27.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 493/151 |
P9_TA(2022)0228
Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Mauritania u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (COM(2021)0589 – 12208/2021 – C9-0419/2021 – 2021/0300(NLE))
(Approvazzjoni)
(2022/C 493/19)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (12208/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim ta' Sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (12446/2021), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 43(2) u 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0419/2021), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0148/2022), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania. |
(1) Testi adottati ta' dik id-data, P9_TA(2022)0229