|
7.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/296 |
P9_TA(2022)0295
Identifikazzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni bħala reati skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2022 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni bħala qasam ta’ kriminalità li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (10287/1/2022 – C9-0219/2022 – 2022/0176(NLE))
(Approvazzjoni)
(2023/C 47/32)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (10287/1/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 83(1), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0219/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 105(1) u (4) u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |