7.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Approvazzjoni tal-kontenut ta’ abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma
(2021/C 359/01)
Il-Kummissjoni approvat il-kontenut ta’ abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fid-9 ta’ Lulju 2021.
L-abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni huwa mehmuż bħala anness ma’ din il-Komunikazzjoni. L-abbozz ta’ Regolament tal-Kummissjoni huwa miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika fuq: http://ec.europa.eu/competition/consultations/open.html.
ANNESS
ABBOZZ TAR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) …/…
ta’ ...
dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 19/65/KEE tat-2 ta’ Marzu 1965 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ ftehim u prattiċi miftiehma (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Nru 19/65/KEE jagħti l-poter lill-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (*) * (“it-Trattat”) permezz ta’ regolament għal ċerti kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma korrispondenti li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 (2) jiddefinixxi kategorija ta’ akkordji vertikali li l-Kummissjoni qieset li normalment jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. L-esperjenza bl-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, li jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2022, kienet ġeneralment pożittiva, kif identifikat fl-evalwazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba mill-adozzjoni tagħha, inkluża l-esperjenza bi żviluppi ġodda tas-suq, bħat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku, kif ukoll tipi ġodda jew aktar prevalenti ta’ ftehimiet vertikali, huwa xieraq li jiġi adottat regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija ġdid. |
(3) |
Il-kategorija ta’ akkordji li tista’ titqies li normalment tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat tinkludi akkordji vertikali għax-xiri jew il-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi fejn dawk l-akkordji jiġu konklużi bejn impriżi li ma jikkompetux bejniethom, bejn ċerti kompetituri jew minn ċerti assoċjazzjonijiet ta’ bejjiegħa bl-imnut ta’ oġġetti. Din tinkludi wkoll akkordji vertikali li jkun fihom dispożizzjonijiet anċillari dwar l-għoti jew l-użu ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. It-terminu “akkordji vertikali” għandu jinkludi l-prattiċi miftiehma korrispondenti. |
(4) |
Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat permezz ta’ regolament, mhuwiex neċessarju li jiġu definiti dawk l-akkordji vertikali li jistgħu jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Fl-istima individwali tal-akkordji taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, għandhom jitqiesu diversi fatturi, b'mod partikolari, l-istruttura tas-suq min-naħa tal-forniment u tax-xiri. |
(5) |
Il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b’dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-akkordji vertikali li fir-rigward tagħhom wieħed jista' jassumi b’ċertezza suffiċjenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. |
(6) |
Ċerti tipi ta’ akkordji vertikali jistgħu jtejbu l-effiċjenza ekonomika fi ħdan katina ta’ produzzjoni jew distribuzzjoni billi jiffaċilitaw koordinazzjoni aħjar bejn l-impriżi parteċipanti. B’mod partikolari, jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ tranżazzjoni u distribuzzjoni tal-partijiet u għal ottimizzazzjoni tal-livelli tal-bejgħ u l-investiment tagħhom. |
(7) |
Il-probabbiltà li dawn l-effetti li jsaħħu l-effiċjenza jkunu akbar minn kull effett antikompetittiv minħabba restrizzjonijiet li jinsabu f’akkordji vertikali tiddependi fuq il-grad ta’ poter fis-suq tal-partijiet fl-akkordju u, għalhekk, fuq sa fejn dawk l-impriżi jaffaċċjaw kompetizzjoni minn fornituri oħra ta’ oġġetti jew servizzi li l-klijenti tagħhom iqisu li jkunu skambjabbli jew sostitwibbli għal xulxin, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet u l-użu maħsub tagħhom. |
(8) |
Jista’ jkun preżunt li, meta s-sehem mis-suq ta’ kull waħda mill-impriżi li jkunu partijiet fl-akkordju fis-suq rilevanti ma jkunx jaqbeż it-30 %, l-akkordji vertikali li ma jkunux jinkludu ċerti tipi ta' restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni ġeneralment iwasslu għal titjib fil-produzzjoni jew id-distribuzzjoni u jirriżervaw lill-konsumaturi sehem ġust tal-benefiċċji li jirriżultaw. |
(9) |
’Il fuq mil-limitu tas-sehem mis-suq ta' 30 %, ma jista’ jkun hemm l-ebda preżunzjoni li akkordju vertikali li jaqa' fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat ġeneralment se jwassal għal vantaġġi oġġettivi ta' tali natura u daqs li jkunu jikkumpensaw għall-iżvantaġġi li joħolqu għall-kompetizzjoni. Fl-istess ħin, ma hemm l-ebda preżunzjoni li dawk l-akkordji vertikali jew jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat jew jonqsu milli jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. |
(10) |
L-ekonomija tal-pjattaformi online għandha rwol dejjem aktar importanti fid-distribuzzjoni tal-prodotti u s-servizzi. L-impriżi attivi fl-ekonomija tal-pjattaformi online jippermettu modi ġodda ta’ kif isir in-negozju, li wħud minnhom mhumiex faċli biex jiġu kkategorizzati bl-użu tal-kunċetti tradizzjonalment assoċjati ma’ relazzjonijiet vertikali bejn il-fornituri u d-distributuri fl-ambjent tradizzjonali. Madankollu, meta dawn l-impriżi jkunu fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, huwa xieraq li dawn jiġu kkategorizzati bħala fornituri skont dan ir-Regolament. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jippermettu lill-impriżi joffru prodotti jew servizzi lil impriżi oħra jew lill-konsumaturi bil-ħsieb li jiffaċilitaw it-tranżazzjonijiet diretti bejn dawn l-impriżi jew bejn dawn l-impriżi u l-konsumaturi, irrispettivament minn jekk u fejn dawk it-tranżazzjonijiet jiġu finalment konklużi. Din il-kategorizzazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita f’definizzjoni, li jenħtieġ li tapplika wkoll meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdi servizzi jew servizzi multipli f’diversi livelli fil-katina tad-distribuzzjoni. |
(11) |
Id-definizzjoni ta’ fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online stipulata f’dan ir-Regolament hija bbażata fuq id-definizzjoni użata fir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Madankollu, l-applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni għandha tqis il-kuntest ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, filwaqt li jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat, huma biss il-ftehimiet bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u impriżi oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-akkordji huma kkunsidrati bħala akkordji vertikali skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. |
(12) |
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jibbenefikawx mill-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita b’dan ir-Regolament meta jkollhom funzjoni ibrida, jiġifieri meta jbigħu prodotti jew servizzi f’kompetizzjoni ma’ impriżi li lilhom jipprovdu servizzi tal-intermedjazzjoni online. Dan minħabba li l-attivitajiet tal-bejgħ bl-imnut tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li għandhom funzjoni ibrida bħal din tipikament jaffettwaw il-kompetizzjoni bejn il-marki u għalhekk jistgħu jqajmu tħassib orizzontali mhux negliġibbli. |
(13) |
