18.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 275/108


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/118/KE u d-Direttiva (UE) 2020/262 (riformulazzjoni) fir-rigward tal-ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż

[COM(2021) 817 final — 2021/0418 (CNS)]

(2022/C 275/17)

Konsultazzjoni

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 20.1.2022

Bażi legali

Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fil-plenarja

23.2.2022

Sessjoni plenarja Nru

567

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

214/0/8

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/118/KE u d-Direttiva (UE) 2020/262 (riformulazzjoni) huwa sodisfaċenti fir-rigward tal-ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż u jħoss li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-567 sessjoni plenarja tiegħu tat-23 u l-24 ta’ Frar 2022 (seduta tat-23 ta’ Frar), b’214-il vot favur u 8 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussel, it-23 ta’ Frar 2022.

Christa SCHWENG

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew