27.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 493/295


P9_TA(2022)0234

L-istandards tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (COM(2021)0556 – C9-0322/2021 – 2021/0197(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 493/25)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (“il-Ftehim ta' Pariġi”). Il-Partijiet parteċipanti qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali.

(1)

Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 (“il-Ftehim ta' Pariġi”). Il-Partijiet parteċipanti qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Bl-adozzjoni tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow f'Novembru 2021, il-Partijiet tiegħu rrikonoxxew li ż-żamma taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5  oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sal-aħħar tal-2022 sabiex jaċċelleraw l-azzjoni klimatika f'dan id-deċennju kritiku u jnaqqsu d-distakk fl-ambizzjoni bil-mira ta' 1,5  oC.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Diċembru 2019 (23). Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti ħorox ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(2)

L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Diċembru 2019 (23). Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Parlament Ewropew appella għat-tranżizzjoni meħtieġa għal soċjetà newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali, iddikjara emerġenza klimatika u ambjentali. Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti ħorox ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jikkombina sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi li jsaħħu lil xulxin immirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u  għanja , b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi . Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura.

(3)

L-UE għandha l-għan li, sal-2050, tistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li tiffoka fuq it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà ġusta u  prospera , b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, b'industriji vibranti li jibqgħu mexxejja dinjija fis-segmenti rispettivi tagħhom u motivaturi tal-innovazzjoni globali, filwaqt li tiżgura impjiegi ta' kwalità b'remunerazzjoni għolja fl-Unjoni . Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. F'dak ir-rigward, it-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali, li jibqa' jopera sal-2030, jistabbilixxi l-objettiv li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika għal ekonomija ċirkolari newtrali għall-klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti u kompetittiva b'mod ġust, ekwu u inklużiv, u li jiġi protett, restawrat u mtejjeb l-istat tal-ambjent, u jiġi appoġġat u użat bħala bażi s-sett ta' miżuri u inizjattivi mħabbar fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati u vulnerabbli , bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju , u l-individwi u l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx jew aktar baxx mill-medja. Barra minn hekk, it-tranżizzjoni se taffettwa r-reġjuni tal-Unjoni b'mod differenti, speċjalment ir-reġjuni strutturalment żvantaġġati, periferiċi u ultraperiferiċi. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Fir-Regolament (UE) [--] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), l-Unjoni naqqxet il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal- 2050 fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(5)

Fir-Regolament (UE)  2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), l-Unjoni stabbiliet il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet għal nett żero sa mhux aktar tard mill- 2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dan fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mira klimatika intermedjarja domestika vinkolanti tal-Unjoni b'mill-inqas 55 % tnaqqis fl-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra ( jiġifieri emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq.

(6)

Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq. Is-settur tat-trasport huwa l-uniku settur fejn l-emissjonijiet ilhom jiżdiedu mill-1990. Dan jinkludi t-trasport bit-triq b'vetturi ħfief u tqal, li flimkien jammontaw għal aktar minn 70 % tal-emissjonijiet totali tat-trasport.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Huwa importanti li l-mobbiltà individwali tibqa' aċċessibbli u aċċessibbli ekonomikament għal kulħadd, b'mod speċjali għal dawk li jivvjaġġaw mingħajr aċċess għal trasport pubbliku ta' kwalità jew għal soluzzjonijiet oħra ta' mobbiltà.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)

Waqt il-“UN Climate Change Conference 2021” (il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2021) fi Glasgow, ir-Renju Unit, magħrufa bħala l-COP26, ġie adottat impenn biex jaċċellera t-tranżizzjoni globali għal vetturi b'emissjonijiet żero. Sar ukoll l-impenn li t-tranżizzjoni tkun ġusta u sostenibbli, sabiex l-ebda reġjun jew komunità ma jitħallew lura, u ġiet enfasizzata l-importanza li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol u l-ħolqien ta' xogħol deċenti u impjiegi ta' kwalità.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra , kif ukoll id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili importati, inklużi importazzjonijiet taż-żejt li kellhom valur ta' EUR 227,5 biljun fl-2018 biss, li għadu l-enerġija predominanti kkunsmata mill-karozzi u mill-vannijiet (94 %). Filwaqt li jitneħħa gradwalment il-konsum taż-żejt, huwa kruċjali li d-dipendenza ma tinbidilx b'oħra. Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fil-futur tal-industrija Ewropea tal-manifattura u tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, huwa essenzjali li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-partijiet industrijali kkonċernati biex tiżgura l-katina tal-provvista fil-materjali strateġiċi u l-materjali tal-art rari meħtieġa għal teknoloġiji b'livell żero u baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Filwaqt li r-rieżami ta' dan ir-Regolament jifforma parti mill-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq sabiex jingħeleb it-tibdil fil-klima, jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-konsegwenzi industrijali u soċjali sinifikanti ta' dak il-proċess biex jiġu żgurati impjiegi u mobbiltà aċċessibbli għal kulħadd.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inklużi setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida.