Dan ir-Regolament ma għandux jeżenta akkordji vertikali li jkunu jinkludu restrizzjonijiet li x’aktarx iwasslu għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni u jikkawżaw dannu lill-konsumaturi jew mhumiex indispensabbli biex jinkisbu l-effetti li jsaħħu l-effiċjenza. B’mod partikolari, ftehimiet vertikali li jkun fihom ċerti tipi ta’ restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni bħal prezzijiet minimi u fissi ta’ bejgħ mill-ġdid, ċerti tipi ta’ protezzjoni territorjali, jew il-prevenzjoni tal-użu effettiv tal-Internet għall-finijiet ta’ bejgħ online jew tal-użu effettiv ta’ ċerti kanali ta’ reklamar online, jenħtieġ li jiġu esklużi b’mod ġenerali mill-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita minn dan ir-Regolament irrispettivament mis-sehem mis-suq tal-impriżi kkonċernati. Għalhekk, ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ online jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta’ kategorija stabbilita minn dan ir-Regolament, sakemm dawn ma jkollhomx bħala l-għan tagħhom li, direttament jew indirettament, jipprevjenu l-użu effettiv tal-internet mix-xerrejja jew mill-klijenti tagħhom għall-finijiet tal-bejgħ tal-prodotti jew tas-servizzi tagħhom online, pereżempju minħabba li dan ikun kapaċi jnaqqas b’mod sinifikanti l-ammont globali tal-bejgħ online fis-suq. |
(14) |
Biex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ma jeżentax restrizzjonijiet li għalihom ma jistax jiġi preżunt b’ċertezza suffiċjenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat, b’mod partikolari biex jiġi żgurat l-aċċess għal jew biex tiġi evitata kollużjoni fis-suq rilevanti, għandhom jiġu mehmuża ċerti kundizzjonijiet mal-eżenzjoni ta’ kategorija. Għal dan il-għan, l-eżenzjoni ta' obbligi li wieħed ma jikkompetix għandha tkun limitata għal obbligi li ma jissuperawx perjodu ta' żmien definit. Għall-istess raġuni, kull obbligu dirett jew indirett li jwaqqaf lill-membri ta' sistema ta' distribuzzjoni selettiva milli jbigħu prodotti tal-marka ta' fornituri konkorrenti partikolari għandu jkun eskluż mill-benefiċċju ta' dan ir-Regolament. Fl-aħħar nett, l-obbligi ta’ parità li jwasslu lix-xerrejja tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex ma joffrux, ma jbigħux jew ma jbigħux mill-ġdid prodotti jew servizzi lill-utenti aħħarin b’kundizzjonijiet aktar favorevoli bl-użu ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online li jikkompetu, jenħtieġ li jiġu esklużi wkoll mill-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament. |
(15) |
Il-limitazzjoni tas-sehem mis-suq, in-nuqqas ta' eżenzjoni ta' ċerti akkordji vertikali u l-kondizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament normalment jiżguraw li l-akkordji li tapplika għalihom l-eżenzjoni ta’ kategorija ma jippermettux lill-impriżi parteċipanti jeliminaw il-kompetizzjoni f'parti sostanzjali ta’ oġġetti jew servizzi kkonċernati. |
(16) |
Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (4), meta ssib li f'każ partikolari akkordju li tapplika għalih l-eżenzjoni prevista f’dan ir-Regolament ikollu madankollu effetti li huma inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. L-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jew parti minnu fejn il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jiġu ssodisfati. |
(17) |
Meta l-Kummissjoni jew l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tirtira l-benefiċċji ta’ dan ir-Regolament, hija jkollha l-oneru li tipprova li l-akkordju vertikali inkwistjoni jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat, u li dan il-ftehim jonqos milli jissodisfa mill-inqas waħda mill-erba’ kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. |
(18) |
Fid-deċiżjoni dwar jekk il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament għandux jiġi rtirat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, għandhom importanza partikolari l-effetti antikompetittivi li jistgħu jirriżultaw mill-eżistenza ta’ netwerks paralleli ta’ akkordji vertikali b’effetti simili li jirrestrinġu b’mod sinifikanti l-aċċess għas-suq rilevanti jew il-kompetizzjoni fl-istess suq. Effetti kumulattivi bħal dawn jistgħu pereżempju jinħolqu fil-każ ta’ esklużività kondiviża, forniment esklużiv, distribuzzjoni selettiva, obbligi ta’ parità jew obbligi ta’ non-kompetizzjoni. |
(19) |
Sabiex issaħħaħ is-superviżjoni ta’ netwerks paralleli ta’ akkordji vertikali b’effetti antikompetittivi simili u li jkopru aktar minn 50 % ta’ suq partikolari, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li dan ir-Regolament ma japplikax għal akkordji vertikali li jkun fihom restrizzjonijiet speċifiċi relatati mas-suq ikkonċernat, biex b’hekk l-Artikolu 101 tat-Trattat jerġa’ japplika bis-sħiħ għal dawn l-akkordji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“akkordju vertikali” tfisser akkordju jew prattika miftiehma konkluż bejn żewġ impriżi jew aktar li kull waħda minnhom topera, għall-iskopijiet tal-akkordju jew tal-prattika miftiehma, f’livell differenti tal-katina ta’ produzzjoni jew ta’ distribuzzjoni, u li jirrigwarda l-kundizzjonijiet li taħthom il-partijiet jistgħu jixtru, ibigħu jew ibigħu mill-ġdid ċerti oġġetti jew servizzi; |
(b) |
“restrizzjoni vertikali” tfisser restrizzjoni tal-kompetizzjoni f’akkordju vertikali li taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat; |
(c) |
“impriża konkorrenti” tfisser kompetitur attwali jew potenzjali; “kompetitur attwali” tfisser impriża attiva fl-istess suq rilevanti; “kompetitur potenzjali” tfisser impriża li, fin-nuqqas tal-ftehim vertikali, tkun, għal raġunijiet realistiċi u mhux biss bħala possibbiltà teoretika sempliċi, f’każ ta’ żieda żgħira iżda permanenti fil-prezzijiet relattivi, x’aktarx li twettaq, f’perjodu qasir ta’ żmien, l-investimenti addizzjonali meħtieġa jew spejjeż oħra meħtieġa għall-qlib biex tidħol fis-suq rilevanti; |
(d) |
“fornitur” tinkludi impriża li tipprovdi servizzi tal-intermedjazzjoni online irrispettivament minn jekk hijiex parti għat-tranżazzjoni li tiffaċilita; “servizzi tal-intermedjazzjoni online” tfisser servizzi li jippermettu lill-impriżi joffru prodotti jew servizzi lil impriżi oħra jew lill-utenti finali bil-għan li jiffaċilitaw it-tranżazzjonijiet diretti bejn dawn l-impriżi jew bejn dawn l-impriżi u l-utenti finali, irrispettivament minn jekk u meta dawk it-tranżazzjonijiet jiġu finalment konklużi, u li jikkostitwixxu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
(e) |
“obbligu li wieħed ma jikkompetix” tfisser kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex ix-xerrej ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi li jikkompetu mal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, jew kull obbligu dirett jew indirett fuq ix-xerrej li jixtri mill-fornitur, jew minn impriża oħra nominata mill-fornitur, aktar minn 80% mix-xiri totali tax-xerrej tal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt u oġġetti jew servizzi li jissostitwuhom fis-suq relevanti, ikkalkulat abbażi tal-valur tax-xiri tiegħu fis-sena kalendarja preċedenti; |
(f) |
“sistema ta’ distribuzzjoni selettiva” tfisser sistema ta’ distribuzzjoni fejn il-fornitur jaċċetta li jbiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, jew direttament jew indirettament, lil distributuri magħżula abbażi ta' kriterji speċifikati biss u fejn dawn id-distributuri jobbligaw ruħhom li ma jbigħux dawn l-oġġetti jew servizzi lil distributuri li ma jkunux awtorizzati fit-territorju rriżervat mill-fornitur li jopera dik is-sistema; |
(g) |
“sistema ta’ distribuzzjoni esklużiva” tfisser sistema ta’ distribuzzjoni fejn il-fornitur jalloka territorju jew grupp ta’ klijenti esklussivament lilu nnifsu jew lil xerrej wieħed jew numru limitat ta’ xerrejja, determinati fi proporzjon mat-territorju allokat jew grupp ta’ klijenti b’tali mod li jiġi żgurat ċertu volum ta’ negozju li jippreserva l-isforzi ta’ investiment tagħhom, u jirrestrinġi xerrejja oħra milli jbigħu b’mod attiv fit-territorju esklussiv jew għall-grupp esklussiv ta’ klijenti; |
(h) |
“drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” tinkludi d-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, l-għarfien espert, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet assoċjati; |
(i) |
“know-how” tfisser pakkett ta’ informazzjoni prattika mhux brevettata, li tirriżulta mill-esperjenza u l-ittestjar mill-fornitur, li tkun sigrieta, sostanzjali u identifikata; “sigriet” tfisser li l-għarfien ma jkunx ġeneralment magħruf jew aċċessibbli faċilment; "sostanzjali" tfisser li l-għarfien espert jinkludi informazzjoni li hija indipensabbli lix-xerrej, għall-użu, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta l-oġġetti jew servizzi tal-kuntratt; "identifikat" ifisser li l-għarfien espert huwa deskritt f’manjiera komprensiva biżżejjed sabiex ikun possibbli li jkun ivverifikat li jaderixxi l-kriterja ta’ segretezza u sustanzjalità; |
