8.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 43/14


Avviż għall-attenzjoni tal-persuna li għaliha japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel

(2021/C 43/05)

L-informazzjoni li tidher hawnhekk tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 u fir-Regolament (UE) 2015/735 għandhom ikomplu japplikaw għal dik il-persuna.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2015/735, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).

Il-persuna kkonċernata tista' tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex id-deċiżjoni li hi tiġi inkluża fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, sat-30 ta' Novembru 2021, fl-indirizz segwenti:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 117, 8.5.2015, p. 52.

(2)  ĠU L 117, 8.5.2015, p. 13.