(8)

Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, u jiġi pprovdut perkors ċar lejn dik il-mira u jingħata kontribut għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet qabel l-2030, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Biex dak l-objettiv jintlaħaq, se jkun meħtieġ li jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-settur tat-trasport b'madwar 90 % skont l-aktar xenarju kosteffiċjenti, filwaqt li, attwalment, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra qed jiżdiedu biss fis-settur tat-trasport. B'mod parallel, huwa ta' importanza kbira li l-atti leġiżlattivi komplementari tal-Unjoni, bħad-Direttiva (UE) 2018/2001  (25a) , tiżgura użu rapidu tal-enerġija rinnovabbli sabiex il-flotta tal-karozzi tal-Unjoni tkun imħaddma b'elettriku rinnovabbli addizzjonali. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inklużi setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida. It-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika jenħtieġ li jindirizzaw ukoll l-importanza tad-dimensjoni soċjali biex tiġi żgurata mobbiltà aċċessibbli għal kulħadd, inklużi l-impatt tat-tassazzjoni fuq l-enerġija fuq l-aċċessibbiltà ekonomika, l-effett dirett u indirett ta' prezzijiet ogħla tal-enerġija fuq it-trasport f'reġjuni differenti tal-Unjoni, kif ukoll il-konsegwenzi industrijali biex jiġu żgurati l-impjiegi u l-kompetittività tal-industrija.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Studji reċenti jissuġġerixxu li l-vetturi elettriċi bil-batterija diġà jikkompetu ma' karozzi konvenzjonali f'diversi segmenti tal-karozzi meta jitqies il-kost totali tas-sjieda. Żieda fl-istandards tas-CO2 għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief se taċċellera t-tnaqqis fil-kost totali tas-sjieda ta' vetturi elettriċi bil-batteriji, filwaqt li tagħmilhom aktar attraenti mill-vetturi mgħammra b'magni tal-kombustjoni għall-gruppi kollha tal-konsumaturi madwar l-Unjoni. Standards tas-CO2 aktar ambizzjużi għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief għall-perjodu mill-2025 sal-2030 se jaċċelleraw ukoll id-dekarbonizzazzjoni tas-suq tal-affarijiet użati fis-segmenti kollha tal-karozzi, b'benefiċċji akbar għall-konsumaturi b'introjtu baxx u medju.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja u  ta' ffrankar tal-enerġija, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista' tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu oħrajn , u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba, jistgħu jkomplu jkollhom rwol bil-mogħdija tat-transizzjoni .

(9)

Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja , isaħħu s-sigurtà tal-enerġija l-effiċjenza enerġetika, u l-iffrankar tal-enerġija assoċjat , kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista' tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħrajn li jaħdmu bl-idroġenu, filwaqt li l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba, dment li tkun garantita data preċiża u kompleta dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta' dawn it-tipi ta' vetturi, jista' jkompli jkollhom rwol bil-mogħdija tat-tranżizzjoni .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

L-innovazzjoni teknoloġika hija prerekwiżit għad-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà fl-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li tiġi appoġġata. Fid-dawl taż-żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali, l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jesploraw u jiżviluppaw inizjattivi li jippromwovu s-sinerġiji fis-settur, bħall-Alleanza Ewropea tal-Batteriji, u jappoġġaw l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-innovazzjoni tas-settur awtomobilistiku tal-Ewropa. Dan jenħtieġ li jkollu l-għan li jżomm il-pożizzjoni ta' tmexxija teknoloġika Ewropea f'dak is-settur, jiżviluppa l-eċċellenza industrijali fit-teknoloġiji tal-futur fl-Unjoni u jiżgura s-sostenibbiltà u l-kompetittività fit-tul tal-bażi industrijali tagħha.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)

Ċerti Stati Membri ppreżentaw pjanijiet biex jaċċelleraw l-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero billi jistabbilixxu data għall-eliminazzjoni gradwali għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jarmu s-CO2 u li jitqiegħdu fis-suq fit-territorji tagħhom qabel id-data stabbilita fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika għażliet sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni tal-Istati Membri favur vetturi ħfief b'emissjonijiet żero f'konformità ma' tali pjanijiet.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 10c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c)

Sinjali regolatorji ċari jenħtieġ li jippermettu lill-manifatturi jwettqu d-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom. In-nuqqas ta' dawk is-sinjali jista' joħloq riskju li l-industrija awtomobilistika fl-Unjoni titlef kemm il-kompetittività kif ukoll il-pożizzjoni ta' tmexxija teknoloġika billi ma tinvestix b'mod rapidu kif ukoll titlef is-sehem tas-suq fis-swieq globali u domestiċi.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 10d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10d)

It-tisħiħ tad-djalogu soċjali fis-settur awtomobilistiku huwa kruċjali fil-proċess tan-negozjar u l-adozzjoni tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta u l-pjanijiet soċjali nazzjonali għall-klima fil-livell tal-manifatturi, dak reġjonali u dak settorjali. Huwa kruċjali li tiġi żgurata t-trasformazzjoni tal-forza tax-xogħol f'żona ġeografika partikolari u b'mod li jirrifletti l-possibbiltajiet tar-reġjun.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Il-miri fl-istandards ta' prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jitqies fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida.

(11)

Il-miri fl-istandards ta' prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet ta' kull Stat Membru , kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet filwaqt li jinżammu l-livelli tal-impjieg fis-settur awtomobilistiku fl-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt li din it-tranżizzjoni se jkollha fuq il-mikrointrapriżi u l-SMEs tul il-katina tal-provvista. Fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jiġi allokat fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat . Barra minn hekk, ikun meħtieġ ukoll fluss ta' finanzjament iddedikat fil-livell tal-Unjoni għat-tranżizzjoni fis-settur awtomobilistiku sabiex jindirizza b'mod partikolari kwalunkwe impatt negattiv fuq l-impjiegi. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida (26) aġġornata tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku. Il-perkors jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b'inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lill-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sentejn bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom, l-użu ta' żvilupp tal-fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b'newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Ir-rapport ta' progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress ta' sentejn li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż ir-riżultati fid-djalogu soċjali. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima affordabbli . Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha.

(12)

L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida (26) aġġornata tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku , bi trasparenza sħiħa u f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż billi jitqies l-istabbiliment ta' forum speċifiku għal djalogu soċjali fis-settur awtomobilistiku . Il-perkors jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-SMEs , inklużi l-mikrointrapriżi, fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika u fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b'inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lill-aċċessibbiltà ekonomika u s-sostenibbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Ir-rwol li l-akkwist pubbliku jista' jkollu fil-perkors jenħtieġ li jiġi indirizzat ukoll, u f'dan ir-rigward il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra reviżjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (26a) biex tiżgura l-allinjament tagħha mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2019/631. Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sena bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom u l-konsum tal-enerġija tagħhom, l-impatti fuq il-konsumaturi , l-użu ta' żvilupp tal-fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, żvilupp tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli kif meħtieġ skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (26b) , il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b'newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet , speċjalment f'reġjuni b'perċentwal għoli ta' impjiegi relatati mal-katina tal-valur awtomobilistiku, u emissjonijiet marbuta mal-età tal-vetturi ħfief filwaqt li jitqiesu azzjonijiet bil-għan li jiġu eliminati gradwalment b'mod sinkroniku, soċjalment ġust u ambjentalment sod vetturi aktar antiki . Ir-rapport ta' progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż ir-riżultati fid-djalogu soċjali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta wkoll ma' firxa wiesgħa ta' esperti indipendenti, partijiet ikkonċernati u amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali sabiex tiżgura bażi ta' għarfien komprensiv. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja u karozzi li jaħdmu bl-idroġenu b'teknoloġija ta' sistema ta' ħażna ta' idroġenu abbord , jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima aċċessibbli ekonomikament . Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Għalkemm dan ir-Regolament japplika biss għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, huwa importanti li jiġi inkluż fi pjan ta' azzjoni aktar komprensiv għall-Unjoni kollha għad-dekarbonizzazzjoni tal-flotta eżistenti sabiex jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini fl-Istati Membri kollha. Il-flotta attwali se tkompli tkun fattur li jikkontribwixxi għal prestazzjoni ambjentali fqira għal perjodu estiż minħabba l-pass kajman tat-tiġdid tal-flotta. Barra minn hekk, is-suq eżistenti ta' vetturi użati li jniġġsu fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant joħloq ir-riskju li t-tniġġis jiġi ttrasferit lejn reġjuni inqas żviluppati mil-lat ekonomiku fl-Unjoni. L-ilħuq tal-miri klimatiċi ambizzjużi fl-2050 jenħtieġ li jimxi id f'id mad-dritt taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni għal arja aktar nadifa. Biex jiġi aċċellerat it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-flotta eżistenti, huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien miżuri leġiżlattivi li jistabbilixxu qafas li huwa favorevoli għall-modifika retroattiva u jippromwovi l-użu ta' teknoloġiji attwalment disponibbli biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, bħal fjuwils b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju jew dawl li jikkonsma anqas enerġija, li jaċċelleraw il-bidla modali għall-merkanzija u l-passiġġieri, li jħeġġu drawwiet tat-trasport aktar ekoloġiċi, bħall-carpooling, il-mobbiltà mhux motorizzata u t-trasport pubbliku fil-bliet, u li jindirizzaw ir-riskju possibli ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tas-settur awtomobilistiku fl-Unjoni.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Biex jiġi żgurat l-allinjament mal-mira klimatika l-ġdida tal-Unjoni għall-2030, kif ukoll mal-istandards imsaħħa tas-CO2, jenħtieġ li jsir aġġornament tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew  (26a) , inkluża l-possibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħha biex jinkludi vetturi b'sjieda ta' kumpanija privata, jew mikrija minnha, ta' ċertu daqs ta' flotta, bil-għan li tiġi promossa domanda dejjem tikber għal vetturi b'emissjonijiet żero. Meta wieħed iqis li l-vetturi minn flotot korporattivi jidħlu fis-suq privat aktar malajr, dan ikun jippermetti li jiġi stabbilit aktar malajr suq tal-karozzi użati għall-vetturi b'emissjonijiet żero, li jkun importanti b'mod speċjali għal reġjuni fejn it-tranżizzjoni tkun aktar diffiċli, kif ukoll jikkontribwixxi għal parità tal-prezzijiet aktar mgħaġġla ma' vetturi konvenzjonali madwar l-Unjoni.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Dawk il-miri għall-flotta kollha tal-UE għandhom jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil kif stabbilit fid-Direttiva  2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

(13)

Dawk il-miri għall-flotta kollha tal-UE jenħtieġ li jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil , li huwa kruċjali biex jintlaħqu l-miri msaħħa. Għal dik ir-raġuni, meta titqies l-implimentazzjoni dgħajfa u bil-mod tad-Direttiva  2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) , jenħtieġ li l-miri msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jkunu akkumpanjati minn Regolament ambizzjuż dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, li jipprevedi miri obbligatorji ambizzjużi għall-użu ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fis-27 Stat Membru. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn miri ambizzjużi għall-użu ta' punti tal-iċċarġjar privati fil-binjiet fid-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (27a). F'dak il-kuntest, huwa vitali li l-investiment fl-użu meħtieġ tal-infrastruttura jkompli jsir u jiżdied.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Filwaqt li hemm aktar minn biljun vettura tal-fjuwil fossili madwar id-dinja, responsabbli għal aktar minn 30 % tal-emissjonijiet globali tas-CO2, il-konverżjoni ta' vetturi termali għal dawk elettriċi hija soluzzjoni komplementari għall-offerta tal-manifatturi tradizzjonali, li tagħmilha possibbli li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika filwaqt li tiddependi fuq l-ekonomija ċirkolari;

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Il-manifatturi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, u  għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta' tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji ta' ħames snin .

(14)

Il-manifatturi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, li tappoġġa l-kompetittività tagħhom twitti t-triq għal aktar innovazzjonijiet, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi pprovduta trajettorja ċara għall-introduzzjoni ta' dawn il-vetturi, u jiġi żgurat il-kontribut tas-settur tat-trasport bit-triq għall-mira klimatika tal-2030 tal-Unjoni .

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE mill-2030 'il quddiem , il-manifatturi se jkollhom jużaw b'mod sinifikanti aktar vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi (“ZLEV”) ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effikaċja tar-Regolament (UE) 2019/631. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għaż-ZLEV jenħtieġ li jitneħħa mill-2030 . Qabel dik id-data u għalhekk matul dan id-deċennju kollu, il-mekkaniżmu ta' inċentiv għaż-ZLEV se jkompli jappoġġa l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet minn żero sa 50 g CO2/km, inklużi vetturi elettriċi tal-batteriji, vetturi elettriċi taċ-ċelloli tal-fjuwil li jużaw l-idroġenu u vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba. Wara dik id-data, il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli jkomplu jgħoddu kontra l-miri għall-flotta kollha li l-manifatturi tal-vetturi jridu jilħqu.

(15)

Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE, il-manifatturi se jkollhom jużaw b'mod sinifikanti aktar vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi (“ZLEV”) ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effikaċja tar-Regolament (UE) 2019/631. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għaż-ZLEV jenħtieġ li jitneħħa. Il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli jkomplu jgħoddu kontra l-miri għall-flotta kollha li l-manifatturi tal-vetturi jridu jilħqu.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Skont ir-Regolament (UE) 2019/631, it-tnaqqis tal-emissjonijiet miksub permezz ta' innovazzjonijiet li mhuwiex meqjus fit-test tal-approvazzjoni tat-tip huwa attwalment meqjus permezz tal-krediti tal-ekoinnovazzjoni, li jista' jingħadd biex tintlaħaq il-mira ta' tnaqqis tal-manifattur. It-tnaqqis tal-emissjonijiet li jista' jiġi ddikjarat huwa attwalment limitat għal 7 g/km għal kull manifattur. Dak il-limitu massimu jenħtieġ li jiġi aġġustat 'l isfel f'konformità mal-miri aktar stretti, biex jiġi żgurat li din is-sistema tibqa' limitata għal innovazzjonijiet veri u ma tkunx qed tinċentiva ambizzjonijiet imnaqqsa fir-rigward tal-bejgħ ta' vetturi b'emissjonijiet żero.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)

L-appoġġ, kemm għall-innovazzjoni teknoloġika kif ukoll dik soċjali, huwa element importanti biex titħeġġeġ tranżizzjoni aktar rapida lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. Diġà huwa disponibbli finanzjament importanti għall-innovazzjoni fl-ekosistema tal-mobbiltà permezz ta' strumenti differenti ta' finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari Orizzont Ewropa, InvestEU, il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għall-Innovazzjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Filwaqt li l-miri annwali ambizzjużi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 huma mistennija li jixprunaw l-innovazzjoni fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, l-objettiv primarju ta' dan ir-Regolament huwa li jwassal għal tnaqqis reali, effettiv u verifikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2019/631 jintlaħqu parzjalment bil-bejgħ ta' Vetturi Elettriċi Ibridi li jiġu Ċċarġjati Esternament (OVC-HEVs). L-emissjonijiet ta' dawk il-vetturi huma attwalment meqjusa permezz tal-użu ta' fattur ta' utilità stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151  (1a) , li jirrappreżenta s-sehem tad-distanza vvjaġġata bl-użu tal-batterija meta mqabbla mad-distanza vvjaġġata bl-użu tal-magna tal-kombustjoni. Madankollu, dak il-fattur ta' utilità mhuwiex ibbażat fuq data rappreżentattiva tad-dinja reali, iżda fuq stima. Il-Kummissjoni ilha tiġbor data tad-dinja reali dwar il-konsum tal-fjuwil permezz ta' miters tal-konsum tal-fjuwil abbord f'karozzi tal-passiġġieri mill-1 ta' Jannar 2021, f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2019/631. Il-fattur ta' utilità għall-OVC-HEVs jenħtieġ li jiġi rivedut mingħajr dewmien bl-użu ta' dik id-data sabiex jiġi żgurat li jirrifletti l-emissjonijiet reali tas-sewqan. Il-fattur ta' utilità aġġornat jenħtieġ li japplika sa mhux aktar tard mill-2025 u jenħtieġ li jinżamm taħt rieżami biex jiġi żgurat li jibqa' rappreżentattiv tal-emissjonijiet reali.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-isforz ta' tnaqqis, iż-żewġ kurvi tal-valuri ta' limitu għal vetturi kummerċjali ħfief eħfef u aktar tqal jenħtieġ li jiġu aġġustati biex jirriflettu l-miri msaħħa għat-tnaqqis tas-CO2.

imħassar

Emenda 121

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Fid-dawl taż-żieda fl-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u biex jiġu evitati effetti potenzjali ta' distorsjoni tas-suq, ir-rekwiżiti ta' tnaqqis għall-manifatturi kollha preżenti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu allinjati, ħlief għal dawk responsabbli għal anqas minn 1 000  vettura ġdida rreġistrati f'sena kalendarja . Konsegwentement, il-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000  karozza tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000  vettura kummerċjali ħafifa rreġistrati ġodda f'sena kalendarja japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom jenħtieġ li tieqaf mill- 2030 'il quddiem.