(j) |
“xerrej” tinkludi impriża li, taħt akkordju li jaqa’ taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, tbiegħ oġġetti jew servizzi f’isem impriża oħra; |
(k) |
“klijent tax-xerrej” tfisser impriża li ma tkunx parti fl-akkordju li tixtri l-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt minn xerrej li jkun parti fl-akkordju. |
(l) |
bejgħ “attiv” tfisser il-forom kollha ta’ bejgħ għajr il-bejgħ passiv, inkluż li l-konsumaturi jiġu mmirati b’mod attiv permezz ta’ żjarat, ittri, emails, telefonati jew mezzi oħra ta’ komunikazzjoni diretta jew permezz ta’ reklamar u promozzjoni mmirati, offline jew online, pereżempju permezz ta’ midja stampata jew diġitali, inkluż midja online, għodod ta’ tqabbil tal-prezzijiet jew reklamar fuq magni tat-tiftix immirati lejn klijenti f’territorji jew gruppi ta’ klijenti speċifiċi; l-offerta fuq sit web ta’ għażliet lingwistiċi differenti minn dawk użati komunement fit-territorju li fih huwa stabbilit id-distributur normalment tkun bejgħ attiv; bl-istess mod, l-offerta ta’ sit internet b’isem ta’ dominju li jikkorrispondi għal territorju differenti minn dak fejn huwa stabbilit id-distributur tikkostitwixxi bejgħ attiv; |
(m) |
bejgħ “passiv” tfisser bejgħ bi tweġiba għal talbiet mhux mitluba minn klijenti individwali, inkluż il-konsenja ta’ oġġetti jew servizzi lil tali klijenti mingħajr ma jkun beda l-bejgħ permezz ta’ reklamar immirat b’mod attiv lejn il-grupp jew it-territorju ta’ klijenti partikolari, u l-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku; |
(n) |
“restrizzjoni ta’ bejgħ attiv jew passiv” tfisser restrizzjoni ta’ bejgħ attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 1(l) jew bejgħ passiv skont it-tifsira tal-Artikolu 1(m). Fir-rigward tal-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi online, restrizzjoni li, direttament jew indirettament, b’mod iżolat jew flimkien ma’ fatturi oħra, għandha bħala l-għan tagħha li timpedixxi lix-xerrejja jew lill-klijenti tagħhom milli jużaw l-Internet b’mod effettiv għall-finijiet tal-bejgħ tal-prodotti jew tas-servizzi tagħhom online jew milli effettivament jużaw mezz ta’ reklamar online wieħed jew aktar, hija restrizzjoni fuq il-bejgħ attiv jew passiv, li, direttament jew indirettament, b’mod iżolat jew flimkien ma’ fatturi oħra kkontrollati minn kwalunkwe parti, għandha bħala l-għan tagħha li tirrestrinġi t-territorju li fih jew il-grupp ta’ klijenti li lilhom ix-xerrejja jistgħu jbigħu l-oġġetti jew servizzi jew, fil-każ ta’ distribuzzjoni selettiva, li jiġi ristrett il-bejgħ attiv jew passiv lill-utenti finali minn membri tas-sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li topera fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. |
2. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-termini “impriża”, “fornitur” u “xerrej” għandhom jinkludu l-impriżi konnessi rispettivi tagħhom.
“Impriżi konnessi” tfisser:
(a) |
impriżi fejn imsieħeb tal-ftehim, direttament jew indirettament:
|
(b) |
impriżi li direttament jew indirettament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) fuq parti fl-akkordju; |
(c) |
impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew setgħat elenkati fil-punt (a); |
(d) |
impriżi li fihom parti fl-akkordju flimkien ma’ waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a); |
(e) |
impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) ikunu miżmuma konġuntament minn:
|
Artikolu 2
Eżenzjoni
1. Skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, qed jiġi ddikjarat li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għal akkordji vertikali.
Din l-eżenzjoni għandha tapplika sa fejn dawn l-akkordji jkunu jinkludu restrizzjonijiet vertikali.
