22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 470/8

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 470/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

Gavi/Cortese di Gavi

PDO-IT-A1310-AM04

Data tal-komunikazzjoni: 24 ta’ Awwissu 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Tħassir ta’ rekwiżiti inutli

Deskrizzjoni:

Fl-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tħassar il-kliem li ġej: “Il-konsenji ta’ għeneb maħsuba għat-tip Riserva għandhom jiġu koperti minn proċedura ta’ reġistrazzjoni u rappurtar separata. Jekk tkun seħħet fermentazzjoni sekondarja wara r-rappurtar, Gavi Riserva jista’ jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala Gavi Riserva Spumante. Il-konsenji tal-għeneb maħsuba għall-produzzjoni ta’ Gavi/Cortese di Gavi Spumante li ma jiksbux 9,50 % vol. għandhom jiġu rreġistrati u rrappurtati b’mod separat.”

Fl-Artikolu 5(1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tħassar il-kliem li ġej: “Prattiki enoloġiċi ġusti u stabbiliti biss, iddisinjati biex jagħtu lill-inbejjed il-karatteristiċi speċjali tagħhom, jistgħu jintużaw fil-proċess tal-vinifikazzjoni.”

Fl-Artikolu 5(7) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tħassar il-kliem li ġej: “Il-qawwa alkoħolika skont il-volum tal-most jew l-inbid il-ġdid li jkun għadu fil-fażi tal-fermentazzjoni maħsub biex jipproduċi nbejjed Gavi/Cortese di Gavi DOCG għandha tiżdied bl-użu ta’ most ikkonċentrat minn għeneb tal-varjetà Cortese prodott fiż-żona msemmija fl-Artikolu 3 u mdaħħal fir-reġistru tal-vinji għal Gavi/Cortese di Gavi DOCG, jew bl-użu ta’ most ikkonċentrat rettifikat”. Dan ġie sostitwit bil-kliem il-ġdid “L-inbejjed jistgħu jiġu arrikkiti”.

Raġunijiet: Peress li r-rekwiżiti ta’ hawn fuq huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-ripetizzjoni tagħhom fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija kkunsidrata żejda.

2.   Żbalji kkoreġuti u informazzjoni aġġornata

Deskrizzjoni: Il-konfini taż-żona ġeografika taqsam il-Via Edilio Raggio, mhux il-Via Egidio Raggio (żball ripetut tliet darbiet fl-istess artikolu).

Raġunijiet: Dan kien żball ortografiku.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika” tad-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni: Il-kliem “L-art taħt id-dwieli għandha altitudni ta’ bejn 150 m u 450 m ’il fuq mil-livell tal-baħar” tħassar.

Raġunijiet: Din hija sempliċiment deskrizzjoni tal-post tal-vinji madwar 8 snin ilu. Filwaqt li mhix vinkolanti fuq l-operaturi, din l-indikazzjoni madankollu għandha titħassar biex jiġi evitat kull nuqqas ta’ qbil fost l-utenti tad-denominazzjoni, billi diversi muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika għandhom vinji f’altitudni ta’ aktar minn 450 m ’il fuq mil-livell tal-baħar.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8(A) tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika” tad-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni: L-isem tal-lokalità ta’ “Meirana” msemmi fl-Ispeċifikazzjoni kien miktub ħażin u għandu jkun “Mariana”.

Raġunijiet: Dan l-iżball fl-Ispeċifikazzjoni nstab meta nstab dokument storiku li jmur lura għad-972 A.D. dwar il-vitikultura f’Gavi. Illum, aktar minn elf sena wara, m’hemm l-ebda traċċa ta’ lokalità b’dan l-isem u għalhekk ma għandhiex tkun inkluża fl-Ispeċifikazzjoni.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8(B) tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika” tad-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni: L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali ta’ Valoritalia ġie aġġornat.

Raġunijiet: Din il-korrezzjoni hija meħtieġa peress li l-indirizz tal-korp ta’ spezzjoni nbidel.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima “Dettalji tal-korp ta’ spezzjoni” tad-Dokument Uniku.

3.   Dettalji dwar il-vinifikazzjoni tal-inbejjed semifrizzanti u frizzanti

Deskrizzjoni: Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja: L-inbejjed ta’ Gavi Frizzante (semifrizzanti) u Gavi Spumante (frizzanti) DOCG jistgħu jiġu pproċessati u mqaddma madwar it-territorju amministrattiv tal-provinċji ta’ Alessandria, Asti u Cuneo fil-Piemonte.