(21)

Fid-dawl taż-żieda fl-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u biex jiġu evitati effetti potenzjali ta' distorsjoni tas-suq, ir-rekwiżiti ta' tnaqqis għall-manifatturi kollha preżenti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu allinjati, ħlief għal dawk responsabbli għal anqas minn 1 000  vettura ġdida rreġistrati f'sena ta' kalendarju . Konsegwentement, il-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 karozza tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000 vettura kummerċjali ħafifa rreġistrati ġodda f'sena ta' kalendarju japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom jenħtieġ li tieqaf mill- 2036 'il quddiem.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl- 2026 . Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar ta' kull sentejn .

(23)

Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl- 2027 . Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar ta' kull sena .

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)

Huwa importanti li jiġu vvalutati l-emissjonijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi ħfief fil-livell tal-Unjoni. Għal dak l-għan, u sal-31 ta' Diċembru 2023, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta' vetturi ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni sabiex tingħata stampa globali tal-impatt ambjentali tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta miżuri ta' segwitu, inkluż, fejn xieraq, proposti leġiżlattivi li jappoġġaw il-progress tal-Unjoni favur l-ambizzjonijiet klimatiċi tagħha. Barra minn hekk, huwa importanti li tiġi żviluppata metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-vetturi, ikkalkulata mhux biss f'termini ta' emissjonijiet tas-CO2 iżda wkoll billi jitqiesu l-impronti ambjentali ġenerali.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Il-possibbiltà li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jiġi assenjat għal fond speċifiku jew għal programm rilevanti ġiet evalwata kif meħtieġ skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2019/631 , bil-konklużjoni li dan iżid b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv, filwaqt li ma jkunx ta' benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu. Għalhekk, id-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi għandu jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/631 .

(24)

L-allokazzjoni tad-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li tiġi assenjata għall-appoġġ tat-tranżizzjoni ġusta favur ekonomija newtrali għall-klima u, b'mod speċifiku , għall-mitigazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv fuq l-impjiegi tat-tranżizzjoni fis-settur awtomobilistiku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta, fejn xieraq, proposta biex tistabbilixxi tali strument ta' finanzjament. Meta tagħmel dan , jenħtieġ li jiġu kkunsidrati b'mod partikolari reġjuni u komunitajiet affettwati li jistgħu jkunu aktar vulnerabbli minħabba l-preżenza ta' industrija awtomobilistika intensiva jew minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom li jagħmlu t-tranżizzjoni għal trasport bit-triq b'emissjonijiet żero aktar diffiċli, bħar-reġjuni ultraperiferiċi .

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt – a (ġdid)

Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt – a

Test fis-seħħ

Emenda

 

(- a)

il-paragrafu 4 punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

(a)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I;

“(a)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I  kif stipulat fir-Regolament (UE) 2019/631 biex jiġu rrispettati ċ-ċikli tal-produzzjoni ;”

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt -aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt (b)

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)

il-paragrafu 4, punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I.

“(b)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I  kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/631 .”

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

fil-paragrafu 6, il-kliem “Mill-1 ta' Jannar 2025,” huwa sostitwit bil-kliem “Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029,”,

(c)

il-paragrafu 6 jitħassar

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

Jiddaħħal il-punt li ġej:

 

“(aa)

‘vettura ibrida rikarikabbli’ jew ‘PHEV’ tfisser vettura mħaddma b'taħlita ta' mutur elettriku b'batterija rikarikabbli u magna ta' kombustjoni interna, li jistgħu joperaw flimkien jew separatament.”

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

Jiddaħħal il-punt li ġej:

 

“(ba)

vettura ta' kumpanija” tfisser vettura ta' proprjetà ta' kumpanija privata jew b'kuntratt lokatizju min-naħa ta' kumpanija privata, kif iddefinita skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001  (1a) u użata għal finijiet kummerċjali.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 7 – paragrafu 10

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)

Il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

10.   Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-2030, tevalwa l-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq.

“10.   Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-2030, tippubblika rapport li jiddefinixxi metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom , inkluża metodoloġija għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-fjuwils tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu u l-enerġija kkonsmata minn tali vetturi . Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq.”

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ab (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 7 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

Jiddaħħal il-paragrafu 10a li ġej:

 

“10a.     Mill-1 ta' Jannar 2024, il-manifatturi jistgħu, fuq bażi volontarja, jittrażmettu d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u lill-Istati Membri, li sussegwentement għandhom jikkomunikawha lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Mill-1 ta' Jannar 2028, dik id-data għandha tiġi inkorporata fl-informazzjoni elenkata fil-Parti A tal-Annessi II u III;”

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.   L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

 

Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jistabbilixxi fid-dettall il-bżonn ta' finanzjamenti mmirati maħsuba biex jiżguraw tranżizzjoni ġusta fis-settur awtomobilistiku, bl-objettivi li jtaffu l-impatti negattivi fuq l-impjiegi u impatt ekonomiċi oħra fl-Istati Membri affettwati kollha, b'mod partikolari fir-reġjuni u fil-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-Unjoni maħsub biex jindirizza tali bżonn u, b'mod partikolari, jikkoordina u jiffinanzja miżuri preventivi u reattivi biex jindirizzaw ir-ristrutturar fil-livell lokali u f'dak reġjonali u jiffinanzjaw it-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet għall-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku, inklużi l-manifatturi tal-karozzi, tal-fornituri tal-komponenti tagħhom u s-servizzi anċillari ta' manutenzjoni u tiswija, speċjalment fl-impriżi żgħar u ta' daqs medju.

 

L-istrument ta' finanzjament jista' jkun fil-forma ta' strument ta' finanzjament iddedikat jew ikun parti mill-Fond Soċjali għall-Klima jew Fond għal Tranżizzjoni Ġusta rivedut. Id-dħul li jista' jkun hemm minn primjums għall-emissjonijiet eċċessivi għandu jkun allokat għal dan l-iskop.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Tista' tingħata deroga li tkun saret applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1, mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet applikabbli sa u inkluża s-sena kalendarja 2029 .”;

“Tista' tingħata deroga li tkun saret applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1, mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet applikabbli sa u inkluża s-sena ta' kalendarju 2035 .”;

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6a)

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti 1 sa 4 u 6.3 tal-Parti A tal-Anness I minn manifattur li jkun responsabbli flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri reġistrati kull sena kalendarja fl-Unjoni.

“4.   Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti 1 sa 4 u 6.3 tal-Parti A tal-Anness I  għas-snin sal-2028 inkluża minn manifattur li jkun responsabbli flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri reġistrati kull sena ta' kalendarju fl-Unjoni.”

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6b)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Fuq applikazzjoni ta' fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi (“pakketti ta' teknoloġiji innovattivi”).

1.   Fuq applikazzjoni ta' fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi (“pakketti ta' teknoloġiji innovattivi”).

Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli.

Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli.

Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur jista' jkun sa 7 g CO2/km.

Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur jista' jkun sa 7 g CO2/km sal-2024;

 

5 g CO2/km mill-2025;

 

4 g CO2/km mill-2027;

 

2g CO2/km mill-2030 sal-2034 inkluża.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta l-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'effett mill-2025 'il quddiem biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġi żgurat proporzjon bilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu b'rabta mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta 'l isfel il-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'effett mill-2025 'il quddiem biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġi żgurat proporzjon bilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu b'rabta mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6c (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 11a

Ekodisinn

Sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni lejn mobilità b'emissjonijiet żero tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-objettivi tal-effiċjenza fl-enerġija u l-ekonomija ċirkolari tal-Unjoni, il-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2023 għandha tressaq proposti, kif xieraq, dwar l-iffissar ta' rekwiżiti minimi għall-ekodisinn għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief kollha, inklużi rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija, tad-durabbiltà u tal-possibbiltà ta' tiswija għal partijiet essenzjali bħal dwal, komponenti elettroniċi u batteriji, rekwiżiti minimi għall-irkupru ta' metalli, plastik u materja prima kritika, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji applikati għal prodotti oħrajn relatati mal-enerġija fl-ambitu tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) .

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6d (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(6d)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu tkompli tiżdied, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2023, tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tista' tintuża biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-fjuwil jew tal-konsum ta' enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jibqgħu rappreżentattivi ta' emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu fuq tul ta' żmien għal kull manifattur.

3.   Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu tkompli tiżdied, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2023, tivvaluta kif id-data reali dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392  (1a) tista' tintuża biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-fjuwil jew tal-konsum ta' enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jibqgħu rappreżentattivi ta' emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu fuq tul ta' żmien għal kull manifattur.

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tirrapporta dwar kif id-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu tevolvi tul il-perjodu bejn l- 2021 u l-2026 u , bil-ħsieb li tevita li dik id-diskrepanza tiżdied , fl-2027 għandha tivvaluta l-fattibbiltà ta' mekkaniżmu li jaġġusta l-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi medji tal-manifattur mill-2030 'il quddiem u, jekk ikun il-każ, tressaq proposta leġiżlattiva biex timplimenta dan il-mekkaniżmu .

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tirrapporta dwar kif id-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu tevolvi mill-2 021 'il quddiem u għandha, jekk ikun il-każ , malli tkun disponibbli biżżejjed data u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026 , tressaq proposta leġiżlattiva bil-ħsieb li tagħlaq dik il-lakuna billi taġġusta l-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi medji tal-manifattur bl-użu ta' data reali miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 .

 

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tivvaluta l-użu tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-Vetturi Elettriċi Ibridi li jiġu Ċċarġjati Esternament (OVC-HEVs). Bl-użu ta' dik id-data, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex tadatta l-fatturi ta' utilità użati għall-OVC-HEVs, sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet tagħhom ikunu rappreżentattivi tas-sewqan f'kundizzjonijiet reali mill-2025 'il quddiem.

 

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6e (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6e)

Fl-Artikolu 12 jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“4a.     Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġija għall-kejl u t-tqabbil tal-effiċjenza ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi abbażi tal-ammont ta' elettriku neċessarju biex jinstaqu għal mitt kilometru. Dik il-metodoloġija għandha tqis b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tal-elettriku użat fuq l-ammont ta' riżorsi meħtieġa mill-batteriji interni għall-ħżin tal-enerġija ta' tali vetturi.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tistabbilixxi limiti minimi għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ġodda b'emissjonijiet żero mqiegħda fis-suq tal-Unjoni.”

