20.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/39 |
P9_TA(2022)0093
Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Italja *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Italja (14837/2021 – C9-0003/2022 – 2021/0807(CNS))
(Konsultazzjoni)
(2022/C 361/13)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (14837/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0003/2022), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0050/2022), |
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |