tal-operaturi u n-negozjanti rispettivi u tal-volumi tas-sehem tagħhom ta' komoditajiet u prodotti, jenħtieġ li japplika approċċ maqsum f'żewġ partijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jivverifikaw ċertu perċentwal ta' operaturi u negozjanti, filwaqt li jkopru wkoll perċentwal speċifiku ta' komoditajiet u prodotti rilevanti. Jenħtieġ li tali perċentwali jkunu ogħla għall-komoditajiet u l-prodotti rilevanti minn pajjiżi b'riskju għoli jew partijiet minnhom filwaqt li dawn jistgħu jkunu aktar baxxi għal pajjiżi b'riskju baxx jew partijiet minnhom .

Emenda 66

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)

Jenħtieġ li l-verifiki tal-operaturi u tan-negozjanti mill-awtoritajiet kompetenti jkopru s-sistemi ta' diliġenza dovuta u l-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-verifiki jkunu bbażati fuq pjan ta' verifiki bbażat fuq ir-riskju. Jenħtieġ li l-pjan ikun fih kriterji tar-riskju li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu analiżi tar-riskju tad-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta sottomessi mill-operaturi u min-negozjanti. Jenħtieġ li l-kriterji tar-riskju jqisu r-riskju ta' deforestazzjoni assoċjata ma' komoditajiet u prodotti rilevanti fil-pajjiż tal-produzzjoni, l-istorja tal-konformità tal-operaturi u tan-negozjanti mal-obbligi ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-analiżi tar-riskju tad-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw l-identifikazzjoni tal-operaturi, tan-negozjanti u tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti, u jenħtieġ li titwettaq bl-użu ta' tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data fis-sistema tal-informazzjoni li tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta.

(49)

Jenħtieġ li l-verifiki tal-operaturi u tan-negozjanti mill-awtoritajiet kompetenti jkopru s-sistemi ta' diliġenza dovuta u l-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-verifiki jkunu bbażati fuq pjan ta' verifiki bbażat fuq ir-riskju. Jenħtieġ li l-pjan ikun fih kriterji tar-riskju li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu analiżi tar-riskju tad-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta sottomessi mill-operaturi u min-negozjanti. Jenħtieġ li l-kriterji tar-riskju jqisu r-riskju ta' deforestazzjoni assoċjata ma' komoditajiet u prodotti rilevanti fil-pajjiż tal-produzzjoni, l-istorja tal-konformità tal-operaturi u tan-negozjanti mal-obbligi ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-analiżi tar-riskju tad-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw l-identifikazzjoni tal-operaturi, tan-negozjanti u tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti, u jenħtieġ li titwettaq bl-użu ta' tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data fis-sistema tal-informazzjoni li tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta. Fejn meħtieġ u teknikament possibbli, l-awtoritajiet kompetenti, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet f'pajjiżi terzi, għandhom ukoll iwettqu kontrolli in situ.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)

F'każ li l-analiżi tar-riskju tad-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta tiżvela riskju għoli ta' nuqqas ta' konformità ta' komoditajiet u prodotti rilevanti speċifiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu miżuri interim immedjati sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni jew it-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni. F'każ li dawn il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti jkunu daħlu fis-suq tal-Unjoni jew ikunu ħerġin minnu, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu lill-awtoritajiet doganali s-sospensjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-verifiki meħtieġa. Tali talba jenħtieġ li tiġi komunikata permezz tas-sistema tal-interfaċċa bejn id-dwana u l-awtoritajiet kompetenti. Is-sospensjoni tal-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni, tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni jenħtieġ li tkun limitata għal tlett ijiem ta' xogħol ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu jirrikjedu żmien addizzjonali sabiex jivvalutaw il-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti ma' dan ir-Regolament. F'dak il-każ, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri interim addizzjonali sabiex jestendu l-perjodu ta' sospensjoni jew jitolbu tali estensjoni lill-awtoritajiet doganali fil-każ ta' komoditajiet u prodotti rilevanti li jkunu deħlin jew ħerġin mis-suq tal-Unjoni.

(50)

F'każ li l-analiżi tar-riskju tad-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta tiżvela riskju għoli ta' nuqqas ta' konformità ta' komoditajiet u prodotti rilevanti speċifiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu miżuri interim immedjati sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni jew it-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni jew l-esportazzjoni tagħhom mill-Unjoni . F'każ li dawn il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti jkunu daħlu fis-suq tal-Unjoni jew ikunu ħerġin minnu, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu lill-awtoritajiet doganali s-sospensjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-verifiki meħtieġa. Tali talba jenħtieġ li tiġi komunikata permezz tas-sistema tal-interfaċċa bejn id-dwana u l-awtoritajiet kompetenti. Is-sospensjoni tal-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni, tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni jenħtieġ li tkun limitata għal ħamest ijiem ta' xogħol , jew 72 siegħa għal komoditajiet u prodotti friski li jistgħu jitħassru, ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu jirrikjedu żmien addizzjonali sabiex jivvalutaw il-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti ma' dan ir-Regolament. F'dak il-każ, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri interim addizzjonali sabiex jestendu l-perjodu ta' sospensjoni jew jitolbu tali estensjoni lill-awtoritajiet doganali fil-każ ta' komoditajiet u prodotti rilevanti li jkunu deħlin jew ħerġin mis-suq tal-Unjoni.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Premessa 50a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(50a)

L-operaturi jenħtieġ li jappoġġaw il-konformità min-naħa tal-fornituri tagħhom li huma bdiewa b'azjenda agrikola żgħira ma' dan ir-Regolament, inkluż permezz ta' investimenti u tisħiħ tal-kapaċitajiet, kif ukoll mekkaniżmi ta' pprezzar li jippermettu introjtu li jiggarantixxi l-għajxien għall-produtturi li jiksbu s-sorsi mingħandhom.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)

Jenħtieġ li l-pjan għall-verifiki jiġi aġġornat regolarment abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tiegħu. Dawk l-operaturi li juru rekord konsistenti ta' konformità jenħtieġ li jkunu soġġetti għal frekwenza mnaqqsa ta' verifiki.

(51)

Jenħtieġ li l-pjan għall-verifiki jiġi aġġornat regolarment abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tiegħu. Dawk l-operaturi li juru rekord konsistenti ta' konformità jistgħu jkunu soġġetti għal frekwenza mnaqqsa ta' verifiki.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Premessa 51a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(51a)

Jekk ikollha raġuni biex temmen li Stat Membru ma jwettaqx biżżejjed kontrolli biex jiżgura l-infurzar ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata l-mandat li tintroduċi bidliet, fi djalogu ma' dak l-Istat Membru, fil-pjan ta' verifiki f'dak l-Istat Membru biex tirrettifika s-sitwazzjoni.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)

Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jirtiraw u jiġbru lura komoditajiet u prodotti rilevanti mhux konformi u li jieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa. Jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-ksur ta' dan ir-Regolament mill-operaturi u min-negozjanti jiġi sanzjonat b'penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(52)

Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jirtiraw u jiġbru lura komoditajiet u prodotti rilevanti mhux konformi u li jieħdu azzjonijiet korrettivi xierqa. Jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-ksur ta' dan ir-Regolament mill-operaturi u min-negozjanti jiġi sanzjonat b'penali effettivi, proporzjonati u dissważivi u li l-operaturi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi skont dan ir-Regolament ikunu responsabbli u obbligati li jikkumpensaw għall-ħsara li kieku kien jevita l-eżerċitar tad-diliġenza dovuta .

Emenda 72

Proposta għal regolament

Premessa 52a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(52a)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika l-ismijiet tal-operaturi u n-negozjanti mhux f'konformità ma' dan ir-Regolament. Dan jista' jgħin lil operaturi u kummerċjanti oħra fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom u jżid il-pressjoni mill-konsumaturi u mis-soċjetà ċivili fuq operaturi u kummerċjanti mhux konformi sabiex għall-akkwisti tagħhom jużaw ktajjen tal-provvista li jkunu ħielsa mid-deforestazzjoni.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)

Filwaqt li jqisu l-karattru internazzjonali tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u l-kummerċ relatat, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw ma' xulxin, mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, mal-Kummissjoni, kif ukoll mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni u l-infurzar ta' strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti ta' diliġenza dovuta fil-katina tal-valur fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-impatti ambjentali negattivi.

(53)

Filwaqt li jqisu l-karattru internazzjonali tad-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti , il-konverżjoni tal-foresti u l-kummerċ relatat, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw ma' xulxin, mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, mal-Kummissjoni, kif ukoll mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni u l-infurzar ta' strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti ta' diliġenza dovuta fil-katina tal-valur fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-impatti ambjentali negattivi.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Premessa 53a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(53a)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal informazzjoni fattwali, affidabbli u aġġornata dwar id-deforestazzjoni għall-operaturi, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi interessati, u biex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-operaturi ekonomiċi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma li tkun tkopri ż-żoni forestali madwar id-dinja, u li tinkludi firxa ta' għodod li jippermettu lill-partijiet kollha jimxu malajr lejn akkwist li ma jinvolvi l-Ebda Deforestazzjoni tul il-ktajjen tal-provvista tagħhom. Jenħtieġ li l-pjattaforma tinkludi mapep tematiċi, mappa tal-kopertura tal-art b'serje kronoloġika li tibda mid-data ta' skadenza stabbilita minn dan ir-Regolament, u firxa ta' klassijiet li jippermettu li tiġi eżaminata l-kompożizzjoni tal-pajsaġġ. Il-pjattaforma jenħtieġ li tipprovdi wkoll sistema ta' twissija, li tiddependi fuq monitoraġġ ta' kull xahar tal-bidla fil-kopertura tal-foresti, u firxa ta' analiżijiet u outputs sikuri u faċli għall-utent, li juru kif il-ktajjen tal-provvista huma marbuta mad-deforestazzjoni. Sabiex jitrawwem l-użu tal-aktar informazzjoni preċiża u f'waqtha, biex jiġu żviluppati valutazzjoni tar-riskju u analiżijiet tar-riskju, biex jittejbu l-verifiki fuq id-dikjarazzjonijiet u l-valutazzjoni komparattiva tal-pajjiżi, filwaqt li jiġi żviluppat approċċ kooperattiv, jenħtieġ li l-pjattaforma tkun disponibbli għall-operaturi, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, u l-awtoritajiet interessati tal-pajjiżi terzi kollha. Jenħtieġ li l-pjattaforma tuża immaġnijiet satellitari, inklużi minn Copernicus Sentinel, li għandhom il-kapaċità li jipprovdu l-informazzjoni fattwali, affidabbli u aġġornata meħtieġa.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)

Filwaqt li dan ir-Regolament jindirizza d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, kif previst fil-Komunikazzjoni tal-2019 “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”, jenħtieġ li l-protezzjoni tal-foresti ma twassalx għall-konverżjoni jew għad-degradazzjoni ta' ekosistemi naturali oħra. L-ekosistemi bħall-artijiet mistagħdra, is-savani u t-torbiera huma sinifikanti ħafna għall-isforzi globali sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, kif ukoll għal għanijiet oħra ta' żvilupp sostenibbli u l-konverżjoni jew id-degradazzjoni tagħhom jirrikjedu attenzjoni urġenti partikolari. Sabiex tindirizza dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa u l-fattibbiltà li testendi l-kamp ta' applikazzjoni għal ekosistemi oħra u għal komoditajiet ulterjuri sentejn wara d-dħul fis-seħħ. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq ukoll rieżami tal-prodotti rilevanti kif elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament permezz ta' att delegat.

imħassar

Emenda 76

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)

Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' informazzjoni li l-operaturi għandhom jikkonformaw magħhom u li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament jibqgħu rilevanti u f'konformità mal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' informazzjoni meħtieġa għall-proċedura ta' diliġenza dovuta, l-informazzjoni u l-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-mitigazzjoni tar-riskju li l-operaturi għandhom jikkonformaw magħhom li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament u fil-lista ta' prodotti stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Partikolarment, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qegħdin jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(55)

Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' informazzjoni li l-operaturi għandhom jikkonformaw magħhom u li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament jibqgħu rilevanti u f'konformità mal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' informazzjoni meħtieġa għall-proċedura ta' diliġenza dovuta, l-informazzjoni u l-kriterji tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-mitigazzjoni tar-riskju li l-operaturi għandhom jikkonformaw magħhom li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament u fil-lista ta' prodotti stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u mal-partijiet ikkonċernati , u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Partikolarment, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qegħdin jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)

Ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' skema ta' liċenzjar FLEGT permezz ta' Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (VPAs) bilaterali ma' pajjiżi li jipproduċu l-injam. Sabiex jiġu rispettati l-impenji bilaterali li daħlet għalihom l-Unjoni Ewropea u sabiex jiġi ppreservat il-progress miksub mal-pajjiżi sħab li għandhom sistema operatorja fis-seħħ (stadju ta' liċenzjar FLEGT), jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjoni li tiddikjara li l-injam u l-prodotti bbażati fuq l-injam koperti minn liċenzja FLEGT valida jissodisfaw ir-rekwiżit ta' legalità skont dan ir-Regolament.

(57)

Ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' skema ta' liċenzjar FLEGT permezz ta' Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (VPAs) bilaterali ma' pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-VPAs huma maħsuba biex irawmu bidliet sistemiċi fis-settur tal-forestrija bil-għan li jiġu promossi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, l-eliminazzjoni tal-qtugħ illegali tas-siġar u l-appoġġ għall-isforzi dinjija biex titwaqqaf id-deforestazzjoni. Il-VPAs jipprovdu qafas legali importanti kemm għall-Unjoni kif ukoll għall-pajjiżi sħab tagħha, li sar possibbli bis-saħħa tal-kooperazzjoni tajba u l-impenn mill-pajjiżi kkonċernati; Jenħtieġ li jiġu promossi VPAs ġodda ma' sħab addizzjonali. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibni fuq il-ħidma li saret fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 li jkompli jservi bħala mekkaniżmu importanti għall-protezzjoni tal-foresti tad-dinja. Sabiex jiġu rispettati l-impenji bilaterali li daħlet għalihom l-Unjoni Ewropea u sabiex jiġi ppreservat il-progress miksub mal-pajjiżi sħab li għandhom sistema operatorja fis-seħħ (stadju ta' liċenzjar FLEGT) u jiġu inċentivati sħab oħra biex jaħdmu ħalli jilħqu dan l-istadju , jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjoni li tiddikjara li l-injam u l-prodotti bbażati fuq l-injam koperti minn liċenzja FLEGT valida jissodisfaw ir-rekwiżit ta' legalità skont dan ir-Regolament , u b'hekk jiżguraw li din il-parti tar-rekwiżit ta' diliġenza dovuta tiġi verifikata faċilment . Is-sħubijiet tal-VPAs jenħtieġ jiġu appoġġati b'riżorsi adegwati u b'appoġġ amministrattiv u ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet speċifiku. Ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 se jibqa' wkoll sistema importanti biex jipprovdi oqfsa għal konsultazzjonijiet bejn diversi partijiet ikkonċernati.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Premessa 57a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(57a)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tassisti lil-LDCs u lill-SMEs fil-fehim u l-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-konformità tagħhom magħhom, filwaqt li żżomm kooperazzjoni miftuħa lejn il-bini tal-kapaċità mal-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-produtturi, speċjalment il-produtturi ż-żgħar.

Emenda 79

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)

Filwaqt li dan ir-Regolament jindirizza d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, kif previst fil-Komunikazzjoni tal-2019 “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”, jenħtieġ li l-protezzjoni tal-foresti ma twassalx għall-konverżjoni jew għad-degradazzjoni ta' ekosistemi naturali oħra. L-ekosistemi bħall-artijiet mistagħdra, is-savani u t-torbiera huma sinifikanti ħafna għall-isforzi globali sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, kif ukoll għal għanijiet oħra ta' żvilupp sostenibbli u l-konverżjoni jew id-degradazzjoni tagħhom jirrikjedu attenzjoni urġenti partikolari. Għalhekk jenħtieġ li ssir evalwazzjoni tal-ħtieġa u tal-fattibbiltà tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal ekosistemi oħra minbarra l-foresti fi żmien sentejn (2) mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(58)

Filwaqt li dan ir-Regolament jindirizza d-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti , kif previst fil-Komunikazzjoni tal-2019 “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”, jenħtieġ li l-protezzjoni tal-foresti ma twassalx għall-konverżjoni jew għad-degradazzjoni ta' ekosistemi naturali oħra. L-ekosistemi bħall-artijiet mistagħdra, is-savani u t-torbiera huma sinifikanti ħafna għall-isforzi globali sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u l-kriżi tal-bijodiversità , kif ukoll għal għanijiet oħra ta' żvilupp sostenibbli, u l-konverżjoni jew id-degradazzjoni tagħhom jirrikjedu azzjoni urġenti partikolari u jeħtieġ li jkunu evitati . Ma hemm l-ebda dubju li l-konsum tal-Unjoni huwa xprun konsiderevoli anke għall-konverżjoni u d-degradazzjoni ta' ekosistemi mhux forestali bijodiversi u rikki fil-karbonju madwar id-dinja. Sabiex titnaqqas l-impronta tal-Unjoni fuq l-ekosistemi naturali kollha, jenħtieġ li ssir evalwazzjoni tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal ekosistemi oħra minbarra l-foresti u art imsaġġra oħra sa mhux aktar tard minn sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament , u proposta leġiżlattiva għaliha, li t-tħejjijiet għaliha għandhom jibdew sa mhux aktar tard mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament . Dewmien ulterjuri biex jiġu inklużi ekosistemi oħra f'dan ir-Regolament jirriskja li jċaqlaq il-produzzjoni agrikola mill-foresti għal ekosistemi mhux forestali. Dawn tal-aħħar jinsabu wkoll taħt pressjoni li qed tiżdied ta' konverżjoni u degradazzjoni minħabba l-produzzjoni tal-komoditajiet għas-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta wkoll il-ħtieġa u l-fattibbiltà li testendi l-kamp ta' applikazzjoni għal aktar komoditajiet sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Fl-istess waqt, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq ukoll rieżami tal-prodotti rilevanti kif elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament permezz ta' att delegat.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Premessa 58a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(58a)

Filwaqt li titqies it-talba li saret mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu “Qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha” tat-22 ta' Ottubru 2020 u mill-maġġoranza vasta tal-kważi 1,2  miljun parteċipant għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti mmexxija mid-domanda biex jiġu inklużi l-ekosistemi mhux forestali f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibbaża l-evalwazzjoni u l-proposta leġiżlattiva tagħha għal estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal ekosistemi oħra abbażi tad-definizzjonijiet ta' “ekosistemi naturali”, “konverżjoni tal-ekosistema naturali” u “degradazzjoni tal-foresti u tal-ekosistemi naturali” u d-data limitu tal-31 ta' Diċembru 2019, kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)

Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti billi jitnaqqas il-kontribut tal-konsum fl-Unjoni, ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri individwalment u jista' għalhekk, minħabba d-daqs tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(60)

Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ġlieda kontra d-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti billi jitnaqqas il-kontribut tal-konsum fl-Unjoni u billi jinċentiva t-tnaqqis tad-deforestazzjoni fil-pajjiżi produtturi , ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri individwalment u jista' għalhekk, minħabba d-daqs tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

Emenda 82

Proposta għal regolament

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61)

Jenħtieġ li l-operaturi, in-negozjanti u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw perjodu ta' żmien raġonevoli bil-għan li jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament,

(61)

Sabiex jiġi evitat it-tfixkil fil-katina tal-provvista u jitnaqqsu l-impatti negattivi fuq pajjiżi terzi, sħab kummerċjali, u b'mod partikolari bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, jenħtieġ li l-operaturi, in-negozjanti u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw perjodu ta' żmien raġonevoli bil-għan li jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament,

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-introduzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll l-esportazzjoni mis-suq tal-Unjoni, tal-bhejjem tal-ifrat, tal-kawkaw, tal-kafè, tal-palm taż-żejt, tas-sojja u tal-injam (“komoditajiet rilevanti”) u  l-prodotti , kif elenkati fl-Anness I, li fihom, ikunu ġew mitmugħa bi jew ikunu saru bl-użu ta' komoditajiet rilevanti (“prodotti rilevanti”), bil-għan li

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-introduzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll l-esportazzjoni mis-suq tal-Unjoni, tal-bhejjem tal-ifrat, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ u l-mogħoż, tal-pollam, tal-kawkaw, tal-kafè, tal-palm taż-żejt u tad-derivattivi taż-żejt tal-palm, tas-sojja , tal-qamħirrum, tal-gomma u tal-injam (“komoditajiet rilevanti”) u  tal-prodotti, inklużi l-karbonju u l-prodotti tal-karta stampata , kif elenkati fl-Anness I, li jkun fihom, ikunu ġew mitmugħa bi jew ikunu saru bl-użu ta' komoditajiet rilevanti (“prodotti rilevanti”), bil-għan li:

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jiġi mminimizzat il-kontribut tal-Unjoni għad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti madwar id-dinja

(a)

jiġi mminimizzat il-kontribut tal-Unjoni għad-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti madwar id-dinja;

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jitnaqqas il-kontribut tal-Unjoni Ewropea għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-telfien globali tal-bijodiversità.

(b)

jitnaqqas il-kontribut tal-Unjoni Ewropea għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-telfien globali tal-bijodiversità;

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

isir kontribut għal tnaqqis fid-deforestazzjoni globali.

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll obbligi għall-istituzzjonijiet finanzjarji b'sede jew li joperaw fl-Unjoni li jipprovdu servizzi finanzjarji lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom huma marbuta ma' jew jikkonsistu fil-produzzjoni, il-forniment, it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni jew l-esportazzjoni mis-suq tal-Unjoni tal-komoditajiet u prodotti rilevanti fis-sens ta' dan l-Artikolu.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

“deforestazzjoni” tfisser il-konverżjoni ta' foresta għal użu agrikolu , kemm jekk ikkawżata mill-bniedem kif ukoll jekk le;

(1)

“deforestazzjoni” tfisser il-konverżjoni, kemm jekk ikkawżata mill-bniedem kif ukoll jekk le , ta' foresti jew art imsaġġra oħra, għal użu agrikolu jew għal foresti mħawla ;

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

“konverżjoni tal-ekosistema” tfisser il-bidla ta' ekosistema naturali għal użu tal-art ieħor jew bidla fil-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, fl-istruttura jew fil-funzjoni ta' ekosistema naturali; dan jinkludi d-degradazzjoni severa jew l-introduzzjoni ta' prattiki ta' ġestjoni li jirriżultaw f'bidla sostanzjali u sostnuta fil-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, fl-istruttura jew fil-funzjoni tal-ekosistema;

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

“użu agrikolu” tfisser l-użu tal-art għal kwalunkwe waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: il-kultivazzjoni ta' għelejjel temporanji jew annwali li għandhom ċiklu ta' tkabbir ta' sena jew anqas; il-kultivazzjoni ta' għelejjel permanenti jew perenni li għandhom ċiklu ta' tkabbir ta' aktar minn sena, inklużi l-għelejjel tas-siġar; il-kultivazzjoni ta' mergħat jew bwar permanenti jew temporanji kif ukoll it-trobbija tal-bhejjem; u art temporanjament mhux maħduma;

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

“art imsaġġra oħra” tfisser art mhux klassifikata bħala foresta, b'firxa ta' aktar minn 0,5  ettaru, b'siġar ogħla minn 5 metri u kopertura forestali ta' 5 sa 10 fil-mija, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ, jew b'kopertura kombinata ta' buxxijiet, arbuxxelli u siġar 'il fuq minn 10 fil-mija, eskluża art li hija prinċipalment ta' użu agrikolu jew urban;

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

“ekosistema naturali” tfisser ekosistema, inklużi ekosistema ġestita mill-bniedem, li sostanzjalment tixbah, f'termini tal-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, l-istruttura u l-funzjoni ekoloġika, ekosistema li tinsab jew li kieku tinstab f'żona partikolari fin-nuqqas ta' impatti umani kbar; din tinkludi, b'mod partikolari, art b'ħażniet kbar ta' karbonju u art b'valur għoli ta' bijodiversità;

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

“degradazzjoni tal-foresti” tfisser operazzjonijiet ta' ħsad li ma humiex sostenibbli u jikkawżaw tnaqqis jew telf tal-produttività bijoloġika jew ekonomika u l-kumplessità tal-ekosistemi tal-foresti , li jirriżultaw fit-tnaqqis fit-tul tal-provvista kumplessiva tal-benefiċċji mill-foresti, li tinkludi l-injam, il-bijodiversità u prodotti jew servizzi oħra ;

(6)

“degradazzjoni tal-foresti u ta' ekosistemi naturali oħra ” tfisser it-tnaqqis jew it-telf tal-produttività bijoloġika jew ekonomika u l-kumplessità tal-foresti u art imsaġġra oħra u ekosistemi naturali oħra, li jaffettwaw il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet, l-istruttura jew il-funzjoni tagħhom, kemm jekk ikkawżati direttament mill-bnedmin kif ukoll jekk le; dan jinkludi l-isfruttament illegali tal-foresti, ta' art imsaġġra oħra jew ta' ekosistemi naturali oħra kif ukoll l-użu ta' prattiki ta' ġestjoni li jirriżultaw f'impatt sostanzjali jew sostnut fuq il-kapaċità tagħhom li jappoġġaw il-bijodiversità jew li jipprovdu servizzi ekosistemiċi ;

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

“operazzjonijiet ta' ħsad sostenibbli” tfisser li l-ħsad isir b'kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità bil-għan li jiġu minimizzati l-impatti negattivi, b'mod li jiġi evitat il-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq, id-degradazzjoni tal-foresti primarji jew il-konverżjoni tagħhom f'foresti ta' tħawwil, u l-ħsad fuq ħamrija vulnerabbli; li jimminimizza tqaċċit totali tas-siġar u jiżgura lokalment sollijiet xierqa għall-estrazzjoni tal-injam niexef u rekwiżiti għall-użu ta' sistemi ta' qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw l-impatti fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità;

imħassar

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

“mingħajr deforestazzjoni” tfisser

(8)

“mingħajr deforestazzjoni” tfisser li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti, inkluż dawk użati għal jew li jinsabu fi prodotti rilevanti, ikunu ġew prodotti fuq art li ma kinitx soġġetta għal deforestazzjoni , u li ma wasslux jew ma kkontribwewx għad-degradazzjoni tal-foresti jew għall-konverżjoni tal-foresti wara l-31 ta' Diċembru  2019 ;

(a)

li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti, inkluż dawk użati għal jew li jinsabu fi prodotti rilevanti, ikunu ġew prodotti fuq art li ma kinitx soġġetta għal deforestazzjoni wara l-31 ta' Diċembru 2020 , u

 

(b)

li l-injam ikun inqata' mill-foresta mingħajr ma tiġi kkawżata d-degradazzjoni tal-foresti wara l-31 ta' Diċembru 2020;

 

Emenda 240

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

“prodott” tfisser imkabbra, maħsuda , imrobbija, mitmugħa minn jew miksuba fuq biċċa art rilevanti;

(9)

“prodott” tfisser imkabbra, maħsuda jew miksuba fuq biċċa art rilevanti , jew, fil-każ ta' bhejjem, “prodott” tfisser il-biċċiet art rilevanti kollha involuti fil-proċess tat-trobbija tal-bhejjem ;

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

“riskju negliġibbli” tfisser valutazzjoni sħiħa kemm tal-informazzjoni speċifika għall-prodott kif ukoll tal-informazzjoni ġenerali dwar il-konformità mal-Artikoli 3(a) u 3(b) mill-komoditajiet jew mill-prodotti rilevanti li ma juru l-ebda raġuni għal riokkupazzjoni ;

(16)

“riskju negliġibbli” tfisser il-livell ta' riskju li japplika għal komoditajiet u prodotti rilevanti li għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, jew jiġu esportati minnu, fejn dawn il-komoditajiet jew prodotti ma juru l-ebda kawża ta' tħassib għal raġunijiet ta' valutazzjoni sħiħa kemm tal-informazzjoni speċifika għall-prodott kif ukoll tal-informazzjoni ġenerali dwar il-konformità mal-Artikolu 3 l-applikazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni xierqa ;

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

“involviment sinifikattiv mal-partijiet ikkonċernati” tfisser il-fehim tat-tħassib u l-interessi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, b'mod partikolari l-aktar gruppi vulnerabbli bħal bdiewa b'azjenda agrikola żgħira u popli indiġeni, kif ukoll il-komunitajiet lokali, inklużi n-nisa, billi jiġu kkonsultati direttament b'mod li jqis l-ostakli potenzjali għal involviment effettiv.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

“prodotti mhux konformi” tfisser komoditajiet u prodotti rilevanti li ma kinux prodotti “mingħajr deforestazzjoni”, jew li ma kinux prodotti f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni, jew it-tnejn li huma ;

(18)

“prodotti mhux konformi” tfisser komoditajiet u prodotti rilevanti li ma kinux prodotti “mingħajr deforestazzjoni”, jew li ma kinux prodotti f'konformità mal-liġi u l-istandards rilevanti , inklużi dawk dwar id-drittijiet tal-popli indiġeni u d-drittijiet tal-pussess tal-art ta' komunitajiet lokali, u d-dritt tal-kunsens liberu, minn qabel u informat, u li ma kinux koperti minn dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta preċiża ;

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

“preokkupazzjoni sostanzjata” tfisser talba fondata sew ibbażata fuq informazzjoni oġġettiva u verifikabbli rigward in-nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament u li tista' tirrikjedi l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti;

(21)

“preokkupazzjoni sostanzjata” tfisser talba bbażata fuq informazzjoni oġġettiva u verifikabbli rigward in-nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament u li tista' tirrikjedi l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti;

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni ” tfisser ir-regoli applikabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni dwar l-istatus legali taż-żona tal-produzzjoni f'termini ta' drittijiet tal-użu tal-art, protezzjoni ambjentali, id-drittijiet ta' partijiet terzi u r-regolamenti rilevanti dwar il-kummerċ u d-dwana skont il-qafas ta' leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni.

(28)

liġi u standards rilevanti” tfisser:

 

(a)

ir-regoli applikabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni dwar l-istatus legali taż-żona tal-produzzjoni f'termini ta' drittijiet tal-użu tal-art, protezzjoni ambjentali, id-drittijiet ta' partijiet terzi u r-regolamenti rilevanti dwar il-kummerċ u d-dwana skont il-qafas ta' leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni.

 

(b)

id-drittijiet tal-bniedem protetti skont id-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-istrumenti li jipproteġu d-drittijiet konswetudinarji tal-pussess tal-art u d-dritt għal kunsens liberu, minn qabel u infurmat (FPIC), kif stabbilit, fost l-oħrajn, fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, il-Forum Permanenti tan-NU dwar Kwistjonijiet Indiġeni u ftehimiet internazzjonali vinkolanti eżistenti, il-Konvenzjoni dwar il-Popli Indiġeni u Tribali (Nru 169, 1989), li jkopru d-dritt għall-protezzjoni ambjentali, id-dritt li wieħed jiddefendi l-ambjent, ħieles minn kwalunkwe forma ta' persekuzzjoni u fastidju, u drittijiet tal-bniedem oħra rikonoxxuti internazzjonalment relatati mal-użu tal-art, l-aċċess għall-art jew is-sjieda tal-art;

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)

“kunsens liberu, minn qabel u infurmat (FPIC)” tfisser dritt tal-bniedem kollettiv tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali li jagħtu u jirrifjutaw il-kunsens tagħhom qabel il-bidu ta' kwalunkwe attività li tista' taffettwa d-drittijiet, l-art, ir-riżorsi, it-territorji, l-għajxien, u s-sigurtà tal-ikel tagħhom; huwa dritt eżerċitat permezz ta' rappreżentanti tal-għażla tagħhom stess u b'mod konsistenti mat-tradizzjonijiet, il-valuri u n-normi tagħhom stess;

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)

“difensuri tad-drittijiet tal-bniedem” tfisser dawk l-individwi, gruppi u organi tas-soċjetà li jippromwovu u jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti universalment; id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ifittxu l-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet ċivili u politiċi kif ukoll il-promozzjoni, il-ħarsien u r-realizzazzjoni tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali; id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jippromwovu u jħarsu wkoll id-drittijiet tal-membri ta' gruppi bħall-komunitajiet indiġeni;

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28c)

“difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ambjentali” tfisser individwi u gruppi li, fil-kapaċità personali jew professjonali tagħhom u b'mod paċifiku, jistinkaw biex jħarsu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem relatati mal-ambjent, inkluż l-ilma, l-arja, l-art, il-flora u l-fawna;

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

ikunu ġew prodotti f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni ; u

(b)

ikunu ġew prodotti f'konformità mal-liġijiet u l-istandards rilevanti , kif definit fl-Artikolu 2, punt (28) ; u

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jipprovdu servizzi finanzjarji lill-klijenti biss meta l-istituzzjonijiet finanzjarji jikkonkludu li ma hemmx aktar minn riskju negliġibbli li s-servizzi inkwistjoni potenzjalment jipprovdu appoġġ direttament jew indirettament lil attivitajiet li jwasslu għad-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti jew il-konverżjoni tal-foresti.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta qabel ma jqiegħdu l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew qabel l-esportazzjoni tagħhom minnu sabiex jiżguraw il-konformità tagħhom mal-Artikolu 3(a) u (b) . Għal dak il-għan, huma għandhom jużaw qafas ta' proċeduri u miżuri, minn issa 'l quddiem imsejħa “diliġenza dovuta” kif stabbilit fl-Artikolu 8.

1.   L-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta qabel ma jqiegħdu l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew qabel l-esportazzjoni tagħhom minnu sabiex jiżguraw il-konformità tagħhom mal-Artikolu  3 . Għal dak il-għan, huma għandhom jużaw qafas ta' proċeduri u miżuri, minn issa 'l quddiem imsejħa “diliġenza dovuta”, kif stabbilit fl-Artikolu 8.

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-operaturi li, billi jeżerċitaw id-diliġenza dovuta kif imsemmi fl-Artikolu 8 ikunu waslu għall-konklużjoni li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz tas-sistema ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31 dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta qabel ma jqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew jesportaw il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti. Dik id-dikjarazzjoni għandha tikkonferma li tkun saret id-diliġenza dovuta u li ma jkun instab l-ebda riskju jew ikun instab biss riskju negliġibbli u għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II għall-komoditajiet u l-prodotti rilevanti.

2.   L-operaturi li, billi jeżerċitaw id-diliġenza dovuta kif imsemmi fl-Artikolu 8 ikunu waslu għall-konklużjoni li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz tas-sistema ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31 dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta qabel ma jqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew jesportaw il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti. Dik id-dikjarazzjoni disponibbli, trażmissibli u ċċertifikata elettronikament għandha tikkonferma li tkun saret id-diliġenza dovuta , tiżvela l-passi li ttieħdu f'dan ir-rigward biex tiġi vverifikata l-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti ma' dan ir-Regolament, u tispjega l-valutazzjoni għaliex ma jkun instab l-ebda riskju jew ikun instab biss riskju negliġibbli. Għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II għall-komoditajiet u l-prodotti rilevanti. L-operaturi għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jippubblikaw u jagħmlu disponibbli d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikazzjoni għall-iskrutinju amministrattiv, ċiviku u xjentifiku, filwaqt li jqisu r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Billi jagħmel disponibbli d-dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta, l-operatur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-komodità jew tal-prodott rilevanti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. L-operaturi għandhom iżommu rekord tad-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta għal ħames (5) snin mid-data tat-tqegħid fis-suq permezz tas-sistema ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31.

3.   L-operatur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-komodità jew tal-prodott rilevanti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. L-operaturi għandhom , għalhekk, jagħmlu l-isforzi raġonevoli u dokumentati biex jappoġġaw il-konformità tal-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira mad-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Huma għandhom iżommu rekord tad-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta għal ħames (5) snin mid-data tat-tqegħid fis-suq permezz tas-sistema ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31 u jikkondividu d-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta ma' operaturi u kummerċjanti sussegwenti fil-katina tal-provvista .

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti ma jkunux konformi mal-Artikolu 3(a) jew (b) ;

(a)

il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti ma jkunux konformi mal-Artikolu 3 ;

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta jkun żvela riskju mhux negliġibbli li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti ma humiex konformi mal-Artikolu 3(a) jew (b) ;

(b)

l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta jkun żvela riskju mhux negliġibbli li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti ma humiex konformi mal-Artikolu 3 ;

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     L-operaturi għandu jkollhom sistema fis-seħħ biex jirċievu preokkupazzjonijiet sostanzjati mill-partijiet interessati u għandhom jinvestigaw bir-reqqa l-preokkupazzjonijiet sostanzjati kollha introdotti f'konformità ma' dik is-sistema.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Operaturi li jkunu rċevew informazzjoni ġdida, inkluż preokkupazzjonijiet sostanzjati, li l-komodità jew il-prodott rilevanti li jkunu diġà introduċew fis-suq ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu introduċew il-komodità jew il-prodott rilevanti fis-suq. Fil-każ ta' esportazzjonijiet mis-suq tal-Unjoni, l-operaturi għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun il-pajjiż tal-produzzjoni.

6.   Operaturi li jkunu rċevew jew identifikaw informazzjoni ġdida rilevanti , inklużi preokkupazzjonijiet sostanzjati, jew informazzjoni mogħtija permezz tal-mekkaniżmi ta' twissija rapida, li jindikaw riskju mhux negliġibbli li l-komodità jew il-prodott rilevanti li jkunu diġà introduċew fis-suq ikun fir-riskju li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament , għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu introduċew il-komodità jew il-prodott rilevanti fis-suq , kif ukoll lin-negozjanti li lilhom ikunu pprovdew il-komodità jew il-prodott rilevanti bil-ħsieb li jipprevjenu li jkun hemm ċirkolazzjoni ulterjuri fis-suq tal-Unjoni, jew li ssir esportazzjoni minnu . Fil-każ ta' esportazzjonijiet mis-suq tal-Unjoni, l-operaturi għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun il-pajjiż tal-produzzjoni.

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-operaturi għandhom joffru l-assistenza kollha meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiffaċilitaw it-twettiq tal-verifiki skont l-Artikolu 15, inkluż fir-rigward tal-aċċess għall-bini u l-preżentazzjoni ta' dokumentazzjoni jew rekords.

7.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw is-sistema ta' diliġenza dovuta tal-operaturi fuq bażi annwali. L-operaturi għandhom joffru wkoll l-assistenza kollha meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiffaċilitaw it-twettiq tal-verifiki skont l-Artikolu 15, inkluż fir-rigward tal-aċċess għall-bini u l-preżentazzjoni ta' dokumentazzjoni jew rekords.

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.     L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa:

 

(a)

li jinvolvu ruħhom b'mod sinifikattiv ma' partijiet ikkonċernati vulnerabbli, bħall-bdiewa b'ażjenda agrikola żgħira, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, fil-katina tal-provvista tagħhom;

 

(b)

biex jiżguraw li dawk il-partijiet ikkonċernati vulnerabbli jirċievu assistenza adegwata u remunerazzjoni ġusta sabiex il-komoditajiet u l-prodotti tagħhom ikunu jistgħu jikkonformaw mar-regoli, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżit ta' ġeolokalizzazzjoni, u biex jiżguraw li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jinqasmu b'mod ġust fost l-atturi differenti fil-katina tal-valur; u

 

(c)

biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-impenji miftiehma, filwaqt li jiggarantixxu li jiġu indirizzati l-impatti negattivi għall-partijiet ikkonċernati vulnerabbli identifikati.

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Obbligi tan-negozjanti u eżenzjonijiet għan-negozjanti li huma SMEs

 

1.     In-negozjanti li huma SMEs jistgħu jqegħdu fis-suq biss komoditajiet u prodotti rilevanti jekk ikollhom l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3.

 

2.     In-negozjanti li ma humiex SMEs għandhom jitqiesu bħala operaturi u jkunu soġġetti għal obbligi u dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4, 5, 8 sa 12, l-Artikolu 14(9), u l-Artikoli 15 u 20 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti li jqegħdu fis-suq tal-Unjoni.

 

3.     In-negozjanti li huma SMEs għandhom jiġbru u jżommu l-informazzjoni li ġejja relatata mal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti li jkunu beħsiebhom jqegħdu fis-suq:

 

(a)

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali, il-posta elettronika u, jekk disponibbli, indirizz web tal-operaturi jew tan-negozjanti li jkunu pprovdew il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti lilhom;

 

(b)

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali, il-posta elettroniku u, jekk disponibbli, indirizz web tan-negozjanti li lilhom ikunu pprovdew il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti.

 

4.     In-negozjanti li huma SMEs għandhom iżommu l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għal mill-anqas ħames snin u għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

 

5.     Negozjanti li huma SMEs li jkunu rċevew jew identifikaw informazzjoni rilevanti ġdida, inklużi preokkupazzjonijiet sostanzjati, li tindika riskju mhux negliġibbli li l-komodità jew il-prodott rilevanti li jkunu diġà qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq il-komodità jew il-prodott rilevanti.

 

6.     In-negozjanti, kemm jekk huma SMEs kif ukoll jekk mhumiex, għandhom joffru l-assistenza kollha meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli skont l-Artikolu 16, inkluż fir-rigward tal-aċċess għall-bini u l-preżentazzjoni ta' dokumentazzjoni jew rekords.

 

7.     Il-Kummissjoni tista' tipprovdi assistenza teknika lill-SMEs li m'għandhomx il-mezzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti skont dan l-Artikolu.

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Ir-rappreżentant awtorizzat għandu, fuq talba, jipprovdi kopja tal-mandat f'lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Ir-rappreżentant awtorizzat għandu, fuq talba, jipprovdi kopja tal-mandat f'lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lill-awtoritajiet kompetenti u kopja bil-lingwa tal-Istat Membru li fih tiġi ttrattata d-dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta jew, fin-nuqqas ta' dan, bl-Ingliż .

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Imħassar

Obbligi tan-negozjanti

 

1.     In-negozjanti li huma SMEs jistgħu jqegħdu fis-suq biss komoditajiet u prodotti rilevanti jekk ikollhom l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 2.

 

2.     In-negozjanti li huma SMEs għandhom jiġbru u jżommu l-informazzjoni li ġejja relatata mal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti li jkunu beħsiebhom jqegħdu fis-suq:

 

(a)

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali, il-posta elettronika u, jekk disponibbli, indirizz web tal-operaturi jew tan-negozjanti li jkunu pprovdew il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti lilhom;

 

(b)

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali, il-posta elettroniku u, jekk disponibbli, indirizz web tan-negozjanti li lilhom ikunu pprovdew il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti.

 

3.     In-negozjanti li huma SMEs għandhom iżommu l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għal mill-anqas ħames snin u għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

 

4.     Negozjanti li huma SMEs li jkunu rċevew informazzjoni ġdida, inkluż preokkupazzjonijiet sostanzjati, li l-komodità jew il-prodott rilevanti li jkunu diġà qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu l-komodità jew il-prodott rilevanti fis-suq.

 

5.     In-negozjanti li ma humiex SMEs għandhom jitqiesu bħala operaturi u jkunu soġġetti għal obbligi u dispożizzjonijiet fl-Artikoli 3, 4, 5, 8 sa 12, 14(9), 15 u 20 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti li jqegħdu fis-suq tal-Unjoni.

 

6.     In-negozjanti għandhom joffru l-assistenza kollha meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiffaċilitaw it-twettiq tal-verifiki skont l-Artikolu 16, inkluż fir-rigward tal-aċċess għall-bini u l-preżentazzjoni ta' dokumentazzjoni jew rekords.

 

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

L-introduzzjoni fis-suq minn operaturi stabbiliti f'pajjiżi terzi

L-introduzzjoni fis-suq minn operaturi stabbiliti f'pajjiżi terzi

F'każ li persuna fiżika jew ġuridika stabbilita barra mill-Unjoni tintroduċi fis-suq tal-Unjoni komoditajiet u prodotti rilevanti, l-ewwel persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tixtri jew tieħu l-pussess ta' dawn il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti għandha titqies bħala operatur skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament.

F'każ li persuna fiżika jew ġuridika , irrispettivament mid-daqs tagħha, stabbilita barra mill-Unjoni tintroduċi fis-suq tal-Unjoni komoditajiet u prodotti rilevanti, l-ewwel persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tixtri jew tieħu l-pussess ta' dawn il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti għandha titqies bħala operatur skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament.

 

Jekk ma jkun hemm l-ebda manifattur jew importatur stabbilit fl-Unjoni, is-swieq online għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 11 għall-prodotti u l-komoditajiet li għalihom jiffaċilitaw il-bejgħ.

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-komponenti ta' prodotti li jkunu diġà għaddew minn konformità mad-diliġenza dovuta skont l-Artikolu 4(1) m'għandhomx jeħtieġu proċedura addizzjonali ta' diliġenza dovuta. Għall-komponenti li ma jkunux ġew koperti minn proċedura ta' diliġenza dovuta, ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta xorta waħda għandhom japplikaw.

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi għandhom jiġbru informazzjoni, dokumenti u data li juru li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti huma konformi mal-Artikolu 3. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jiġbor, jorganizza u jżomm għal ħames snin l-informazzjoni li ġejja relatata mal-komoditajiet jew mal-prodotti rilevanti, sostnuta minn evidenza:

L-operaturi għandhom jiġbru informazzjoni, dokumenti u data li juru li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti huma konformi mal-Artikolu 3. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jiġbor, jorganizza u jżomm għal ħames snin l-informazzjoni li ġejja relatata ma' kull komodità jew prodott rilevanti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew esportati mill-Unjoni , sostnuta minn evidenza:

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

deskrizzjoni, inkluż l-isem kummerċjali u t-tip ta' komoditajiet u prodotti rilevanti kif ukoll, fejn applikabbli, l-isem komuni tal-ispeċi u l-isem xjentifiku sħiħ tagħha;

(a)

deskrizzjoni, inkluż l-isem kummerċjali u t-tip ta' komoditajiet u prodotti rilevanti kif ukoll, fejn applikabbli, l-isem komuni tal-ispeċi u l-isem xjentifiku sħiħ tagħha; id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tinkludi l-lista tal-komoditajiet li jinsabu fihom jew li jintużaw biex isiru dawk il-prodotti; għall-prodotti tal-annimali, id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-lista tal-prodotti użati għall-għalf tal-annimali;

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-identifikazzjoni tal-pajjiż tal-produzzjoni;

(c)

l-identifikazzjoni tal-pajjiż tal-produzzjoni jew ta' partijiet minnu ;

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni, il-latitudni u l-lonġitudni tal-biċċiet kollha tal-art fejn ikunu ġew prodotti l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti , kif ukoll il-firxa ta' data jew ħin tal-produzzjoni;

(d)

il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni, il-latitudni u l-lonġitudni għall-biċċiet kollha ta' art fejn ġew prodotti l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti , jew il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni, il-latitudni u l-lonġitudni tal-punti kollha ta' poligonu għall-biċċiet ta' art fejn ġew prodotti l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti; kwalunkwe deforestazzjoni jew degradazzjoni fil-biċċiet ta' art partikolari, jew identifikati b'punt uniku ta' latitudni u lonġitudni jew bil-poligonu, għandha awtomatikament tiskwalifika l-prodotti u l-komoditajiet bażiċi kollha minn dawk il-biċċiet ta' art milli jitqiegħdu fis-suq jew milli jiġu esportati minnhom; l-operaturi għandhom jipprovdu d-data jew il-perjodu taż-żmien jew l-istaġun tal-ħsad tal-produzzjoni tal-komodità jew tal-prodott ; il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tad-daqs tal-biċċiet ta' art li akbar minnu l-kumpaniji huma meħtieġa jipprovdu poligoni bħala l-uniku mezz ta' ġeolokalizzazzjoni għall-komoditajiet u l-prodotti rilevanti;

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

informazzjoni adegwata u verifikabbli li l-produzzjoni tkun twettqet f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni , inkluż kwalunkwe arranġament li jagħti d-dritt li tintuża ż-żona rispettiva għall-finijiet tal-produzzjoni tal-komodità rilevanti.

(h)

informazzjoni adegwata u verifikabbli li l-produzzjoni tkun twettqet f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-produzzjoni , kif ukoll il-liġijiet u l-istandards rilevanti, kif definit fl-Artikolu 2, punt (28);

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

informazzjoni adegwata u verifikabbli, miksuba permezz ta' awditi indipendenti u proċessi ta' konsultazzjoni xierqa, li ż-żona użata għall-fini tal-produzzjoni tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti ma tkun soġġetta għall-ebda pretensjoni abbażi ta' drittijiet ta' pussess ta' art indiġenu, konswetudinarju jew leġittimu ieħor jew soġġetta għal kwalunkwe tilwima dwar l-użu, is-sjieda jew l-okkupazzjoni tagħha;

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb)

informazzjoni adegwata u verifikabbli li tiżvela l-fehmiet ta' kwalunkwe poplu indiġenu, komunità lokali u gruppi oħra li jiddikjaraw id-drittijiet ta' pussess ta' art fir-rigward taż-żona użata għall-fini tal-produzzjoni tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti fir-rigward tal-produzzjoni ta' dawk il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti.

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiġbru informazzjoni, dokumenti u data li juru li l-forniment ta' servizzi finanzjarji lill-klijenti jikkonforma mal-Artikolu 11a. L-informazzjoni, id-dokumenti u d-data għandhom jinkludu tal-inqas:

 

(a)

deskrizzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tal-klijent, tal-attivitajiet tal-entitajiet ikkontrollati mill-klijent, tal-attivitajiet ekonomiċi tal-fornituri tal-klijenti;

 

(b)

informazzjoni dwar il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni, magħmula disponibbli fih jew esportati minnu u dwar l-eżerċizzju relatat tad-diliġenza dovuta skont dan ir-Regolament;

 

(c)

l-użu, għall-attivitajiet skont il-punt (a), ta' komoditajiet u prodotti rilevanti, inkluża informazzjoni dwar il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti użati effettivament u dwar l-eżerċizzju relatat tad-diliġenza dovuta skont dan ir-Regolament;

 

(d)

il-politiki adottati, u implimentati mill-klijent u mill-entitajiet u l-fornituri msemmija fil-punt (a) bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-attivitajiet tagħhom ma jikkawżawx deforestazzjoni, degradazzjoni tal-foresti jew konverżjoni tal-foresti;

 

(e)

l-identifikazzjoni tal-pajjiż tal-produzzjoni u l-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni, il-latitudni u l-lonġitudni tal-biċċiet ta' art kollha fejn għandhom jiġu prodotti l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti.

Emendi 128 u 253

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 33 sabiex tissupplimenta l-paragrafu 1 dwar aktar informazzjoni rilevanti li għandha tinkiseb li tista' tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-sistema ta' diliġenza dovuta.

imħassar

Emenda 129

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 33 sabiex tissupplimenta l-paragrafu 1 u l-paragrafu 1a dwar aktar informazzjoni rilevanti li għandha tinkiseb li tista' tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-sistema ta' diliġenza dovuta.

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-operaturi għandhom jivverifikaw u janalizzaw l-informazzjoni miġbura f'konformità mal-Artikolu 9 u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti oħra, u fuq din il-bażi twettaq valutazzjoni tar-riskju sabiex tistabbilixxi jekk hemmx riskju li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti maħsuba sabiex jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni jew jiġu esportati minnu ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Jekk l-operaturi ma jkunux jistgħu juru li r-riskju ta' nuqqas ta' konformità huwa negliġibbli, huma ma għandhomx jintroduċu l-komodità jew il-prodott rilevanti fis-suq tal-Unjoni u lanqas ma jesportawh.

1.   L-operaturi u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jivverifikaw u janalizzaw l-informazzjoni miġbura f'konformità mal-Artikolu 9 u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti oħra, u fuq din il-bażi twettaq valutazzjoni tar-riskju sabiex tistabbilixxi jekk hemmx riskju li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti maħsuba sabiex jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni jew jiġu esportati minnu ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Fejn operatur ma jkunx jista' jiġbor b'mod adegwat l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament, huwa għandu jkollu d-dritt li jitlob kjarifika jew assistenza dwar l-implimentazzjoni mill-awtorità kompetenti. Jekk l-operaturi ma jkunux jistgħu juru li r-riskju ta' nuqqas ta' konformità huwa negliġibbli, huma ma għandhomx jintroduċu l-komodità jew il-prodott rilevanti fis-suq tal-Unjoni u lanqas ma jesportawh. Jekk l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux jistgħu jikkonkludu li r-riskju ta' nuqqas ta' konformità jkun negliġibbli, huma ma għandhomx jipprovdu servizzi finanzjarji lill-klijenti kkonċernati.

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

il-preżenza ta' popli vulnerabbli, popli indiġeni, komunitajiet lokali u detenturi oħra ta' drittijiet konswetudinarji tal-pussess tal-art fil-pajjiż jew f'parti minnu tal-komodità jew tal-prodott rilevanti;

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

l-eżistenza ta' pretensjonijiet jew tilwim dwar l-użu ta', is-sjieda ta', jew l-eżerċitar ta' drittijiet konswetudinarji tal-pussess tal-art fiż-żona użata għall-fini tal-produzzjoni tal-komodità jew il-prodott rilevanti, kemm jekk irreġistrati formalment kif ukoll jekk le;

Emenda 133

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-prevalenza tad-deforestazzjoni jew tad-degradazzjoni tal-foresti fil-pajjiż, fir-reġjun u fiż-żona tal-produzzjoni tal-komodità jew tal-prodott rilevanti;

(c)

il-prevalenza tad-deforestazzjoni, tad-degradazzjoni tal-foresti jew tal-konverżjoni tal-foresti fil-pajjiż, fir-reġjun u fiż-żona tal-produzzjoni tal-komodità jew tal-prodott rilevanti;

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

preokkupazzjonijiet fir-rigward tal-pajjiż ta' produzzjoni u oriġini , bħal-livell ta' korruzzjoni, il-prevalenza ta' falsifikazzjoni tad-dokumenti u tad-data, in-nuqqas ta' infurzar tal-liġi, il-kunflitt armat jew il-preżenza ta' sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

(e)

preokkupazzjonijiet fir-rigward tal-pajjiż ta' produzzjoni jew ta' partijiet minnu f'konformità mal-Artikolu 27, u tal-oriġini , bħal-livell ta' korruzzjoni, il-prevalenza ta' falsifikazzjoni tad-dokumenti u tad-data, l-assenza, il-ksur jew in-nuqqas ta' infurzar tal-liġi tad-drittijiet tal-pussess tal-art u d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali , il-kunflitt armat jew il-preżenza ta' sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

Emenda 135

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

il-kumplessità tal-katina tal-provvista rilevanti, partikolarment id-diffikultajiet wieħed jagħmel il-konnessjoni bejn il-komoditajiet u/jew tal-prodotti mal-biċċa art fejn ikunu ġew prodotti;

(f)

il-kumplessità tal-katina tal-provvista rilevanti, partikolarment id-diffikultajiet wieħed jagħmel il-konnessjoni bejn il-komoditajiet u/jew tal-prodotti mal-biċċa art fejn ikunu ġew prodotti jew ir-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data li jipprojbixxu t-trażmissjoni ta' tali data ;

Emenda 136

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

ir-riskju ta' taħlit ma' prodotti ta' oriġini mhux magħrufa jew prodotti f'żoni fejn seħħet jew tkun qiegħda sseħħ id-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-foresti;

(g)

ir-riskju ta' taħlit ma' prodotti ta' oriġini mhux magħrufa jew prodotti f'żoni fejn seħħew jew ikunu qegħdin iseħħu d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti jew il-konverżjoni tal-foresti kif ukoll il-ksur tal-liġi rilevanti ;

Emenda 137

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

l-eżitu ta' djalogi bejn diversi partijiet ikkonċernati li fihom il-partijiet milquta, bħall-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, l-SMEs, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, ikunu ġew mistiedna jipparteċipaw b'mod attiv;

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

informazzjoni pprovduta permezz tal-mekkaniżmu ta' twissija rapida;

Emenda 245

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-prodotti tal-injam li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 li huma koperti minn liċenzja FLEGT valida minn skema ta' liċenzjar operazzjonali għandhom jitqiesu li huma f'konformità mal-Artikolu  3(b) ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-prodotti tal-injam li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 li huma koperti minn liċenzja FLEGT valida minn skema ta' liċenzjar operazzjonali għandhom jitqiesu li huma f'konformità mar-regoli applikabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni, kif spjegat fl-Artikolu  3 , il- punt  (b ), u kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (28)(a ) ta' dan ir-Regolament.

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Ħlief fejn l-analiżi mwettqa f'konformità mal-paragrafu 1 tippermetti lill-operatur jiżgura li ma jkun hemm l-ebda riskju jew li jkun hemm riskju negliġibbli li l-komoditajiet jew il-prodotti rilevanti ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-operatur għandu jadotta qabel ma jqiegħed il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew qabel il-mitigazzjoni tar-riskju ta' esportazzjoni tagħhom, proċeduri u miżuri li jkunu adegwati sabiex ma jintlaħaq l-ebda riskju jew jintlaħaq riskju negliġibbli. Dan jista' jinkludi l-ħtieġa ta' informazzjoni, data jew dokumenti addizzjonali, it-twettiq ta' stħarriġ jew awditi indipendenti jew miżuri oħra relatati mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 9.