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 14a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14a

Artikolu 14a

Rapport tal-progress

Rapport ta' progress

Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni , inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji.

Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobilità fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ġusta , inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji.

Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, il-progress fl-ilħuq tal-miri għall-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli biex tintlaħaq il-mobbiltà b'newtralità klimatika, l-impatt fuq il-konsumaturi, il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero.;

Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi:

 

(a)

il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi u fl-aċċessibbiltà ekonomika u l-effiċjenza enerġetika tagħhom;

 

(b)

l-impatti fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq dawk b'introjtu baxx jew medju, u r-ritmu ta' adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi f'dawk is-segmenti tal-konsumaturi, kif ukoll id-disponibbiltà u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri fil-livelli tal-Unjoni, tal-Istati Membri u lokali bħala appoġġ għal tali adozzjoni;

 

(c)

is-suq għall-vetturi użati;

 

(d)

il-progress fl-ilħuq ta' introduzzjoni suffiċjenti tal-infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil inkluż progress, iżda mhux limitat għal tali progress, fl-ilħuq tal-miri kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi u d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) ;

 

(e)

il-progress fiż-żieda tal-ammont ta' enerġija rinnovabbli fl-Unjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001;

 

(f)

il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli, inklużi l-fjuwils sintetiċi, biex tintlaħaq in-newtralità klimatika fis-settur tat-trasport;

 

(g)

l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq bl-użu tal-metodoloġija adottata skont l-Artikolu 7(1);

 

(h )

il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta, li tqis l-impjiegi u l-kompetittività, lejn mobilità fit-toroq b'emissjonijiet żero;

 

(i)

l-impatti fuq l-impjiegi, li jiġu vvalutati permezz ta' mmappjar granulari tal-iżvilupp ta' impjiegi fl-industrija awtomobilistika u l-effett fuq ir-reġjuni fejn jinsabu tali industriji, kif ukoll il-miżuri, fosthom dawk finanzjarji, fil-livelli tal-Unjoni, tal-Istati Membri jew lokali maħsuba biex itaffu l-impatti soċjoekonomiċi f'dawk ir-reġjuni, inklużi l-programmi ta' titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid;

 

(k)

il-kontribut potenzjali ta' miżuri nazzjonali u tal-Unjoni addizzjonali mmirati biex ibaxxu l-età medja u b'hekk l-emissjonijiet tal-flotta ta' vetturi ħfief, pereżempju miżuri li jkun ta' appoġġ għall-eliminazzjoni gradwali tal-vetturi eqdem b'mod soċjalment ġust u ambjentalment sod;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 1, paragrafu 1, punt 9

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 14a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) …/… [rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika], l-Istati Membri huma mistiedna jippreparaw Pjanijiet Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta għall-industrija awtomobilistika tagħhom, fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali, sabiex imexxu l-bidla strutturali b'mod soċjalment aċċettabbli u jevitaw tfixkil soċjali.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 a (ġdid)

Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 14a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 14aa

Miżuri addizzjonali biex jappoġġaw id-domanda għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni

Sat-28 ta' Frar 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiżdied is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero fil-flotot ta' vetturi ħfief pubbliċi u korporattivi. Il-proposti għandhom jinkludu mandati vinkolanti ta' emissjonijiet żero fuq is-sidien u l-operaturi tal-flotot korporattivi u pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-disparitajiet reġjonali.”

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 14b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14b li ġej:

 

“Artikolu 14b

F'konformità mal-Artikolu 3(1), punt (b), tad-Direttiva (UE) …/… [id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija Riformulata], l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-prinċipju ‘l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel’ fid-deċiżjonijiet relatati mal-politika, l-ippjanar u l-investiment b'rabta mal-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u l-forniment tal-fjuwils alternattivi, inkluż fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mill-estrazzjoni sal-użu (well-to-wheel) ta' teknoloġiji differenti b'emissjonijiet żero.”

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 14ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)

Jiddaħħal l-Artikolu 14ab li ġej:

 

“Artikolu 14ab

Miżuri addizzjonali biex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni

Sa [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 17 biex tarmonizza r-regoli tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi b'magni tal-kombustjoni interna kkonvertiti biex jaħdmu b'batterija jew bl-elettriku permezz ta' ċellola tal-fjuwil, sabiex tkun permessa l-approvazzjoni tas-serje. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-introduzzjoni ta' regola għall-kalkolu tal-ekwivalenti ta' CO2 ta' vetturi b'magna tal-kombustjoni kkonvertita biex taħdem b'batterija jew bl-elettriku permezz ta' ċellola tal-fjuwil fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;”

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Fl-2028 , il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sentejn , u trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami.

1.    Sal-2027 , il-Kummissjoni għandha tirrieżamina bir-reqqa l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sena , u trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami.

Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

Fl-Artikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

“1a.     Fir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief, abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7(10). Ir-rapport għandu, meta jkun il-każ, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi supplimentat dan ir-Regolament bil-għan li jiġu indirizzati dawn l-emissjonijiet.”

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ba (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)

Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

6.    Sal- 31  ta'  Diċembru 2020 , il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tad-Direttiva 1999/94/KE li fih tikkunsidra l-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta' CO2 u l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn karozzi ġodda tal-passiġġieri introdotti fis-suq, kif ukoll tevalwa l-possibbiltajiet għall-introduzzjoni ta' tikketta tal-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Ir-rieżami għandu, fejn xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

“6.    Sa … [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] , il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva  1999/94/KE u tikkunsidra l-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum reali tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta' CO2, l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija minn karozzi ġodda tal-passiġġieri introdotti fis-suq, kif ukoll tevalwa l-possibbiltajiet għall-introduzzjoni ta' tikketta tal-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda.”

Emenda 60

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt f

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Anness I – Parti A – punt 6.3.1 – subparagrafi 1-2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi . Fattur ZLEV

Mira speċifika għall-emissjonijiet = mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet

fejn:

fejn:

Mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l- mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 stabbilita skont il-punt 6.2.1;

il-mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet hija l-mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet ta' CO2 stabbilita skont il-punt 6.2.1;

Fattur ZLEV huwa (1 + y – x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew iżgħar minn 1,0 , f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0 , skont il-każ;

 

fejn:

 

y huwa s-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tal-manifattur ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi ġodda b'livell ta' emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific f'konformità mal-formula segwenti, diviż bin-numru totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti:

 

Image 1C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

 

Għal karozzi tal-passiġġieri ġodda rreġistrati fl-Istati Membri b'sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tagħhom taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fis-sena 2017 u b'inqas minn 1 000  vettura ġdida b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017  (*) , iż-ZLEVspeċifiku għandu jiġi kkalkulat, sal-2029 u inkluża dik is-sena, f'konformità mal-formula li ġejja:

 

Image 2C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

 

Meta s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati f'sena bejn l-2025 u l-2028 jaqbeż il-5 %, dak l-Istat Membru ma għandux ikun eliġibbli għall-applikazzjoni tal-multiplikatur ta' 1,85 fis-snin ta' wara;

 

x huwa 15 % fil-perjodu mill-2025 sal-2029.

 

 

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d

Regolament (UE) 2019/631

Anness I – Parti B – punt 6.2.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-punt 6.2.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.2.2

Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030 + α·(TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1. 3 ;

α hija a2030 ,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a 2030,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2030,L hija

Image 3C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

a2030,H hija

Image 4C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM hija kif definita fil-punt 6.2.1

TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1”

(d)

il-punt 6.2.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.2.2

Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030 + α·(TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1. 2 ;

α hija a2030 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a 2021 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2030 hija

Image 5C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

a2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM hija kif definita fil-punt 6.2.1

TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1”

Emenda 79

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt e

Regolament (UE) 2019/631

Anness I – Parti B – punt 6.2.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

jiżdied il-punt 6.2.3 li ġej:

“6.2.3

Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2030 ’il quddiem

Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035 + α·(TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.3;

α hija a2035 ,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a 2035,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2035,L hija

Image 6C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

a2035,H hija

Image 7C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM hija kif definita fil-punt 6.2.1

TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1”

(e)

jiżdied il-punt 6.2.3 li ġej:

“6.2.3

Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2030 ’il quddiem

Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035 + α·(TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.3;

α hija a2035 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a 2021 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2035 hija

Image 8C4932022MT15010120220608MT0019.000115021501P9_TC1-COD(2020)0350Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 fir-rigward tad-dħul ta' allerti ta' informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1190.)C4932022MT33210120220609MT0027.000133313331P9_TC1-COD(2012)0060Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali – IPI)(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/1031.)

a2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM hija kif definita fil-punt 6.2.1

TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1”

Emenda 69

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2019/631

Anness I – Parti B – punt 6.3.1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ea)

Fil-punt 6.3, is-subparagrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = (il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi  – ( øtargets  – EU fleet-wide target 2025)) · Fattur ZLEV

Mira speċifika għall-emissjonijiet = (mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet  – ( ømiri  – mira għall-flotta kollha tal-UE 2025))

fejn:

fejn:

il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur stabbilita skont il-punt 6.2.1;

il-mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet hija l-mira speċifika għall-emissjonijiet għall-manifattur stabbilita skont il-punt 6.2.1;

øtargets hija l-medja, abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kollha stabbiliti skont il-punt 6.2.1

ømiri hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kollha stabbiliti skont il-punt 6.2.1;

Fattur ZLEV huwa (1 + y – x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew iżgħar minn 1,0 , f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0 , skont il-każ;

 

fejn:

 

y huwa s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formula segwenti, diviż bin-numru totali ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti: [EKWAZZJONI]

 

x huwa 15 %.

 


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0150/2022).

(23)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)0640 final tal-11 ta' Diċembru 2019.

(23)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)0640 final tal-11 ta' Diċembru 2019.

(24)  Ir-Regolament (UE) […/…] ta' […] 2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) , [ĠU  L, …/… .].

(24)  Ir-Regolament (UE)  2021/1119 tat- 30 ta' Ġunju  2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) ( ĠU  L  243, 9.7.2021 , p 1 ) .

(25)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(25a)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(26)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021)0350 final tal-5 ta' Mejju 2021

(26)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021)0350 final tal-5 ta' Mejju 2021

(26a)   Id-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 116).

(26b)   Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(26a)   Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(27)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

(27)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

(27a)   Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(1a)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(1a)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta' Kumpannija Ewropea (SE) (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1).

(1a)   Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).”

(1a)   Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 tal-4 ta' Marzu 2021 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data relatata mal-emissjonijiet tas-CO 2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010, (UE) Nru 293/2012, (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153 (ĠU L 77, 5.3.2021, p. 8).

(1a)   Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(*)   Is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri hija kkalkulata bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati ġodda fl-2017 diviż bl-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-istess sena.