2. L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji vertikali konklużi bejn assoċjazzjoni ta’ impriżi u membru individwali, jew bejn tali assoċjazzjoni u fornitur individwali, biss jekk il-membri kollha tagħha jkunu bejjiegħa bl-imnut ta’ oġġetti u jekk l-ebda membru individwali tal-assoċjazzjoni, flimkien mal-impriżi konnessi tagħha, ma jkollu fatturat annwali totali ta’ aktar minn EUR 50 miljun. Akkordji vertikali konklużi minn tali assoċjazzjonijiet għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat għal akkordji orizzontali konklużi bejn il-membri tal-assoċjazzjoni jew deċiżjonijiet adottati mill-assoċjazzjoni.
3. L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal akkordji vertikali li jkun fihom dispożizzjonijiet relatati maċ-ċessjoni lix-xerrej jew mal-użu mix-xerrej ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux is-suġġett primarju ta' tali akkordji u jkunu relatati direttament mal-użu, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti jew servizzi mix-xerrej jew mill-klijenti tiegħu. L-eżenzjoni tapplika bil-kundizzjoni li, fil-konfront tal-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux jinkludu restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni bl-istess għan bħal restrizzjonijiet vertikali li mhumiex eżentati taħt dan ir-Regolament.
4. L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali konklużi bejn impriżi konkorrenti. Madanakollu, l-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika għall-aspetti kollha tal-akkordji vertikali mhux reċiproċi bejn impriżi konkorrenti fejn:
(a) |
il-fornitur huwa manifattur, bejjiegħ bl-ingrossa, jew importatur u distributur ta’ oġġetti, filwaqt li x-xerrej huwa distributur u mhux impriża li tikkompeti fil-livell tal-manifattura, tal-bejgħ bl-ingrossa jew tal-importazzjoni, u s-sehem mis-suq aggregat tagħhom fis-suq rilevanti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut ma jaqbiżx [10]%; jew |
(b) |
il-fornitur huwa fornitur ta’ servizzi f’diversi livelli ta’ kummerċ, filwaqt li x-xerrej jipprovdi s-servizzi tiegħu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex impriża konkorrenti fil-livell tal-kummerċ fejn jixtri s-servizzi tal-kuntratt, u s-sehem tas-suq aggregat tiegħu fis-suq rilevanti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut ma jaqbiżx [10]%. |
5. Jekk il-fornitur u x-xerrej f’kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 2(4)(a) jew (b) ikollhom sehem mis-suq aggregat li jaqbeż [10]% fis-suq rilevanti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut iżda li ma jaqbiżx il-limiti tas-sehem mis-suq tal-Artikolu 3, għandha tapplika l-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1, ħlief għal kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni bejn il-partijiet, li għandu jiġi vvalutat skont ir-regoli applikabbli għal akkordji orizzontali.
6. L-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 2(4)(a) u (b) u l-Artikolu 2(5) ma għandhomx japplikaw għal akkordji vertikali li, direttament jew indirettament, waħedhom jew flimkien ma’ fatturi oħra taħt il-kontroll tal-partijiet, ikollhom bħala l-għan tagħhom li jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn il-fornitur u x-xerrej f’kompetizzjoni.
7. L-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 2(4)(a) u (b) ma għandhomx japplikaw meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jbigħ ukoll prodotti jew servizzi f’kompetizzjoni ma’ impriżi li jipprovdu servizzi tal-intermedjazzjoni online jidħol fi ftehim vertikali mhux reċiproku ma’ tali impriża li tikkompeti.
8. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal akkordji vertikali li s-suġġett tagħhom ikun jaqa’ fl-ambitu ta' xi regolament ta' eżenzjoni ta’ kategorija ieħor, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'tali regolament.
Artikolu 3
Limitu tas-sehem fis-suq
1. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika bil-kundizzjoni li s-sehem mis-suq miżmum mill-fornitur ma jaqbiżx it-30% tas-suq rilevanti li fih ibigħ l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt u s-sehem mis-suq miżmum mix-xerrej ma jaqbiżx it-30% tas-suq relevanti li fih jixtri l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt.
2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, meta f’akkordju bejn għadd ta' partijiet, impriża tixtri l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt mingħand impriża li tkun parti fl-akkordju u tbiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt li hija wkoll parti oħra fl-akkordju, is-sehem mis-suq tal-ewwel impriża għandu jirrispetta l-limitu tas-sehem mis-suq previst f’dak il-paragrafu kemm bħala xerrejja kif ukoll bħala fornitriċi sabiex tapplika l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2.
Artikolu 4
Restrizzjonijiet li jneħħu l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija - restrizzjonijiet fundamentali
L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ma għandhiex tapplika għal akkordji vertikali li, direttament jew indirettament, waħedhom jew flimkien ma' fatturi oħra taħt il-kontroll tal-partijiet, ikollhom bħala għan:
(a) |
ir-restrizzjoni tal-ħila tax-xerrej li jiddetermina l-prezz tal-bejgħ tiegħu, bla ħsara għall-possibbiltà tal-fornitur li jimponi prezz ta’ bejgħ massimu jew li jirrakkomanda prezz ta’ bejgħ, sakemm dawn ma jammontawx għal prezz tal-bejgħ iffissat jew minimu b’riżultat ta’ pressjoni minn, jew inċentivi offruti minn, xi waħda mill-partijiet; |
(b) |
fejn il-fornitur jopera sistema ta’ distribuzzjoni esklużiva, ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-gruppi ta’ klijenti li lilhom, xerrej wieħed jew numru limitat ta’ xerrejja, li għalihom ikun ġie allokat territorju esklussiv jew grupp ta’ klijenti, jista’ attivament jew passivament ibigħ l-oġġetti jew is-servizzi tal-kuntratt, ħlief:
|
(c) |
fejn il-fornitur jopera sistema ta’ distribuzzjoni selettiva,
|
(d) |
fejn il-fornitur ma joperax la sistema ta’ distribuzzjoni esklużiva u lanqas sistema ta’ distribuzzjoni selettiva, ir-restrizzjoni tat-territorju li fih, jew tal-grupp ta’ klijenti li lilu, xerrej jista’ attivament jew passivament ibigħ l-oġġetti jew is-servizzi tal-kuntratt, ħlief:
|
(e) |
ir-restrizzjoni, miftiehma bejn fornitur ta’ komponenti u xerrej li jinkorpora dawk il-komponenti, tal-ħila tal-fornitur li jbigħ il-komponenti bħala spare parts lil utenti finali jew lil min isewwi, bejjiegħa bl-ingrossa jew lil fornituri ta’ servizzi oħrajn li ma ġewx fdati mix-xerrej bit-tiswija jew il-manutenzjoni tal-oġġetti tiegħu. |
Artikolu 5
Restrizzjonijiet esklużi
1. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 ma għandhiex tapplika għall-obbligi li ġejjin li jinsabu f’akkordji vertikali:
(a) |
kull obbligu dirett jew indirett li wieħed ma jikkompetix, għal perjodu indefinit jew għal perjodu li jissupera l-ħames snin; |
(b) |
kull obbligu dirett jew indirett li jimponi fuq ix-xerrej li, wara l-iskadenza tal-akkordju, ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi; |
(c) |
kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex il-membri ta' sistema ta' distribuzzjoni selettiva ma jbigħux il-prodotti tal-marka ta' fornituri konkorrenti partikolari; |
(d) |
kwalunkwe obbligu dirett jew indirett li jikkawża lil xerrej tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li ma joffrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid prodotti jew servizzi lill-utenti aħħarin b’kundizzjonijiet aktar favorevoli bl-użu ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online kompetituri. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1(a), il-limitu ta’ żmien ta’ ħames snin ma għandux japplika fejn l-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt jinbiegħu mix-xerrej minn bini u art li jkunu proprjetà tal-fornitur jew mikrija mill-fornitur mingħand terzi li ma jkunux konnessi max-xerrej, sakemm il-perjodu li matulu japplika l-obbligu li wieħed ma jikkompetix ma jissuperax il-perjodu li matulu x-xerrej jokkupa l-bini u l-art.
3. B’deroga mill-paragrafu 1(b), l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tapplika għal kull obbligu dirett jew indirett li jimponi fuq ix-xerrej li, wara l-iskadenza tal-akkordju, ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbigħx jew ma jbigħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
l-obbligu jkun relatat ma’ oġġetti jew servizzi li jikkompetu mal-oġġetti jew servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt; |
(b) |
l-obbligu jkun limitat għall-bini u l-art li minnhom ix-xerrej ikun opera matul il-perjodu tal-kuntratt; |
(c) |
l-obbligu jkunu indispensabbli biex jipproteġi n-know-how trasferit mill-fornitur lix-xerrej; |
(d) |
il-perjodu li matulu jkun japplika l-obbligu jkun limitat għal perjodu ta’ sena wara l-iskadenza tal-akkordju. |
Il-paragrafu 1(b) huwa bla ħsara għall-possibbiltà li tiġi imposta restrizzjoni li ma jkollhiex limitu ta’ żmien dwar l-użu u l-kxif ta' know-how li ma tkunx daħlet fid-dominju pubbliku.
Artikolu 6
In-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
Skont l-Artikolu 1a tar-Regolament Nru 19/65/KEE, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament, tiddikjara li, fejn netwerks paralleli ta’ restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru aktar minn 50% ta’ suq rilevanti, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal akkordji vertikali li jkunu jinkludu restrizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ dak is-suq.
Artikolu 7
Applikazzjoni tal-limitu tas-sehem fis-suq
Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-limiti tas-sehem mis-suq previsti fl-Artikolu 3, għandhom japplikaw r-regoli li ġejjin:
(a) |
is-sehem mis-suq tal-fornitur għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ data dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq u s-sehem mis-suq tax-xerrej għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ data dwar il-valur tax-xiri fis-suq. Jekk ma tkunx disponibbli data dwar il-valur tal-bejgħ fis-suq jew dwar il-valur tax-xiri fis-suq, jistgħu jintużaw stimi bbażati fuq informazzjoni tas-suq oħra li tkun affidabbli, inklużi l-volumi tal-bejgħ u tax-xiri fis-suq, sabiex jiġi stabbilit is-sehem mis-suq tal-impriża kkonċernata; |
(b) |
l-ishma mis-suq għandhom ikunu kkalkulati abbażi ta' data relatata mas-sena kalendarja ta' qabel; |
(c) |
is-sehem mis-suq tal-fornitur għandu jinkludi kull oġġett jew servizz fornut lil distributuri integrati vertikalment għall-iskopijiet ta' bejgħ; |
(d) |
jekk is-sehem mis-suq fil-bidu ma jkunx aktar minn 30 % iżda sussegwentement jitla’ għal aktar minn dak il-livell, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta' sentejn kalendarji konsekuttivi wara s-sena li fiha jkun inqabeż għall-ewwel darba l-limitu ta' 30 %; |
(e) |
is-sehem mis-suq tal-impriżi msemmijin fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) għandu jitqassam b'mod ugwali lil kull impriża li jkollha d-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2). |
Artikolu 8
Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat
1. Biex jiġi kkalkulat il-fatturat annwali totali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2), il-fatturat miksub matul is-sena finanzjarja preċedenti mill-parti rilevanti fl-akkordju vertikali u l-fatturat miksub mill-impriżi konnessi tagħha fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi kollha, esklużi t-taxxi u d-dazji l-oħra kollha, għandhom jingħaddu flimkien. Għal dan il-għan, m’għandhomx jitqiesu tranżazzjonijiet bejn il-parti fl-akkordju vertikali u l-impriżi konnessi tagħha jew bejn l-impriżi konnessi tagħha.
2. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2 għandha tibqa’ tapplika fejn, għal kwalunkwe perjodu ta' sentejn finanzjarji konsekuttivi, il-limitu tal-fatturat annwali totali jinqabeż b'mhux aktar minn 10%.
Artikolu 9
Perjodu tranżizzjonali
Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandhiex tapplika matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2022 sal-31 ta' Mejju 2023 fir-rigward ta’ akkordji li jkunu diġà fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2022 u li ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti f'dan ir-Regolament iżda li, fil-It-Tlieta, 31 ta’ Mejju 2022, ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 330/2010.
Artikolu 10
Perjodu ta’ validità
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2022.
Jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2034.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, ...
Għall-Kummissjoni
Il-President
[…]
(1) ĠU 36, 6.3.1965, p. 533, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/1999 tal-10 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 148, 15.6.1999, p. 1).
(*) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikolu 81 tat-Trattat KE sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ Artikoli huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, referenzi għall-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom, fejn xieraq, jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 81 tat-Trattat KE.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
(5) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).