4.   Ħlief fejn l-analiżi mwettqa f'konformità mal-paragrafu 1 tippermetti lill-operatur jiżgura li ma jkun hemm l-ebda riskju jew li jkun hemm riskju negliġibbli li l-komoditajiet jew il-prodotti rilevanti ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-operatur għandu jadotta qabel ma jqiegħed il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew qabel il-mitigazzjoni tar-riskju ta' esportazzjoni tagħhom, proċeduri u miżuri li jkunu adegwati sabiex ma jintlaħaq l-ebda riskju jew jintlaħaq riskju negliġibbli. Dan jista' jinkludi l-ħtieġa ta' informazzjoni, data jew dokumenti addizzjonali, it-twettiq ta' stħarriġ jew awditi indipendenti , it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-investimenti finanzjarji għall-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira jew miżuri oħra relatati mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 9.

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Fejn ikun rilevanti, l-operaturi għandhom jiżguraw li jiġu adottati valutazzjonijiet tar-riskju u miżuri ta' mitigazzjoni li jipprevedu l-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali u detenturi oħra tad-drittijiet konswetudinarji tal-pussess tal-art li jkunu preżenti fiż-żona tal-produzzjoni tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti.

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

mudelli ta' prattiki għall-ġestjoni tar-riskju, ir-rapportar, iż-żamma tar-rekords, il-kontroll intern u l-ġestjoni tal-konformità, inkluż għall-operaturi li ma humiex SMEs, il-ħatra ta' uffiċjal tal-konformità fil-livell maniġerjali;

(a)

mudelli ta' prattiki għall-ġestjoni tar-riskju, ir-rapportar, iż-żamma tar-rekords, il-kontroll intern u l-ġestjoni tal-konformità, inkluż għall-operaturi li ma humiex SMEs, il-ħatra ta' uffiċjal tal-konformità fil-livell maniġerjali , filwaqt li jispeċifikaw id-dettalji ta' kuntatt jew indirizz elettroniku ta' kuntatt validu ;

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jiġu ddokumentati, riveduti mill-anqas fuq bażi annwali u jkunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

7.   Il-valutazzjonijiet tar-riskju , kif ukoll, fejn xieraq, id-deċiżjonijiet dwar il-mitigazzjoni tar-riskju meħuda għandhom jiġu ddokumentati, riveduti mill-anqas fuq bażi annwali u jkunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Sabiex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f'konformità mal-Artikolu 8, l-operaturi għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata sistema ta' diliġenza dovuta sabiex jiżguraw li jistgħu jiggarantixxu l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(a) u (b) . Is-sistema ta' diliġenza dovuta għandha tiġi riveduta mill-anqas darba fis-sena u , jekk ikun meħtieġ, tiġi adattata u tqis żviluppi ġodda li jistgħu jinfluwenzaw l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta. L-operaturi għandhom iżommu rekord tal-aġġornamenti fis-sistema(i) ta' diliġenza dovuta għal ħames (5) snin.

1.   Sabiex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta f'konformità mal-Artikolu 8, l-operaturi għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata sistema ta' diliġenza dovuta sabiex jiżguraw li jistgħu jiggarantixxu l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 . Is-sistema ta' diliġenza dovuta għandha tiġi riveduta mill-anqas darba fis-sena u tiġi adattata u tqis żviluppi ġodda li jistgħu jinfluwenzaw l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta meta l-operaturi jsiru konxji tagħhom . L-operaturi għandhom iżommu rekord tal-aġġornamenti fis-sistema(i) ta' diliġenza dovuta għal ħames (5) snin.

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor minn strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta tal-katina tal-valur tas-sostenibbiltà, l-operaturi li ma humiex SMEs għandhom, fuq bażi annwali, jirrapportaw pubblikament kemm jista' jkun, inkluż fuq l-internet, dwar is-sistema ta' diliġenza dovuta tagħhom inkluż dwar il-passi meħuda min-naħa tagħhom sabiex jimplimentaw l-obbligi tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 8 . L-operaturi li jaqgħu wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta tal-katina tal-valur jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont dan il-paragrafu billi jinkludu l-informazzjoni meħtieġa meta jirrapportaw fil-kuntest ta' strumenti leġiżlattivi oħra tal-UE .

2.   L-operaturi għandhom, fuq bażi annwali, jirrapportaw pubblikament kemm jista' jkun, inkluż fuq l-internet, dwar is-sistema ta' diliġenza dovuta tagħhom inkluż dwar il-passi meħuda min-naħa tagħhom sabiex jimplimentaw l-obbligi tagħhom kif stabbilit fl-Artikoli 8, 9 u 10, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-eżiti tad-diliġenza dovuta tagħhom, u l-miżuri li ħadu biex jappoġġaw il-konformità tal-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, inkluż permezz ta' investimenti u tisħiħ tal-kapaċitajiet . L-operaturi li jaqgħu wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' strumenti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti rigward id-diliġenza dovuta tal-katina tal-valur jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont dan il-paragrafu billi jinkludu l-informazzjoni meħtieġa meta jirrapportaw fil-kuntest ta' strumenti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni .

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Ir-rapporti għandhom, fir-rigward tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti fornuti minn kull fornitur:

 

(a)

jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9;

 

(b)

jiddeskrivu l-informazzjoni u l-evidenza miksuba u użata biex tiġi vvalutata l-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti mal-Artikolu 3;

 

(c)

jiddikjaraw il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 10(1) u jiddeskrivu kwalunkwe proċedura jew miżura ta' mitigazzjoni tar-riskju meħuda skont l-Artikolu 10(4);

 

(d)

jispeċifikaw id-data u l-post fejn il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew ġew esportati minnu; u

 

(e)

jipprovdu evidenza ta' konsultazzjoni mal-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali, u detenturi oħra tad-drittijiet konswetudinarji għall-pussess tal-art li huma preżenti fiż-żona tal-produzzjoni tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti.

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-operaturi għandhom iżommu għal mill-anqas ħames snin id-dokumentazzjoni kollha relatata mad-diliġenza dovuta, bħar-rekords, il-miżuri u l-proċeduri rilevanti kollha skont l-Artikolu 8. Huma għandhom jagħmluhom disponibbli lill-awtorità kompetenti fuq talba.

3.   L-operaturi għandhom iżommu għal mill-anqas ħames snin id-dokumentazzjoni kollha tad-diliġenza dovuta, bħar-rekords, il-miżuri u l-proċeduri rilevanti kollha skont l-Artikolu 8 , billi jippermettu li kull prodott jew komodità mqiegħda fis-suq, l-analiżi tar-riskju mwettqa u r-riżultat miksub jiġu identifikati mingħajr ebda dubju . Huma għandhom jagħmlu dik id-dokumentazzjoni disponibbli lill-awtorità kompetenti fuq talba.

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

L-obbligi tal-istituzzjonijiet finanzjarji

 

1.     Bil-ħsieb li jikkonformaw mal-Artikolu 3, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jeżerċitaw diliġenza dovuta qabel ma jipprovdu servizzi finanzjarji lil klijenti li l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jikkonsistu f'negozjar jew tqegħid fis-suq ta' komoditajiet u prodotti rilevanti, jew li huma marbuta magħhom.

 

2.     Id-diliġenza dovuta għandha tinkludi:

 

(a)

il-ġbir ta' informazzjoni u dokumenti, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1a), meħtieġa sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

 

(b)

valutazzjoni tar-riskju u miżuri ta' mitigazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10;

 

3.     L-istituzzjonijiet finanzjarji ma għandhomx jipprovdu servizzi finanzjarji lill-klijenti mingħajr ma jippreżentaw minn qabel dikjarazzjoni ta' diliġenza dovuta lill-awtoritajiet kompetenti.

 

4.     Meta l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu stabbilixxew relazzjoni ta' negozju kontinwa mal-klijenti qabel… [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ilestu d-diliġenza dovuta rilevanti sa… [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: daħħal id-data sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]:

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11b

1.     L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jivverifikaw u janalizzaw l-informazzjoni miġbura f'konformità mal-Artikolu 9(1a) u kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti oħra, u abbażi ta' din għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju sabiex jistabbilixxu jekk hemmx ir-riskju li l-forniment ta' servizzi finanzjarji lil klijent ma jkunx konformi mal-Artikolu 12a(1). Jekk l-istituzzjoni finanzjarja ma tistax turi li r-riskju tan-nonkonformità huwa negliġibbli, hija ma għandhiex tipprovdi servizzi finanzjarji lill-klijent ikkonċernat.

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta jqiegħdu komoditajiet jew prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew jesportawhom minnha, l-operaturi ma humiex meħtieġa jissodisfaw l-obbligi skont l-Artikolu 10 meta jkunu jistgħu jiżguraw li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti kollha jkunu ġew prodotti f'pajjiżi jew f'partijiet minnhom li ġew identifikati bħala ta' riskju baxx f'konformità mal-Artikolu 27.

1.   Meta jqiegħdu komoditajiet jew prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew jesportawhom minnha, l-operaturi ma humiex meħtieġa jissodisfaw l-obbligi skont l-Artikolu 10(2), punti (a), (b), (ba), (bb), (c), (d), (e), (h), (ha) jew (j), jew l-Artikolu 10(6), meta jkunu jistgħu jiżguraw li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti kollha jkunu ġew prodotti f'pajjiżi jew f'partijiet minnhom li ġew identifikati bħala ta' riskju baxx f'konformità mal-Artikolu 27.

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Madankollu, jekk l-operatur jikseb jew isir konxju minn kwalunkwe informazzjoni li tindika riskju li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti jistgħu ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-obbligi kollha tal-Artikoli 9 u 10 għandhom jiġu ssodisfati.

2.   Madankollu, jekk l-operatur jikseb jew isir konxju minn kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tindika riskju li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti jistgħu ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-obbligi kollha tal-Artikoli 9 u 10 għandhom jiġu ssodisfati. L-operatur għandu jikkomunika minnufih kwalunkwe informazzjoni rilevanti lill-awtorità kompetenti.

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Meta awtorità kompetenti tiġi mgħarrfa bi kwalunkwe informazzjoni li tindika riskju ta' ċirkomvenzjoni possibbli tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, inklużi każijiet li fihom il-komoditajiet jew il-prodotti rilevanti jiġu prodotti f'pajjiż b'riskju standard jew ta' riskju għoli u sussegwentement jiġu pproċessati fl-Unjoni jew esportati lejha minn pajjiż b'riskju baxx, l-awtorità kompetenti għandha tipproċedi għall-verifiki skont l-Artikolu 14(6) u, fejn meħtieġ, tadotta miżuri interim skont l-Artikolu 21. Meta jiġi stabbilit nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ulterjuri skont l-Artikoli 22 u 23.

Emenda 153

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Linji gwida

 

1.     Sa … [data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida speċifiċi għall-komoditajiet u faċli għall-utent biex tiċċara r-responsabbiltajiet tad-diliġenza dovuta u r-regoli tat-traċċabbiltà tal-operaturi li jkunu mfassla biex jaqblu mal-ktajjen tal-provvista rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tqis rekwiżiti oħra ta' diliġenza dovuta li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari [id-Direttiva li jmiss dwar id-Diliġenza Dovuta dwar il-Governanza Korporattiva Sostenibbli].

 

2.     Il-linji gwida għandhom iqisu b'mod partikolari l-ħtiġijiet tal-SMEs u għandhom jinfurmawhom dwar il-mezzi differenti biex jaċċessaw l-assistenza amministrattiva u finanzjarja u għandhom jipprovdu gwida dwar kif ir-rekwiżiti li jirriżultaw mit-trikkib tar-regoli dwar id-diliġenza dovuta stabbiliti f'atti differenti tal-Unjoni jistgħu jiġu implimentati bl-aktar mod effiċjenti.

 

3.     Il-linji gwida għandhom jiġu żviluppati f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż minn pajjiżi terzi u, meta xieraq, billi jitqiesu l-aħjar prattiki ta' korpi internazzjonali li jkollhom għarfien espert fid-diliġenza dovuta.

 

4.     Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u taġġorna regolarment il-linji gwida filwaqt li tqis l-aħħar żviluppi fis-setturi kkonċernati.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista tal-awtoritajiet kompetenti disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha. Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment il-lista, abbażi tal-aġġornamenti rilevanti li tirċievi mill-Istati Membri.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista tal-awtoritajiet kompetenti disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha mingħajr dewmien bla bżonn . Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment il-lista, abbażi tal-aġġornamenti rilevanti li tirċievi mill-Istati Membri.

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat u riżorsi adegwati sabiex iwettqu l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta' dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat , indipendenza funzjonali u riżorsi adegwati sabiex iwettqu l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu 3 ta' dan ir-Regolament.

Emenda 156

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-Istati Membri , jistgħu jiffaċilitaw l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni rilevanti, partikolarment bil-għan li jgħinu lill-operaturi jivvalutaw ir-riskju kif stipulat fl-Artikolu 9, u dwar l-aħjar prattiki rigward l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

6.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni rilevanti, partikolarment bil-għan li jgħinu lill-operaturi jivvalutaw ir-riskju kif stipulat fl-Artikolu 9, u dwar l-aħjar prattiki rigward l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.     Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-obbligi elenkati f'dan il-Kapitolu, b'mod partikolari l-verifiki fuq l-operaturi u n-negozjanti, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida lill-awtoritajiet kompetenti kollha mhux aktar tard minn … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: daħħal id-data sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda 158

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-konformità tal-istituzzjonijiet finanzjarji mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Emenda 159

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Sabiex iwettqu l-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu pjan ibbażat fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Il-pjan għandu jkun fih tal-anqas kriterji tar-riskju sabiex titwettaq l-analiżi tar-riskju skont il-paragrafu 4 u b'hekk jinforma d-deċiżjonijiet dwar il-verifiki. Meta jistabbilixxu u jirrevedu l-kriterji tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu partikolarment l-assenjazzjoni tar-riskju lil pajjiżi jew partijiet minnhom f'konformità mal-Artikolu 27, l-istorja tal-konformità ta' operatur jew negozjant ma' dan ir-Regolament u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Abbażi tar-riżultati tal-verifiki u tal-esperjenza dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu dawk il-pjanijiet u l-kriterji tar-riskju fuq bażi regolari sabiex itejbu l-effettività tagħhom. Meta jirrevedu l-pjanijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu frekwenza mnaqqsa ta' verifiki għal dawk l-operaturi u l-kummerċjanti li jkunu wrew rekord konsistenti ta' konformità sħiħa mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament.

3.   Sabiex iwettqu l-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu pjan ibbażat fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Il-pjan , li għandu jsir disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-Artikolu 19, għandu jkun fih tal-anqas kriterji tar-riskju sabiex titwettaq l-analiżi tar-riskju skont il-paragrafu 4 u b'hekk jinforma d-deċiżjonijiet dwar il-verifiki. Meta jistabbilixxu u jirrevedu l-kriterji tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-ksur preċedenti ta' dan ir-Regolament minn operatur jew negozjant , il-kwantità ta' komoditajiet u prodotti rilevanti mqiegħda fis-suq jew li jsiru disponibbli fis-suq, jew esportata mis-suq tal-Unjoni, mill-operatur jew in-negozjant, iż-żmien li jkun għadda minn meta saret il-valutazzjoni tar-riskju għall-komoditajiet jew il-prodotti rilevanti, il-prossimità għall-foresti tal-biċċiet ta' art jew poligoni li fuqhom ġew prodotti l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Abbażi tar-riżultati tal-verifiki u tal-esperjenza dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu dawk il-pjanijiet u l-kriterji tar-riskju fuq bażi regolari sabiex itejbu l-effettività tagħhom. Meta jirrevedu l-pjanijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu frekwenza mnaqqsa ta' verifiki għal dawk l-operaturi u l-kummerċjanti li jkunu wrew rekord konsistenti ta' konformità sħiħa mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament.

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandhom jintemmu fi żmien tlett ijiem tax-xogħol sakemm l-awtoritajiet kompetenti, abbażi tar-riżultat tal-verifiki mwettqa f'dak il-perjodu, jikkonkludu li jirrikjedu żmien addizzjonali sabiex jistabbilixxu jekk il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. F'każ bħal dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jestendu l-perjodu ta' sospensjoni permezz ta' miżuri interim addizzjonali meħuda skont l-Artikolu 21 jew, fil-każ ta' komoditajiet jew prodotti rilevanti li jidħlu jew joħorġu mis-suq tal-Unjoni, billi jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali dwar il-ħtieġa li tinżamm is-sospensjoni skont l-Artikolu 24(6).

7.   Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandhom jintemmu fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol , jew 72 siegħa għall-komoditajiet u l-prodotti friski li jistgħu jitħassru, sakemm l-awtoritajiet kompetenti, abbażi tar-riżultat tal-verifiki mwettqa f'dak il-perjodu, ma jikkonkludux li jirrikjedu żmien addizzjonali sabiex jistabbilixxu jekk il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. F'każ bħal dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jestendu l-perjodu ta' sospensjoni permezz ta' miżuri interim addizzjonali meħuda skont l-Artikolu 21 jew, fil-każ ta' komoditajiet jew prodotti rilevanti li jidħlu jew joħorġu mis-suq tal-Unjoni, billi jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali dwar il-ħtieġa li tinżamm is-sospensjoni skont l-Artikolu 24(6).

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkopru mill-anqas 5 % tal-operaturi li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew jesportaw minnu kull waħda mill-komoditajiet rilevanti fis-suq tagħhom kif ukoll 5 % tal-kwantità ta' kull waħda mill-komoditajiet rilevanti introdotti jew mqiegħda fis-suq tagħhom jew esportati minnu.

9.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkopru mill-anqas 10 % tal-operaturi li jintroduċu jew iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew jesportaw minnu kull waħda mill-komoditajiet u l-prodotti rilevanti fis-suq tagħhom kif ukoll 10 % tal-kwantità ta' kull waħda mill-komoditajiet u l-prodotti rilevanti introdotti jew mqiegħda fis-suq tagħhom jew esportati minnu. Għal komoditajiet jew prodotti minn pajjiżi jew minn partijiet tagħhom ikkategorizzati bħala ta' riskju baxx kif imsemmi fl-Artikolu 27, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-kontrolli annwali għal 5 %.

Emenda 162

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki skont il-paragrafi 5 u 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 meta jkollhom evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra, inkluż abbażi ta' preokkupazzjonijiet sostanzjati pprovduti minn partijiet terzi skont l-Artikolu 29, dwar nuqqas ta' konformità potenzjali ma' dan ir-Regolament.

11.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki skont il-paragrafi 5 u 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom , mingħajr dewmien bla bżonn, iwettqu l-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 meta jkollhom evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra, inkluż abbażi tal-mekkaniżmu ta' twissija bikrija jew ta' preokkupazzjonijiet sostanzjati pprovduti minn partijiet terzi skont l-Artikolu 29, dwar nuqqas ta' konformità potenzjali ma' dan ir-Regolament.

Emenda 163

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12.   Il-verifiki għandhom isiru mingħajr twissija minn qabel lill-operatur jew lin-negozjant, ħlief meta tkun meħtieġa notifika minn qabel tal-operatur jew tan-negozjant sabiex tkun żgurata l-effettività tal-verifiki.

12.   Il-verifiki għandhom isiru mingħajr twissija minn qabel lill-operatur jew lin-negozjant, ħlief meta tkun meħtieġa notifika minn qabel tal-operatur jew tan-negozjant sabiex tkun żgurata l-effettività tal-verifiki. L-awtoritajiet għandhom jiġġustifikaw tali notifiki minn qabel fir-rapporti ta' kontroll tagħhom, inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta' twissijiet minn qabel.

Emenda 164

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-verifiki li jindikaw partikolarment in-natura u r-riżultati tagħhom, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Għandhom jinżammu rekords tal-verifiki kollha għal mill-anqas ħames snin.

13.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-verifiki li jindikaw partikolarment in-natura u r-riżultati tagħhom, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda f'każ ta' nuqqas ta' konformità , inklużi l-penali relatati man-nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament . Għandhom jinżammu rekords tal-verifiki kollha għal mill-anqas għaxar snin.

Emenda 165

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

13a.     Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni tista', fuq talba, tipprovdi lill-Istati Membri appoġġ tekniku biex tgħinhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda 166

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

13b.     Meta l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni li Stat Membru ma jwettaqx kontrolli li jkunu biżżejjed biex jiżgura li l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jew esportati minnu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, hija għandha, fi djalogu mal-Istat Membru kkonċernat, tingħata l-mandat li tintroduċi bidliet fil-pjan imsemmi fil-paragrafu 3 stabbilit minn dak l-Istat Membru biex tiżgura li s-sitwazzjoni tiġi rettifikata.

Emenda 167

Proposta għal regolament

Artikolu 14, paragrafu 13c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

13c.     Ir-rekords tal-verifiki mwettqa skont dan ir-Regolament u r-rapporti tar-riżultati u l-eżiti tagħhom għandhom jikkostitwixxu informazzjoni ambjentali għall-finijiet tad-Direttiva 2003/4/KE  (1a) u għandhom ikunu disponibbli fuq talba.

Emenda 168

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Verifiki fuq l-operaturi

Verifiki fuq operaturi u negozjanti li mhumiex SMEs

Emenda 169

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

eżami tal-miżuri interim meħuda skont l-Artikolu 21 u l-miżuri korrettivi meħuda skont l-Artikolu 22;

Emenda 170

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat sabiex jiġi ddeterminat il-post eżatt fejn tkun ġiet prodotta l-komodità jew il-prodott rilevanti, inkluż l-ittestjar tal-isotopu ;

(f)

kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat sabiex jiġi ddeterminat il-post eżatt fejn ikunu ġew prodotti l-komodità jew il-prodott rilevanti, inkluża analiżi anatomika, kimika u tad-DNA ;

Emenda 171

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat biex jiġu ddeterminati l-ispeċijiet bijoloġiċi affettwati minn dan ir-Regolament li jinsabu fil-komodità jew fil-prodott rilevanti, inkluża analiżi anatomika, kimika u tad-DNA;

Emenda 172

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat sabiex jiġi ddeterminat jekk il-komodità jew il-prodott rilevanti huwiex mingħajr deforestazzjoni, inkluż data ta' osservazzjoni tad-Dinja bħal mill-programm u l-għodod ta' Copernicus, u

(g)

kwalunkwe mezz tekniku u xjentifiku adegwat sabiex jiġi ddeterminat jekk il-komodità jew il-prodott rilevanti humiex mingħajr deforestazzjoni, inkluż data ta' osservazzjoni tad-Dinja bħal mill-programm u l-għodod ta' Copernicus jew minn sorsi oħra disponibbli pubblikament u privatament , u

Emenda 173

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Verifiki fuq in-negozjanti

Verifiki fuq in-negozjanti SMEs

Emenda 174

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-kostijiet tat-twettiq tal-ittestjar, il-kostijiet tal-ħżin u l-kostijiet tal-attivitajiet relatati ma' prodotti li jinstabu li ma humiex konformi u li huma soġġetti għal azzjoni korrettiva qabel ir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera, it-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni jew l-esportazzjoni minnu.

2.   Il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu , fost l-oħrajn, il-kostijiet tat-twettiq tal-ittestjar, il-kostijiet tal-ħżin u l-kostijiet tal-attivitajiet relatati ma' prodotti li jinstabu li ma humiex konformi u li huma soġġetti għal azzjoni korrettiva.

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin, ma' awtoritajiet minn Stati Membri oħra, mal-Kummissjoni, u jekk ikun meħtieġ, mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament.

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin, ma' awtoritajiet minn Stati Membri oħra, mal-Kummissjoni, u jekk ikun meħtieġ, mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament , inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' awditi fuq il-post .

Emenda 176

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa għall-infurzar ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jinkludi l-għoti ta' aċċess għal u l-iskambju ta' data dwar l-operaturi u n-negozjanti inkluż dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta ma' awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta' dan ir-Regolament.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa għall-infurzar ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jinkludi l-għoti ta' aċċess għal data, u l-iskambju tagħha, dwar l-operaturi u n-negozjanti, inkluż dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta , in-natura tal-verifiki mwettqa u r-riżultati tagħhom u kwalunkwe penali imposta, ma' awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta' dan ir-Regolament. Meta jiskambjaw informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw regoli stretti dwar il-protezzjoni tad-data f'konformità mal-liġi eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda 177

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwissu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni meta jsibu ksur ta' dan ir-Regolament u nuqqasijiet serji li jistgħu jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, partikolarment, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra meta jidentifikaw komodità jew prodott rilevanti fis-suq li ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, sabiex jippermettu l-irtirar jew is-sejħa lura ta' tali komodità jew prodott mill-bejgħ fl-Istati Membri kollha.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwissu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni meta jsibu ksur eżistenti jew potenzjali ta' dan ir-Regolament u nuqqasijiet serji li jistgħu jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, partikolarment, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra meta jidentifikaw komodità jew prodott rilevanti fis-suq li ma jkunux, jew jistgħu ma jkunux, konformi ma' dan ir-Regolament, sabiex jippermettu l-irtirar jew is-sejħa lura ta' tali komodità jew prodott mill-bejgħ fl-Istati Membri kollha jew sabiex jappoġġaw azzjoni ta' infurzar minn dawk l-awtoritajiet kompetenti .

Emenda 178

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Immaġnijiet bis-satellita u l-aċċess għad-data dwar il-foresti

 

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma li tuża immaġnijiet bis-satellita, inkluż Copernicus Sentinel, li tkopri ż-żoni tal-foresti madwar id-dinja, u li tinkludi għodod li jippermettu lill-partijiet kollha jimxu malajr lejn l-ebda deforestazzjoni tul il-ktajjen tal-provvista. Il-pjattaforma għandha tipprovdi:

 

(a)

mapep tematiċi, inkluża mappa tal-kopertura tal-art b'serje ta' żmien mid-data limitu fil-punt (8) tal-Artikolu 2 u firxa ta' klassijiet li jippermettu l-eżami tal-kompożizzjoni tal-pajsaġġ;

 

(b)

sistema ta' twissija, li tiddependi minn monitoraġġ ta' kull xahar tat-tibdil fil-kopertura tal-foresti;

 

(c)

firxa ta' analiżijiet u ta' outputs faċli għall-utent u siguri, li juru kif il-ktajjen tal-provvista huma marbuta mad-deforestazzjoni.

 

Il-pjattaforma għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-awtoritajiet, l-operaturi u n-negozjanti ta' pajjiżi terzi interessati.

Emenda 179

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-pjanijiet tagħhom għall-verifiki, in-numru u r-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq l-operaturi u n-negozjanti , inkluż il-kontenut ta' dawn il-verifiki , il-volum tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti vverifikati fir-rigward tal-kwantità totali tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti introdotti fis-suq, il-pajjiżi tal-oriġini u tal-produzzjoni tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti kif ukoll il-miżuri meħuda f'każ ta' nuqqas ta' konformità l-kostijiet tal-kontrolli rkuprati .

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-pjanijiet tagħhom għall-verifiki u l-kriterji tar-riskju li huma bbażati fuqhom , inkluż in-numru u r-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq l-operaturi u n-negozjanti u l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti , il-volum tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti vverifikati fir-rigward tal-kwantità totali tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti introdotti fis-suq, il-pajjiżi tal-oriġini u tal-produzzjoni tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti kif ukoll , f'każ ta' nuqqas ta' konformità, il-miżuri ta' sorveljanza tas-suq meħuda f'konformità mal-Artikolu 22 l-penali imposti f'konformità mal-Artikolu 23 .

Emenda 180

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-komoditajiet jew il-prodotti rilevanti jkunu ġew prodotti f'pajjiż jew f'parti minnu elenkati bħala ta' riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 27, jew ikun hemm riskju li komoditajiet jew prodotti rilevanti prodotti f'tali pajjiżi jew partijiet minnhom jidħlu fil-katina tal-provvista rilevanti, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkopru mill-anqas 15 % tal-operaturi li jintroduċu jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni jew jesportaw minnu kull waħda mill-komoditajiet rilevanti fis-suq tagħhom kif ukoll 15 % tal-kwantità ta' kull waħda mill-komoditajiet rilevanti introdotta jew imqiegħda fis-suq tagħhom jew esportati minnu minn pajjiżi b'riskju għoli jew partijiet minnu.

Meta l-komoditajiet jew il-prodotti rilevanti jkunu ġew prodotti f'pajjiż jew f'parti minnu elenkati bħala ta' riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 27, jew ikun hemm riskju li komoditajiet jew prodotti rilevanti prodotti f'tali pajjiżi jew partijiet minnhom jidħlu fil-katina tal-provvista rilevanti, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-verifiki annwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkopru mill-anqas 20 % tal-operaturi li jintroduċu jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni jew jesportaw minnu kull waħda mill-komoditajiet u l-prodotti rilevanti fis-suq tagħhom kif ukoll 20 % tal-kwantità ta' kull waħda mill-komoditajiet u l-prodotti rilevanti introdotta jew imqiegħda fis-suq tagħhom jew esportati minnu minn pajjiżi b'riskju għoli jew partijiet minnu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-verifiki annwali mwettqa abbażi ta' dan l-Artikolu jinkludu l-elementi kollha elenkati fl-Artikolu 15.

Emenda 181

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta, wara l-verifiki msemmija fl-Artikoli 15 u 16, ikunu nstabu nuqqasijiet serji possibbli, jew ikunu ġew identifikati riskji skont l-Artikolu 14(6), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri interim immedjati, inkluż is-sekwestru jew is-sospensjoni tal-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni minnu tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti.

Meta, abbażi tal-eżami tal-evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra, inkluża l-informazzjoni skambjata skont l-Artikolu 18 u tħassib sostanzjat pprovdut mill-partijiet terzi skont l-Artikolu 29, jew wara l-verifiki msemmija fl-Artikoli 15 u 16, ikun instab ksur possibbli ta' dan ir-Regolament , jew ikunu ġew identifikati riskji skont l-Artikolu 14(6), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri interim immedjati, inkluż is-sekwestru jew is-sospensjoni tal-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni minnu tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti. L-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar dawn il-miżuri.

Emenda 182

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, meta l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li operatur jew negozjant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament jew li komodità jew prodott rilevanti ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, huma għandhom mingħajr dewmien jitolbu lill-operatur jew lin-negozjant rilevanti jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata sabiex itemm in-nuqqas ta' konformità.

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, meta l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li operatur jew negozjant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament jew li komodità jew prodott rilevanti ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma għandhom mingħajr dewmien jitolbu lill-operatur jew lin-negozjant rilevanti jieħu azzjoni korrettiva sabiex itemm in-nuqqas ta' konformità f'perjodu ta' żmien speċifikat u raġonevoli .

Emenda 183

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-qerda tal-komodità jew tal-prodott rilevanti jew l-għoti tiegħu għal skopijiet ta' karità jew ta' interess pubbliku.

(d)

l-għoti, fejn ikun possibbli, tal-komodità jew tal-prodott rilevanti għal skopijiet ta' karità jew ta' interess pubbliku jew inkella r-riċiklaġġ jew, bħala l-aħħar alternattiva, il-qerda tagħhom .

Emenda 184

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Irrispettivament mill-azzjoni korrettiva meħuda skont il-paragrafu 2, u bil-ħsieb li jiġi evitat ir-riskju ta' ksur ulterjuri, l-operatur jew in-negozjant għandu jindirizza kwalunkwe nuqqas fis-sistema ta' diliġenza dovuta li seta' wassal għan-nuqqas ta' konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament.

Emenda 185

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Jekk l-operatur jew in-negozjant jonqos milli jieħu azzjoni korrettiva msemmija fil-paragrafu 2 jew meta jippersisti n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-prodott jiġi rtirat jew jittieħed lura, jew li t-tqegħid tiegħu fis-suq tal-Unjoni jew l-esportazzjoni minnu jiġi pprojbit jew ristrett.

3.   Jekk l-operatur jew in-negozjant jonqos milli jieħu l-azzjoni korrettiva msemmija fil-paragrafu 2 fil-perjodu ta' żmien speċifikat mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu  1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-komodità jew il-prodott jiġu rtirati jew jittieħdu lura jew li ma jitqegħdux fis-suq tal-Unjoni jew jiġu esportati minnu.

Emenda 186

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mill-operaturi u n-negozjanti u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati . L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti u li taffettwahom.

1.    Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament dwar il-penali uniformi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mill-operaturi u n-negozjanti , sabiex tiżgura li jiġu applikati standards armonizzati madwar l-Unjoni . L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati .

Emenda 187

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-penali għandhom jinkludu, bħala minimu:

2.   Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u  uniformi madwar l-Istati Membri . Il-penali għandhom jinkludu, bħala minimu:

Emenda 188

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

multi proporzjonati għad-danni ambjentali u għall-valur tal-komoditajiet jew tal-prodotti konċernati rilevanti, billi jiġi kkalkolat il-livell ta' tali multi b'tali mod li jiġi żgurat li dawn effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom, u gradwalment jiżdied il-livell ta' tali multi għal ksur ripetut; l-ammont massimu ta' tali multi għandu jkun mill-anqas 4 % tal-fatturat annwali tal-operaturi jew tan-negozjanti fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri konċernati ;

(a)

multi proporzjonati għad-danni ambjentali , għall-ħsara ekonomika għall-komunitajiet lokali u għall-valur tal-komoditajiet jew tal-prodotti konċernati rilevanti, billi jiġi kkalkolat il-livell ta' tali multi b'tali mod li jiġi żgurat li dawn effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom, u gradwalment jiżdied il-livell ta' tali multi għal ksur ripetut; l-ammont massimu ta' tali multi għandu jkun mill-anqas 8 % tal-fatturat annwali tal-operaturi jew tan-negozjanti fl-Unjoni, ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004  (1a) ; u għandu jiżdied biex jiġi żgurat li l-penali taqbeż il-vantaġġ ekonomiku potenzjali miksub u għandha tkun ta' deterrent;

Emenda 189

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

l-obbligu li l-ambjent jiġi restawrat;

Emenda 190

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

l-obbligu li jiġi kkumpensat id-dannu magħmul lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta seta' jevita;

Emenda 191

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

esklużjoni temporanja mill-proċessi tal-akkwist pubbliku.

(d)

esklużjoni temporanja mill-proċessi tal-akkwist pubbliku u mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inklużi l-proċeduri tal-offerti, l-għotjiet u l-konċessjonijiet;

Emenda 192

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

il-projbizzjoni temporanja jew permanenti milli jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli komoditajiet u prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni, jew milli jesportawhom, fil-każ ta' ksur serju jew ksur ripetut;

Emenda 193

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

il-projbizzjoni mill-użu tal-proċedura simplifikata ta' diliġenza dovuta stabbilita fl-Artikolu 12, fil-każ ta' ksur serju jew ksur ripetut;

Emenda 194

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-operaturi u n-negozjanti li jkunu naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u l-penali imposti fuqhom permezz tas-sistema ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31 fi żmien 30 jum mis-sejba rilevanti ta' nuqqas ta' konformità, filwaqt li jqisu kif xieraq ir-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' operaturi u negozjanti kkonċernati. Huma għandhom jiġu infurmati bl-inklużjoni tagħhom fil-lista.

 

Il-lista tal-operaturi u n-negozjanti mhux konformi għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

 

(a)

isem l-operatur jew in-negozjant;

 

(b)

id-data tal-ewwel inklużjoni fil-lista u d-data minn meta ttieħdet biżżejjed azzjoni ta' rimedju;

 

(c)

sommarju tal-attivitajiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tal-operatur jew tan-negozjant fil-lista; u

 

(d)

in-natura tal-penali imposta u, meta tkun finanzjarja, l-ammont tagħha.

 

Il-lista għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni u għandha tiġi aġġornata regolarment.

 

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fir-Reġistru msemmi fl-Artikolu 31.

Emenda 195

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta l-operatur jew in-negozjant mhux konformi msemmi fil-paragrafu 1 ikun ħa azzjoni ta' rimedju suffiċjenti u ħallas il-penali kollha jew ikun wettaq titjib fis-sistema ta' diliġenza dovuta tiegħu, u ma tkun ġiet irrapportata l-ebda penali jew proċedura oħra li tikkonċerna ksur allegat.

 

Ladarba tkun ittieħdet azzjoni ta' rimedju, il-Kummissjoni għandha tneħħi l-operatur jew in-negozjant ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista pubblika tal-operaturi u n-negozjanti kkonċernati kull sitt xhur.

 

Il-Kummissjoni għandha, mill-aktar fis possibbli, tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar it-tneħħija ta' operatur jew negozjant mil-lista u taġġorna r-Reġistru msemmi fl-Artikolu 31.

Emenda 196

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Meta r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni jkun ġie sospiż f'konformità mal-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux talbu, fi żmien it-tlett ijiem tax-xogħol indikati fl-Artikolu 14(7), il-ħtieġa li tinżamm is-sospensjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta' dik il-komodità jew dak il-prodott rilevanti;

(b)

Meta r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni jkun ġie sospiż f'konformità mal-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux talbu, fi żmien il-ħamest ijiem tax-xogħol , jew it-72 siegħa għal komoditajiet u prodotti friski f'riskju li jitħassru, indikati fl-Artikolu 14(7), il-ħtieġa li tinżamm is-sospensjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta' dik il-komodità jew dak il-prodott rilevanti;

Emenda 197

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Man-notifika ta' dak l-istatus , l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jippermettu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta' dik il-komodità jew dak il-prodott rilevanti. Dawn għandhom jinkludu wkoll l-avviż li ġej fis-sistema ta' proċessar tad-data doganali, u, fejn xieraq, fuq il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-komodità jew il-prodott rilevanti u fuq kwalunkwe dokument ta' akkumpanjament rilevanti ieħor: “komodità jew prodott mhux konformi — ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera/esportazzjoni mhux awtorizzat — ir-Regolament (UE) 2021/XXXX.” [OP sabiex tiġi indikata r-referenza ta' dan ir-Regolament]

Man-notifika tal-istatus ta' nuqqas ta' konformità , l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jippermettu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta' dik il-komodità jew dak il-prodott rilevanti. Dawn għandhom jinkludu wkoll l-avviż li ġej fis-sistema ta' proċessar tad-data doganali, u, fejn xieraq, fuq il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-komodità jew il-prodott rilevanti u fuq kwalunkwe dokument ta' akkumpanjament rilevanti ieħor: “komodità jew prodott mhux konformi — ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera/esportazzjoni mhux awtorizzat — ir-Regolament (UE) 2021/XXXX.” [OP sabiex tiġi indikata r-referenza ta' dan ir-Regolament]

Emenda 198

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jeqirdu komodità jew prodott rilevanti mhux konformi fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti jew meta jqisu li dan ikun meħtieġ u proporzjonat. Il-kost tat-tali miżura għandu jiġġarrab mill-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-komodità jew il-prodott rilevanti. L-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandhom japplikaw kif xieraq. Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, il-komoditajiet u l-prodotti rilevanti mhux konformi jistgħu alternattivament jiġu kkonfiskati u mqiegħda mid-dwana għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

10.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu l-komodità jew il-prodott rilevanti għal skopijiet ta' karità jew ta' interess pubbliku u biss jekk din id-donazzjoni ma tkunx possibbli, jirriċiklaw jew, bħala l-aħħar alternattiva, jeqirdu komodità jew prodott rilevanti mhux konformi fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti jew meta jqisu li dan ikun meħtieġ u proporzjonat. Il-kost tat-tali miżura għandu jiġġarrab mill-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-komodità jew il-prodott rilevanti.

