|
7.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/294 |
P9_TA(2022)0282
L-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja: Miżuri għal kriżi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (COM(2022)0179 – C9-0149/2022 – 2022/0118(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2023/C 47/30)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0179), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) u 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0149/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0182/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali; |
|
3. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2022)0118
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ Lulju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat minn dik il-gwerra ta’ aggressjoni fuq il-katina tal-provvista ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2022/1278.)