Raġunijiet: Huwa meħtieġ li jiddaħħlu regoli rigward il-produzzjoni tal-inbejjed Gavi Frizzante u Gavi Spumante DOCG barra ż-żona fejn l-għeneb jiġi pproċessat fi nbid. Dan huwa sempliċiment aġġornament tat-test tal-Ispeċifikazzjoni li ma jaffettwax il-proċess tal-vinifikazzjoni fih innifsu. Billi l-vinifikazzjoni tal-inbejjed frizzanti u semifrizzanti tirrikjedi tagħmir li l-kantini żgħar tal-inbid spiss ma jkollhomx, dan it-tip ta’ pproċessar għandu jkun permess ukoll barra miż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb; l-iskop ta’ din iż-żieda huwa għalhekk li tgħin lill-operaturi.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima “Rekwiżiti addizzjonali” tad-Dokument Uniku.

4.   Tul tal-fermentazzjoni fuq il-karfa

Deskrizzjoni: Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja: “Għal lottijiet maħsuba għall-produzzjoni ta’ Gavi Spumante, it-tul minimu tal-fermentazzjoni fuq il-karfa huwa ta’ 6 xhur għall-fermentazzjoni f’kontenituri magħluqa bil-ħawwada (il-metodu Charmat) u 9 xhur għall-fermentazzjoni fil-flixkun (il-metodu klassiku)”.

Raġunijiet: It-tul minimu tal-fermentazzjoni fuq il-karfa għandu jiġi speċifikat biex jiġi protett il-proċess tal-vinifikazzjoni użat attwalment.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

5.   Tneħħija tal-obbligu li jintuża t-terminu “Vigna”, segwit mill-isem ta’ post jew vinja, għat-tipi Riserva u Riserva Spumante Metodo Classico

Deskrizzjoni: L-użu tat-terminu “Vigna”, segwit mill-isem ta’ post jew vinja, ma għadux obbligatorju għat-tipi Riserva u Riserva Spumante.

Raġunijiet: Peress li ftit hemm ismijiet ta’ postijiet u termini tradizzjonali rilevanti fiż-żona tal-produzzjoni, ma għadux obbligatorju għall-produtturi tal-inbejjed ta’ Gavi DOCG li jinkludu l-isem ta’ post jew vinja fuq it-tikketta għat-tipi Riserva.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni.

6.   Rabta mal-lista tal-irqajja’

Deskrizzjoni: Ir-referenzi ġeografiċi rilevanti u l-ismijiet tal-muniċipalitajiet u l-partijiet tal-muniċipalitajiet li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar huma diġà elenkati fl-Anness 1 tal-Ispeċifikazzjoni; l-emenda żżid link għal siti web li juru l-irqajja’ individwali kollha koperti.

Raġunijiet: Sabiex jiġi żgurat l-użu korrett tal-ismijiet tal-postijiet li jistgħu jiġu stampati fuq it-tikketta, tfasslet mappa tal-irqajja’ rilevanti li tista’ titniżżel bħala fajl pdf mis-siti web tar-Reġjun tal-Piemonte u tal-Consorzio tutela del Gavi (l-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni ta’ Gavi).

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni.

7.   Regoli dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni: Żdiedu l-paragrafi li ġejjin: “Il-kliem ‘muniċipalità ta’’, segwit mill-isem tal-muniċipalità fejn ġie prodott l-għeneb, għandu jkun stampat fuq it-tikketta u fuq l-imballaġġ bl-użu tal-istess tipa, daqs tat-tipa u kulur”; u “Il-kliem ‘muniċipalità ta’’, segwit mill-isem tal-muniċipalità fejn ġie prodott l-għeneb, għandu jkun stampat fuq it-tikketta u fuq l-imballaġġ bl-użu ta’ daqs tat-tipa mill-inqas 50 % iżgħar mid-daqs tat-tipa użat għal Gavi DOCG”.

Raġunijiet: Ir-regoli dwar l-indikazzjoni tal-muniċipalitajiet fuq it-tikkettar ġew speċifikati għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex ma jiżgwidawx lill-konsumaturi.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Gavi

Cortese di Gavi

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid frizzanti

8.

Inbid semifrizzanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Gavi DOCG Tranquillo (inbid bla gass)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Aroma: distintiva, delikata;

Togħma: xotta, pjaċevoli, friska u armonjuża;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

Aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Gavi DOCG Frizzante (inbid semifrizzanti)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Ragħwa: fina u evanexxenti;

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Aroma: sottili, delikata, distintiva,

Togħma: xotta, pjaċevoli, friska u armonjuża;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

Aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Gavi DOCG Spumante (inbid frizzanti)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Ragħwa: fina u ddum;

Aroma: sottili, delikata, distintiva,

Togħma: minn brut nature sa xotta ħafna, armonjuża, pjaċevoli;

Gavi DOCG Riserva

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Aroma: sottili, delikata, distintiva,

Togħma: armonjuża, xotta, pjaċevoli;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

Aċidità totali minima:

5,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

Gavi DOCG Riserva Spumante Metodo Classico (il-metodu klassiku)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja;

Ragħwa: fina u ddum;

Aroma: sottili, delikata, distintiva,

Togħma: minn brut nature sa xotta ħafna, armonjuża, pjaċevoli;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

Aċidità totali minima:

5,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru:

Gavi DOCG Tranquillo, Frizzante, Spumante

9 500 kg għeneb għal kull ettaru

Gavi DOCG Vigna

8 500 kg għeneb għal kull ettaru

Gavi DOCG Riserva u Riserva Spumante (il-metodu klassiku)

6 500 kg għeneb għal kull ettaru

Gavi DOCG Tranquillo, Frizzante, Spumante

66,50 ettolitru għal kull ettaru

Gavi DOCG Vigna

59,50 ettolitru għal kull ettaru

Gavi DOCG Riserva u Riserva Spumante (il-metodu klassiku)

45,50 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb maħsuba biex isiru l-inbejjed Gavi DOCG tinsab fir-Reġjun tal-Piemonte u tinkludi l-11-il muniċipalità kollha jew partijiet minnhom fil-Provinċja ta ’Alessandria: Gavi, Carrosio, Bosio, Parodi u S. Cristoforo (fl-intier tagħhom), u Novi Ligure, Serravalle Scrivia, Capriata d’Orba, Francavilla Bisio, Pasturana u Tassarolo (parzjalment).

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Cortese B – Bianca Fernanda

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Gavi DOCG Tranquillo (inbid bla gass)

Cortese hija varjetà ta’ għeneb lokali li ilha titkabbar fiż-żona tal-produzzjoni ta’ Gavi DOCG għal aktar minn elf sena. Il-vinji jinsabu fuq għoljiet li d-direzzjoni tagħhom lejn il-Majjistral u x-Xlokk u l-gradjent tal-inklinazzjoni tagħhom jipprovdu l-ambjent ideali għal din il-varjetà. Iż-żona ma tinkludix l-art fil-qiegħ tal-wied, li mhijiex adattata għal vitikultura ta’ kwalità. L-alternanza bejn il-lom tafli, magħruf lokalment bħala “ħamrija bajda”, u l-“ħamrija ħamra”, li hija kkaratterizzata minn ħamrija kannella, lixxivjata u idromorfika bi frangipan, taffettwa r-rikkezza tal-ħamrija u żżid diversi dettalji mad-dielja ta’ Cortese. Dawn l-artijiet mhumiex adattati għat-tkabbir intensiv ta’ għelejjel oħra (l-aktar minħabba l-pożizzjoni tagħhom), iżda, preċiżament minħabba l-karatteristiċi partikolari tagħhom, huma adattati għall-vitikultura u l-produzzjoni ta’ nbid ta’ kwalità, b’rendimenti tal-produzzjoni baxxi li jirriżultaw fi nbejjed partikolarment vivaċi u kumplessi. Tul elf sena ta’ kultivazzjoni tad-dwieli u vitikultura fit-territorju tad-DOCG, kif affermat minn bosta dokumenti, hemm evidenza soda tal-interazzjoni indissolubbli bejn il-fatturi umani u l-kwalitajiet uniċi ta’ Gavi DOCG. It-tekniki tal-kultivazzjoni tad-dwieli ġew mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra tul is-sekli, u b’hekk stabbilew sew il-kultura tal-vinikultura fit-territorju u għamlu Gavi DOCG is-sors primarju tal-introjtu fiż-żona kif ukoll il-fattur komuni li jgħaqqad il-ħdax-il muniċipalità taż-żona tal-produzzjoni. L-inbid inħoloq għall-palazzi u qatt ma abbanduna l-impenn tiegħu lejn il-kwalità u l-eleganza; għall-kuntrarju, dawn il-karatteristiċi ġew irfinati fi żminijiet moderni bl-użu ta’ tekniki tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex jinkiseb inbid magħruf u apprezzat madwar il-ħames kontinenti.

8.2.   Gavi DOCG Frizzante (inbid semifrizzanti)

8.3.   Gavi DOCG Spumante (inbid frizzanti)

8.4.   Gavi DOCG Riserva

8.5.   Gavi DOCG Riserva Spumante (il-metodu klassiku)

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Gavi DOCG

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kondizzjoni:

L-ibbottiljar tal-inbejjed Gavi/Cortese di Gavi Riserva u Riserva Spumante Metodo Classico DOCG irid iseħħ fiż-żona tal-produzzjoni ddefinita fl-Artikolu 3.

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kondizzjoni:

L-inbejjed Gavi/Cortese di Gavi DOCG frizzanti u semifrizzanti jistgħu jiġu pproċessati u mqaddma madwar it-territorju amministrattiv tal-provinċji ta’ Alessandria, Asti u Cuneo fil-Piemonte.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/17126

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.