Emenda 199

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Meta, b'rabta mal-komoditajiet u mal-prodotti rilevanti soġġetti għal dan ir-Regolament li huma jew f'ħażna temporanja jew imqiegħda taħt proċedura doganali għajr ir-“rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera”, l-awtoritajiet doganali fl-ewwel punt tad-dħul ikollhom raġuni sabiex jemmnu li dawk il-komoditajiet jew il-prodotti rilevanti ma humiex konformi ma' dan ir-Regolament, dawn għandhom jibagħtu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-uffiċċju doganali kompetenti tad-destinazzjoni.

4.   Meta, b'rabta mal-komoditajiet u mal-prodotti rilevanti soġġetti għal dan ir-Regolament li huma jew f'ħażna temporanja jew imqiegħda taħt proċedura doganali għajr ir-“rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera”, l-awtoritajiet doganali fl-ewwel punt tad-dħul ikollhom raġuni sabiex jemmnu li dawk il-komoditajiet jew il-prodotti rilevanti ma humiex konformi ma' dan ir-Regolament, dawn għandhom jibagħtu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-uffiċċju doganali kompetenti tad-destinazzjoni kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament .

Emenda 200

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa elettronika bbażata fuq is-Sistema ta' Single Window tal-UE għad-Dwana sabiex tippermetti t-trażmissjoni tad-data, partikolarment in-notifiki u t-talbiet imsemmija fil-paragrafi 5 sa 8 tal-Artikolu 24 bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31. Din l-interfaċċa elettronika għandha tkun fis-seħħ sa mhux aktar tard minn erba' snin mid-data ta' adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni rilevanti msemmi fil-paragrafu 3.

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa elettronika bbażata fuq is-Sistema ta' Single Window tal-UE għad-Dwana sabiex tippermetti t-trażmissjoni tad-data, partikolarment in-notifiki u t-talbiet imsemmija fil-paragrafi 5 sa 8 tal-Artikolu 24 bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31. Din l-interfaċċa elettronika għandha tkun fis-seħħ sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni rilevanti msemmi fil-paragrafu 3.

Emenda 201

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa interfaċċa elettronika bbażata fuq is-Sistema ta' Single Window tal-UE għad-Dwana sabiex tippermetti:

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa elettronika bbażata fuq is-Sistema ta' Single Window tal-UE għad-Dwana sabiex tippermetti:

Emenda 202

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema bi tliet livelli għall-valutazzjoni tal-pajjiżi jew ta' partijiet minnhom. Sakemm ma jkunux identifikati f'konformità ma' dan l-Artikolu bħala li jippreżentaw riskju baxx jew għoli, il-pajjiżi għandhom jitqiesu bħala li jippreżentaw riskju standard. Il-Kummissjoni tista' tidentifika pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli li jipproduċu komoditajiet jew prodotti rilevanti li ma jkunux konformi mal-punt (a) tal-Artikolu 3. Il-lista tal-pajjiżi jew ta' partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli għandha tiġi ppubblikata permezz ta' att(i) ta' implimentazzjoni li għandu/għandhom jiġi/u adottat(i) f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2). Dik il-lista għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ fid-dawl ta' evidenza ġdida.

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema bi tliet livelli għall-valutazzjoni tal-pajjiżi jew ta' partijiet minnhom. Sakemm ma jkunux identifikati f'konformità ma' dan l-Artikolu bħala li jippreżentaw riskju baxx jew għoli, il-pajjiżi għandhom jitqiesu bħala li jippreżentaw riskju standard. Il-Kummissjoni għandha tidentifika pajjiżi jew partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli li jipproduċu komoditajiet jew prodotti rilevanti li ma jkunux konformi mal-punt (a) tal-Artikolu 3. Il-lista tal-pajjiżi jew ta' partijiet minnhom li jippreżentaw riskju baxx jew għoli għandha tiġi ppubblikata permezz ta' att(i) ta' implimentazzjoni li għandu/għandhom jiġi/u adottat(i) f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 34(2) sa … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: [daħħal id-data 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] . Dik il-lista għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ fid-dawl ta' evidenza ġdida.

Emenda 203

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-identifikazzjoni ta' pajjiżi b'riskju baxx u għoli jew partijiet minnhom skont il-paragrafu 1 għandha tqis l-informazzjoni pprovduta mill-pajjiż konċernat u tkun ibbażata fuq il-kriterji ta' valutazzjoni li ġejjin:

L-identifikazzjoni ta' pajjiżi b'riskju baxx u għoli jew partijiet minnhom skont il-paragrafu 1 għandha ssegwi proċess ta' valutazzjoni trasparenti u objettiv li għandu jqis l-informazzjoni pprovduta mill-pajjiż u mill-awtoritajiet reġjonali kkonċernati, operaturi kif ukoll NGOs u partijiet terzi, inklużi l-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tkun ibbażata fuq il-kriterji ta' valutazzjoni li ġejjin:

Emenda 204

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

ir-rata tad-deforestazzjoni u  tad-degradazzjoni tal-foresti,

(a)

ir-rata tad-deforestazzjoni , tad-degradazzjoni tal-foresti tal-konverżjoni tal-foresti,

Emenda 205

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

jekk il-kontribut determinat fil-livell nazzjonali (NDC) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima jkoprix l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art li jiżgura li l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti huma kontabilizzati lejn l-impenn tal-pajjiż sabiex inaqqas jew jillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif speċifikat fin-NDC;

(d)

jekk il-kontribut determinat fil-livell nazzjonali (NDC) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima jkoprix l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-agrikoltura, il-forestrija u l-użu tal-art li jiżgura li l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti jkunu kontabilizzati lejn l-impenn tal-pajjiż sabiex inaqqas jew jillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif speċifikat fin-NDC;

Emenda 206

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

il-ftehimiet u strumenti oħra konklużi bejn il-pajjiż konċernat u l-Unjoni li jindirizzaw id-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-foresti u jiffaċilitaw il-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom;

(e)

il-ftehimiet u strumenti oħra konklużi bejn il-pajjiż konċernat u l-Unjoni li jindirizzaw id-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti jew il-konverżjoni tal-foresti u jiffaċilitaw il-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament , dment li l-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tagħhom tkun ġiet aċċertata abbażi ta' valutazzjoni oġġettiva u trasparenti ;

Emenda 207

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

jekk il-pajjiż konċernat għandux fis-seħħ liġijiet nazzjonali jew subnazzjonali, inkluż f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Pariġi, u jieħu miżuri ta' infurzar effettivi sabiex jevita u jissanzjona attivitajiet li jwasslu għad-deforestazzjoni u  d-degradazzjoni tal-foresti, u partikolarment jekk jiġux applikati sanzjonijiet ta' severità suffiċjenti sabiex jiġu miċħuda l-benefiċċji li jirriżultaw mid-deforestazzjoni jew mid-degradazzjoni tal-foresti.

(f)

jekk il-pajjiż konċernat għandux fis-seħħ liġijiet nazzjonali jew subnazzjonali, inkluż f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Pariġi u liġijiet u standards rilevanti kif definiti fil-punt 28 tal-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament , u jieħu miżuri ta' infurzar effettivi sabiex jiżgura li dawk il-liġijiet jiġu implimentati u jevita u jissanzjona attivitajiet li jwasslu għad-deforestazzjoni , id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti, u partikolarment jekk jiġux applikati sanzjonijiet ta' severità suffiċjenti sabiex jiġu miċħuda l-benefiċċji li jirriżultaw mid-deforestazzjoni , mid-degradazzjoni tal-foresti jew mill-konverżjoni tal-foresti jew nuqqas ta' konformità mal-liġijiet u l-istandards rilevanti kif deskritti fil-punt 28 tal-Artikolu 2 .

Emenda 208

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

jekk il-ġuriżdizzjoni nazzjonali u subnazzjonali tkunx żviluppat approċċi ġuriżdizzjonali bl-impenn sinifikanti tal-partijiet konċernati rilevanti kollha, inklużi s-soċjetà ċivili, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, u s-settur privat, inklużi l-mikrointrapriżi u SMEs oħra, u l-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, biex jiġu indirizzati d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, il-konverżjoni tal-foresti, il-ksur tad-drittijiet tal-art u l-produzzjoni illegali;

Emenda 209

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)

jekk il-pajjiż konċernat jagħmilx id-data rilevanti disponibbli b'mod trasparenti;

Emenda 210

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt fc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc)

jekk applikabbli, l-eżistenza, il-konformità mal-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-popli indiġeni, tal-komunitajiet lokali u ta' detenturi oħra tad-drittijiet konswetudinarji għall-pussess tal-art, u l-infurzar effettiv tagħhom;

Emenda 211

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi konċernati bl-intenzjoni tagħha li tassenja bidla fil-kategorija ta' riskju eżistenti u tistedinhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni meqjusa utli f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tippermetti lill-pajjiżi żmien adegwat sabiex jipprovdu tweġiba, li jista' jinkludi informazzjoni dwar miżuri meħuda mill-pajjiż sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni f'każ li l-istatus tiegħu jew l-istatus ta' partijiet minnu jista' jinbidel għal kategorija ta' riskju ogħla.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi , l-awtoritajiet reġjonali kif ukoll l-operaturi u n-negozjanti konċernati bl-intenzjoni tagħha li tassenja bidla għall-kategorija ta' riskju ta' pajjiż jew parti minnu u tistedinhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni meqjusa utli f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha twettaq ukoll konsultazzjoni pubblika biex tiġbor informazzjoni u fehmiet mill-partijiet interessati, inkluż b'mod partikolari l-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali, il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni għandha tippermetti lill-pajjiżi u lill-awtoritajiet reġjonali żmien adegwat sabiex jipprovdu tweġiba, li tista' tinkludi informazzjoni dwar miżuri meħuda mill-pajjiż jew l-awtorità reġjonali sabiex jirrimedjaw is-sitwazzjoni f'każ li l-istatus tagħhom jew l-istatus ta' partijiet minnhom jinbidel għal kategorija ta' riskju ogħla.

Emenda 212

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan għandu jinkludi fin-notifika, l-informazzjoni li ġejja:

Dan għandu jinkludi fin-notifika u fil-konsultazzjoni , l-informazzjoni li ġejja:

Emenda 213

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha mal-pajjiżi produtturi konċernati minn dan ir-Regolament sabiex tiżviluppa sħubijiet u  kooperazzjoni sabiex jiġu indirizzati konġuntement id-deforestazzjoni d-degradazzjoni tal-foresti. Tali sħubijiet u mekkaniżmi ta' kooperazzjoni se jiffokaw fuq il-konservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli tal-foresti, id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u t-tranżizzjoni lejn il-produzzjoni sostenibbli tal-komoditajiet, l-ipproċessar tal-konsum u l-metodi kummerċjali. Is-sħubijiet u l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu djalogi strutturati, programmi u azzjonijiet ta' appoġġ , arranġamenti amministrattivi dispożizzjonijiet fi ftehimiet eżistenti jew fi ftehimiet li jippermettu lill-pajjiżi produtturi jagħmlu t-tranżizzjoni lejn produzzjoni agrikola li tiffaċilita l-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti mar-rekwiżiti ta' dan ir-regolament. Tali ftehimiet l-implimentazzjoni effettiva tagħhom se jitqiesu bħala parti mill-valutazzjoni komparattiva skont l-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament.

1.    F'approċċ koordinat, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom mal-pajjiżi produtturi konċernati minn dan ir-Regolament , il-gvernijiet lokali u l-partijiet interessati, b'mod partikolari dawk li jesportaw volumi sinifikanti ta' komoditajiet elenkati fl-Anness I, inkluż permezz tal-użu ta' sħubijiet eżistenti futuri u ftehimiet ta' kummerċ ħieles u l-allinjament ta' għodod ta' għajnuna eżistenti biex jindirizzaw b'mod konġunt il-kawżi ewlenin tad-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti. Tali sħubijiet u mekkaniżmi ta' kooperazzjoni għandhom jiġu appoġġati b'riżorsi adegwati u għandhom jagħmlu enfasi fuq il-konservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli tal-foresti, id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti , il-konverżjoni tal-foresti u t-tranżizzjoni lejn il-produzzjoni sostenibbli tal-komoditajiet, l-ipproċessar tal-konsum u l-metodi kummerċjali , il-governanza tajba, kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-għajxien u tas-sussistenza ta' komunitajiet dipendenti mill-foresti, inklużi popli indiġeni, komunitajiet lokali, detenturi tad-drittijiet konswetudinarji għall-pussess tal-art u l-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira oħra . Is-sħubijiet u l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu , iżda ma jkunux limitati għal, djalogi strutturati, programmi u azzjonijiet ta' appoġġ finanzjarji tekniċi, arranġamenti amministrattivi li jippermettu lill-pajjiżi produtturi u partijiet minnhom jagħmlu t-tranżizzjoni lejn produzzjoni agrikola li tiffaċilita l-konformità tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti mar-rekwiżiti ta' dan ir-regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali u s-soċjetà ċivili jkunu involuti fl-iżvilupp ta' pjanijiet direzzjonali konġunti. Il-pjanijiet direzzjonali konġunti għandhom ikunu bbażati fuq stadji importanti miftiehma mal-partijiet konċernati lokali. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi ruħha b'mod partikolari mal-pajjiżi produtturi biex tneħħi l-ostakli legali għall-konformità tagħhom , inkluż il-governanza nazzjonali tal-pussess tal-art u l-liġi tal-protezzjoni tad-data. L-għan ta' dawk is-sħubijiet għandu jkun l-iżvilupp ta' pjanijiet direzzjonali konġunti, inkluż djalogu u kooperazzjoni sostnuti, b'mod partikolari ma' pajjiżi u partijiet minnhom identifikati bħala ta' riskju għoli, biex jappoġġaw it-titjib kontinwu tagħhom lejn il-kategorija ta' riskju standard imsemmija fl-Artikolu  27 . Is-sħubijiet u l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira sabiex dawn l-azjendi jkunu jistgħu jagħmlu tranżizzjoni lejn prattiki agrikoli u tal-forestrija sostenibbli u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament , inkluż billi jippermettulhom jaċċessaw informazzjoni suffiċjenti u faċli għall-utenti . Riżorsi finanzjarji adegwati għandhom ikunu disponibbli biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' bdiewa b'azjenda agrikola żgħira.

Emenda 265

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jimpenjaw ruħhom aktar biex jimplimentaw u jinfurzaw il-ftehimiet kummerċjali kif ukoll jikkonkludu ftehimiet ġodda ta' kummerċ ħieles li jinkludu dispożizzjonijiet b'saħħithom dwar is-sostenibbiltà, b'mod partikolari għall-foresti, u l-obbligu ta' infurzar effettiv tal-ftehimiet ambjentali multilaterali, bħall-Ftehim ta' Pariġi u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.

Emendi 214 u 266

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandhom jippermettu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet konċernati kollha, inkluż is-soċjetà ċivili, il-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali u s-settur privat inklużi, l-SMEs u l-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira.

2.   Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandu jkollhom riżorsi finanzjarji adegwati u jqisu bis-sħiħ l-informazzjoni u t-twissijiet provduti mill-Osservatorju tal-UE. Huma għandhom jippermettu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet konċernati kollha, inkluż is-soċjetà ċivili, il-popli indiġeni, il-komunitajiet lokali, in-nisa u s-settur privat inklużi, il-mikrointrapriżi u SMEs oħra u l-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira. Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandhom ukoll jappoġġaw jew jibdew djalogu inklużiv u parteċipattiv lejn proċessi nazzjonali ta' riforma legali u ta' governanza biex tissaħħaħ il-governanza tal-foresti u jiġu indirizzati fatturi domestiċi li jikkontribwixxu għad-deforestazzjoni.

Emenda 215

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Biex tiżgura li l-infurzar ta' dan ir-Regolament ma jkunx restrittiv bla bżonn jew ma jfixkilx il-kummerċ, speċjalment lejn il-pajjiżi l-anqas żviluppati, il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ amministrattiv u ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet speċifiku lill-gvernijiet, lill-gvernijiet lokali, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi t-trade unions, u lill-produtturi, b'mod partikolari l-produtturi ż-żgħar, f'pajjiżi terzi bl-għan li jkun aktar faċli għal dawn l-atturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti amministrattivi ta' dan ir-Regolament.

Emenda 216

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta' proċessi ta' ppjanar integrat tal-użu tal-art, leġiżlazzjonijiet rilevanti, inċentivi fiskali u għodod pertinenti oħrajn sabiex itejbu l-konservazzjoni tal-foresti u tal-bijodiversità, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tal-foresti, jindirizzaw il-konverżjoni tal-foresti u tal-ekosistemi vulnerabbli għal użi oħra tal-art, jottimizzaw it-titjib għall-pajsaġġ, is-sigurtà taż-żamma tal-art, il-produttività u l-kompetittività tal-agrikoltura, il-ktajjen tal-provvista trasparenti, it-tisħiħ tad-drittijiet tal-komunitajiet dipendenti mill-foresti, inkluż bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, popli indiġeni u komunitajiet lokali, u l-iżgurar tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-ġestjoni tal-foresti u informazzjoni rilevanti oħra.

3.   Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta' proċessi ta' ppjanar integrat tal-użu tal-art, leġiżlazzjonijiet rilevanti, inklużi proċessi b'diversi partijiet konċernati biex jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti, inċentivi fiskali jew kummerċjali u għodod pertinenti oħrajn sabiex itejbu l-konservazzjoni tal-foresti u tal-bijodiversità, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tal-foresti, jindirizzaw il-konverżjoni tal-foresti u tal-ekosistemi vulnerabbli għal użi oħra tal-art, jottimizzaw it-titjib għall-pajsaġġ, is-sigurtà taż-żamma tal-art, il-produttività u l-kompetittività tal-agrikoltura, il-ktajjen tal-provvista trasparenti u t-traċċabbiltà , jipproteġu d-drittijiet tas-sjieda, taż-żamma tal-art u tal-aċċess għall-art, inklużi d-drittijiet taż-żamma tas-siġar għall-komunitajiet lokali u indiġeni, u d-dritt li jagħtu jew iżommu l-kunsens liberu, minn qabel u infurmat, isaħħu d-drittijiet tal-komunitajiet li jiddependu mill-foresti, inkluż bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, popli indiġeni u komunitajiet lokali, isaħħu s-sistemi nazzjonali tal-governanza u l-infurzar tal-liġi, u l-iżgurar tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-ġestjoni tal-foresti u informazzjoni rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tintegra l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-art u tal-pussess tal-art skont l-Osservatorju tal-UE.

Emenda 217

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha f'diskussjoni internazzjonali bilaterali u multilaterali dwar politiki u azzjonijiet sabiex twaqqaf id-deforestazzjoni d-degradazzjoni tal-foresti, inkluż f'fora multilaterali bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, l-Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, il-Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti, il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-G7 u l-G20. Tali involviment għandu jinkludi l-promozzjoni tat-tranżizzjoni għall-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif ukoll l-iżvilupp ta' ktajjen tal-provvista trasparenti u sostenibbli kif ukoll it-tkomplija tal-isforzi lejn l-identifikazzjoni u l-qbil ta' standards u definizzjonijiet sodi li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-ekosistemi tal-foresti .

4.   Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha f'diskussjoni internazzjonali bilaterali u multilaterali dwar politiki u azzjonijiet sabiex jitwaqqfu d-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti l-konverżjoni tal-foresti, inkluż f'fora multilaterali bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, l-Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, il-Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti, il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-G7 u l-G20. Tali involviment għandu jinkludi l-promozzjoni tat-tranżizzjoni għall-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif ukoll l-iżvilupp ta' ktajjen tal-provvista trasparenti u sostenibbli kif ukoll it-tkomplija tal-isforzi lejn l-identifikazzjoni u l-qbil ta' standards u definizzjonijiet sodi li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-foresti u ekosistemi naturali oħra u tad-drittijiet tal-bniedem relatati .

Emenda 218

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw b'diliġenza u imparzjalment il-preokkupazzjonijiet sostanzjati u jieħdu l-passi meħtieġa, inkluż verifiki u seduti ta' smigħ tal-operaturi u tan-negozjanti, bil-għan li jiġi identifikat ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, miżuri interim skont l-Artikolu 21 sabiex jiġu evitati l-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni, u l-esportazzjoni minnu ta' komoditajiet u prodotti rilevanti li jkunu qegħdin jiġu investigati.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom , mingħajr dewmien żejjed, jivvalutaw b'diliġenza u imparzjalment il-preokkupazzjonijiet sostanzjati u jieħdu l-passi meħtieġa, inkluż verifiki u seduti ta' smigħ tal-operaturi u tan-negozjanti, bil-għan li jiġi identifikat ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, miżuri interim skont l-Artikolu 21 sabiex jiġu evitati l-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni, u l-esportazzjoni minnu ta' komoditajiet u prodotti rilevanti li jkunu qegħdin jiġu investigati u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri stabbiliti .

Emenda 219

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-awtorità kompetenti għandha, kemm jista' jkun malajr u f'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-dritt nazzjonali, tinforma lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1, li jkunu ssottomettew osservazzjonijiet lill-awtorità, dwar id-deċiżjoni tagħha jekk taċċettax jew tirrifjutax it-talba għal azzjoni u għandha tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

3.   L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien 30 jum minn meta tirċievi preokkupazzjoni sostanzjata, u f'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-dritt nazzjonali, tinforma lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1, li jkunu ssottomettew preokkupazzjonijiet sostanzjati lill-awtorità, dwar il-valutazzjoni tagħha tal-preokkupazzjoni sostanzjata tagħhom, skont il-paragrafu 2, u d-deċiżjoni li taċċetta jew tirrifjuta t-talba għal azzjoni u għandha tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. Fejn tittieħed azzjoni ulterjuri skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi mingħajr dewmien żejjed dwar in-natura u l-iskeda ta' żmien tal-miżuri li għandhom jittieħdu.

Emenda 220

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Sabiex tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni dwar preokkupazzjonijiet sostanzjati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn pajjiżi produtturi, u speċjalment mill-komunitajiet lokali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċedura ta' komunikazzjoni ċentralizzata biex tidderieġi dawk il-preokkupazzjonijiet lejn l-Istati Membri rilevanti. Dik il-proċedura għandha tkun komplementari għal dawk stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda 221

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     L-Istati Membri għandhom jipprevedu miżuri biex jipproteġu l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jippreżentaw preokkupazzjonijiet sostanzjati jew li jwettqu investigazzjonijiet bil-għan li jivverifikaw il-konformità mill-operaturi jew min-negozjanti ma' dan ir-Regolament.

Emenda 222

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-aċċess għal qorti jew korp pubbliku indipendenti u imparzjali ieħor skont il-paragrafu 1 għandu jkun ġust, ekwu, f'waqtu u ma jiswiex tant li jkun projbittiv u jipprovdi rimedji adegwati u effettivi, inkluż rimedju b'mandat ta' inibizzjoni fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni prattika ssir disponibbli għall-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrattivi u ta' rimedju ġudizzjarju.

Emenda 223

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm, sad-data stabbilita fl-Artikolu 36(2), sistema ta' informazzjoni (“Reġistru”) li għandu jkun fiha d-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta magħmula disponibbli skont l-Artikolu 4(2).

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm, sad-data stabbilita fl-Artikolu 36(2), sistema ta' informazzjoni (“Reġistru”) li għandu jkun fiha d-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta magħmula disponibbli skont l-Artikolu 4(2) , kif ukoll il-lista tal-operaturi u n-negozjanti mhux konformi msemmija fl-Artikolu 23 .

Emenda 224

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ir-reġistrazzjoni tal-eżitu tal-kontrolli fuq id-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta;

(c)

ir-reġistrazzjoni tal-eżitu tal-kontrolli fuq id-dikjarazzjonijiet ta' diliġenza dovuta kif ukoll il-penali imposti ;

Emenda 225

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess għal dik is-sistema ta' informazzjoni lill-awtoritajiet doganali, lill-awtoritajiet kompetenti, lill-operaturi u lin-negozjanti f'konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess għal dik is-sistema ta' informazzjoni lill-awtoritajiet doganali, lill-awtoritajiet kompetenti, lill-operaturi u lin-negozjanti jew lir-rappreżentanti legali tagħhom, jew lit-tnejn li huma, u lill-fornituri kkonċernati f'konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament. Il-fornituri kkonċernati għandu jkollhom id-dritt li jikkonsultaw l-informazzjoni kollha li tappartjeni lilhom.

Emenda 226

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.    F'konformità mal-Politika tal-UE dwar id-Data Miftuħa, u partikolarment id-Direttiva (UE) 2019/1024 (51), il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess għall-pubbliku usa' għas-settijiet tad-data anonimizzati kompluti tas-sistema tal-informazzjoni f'format miftuħ li jista' jinqara mill-magni u li jiżgura l-interoperabbiltà, l-użu mill-ġdid u l-aċċessibbiltà.

5.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 u f'konformità mal-Politika tal-UE dwar id-Data Miftuħa, u partikolarment id-Direttiva (UE) 2019/1024 (51), il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess għall-pubbliku usa' , ħlief għall-informazzjoni fil-punt (e) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għas-settijiet tad-data anonimizzati kompluti tas-sistema tal-informazzjoni f'format miftuħ li jista' jinqara mill-magni u li jiżgura l-interoperabbiltà, l-użu mill-ġdid u l-aċċessibbiltà.

Emenda 227

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ , il-Kummissjoni għandha twettaq l-ewwel rieżami ta' dan ir-Regolament, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġiżlattiva , jekk tkun xierqa . Ir-rapport għandu jiffoka partikolarment fuq evalwazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal ekosistemi oħra, inkluż art b'ħażniet għoljin ta' karbonju u art b'valur għoli ta' bijodiversità bħal mergħat, torbieri u artijiet mistagħdra u komoditajiet ulterjuri.

1.    Wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha kontinwament twettaq rieżami tal-applikazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha:

 

(a)

tippreżenta, mhux aktar tard minn … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: daħħal id-data sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], valutazzjoni tal-impatt akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva , biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal ekosistemi naturali oħra, inkluż art b'ħażniet għoljin ta' karbonju u art b'valur għoli ta' bijodiversità bħal mergħat, torbieri u artijiet mistagħdra , minbarra foresti u art imsaġġra oħra f'konformità mad-data limitu u d-definizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 2,

 

(b)

tevalwa, mhux aktar tard minn… [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: daħħal id-data sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]:

 

 

(i)

il-ħtieġa u l-fattibbiltà tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal komoditajiet u prodotti oħra, b'mod partikolari prodotti addizzjonali derivati mill-komoditajiet elenkati fl-Anness I kif ukoll għal komoditajiet u prodotti addizzjonali, speċifikament il-kannamieli, l-etanol u l-prodotti tal-minjieri;

 

 

(ii)

l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-bdiewa, partikolarment fuq il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali u l-ħtieġa possibbli ta' appoġġ addizzjonali għat-tranżizzjoni lejn ktajjen tal-provvista sostenibbli u lejn bdiewa b'azjenda agrikola żgħira li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

 

 

(iii)

il-ħtieġa ta' għodod addizzjonali għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-fattibbiltà tagħhom, b'mod partikolari għall-pajjiżi l-anqas żviluppati milquta mmens minn dan ir-Regolament u l-pajjiżi identifikati bħala ta' riskju standard jew għoli, sabiex jappoġġaw il-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament;

 

(c)

tanalizza, fi żmien sena mill-adozzjoni ta' [id-Direttiva li jmiss dwar id-diliġenza dovuta għas-sostenibbiltà korporattiva], jekk hemmx bżonn ta' xi linji gwida biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tiġi żgurata l-koerenza bejn dan ir-Regolament u [id-Direttiva li jmiss dwar id-diliġenza dovuta għas-sostenibbiltà korporattiva], u biex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed.

Emenda 228

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ u mill-anqas kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ġenerali ta' dan ir-Regolament, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. L-ewwel wieħed mir-rapporti għandu jinkludi partikolarment, abbażi ta' studji speċifiċi, evalwazzjoni ta':

Mingħajr preġudizzju għar-rieżamijiet skedati fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq, f'intervalli regolari, rieżami tal-Anness 1 sabiex jiġi vvalutat jekk huwiex xieraq li jiġu emendati jew estiżi l-prodotti rilevanti elenkati fl-Anness I sabiex jiġi żgurat li l-prodotti kollha li jkun fihom komoditajiet rilevanti, ikunu ġew mitmugħa bihom jew li jkunu saru bl-użu tagħhom, jiġu inklużi f'dik il-lista, sakemm id-domanda għal dawk il-prodotti ma jkollhiex effett negliġibbli fuq id-deforestazzjoni. Ir-rieżamijiet għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tal-effett tal-komoditajiet u l-prodotti rilevanti fuq id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u l-konverżjoni tal-foresti, u għandhom iqisu l-bidliet fil-konsum, inkluż valutazzjoni dettaljata tal-bidliet fix-xejriet kummerċjali fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament, kif indikat minn evidenza xjentifika.

Emenda 229

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-ħtieġa ta' għodod addizzjonali għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-fattibbiltà tagħhom sabiex jappoġġaw l-ilħuq tal-objettivi tar-Regolament inkluż permezz tar-rikonoxximent ta' skemi ta' ċertifikazzjoni;

imħassar

Emenda 230

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-impatt tar-Regolament fuq il-bdiewa, partikolarment fuq il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali u l-ħtieġa possibbli ta' appoġġ addizzjonali għat-tranżizzjoni lejn ktajjen tal-provvista sostenibbli.

imħassar

Emenda 231

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Mingħajr preġudizzju għar-rieżami ġenerali skont il-paragrafu 1, l-ewwel rieżami tal-Anness I għandu jitwettaq mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u minn hemm 'il quddiem f'intervalli regolari sabiex jiġi valutat jekk huwiex xieraq li jiġu emendati jew estiżi l-prodotti rilevanti elenkati fl-Anness I sabiex jiġi żgurat li l-prodotti kollha li fihom, ikunu ġew mitmugħa b'komoditajiet rilevanti jew ikunu saru bl-użu tagħhom jiġu inklużi f'dik il-lista, sakemm id-domanda għal dawk il-prodotti ma jkollhiex effett negliġibbli fuq id-deforestazzjoni. Ir-rieżamijiet għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tal-effett tal-komoditajiet u tal-prodotti rilevanti fuq id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u jqisu l-bidliet fil-konsum, kif indikat minn evidenza xjentifika.

3.    Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-partijiet konċernati vulnerabbli bħall-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, speċjalment f'pajjiżi terzi, filwaqt li tagħti wkoll attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tan-nisa. Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq metodoloġija xjentifika u trasparenti u għandu jqis l-informazzjoni pprovduta minn partijiet konċernati interessati.

Emenda 232

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament il-bidliet fix-xejriet kummerċjali tal-prodotti u l-komoditajiet inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta bidliet fix-xejra tal-kummerċ jinstab li ma jkollhomx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-evitar tal-obbligi kif stabbiliti f'dan ir-Regolament, inkluż is-sostituzzjoni ta' dawk il-prodotti u l-komoditajiet bi prodotti u komoditajiet oħra li mhumiex inklużi fil-lista ta' prodotti u komoditajiet fl-Anness I iżda li jkollhom karatteristiċi simili, dan għandu jitqies bħala prattika ta' ċirkomvenzjoni. Il-partijiet interessati jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ċirkomvenzjoni perċepita u l-Kummissjoni għandha tinvestiga kwalunkwe talba sostanzjata introdotta minn parti interessata.

Emenda 233

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Wara rieżami kif stabbilit fil-paragrafu 3 , il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 33 sabiex temenda l-Anness I sabiex tinkludi prodotti rilevanti li fihom jew li jkunu saru bl-użu ta' komoditajiet rilevanti .

4.   Wara kwalunkwe wieħed mir-rieżamijiet kif stabbilit fil-paragrafi 1 sa 4 , il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 33 biex tissupplimenta l-lista fl-Anness I, jew, jekk xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament .

Emenda 234

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta partijiet konċernati u esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

Emenda 235

Proposta għal regolament

Artikolu 35a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35a

 

Emenda tad-Direttiva 2003/35/KE

 

L-Anness I tad-Direttiva 2003/35/KE  (1a) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huwa emendat billi jiżdied dan il-punt li ġej:

(ga)

l-Artikolu 14(3) ta' [Regolament (UE) Nru XXXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni kif ukoll l-esportazzjoni mill-Unjoni ta' ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010]  (*1) .

Emenda 236

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għall-operaturi li huma mikrointrapriżi (53) stabbiliti sal-31 ta' Diċembru 2020, ħlief għall-prodotti koperti fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 995/2010.

3.   L-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għall-operaturi li huma mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar  (53) stabbiliti sal-31 ta' Diċembru 2020, ħlief għall-prodotti koperti fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 995/2010.

Emendi 237 u 246

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Bhejjem tal-ifrat

ex 0102 Bhejjem tal-ifrat ħajjin

ex 0201 Laħam tal-bhejjem tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

ex 0202 Laħam tal-bhejjem tal-ifrat, iffriżat

ex 0206 10 Ġewwieni li jittiekel tal-bhejjem tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

ex 0206 22 Fwied li jittiekel tal-bhejjem tal-ifrat, iffriżat

ex 0206 29 Ġewwieni li jittiekel tal-bhejjem tal-ifrat (għajr l-ilsna u l-fwied), iffriżat

ex 4101 Ġlud grezzi tal-bhejjem tal-ifrat (friski, jew immellħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, piklati jew ippreservati b'mod ieħor, iżda mhux ikkonzati, ipparċminati jew ippreparati mod ieħor), kemm jekk imxerrħa jew bix-xagħar imneħħi kemm jekk le

ex 4104 Ġlud ikkonzati jew “in crust” tal-bhejjem tal-ifrat, imġiżża, kemm dawk imxerrħa kif ukoll dawk li mhumiex, iżda mhux ippreparati mod ieħor

ex 4107 Ġilda tal-bhejjem tal-ifrat, li ngħatat aktar trattament wara l-ikkonzar u l-crusting, din tinkludi l-ġilda pparċminata, imġiżża, kemm dawk imxerrħa kif ukoll dawk li mhumiex

Kawkaw

1801 00 00 Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imkissra, nejja jew mixwija

1802 00 00 Fosdoq tal-kawkaw, ħliefa, qxur u skart ieħor tal-kawkaw

1803 Paste tal-kawkaw, kemm jekk bix-xaħam imneħħi u kemm jekk le

1804 00 00 Butir, xaħam u żejt tal-kawkaw

1805 00 00 Trab tal-kawkaw, li ma jkunx fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud

1806 Ċikkulata u preparati oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw

Kafè

0901 Kafè, kemm jekk inkaljat jew dekafeinat u kemm jekk le; ħliefa u qxur tal-kafè; sostituti tal-kafè li jkun fihom kafè fi kwalunkwe proporzjon

Żejt tal-palm

1511 Żejt tal-palm u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinat u kemm jekk le, iżda mhux modifikat kimikament

1207 10 Ġewż tal-palm u qlub tagħhom

1513 21 Żejt grezz tal-lewż tal-palm u żejt babassu u l-frazzjonijiet tagħhom

1513 29 Żejt tal-lewż tal-palm u żejt babassu u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux modifikati kimikament (bl-esklużjoni ta' żejt grezz)

2306 60 Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn tal-ġewż tal-palm jew il-qlub tagħhom, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta' pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta' żjut tal-ġewż tal-palm jew ta' żjut tal-qlub tagħhom

Sojja

1201 Fażola tas-sojja, kemm jekk imkissra u kemm jekk le

1208 10 Dqiq u grixi tal-fażola tas-sojja

1507 Żejt tal-fażola tas-sojja u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinat u kemm jekk le, iżda mhux modifikat kimikament

2304 Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta' pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-fażola tas-sojja

Injam

4401 Qabs, fil-forma ta' zkuk, qatgħat taz-zkuk, friegħi, qatet jew forom simili; injam f'laqx jew partikuli; serratura u skart u laqx tal-injam, kemm jekk agglomerati fil-forma ta' zkuk, briquettes, pellets jew forom simili, kif ukoll jekk le

4403 Injam grezz, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew maqtugħ kwadru raff

4406 Traversi (cross-ties) tal-injam għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm

4407 Injam issegat jew imlaqqax għat-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew bit-truf ġonġuti, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

4408 Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta' injam laminat), għall-plywood jew għal injam simili laminat u injam ieħor, issegat għat-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew bit-truf ġonġuti, ta' ħxuna li ma taqbiżx is-6 mm

4409 Injam (inklużi strixxi u freġji għall-kisi tal-art bil-parquet, mhux assemblati) iffurmat b'mod kontinwu (b'minċott raġel, b'minċott mara, b'ħanek maqtugħ, iċċanfrinat, bi skanalatura-V, bil-gula, iffurmat, ittundjat jew simili) tul kwalunkwe xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew bit-truf ġonġuti jew le

4410 Particle board, oriented strand board (OSB) u board simili (eż. waferboard) tal-injam jew ta' materjali oħrajn mill-injam, kemm jekk agglomerati bir-rażi jew sustanzi leganti organiċi oħrajn u kemm jekk le

4411 Fibreboard tal-injam jew materjali oħrajn mill-injam, magħqudin bir-rażi jew b'sustanzi organiċi oħrajn jew le

4412 Plywood, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom

4413 00 00 Injam densifikat, fi blokok, folji, strixxi jew forom profilati

4414 00 Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili

4415 Cases għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, ċilindri u pakki simili; tal-injam; rombli tal-injam tal-kejbils; pallets, pallets tal-kaxxi u boards oħrajn tat-tagħbija, tal-injam; pallet collars tal-injam

(Mhux inkluż materjal tal-ippakkjar użat esklussivament bħala materjal tal-ippakkjar biex jappoġġa, jipproteġi jew iġorr prodott ieħor introdott fis-suq.)

4416 00 00 Btieti, ċilindri, vats, tnelli u prodotti tal-buttara oħrajn u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż l-injam imqawwes (staves)

4418 Xogħol tal-injam għal bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pannelli assemblati għall-paviment, shingles u shakes

Polpa u karta tal-Kapitoli 47 u 48 tan-Nomenklatura Magħquda, bl-eċċezzjoni ta' prodotti bbażati fuq il-bambù u rkuprati (skart u laqx)

9403 30 , 9403 40 , 9403 50 00 , 9403 60 u 9403 90 30 Għamara tal-injam

9406 10 00 Bini prefabbrikat tal-injam

Emenda

 

 

Bhejjem tal-ifrat

ex 0102 Bhejjem tal-ifrat ħajjin

ex 0201 Laħam tal-bhejjem tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

ex 0202 Laħam tal-bhejjem tal-ifrat, iffriżat

ex 0206 10 Ġewwieni li jittiekel tal-bhejjem tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

ex 0206 22 Fwied li jittiekel tal-bhejjem tal-ifrat, iffriżat

ex 0206 29 Ġewwieni li jittiekel tal-bhejjem tal-ifrat (għajr l-ilsna u l-fwied), iffriżat

ex 0206 10 Ġewwieni li jittiekel tal-annimali bovini, frisk jew imkessaħ

ex 0206 21 Ilsna li jittieklu tal-annimali bovini, iffriżati

ex 0210 20 Laħam tal-bhejjem tal-ifrat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

ex 1602 50 Laħam tal-bhejjem tal-ifrat jew il-ġewwieni tagħhom, ippreparat jew ippreservat

ex 4101 Ġlud grezzi tal-bhejjem tal-ifrat (friski, jew immellħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, piklati jew ippreservati b'mod ieħor, iżda mhux ikkonzati, ipparċminati jew ippreparati mod ieħor), kemm jekk imxerrħa jew bix-xagħar imneħħi kemm jekk le

ex 4104 Ġlud ikkonzati jew “in crust” tal-bhejjem tal-ifrat, imġiżża, kemm dawk imxerrħa kif ukoll dawk li mhumiex, iżda mhux ippreparati mod ieħor

ex 4107 Ġilda tal-bhejjem tal-ifrat, li ngħatat aktar trattament wara l-ikkonzar u l-crusting, din tinkludi l-ġilda pparċminata, imġiżża, kemm dawk imxerrħa kif ukoll dawk li mhumiex

Ħnieżer

0103 Ħnieżer ħajjin

0203 Laħam tal-ħnieżer, frisk, imkessaħ jew

iffriżat

0210 11 Ġarretti, spalel u qatgħat

tagħhom, bl-għadma, tal-ħanżir domestiku

0210 12 Żquq (streaky) u qatgħat tagħhom

tal-ħanżir domestiku

0210 19 Laħam ieħor tal-ħanżir domestiku

20910 Xaħam tal-ħanżir, mingħajr ebda laħam dgħif, mhux

imdewweb jew estratt mod ieħor, frisk,

imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew

affumikat

Nagħaġ u Mogħoż

0104 Nagħaġ u mogħoż ħajjin

0204 Laħam ta' nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Tjur

0105 Pollam ħaj, jiġifieri, qatgħat ta' għadam ta' tjur

tal-ispeċi Gallus domesticus, papri,

wiżż, dundjani u farawni oħrajn

0207 Laħam u ġewwieni li jittiekel, taħt l-instestatura

tat-tjur Nru 0105 , friski, imkessħa jew iffriżati

0209 90 Xaħam tat-tjur, mhux maħdum jew

estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat,

immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

0210 99 39 Laħam tal-pollam immellaħ

1602 31  – 1602 32  –1602 39 Pollam ippreparat u ppreservat

Kawkaw

1801 00 00 Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imkissra, nejja jew mixwija

1802 00 00 Fosdoq tal-kawkaw, ħliefa, qxur u skart ieħor tal-kawkaw

1803 Paste tal-kawkaw, kemm jekk bix-xaħam imneħħi u kemm jekk le,

1804 00 00 Butir, xaħam u żejt tal-kawkaw,

1805 00 00 Trab tal-kawkaw, li ma jkunx fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud

1806 Ċikkulata u preparati oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw

Kafè

0901 Kafè, kemm jekk inkaljat jew dekafeinat u kemm jekk le; ħliefa u qxur tal-kafè; sostituti tal-kafè li jkun fihom kafè fi kwalunkwe proporzjon

Żejt tal-palm

1511 Żejt tal-palm u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinat u kemm jekk le, iżda mhux modifikat kimikament

1207 10 Ġewż tal-palm u qlub tagħhom

1513 21 Żejt grezz tal-lewż tal-palm u żejt babassu u l-frazzjonijiet tagħhom

1513 29 Żejt tal-lewż tal-palm u żejt babassu u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati u kemm jekk le, iżda mhux modifikati kimikament (bl-esklużjoni ta' żejt grezz)

2306 60 Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn tal-ġewż tal-palm jew il-qlub tagħhom, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta' pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta' żjut tal-ġewż tal-palm jew ta' żjut tal-qlub tagħhom

2905 17 Dodekan-1-ol (Alkoħol lawriku), Eżadekan-1-ol (Alkoħol ċetiliku) u Ottadekan-1-ol (Alkoħol steariliku)

2905 45 Alkoħol; polidriċi, gliċeroli

2915 70 Aċidu palmitiku, aċidu steariku, imlieħ u esteri tagħhom

2915 90 Aċidi; aċidi monokarbossiliċi aċikliċi saturati; anidridi, alidi, perossidi, perossiaċidi u derivattivi aloġenati, sulfonati, nitratati jew nitrosazjati, m.k.b. fl-intestatura Nru 2915

Gruppi ta' kodiċi HS u subintestaturi 1517 …, 3401 …, 3823 …, 3824 …, 3826 Żejt tal-palm u derivatibbażati fuq iż-żejt tal-lewż tal-palm

Sojja

1201 Fażola tas-sojja, kemm jekk imkissra u kemm jekk le

1208 10 Dqiq u grixi tal-fażola tas-sojja

1507 Żejt tal-fażola tas-sojja u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinat u kemm jekk le, iżda mhux modifikat kimikament

2304 Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin jew fil-forma ta' pellets u kemm jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-fażola tas-sojja

Qamħirrum

1005 Qamħirrum (qamħ)

1102 20 Dqiq tal-qamħirrum (qamħ)

1103 13 Ħbub imfesdqa misħuqa taċ-ċereali, grixi u pellets

qamħirrun (qamħ)

1103 29 40 Pellets tal-qamħirrum

1104 19 50 Ħbub taċ-ċereali maħdumin mod ieħor

mill-qamħirrum

1104 23 Ħbub oħrajn maħdumin mill-qamħirrum

(qamħ)

1108 12 00 Lamtu tal-qamħirrum (qamħ)

1515 21 Żejt tal-qamħirrum (qamħ) u l-frazzjonijiet tiegħu:

Żejt grezz

1904 10 10 Ikel ippreparat miksub

min-nefħa jew mill-inkaljar taċ-ċereali jew

prodotti taċ-ċereali miksuba mill-qamħirrum

2302 10 Nuħħala, smid u residwi oħrajn,

kemm jekk fil-forma ta' pellets kif ukoll jekk le

li ġejjin mit-tnaqqih, mit-tħin jew xogħol

ieħor ta' ċereali jew pjanti leguminużi

tal-qamħirrum (qamħ)

1515 29 Żejt tal-qamħirrum u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat b'mod kimiku (minbarra dak grezz)

2306 90 05 Pasta taż-żrieragħ żejtnin u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħunin u kemm jekk miġbura fil-forma ta' pellets, li jirriżultaw mill-estrazzjoni tan-nebbieta tal-qamħirrum (qamħ)

Injam

4401 Qabs, fil-forma ta' zkuk, qatgħat taz-zkuk, friegħi, qatet jew forom simili; injam f'laqx jew partikuli; serratura u skart u laqx tal-injam, kemm jekk agglomerati fil-forma ta' zkuk, briquettes, pellets jew forom simili, kif ukoll jekk le

4402 Faħam tal-kannol tal-injam inkluż faħam tal-kannol tal-qoxra jew tal-ġewża, magħqud jew le (minbarra faħam tal-kannol tal-injam użat bħala mediċinali, faħam tal-kannol imħallat ma' inċens, faħam tal-kannol attivat u faħam tal-kannol fil-forma ta' krejons)

4403 Injam grezz, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew maqtugħ kwadru raff

4406 Traversi (cross-ties) tal-injam għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm

4407 Injam issegat jew imlaqqax għat-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew bit-truf ġonġuti, ta' ħxuna li taqbeż is-6 mm

4408 Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta' injam laminat), għall-plywood jew għal injam simili laminat u injam ieħor, issegat għat-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew bit-truf ġonġuti, ta' ħxuna li ma taqbiżx is-6 mm

4409 Injam (inklużi strixxi u freġji għall-kisi tal-art bil-parquet, mhux assemblati) iffurmat b'mod kontinwu (b'minċott raġel, b'minċott mara, b'ħanek maqtugħ, iċċanfrinat, bi skanalatura-V, bil-gula, iffurmat, ittundjat jew simili) tul kwalunkwe xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew bit-truf ġonġuti jew le

4410 Particle board, oriented strand board (OSB) u board simili (eż. waferboard) tal-injam jew ta' materjali oħrajn mill-injam, kemm jekk agglomerati bir-rażi jew sustanzi leganti organiċi oħrajn u kemm jekk le

4411 Fibreboard tal-injam jew materjali oħrajn mill-injam, magħqudin bir-rażi jew b'sustanzi organiċi oħrajn jew le

4412 Plywood, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom

4413 00 00 Injam densifikat, fi blokok, folji, strixxi jew forom profilati

4414 00 Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili

4415 Cases għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, ċilindri u pakki simili; tal-injam; rombli tal-injam tal-kejbils; pallets, pallets tal-kaxxi u boards oħrajn tat-tagħbija, tal-injam; pallet collars tal-injam

(Mhux inkluż materjal tal-ippakkjar użat esklussivament bħala materjal tal-ippakkjar biex jappoġġa, jipproteġi jew iġorr prodott ieħor introdott fis-suq.)

4416 00 00 Btieti, ċilindri, vats, tnelli u prodotti tal-buttara oħrajn u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż l-injam imqawwes (staves)

4418 Xogħol tal-injam għal bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pannelli assemblati għall-paviment, shingles u shakes

Polpa u karta tal-Kapitoli 47 u 48 tan-Nomenklatura Magħquda, bl-eċċezzjoni ta' prodotti bbażati fuq il-bambù u rkuprati (skart u laqx)

4900 Kotba stampati, gazzetti, stampi u prodotti oħrajn tal-industrija tal-istampar, manuskritti, testi ttajpjati u pjanti

9403 30 , 9403 40 , 9403 50 00 , 9403 60 u 9403 90 30 Għamara tal-injam

9406 10 00 Bini prefabbrikat tal-injam

Gomma

4001 Gomma naturali, balata, guttapercha, guayule, chicle u gomom simili; f'forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxi

4005 Gomma komposta, mhux vulkanizzata, f'forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxi

4006 Gomma mhux vulkanizzata f'forom oħra (eż. vireg, tubi u forom profilati) u oġġetti (eż. diski u ċrieki)

4007 Ħajt u korda tal-gomma vulkanizzata

4008 Pjanċi, folji, strixxi, vireg u forom profilati, ta' gomma vulkanizzata minbarra gomma iebsa

4010 Ċineg jew ċineg tal-ġarr jew tat-trażmissjoni, tal-gomma vulkanizzata

4011 Tajers pnewmatiċi ġodda, tal-gomma (oħrajn)

4012 Tajers pnewmatiċi treddjati mill-ġdid jew użati tal-lastku; tajers solidi jew kuxxinetti, rajja jew flaps tat-tajers interkambjabbli, tal-lastku

4013 Tubi ta' ġewwa, tal-gomma

4015 Oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ (inklużi ingwanti), għall-iskopijiet kollha tal-gomma vulkanizzata minbarra l-gomma iebsa

4016 Oġġetti tal-gomma vulkanizzata minbarra gomma iebsa, mhux speċifikati band'oħra fil-kapitolu 40

4017 Gomma iebsa (jiġifieri ebonite) fil-forom kollha inkluż skart u fdal; oġġetti ta' gomma iebsa

Emenda 238

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

Il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata, id-deskrizzjoni b'test liberu u l-kwantità (70) tal-komodità jew tal-prodott rilevanti maħsub li jiġi introdott fis-suq tal-Unjoni mill-operatur;

2.

Il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata, id-deskrizzjoni b'test liberu , inkluż l-isem kummerċjali kif ukoll, fejn applikabbli, l-isem xjentifiku sħiħ, u l-kwantità (70) tal-komodità jew tal-prodott rilevanti maħsub li jiġi introdott fis-suq tal-Unjoni mill-operatur jew esportat minnu.

Emenda 239

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.

Il-pajjiż tal-produzzjoni u  l-irqajja' kollha tal-art tal-produzzjoni, inkluż il-koordinati , il-latitudni u l-lonġitudni tal-ġeolokalizzazzjoni . Meta prodott jew komodità jkun fiha materjali, ingredjenti jew komponenti prodotti fi rqajja' tal-art differenti, għandhom jiġu inklużi l-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni tal-irqajja' differenti kollha tal-art ;

3.

Il-pajjiż tal-produzzjoni u  partijiet minnu u l-koordinati kollha tal-ġeolokalizzazzjoni , il-latitudni u l-lonġitudni , tal-biċċiet kollha ta' art kif speċifikat fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) . Meta prodott jew komodità jkun fiha materjali, ingredjenti jew komponenti prodotti f'biċċiet ta' art jew poligoni differenti, għandhom jiġu inklużi l-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni tal-biċċiet differenti kollha ta' art jew poligoni ;


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0219/2022).

(18)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2019“It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”, COM(2019)0352.

(18)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2019“It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”, COM(2019)0352 .

(19)  FAO, Global Forest Resource Assessment 2020, p. XII, https://www.fao.org/documents/card/en/c/ca9825en.

(19)  FAO, Global Forest Resource Assessment 2020, p. XII, https://www.fao.org/documents/card/en/c/ca9825en.

(20)  IPCC, It-Tibdil fil-Klima u l-Art: rapport speċjali tal-IPCC dwar it-tibdil fil-klima, id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art, il-ġestjoni sostenibbli tal-art, is-sigurtà tal-ikel, u l-flussi tal-gassijiet serra fl-ekosistemi terrestri, https://www.ipcc.ch/srccl/.

(20)  IPCC, It-Tibdil fil-Klima u l-Art: rapport speċjali tal-IPCC dwar it-tibdil fil-klima, id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art, il-ġestjoni sostenibbli tal-art, is-sigurtà tal-ikel, u l-flussi tal-gassijiet serra fl-ekosistemi terrestri, https://www.ipcc.ch/srccl/.

(1a)   Sommarju tar-Rapport tal-IPCC għal dawk li jfasslu l-politika, February 2022 https://report.ipcc.ch/ar6wg2/pdf/IPCC_AR6_WGII_SummaryForPolicymakers.pdf

(21)  Forest Europe – Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, l-Istat tal-Foresti tal-Ewropa 2020, https://foresteurope.org/state-europes-forests-2020/.

(22)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Istat tal-Ambjent għall-2020, https://www.eea.europa.eu/soer/publications/soer-2020.

(21)  Forest Europe – Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, l-Istat tal-Foresti tal-Ewropa 2020, https://foresteurope.org/state-europes-forests-2020/.

(22)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Istat tal-Ambjent għall-2020, https://www.eea.europa.eu/soer/publications/soer-2020.

(23)  COM(2019)0352.

(24)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)0640.

(25)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna, COM(2020)0380.

(26)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020)0381.

(27)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti, COM(2013)0659.

(28)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta' Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, COM(2021)0400.

(29)  eż. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b'saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040, COM(2021)0345.

(30)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: Tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent: strateġija dwar il-bijoekonomija aġġornata, Strateġija dwar il-Bijoekonomija aġġornata, COM(2018)0273.

(23)  COM(2019)0352.

(24)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)0640.

(25)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna, COM(2020)0380.

(26)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020)0381.

(27)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti, COM(2013)0659.

(28)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta' Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, COM(2021)0400.

(29)  eż. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b'saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040, COM(2021)0345.

(30)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: Tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent: strateġija dwar il-bijoekonomija aġġornata, Strateġija dwar il-Bijoekonomija aġġornata, COM(2018)0273.

(31)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Komunikazzjoni dwar It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja (is-16 ta' Diċembru 2019) 15151/19. Disponibbli fuq https://www.consilium.europa.eu/media/41860/st15151-en19.pdf.

(31)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Komunikazzjoni dwar It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja (is-16 ta' Diċembru 2019) 15151/19. Disponibbli fuq https://www.consilium.europa.eu/media/41860/st15151-en19.pdf.

(32)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2020 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha (2020/2006(INL)) Disponibbli fuq https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0285_MT.html.

(32)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2020 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha (2020/2006(INL)) Disponibbli fuq https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0285_MT.html.

(33)  Ratifikat mill-UE fil-5 ta' Ottubru 2016, u daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016.

(33)  Ratifikat mill-UE fil-5 ta' Ottubru 2016, u daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016.

(33a)   Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030, ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22.

(37)  https://ukcop26.org/glasgow-leaders-declaration-on-forests-and-land-use/.

(37)  https://ukcop26.org/glasgow-leaders-declaration-on-forests-and-land-use/.

(38)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Rieżami tal-Politika Kummerċjali – Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva, COM(2021)0066, 18 ta' Frar 2021.

(38)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Rieżami tal-Politika Kummerċjali – Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva, COM(2021)0066, 18 ta' Frar 2021.

(39)  COM(2019)0352.

(39)  COM(2019)0352.

(40)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.

(41)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

(42)   https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/11630-Illegal-logging-evaluation-of-EU-rules-fitness-check-_mt

(40)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.

(41)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

(43)  https://www.forest-trends.org/wp-content/uploads/2021/05/Illicit-Harvest-Complicit-Goods_rev.pdf.

(43)  https://www.forest-trends.org/wp-content/uploads/2021/05/Illicit-Harvest-Complicit-Goods_rev.pdf.

(44)  Pendrill F., Persson U. M., Kastner, T. 2020.

(44)  Pendrill F., Persson U. M., Kastner, T. 2020.

(1a)   Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(1b)   COM(2022)0071.

(1a)   Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(1a)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(51)  Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p.  56–83 ).

(51)  Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p.  56 ).

(1a)   Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).

(*1)   ĠU: Jekk jogħġbok żid in-numru u d-data ta' dan ir-Regolament u nota f'qiegħ il-paġna bir-referenza tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(53)  Kif definiti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' intrapriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE.

(53)  Kif definiti fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' intrapriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE.

(70)  Il-kwantità trid tiġi espressa f'kilogrammi tal-massa netta u, meta applikabbli, ukoll fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikat. Unità supplimentari hi applikabbli meta tkun iddefinita b'mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmi fid-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta.

(70)  Il-kwantità trid tiġi espressa f'kilogrammi tal-massa netta , li tispeċifika stima perċentwali jew devjazzjoni, u, meta applikabbli, ukoll fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikat. Unità supplimentari hi applikabbli meta tkun iddefinita b'mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmi fid-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta.