|
27.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 493/149 |
P9_TA(2022)0221
L-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (06531/2022 – C9-0147/2022 – 2022/0005(NLE))
(Approvazzjoni)
(2022/C 493/17)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06531/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 189 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0147/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0153/2022), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerka. |