20.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/28


Pubblikazzjoni ta’ talba għal kanċellament skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn

(2021/C 334/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għat-talba għal kanċellament f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif ukoll skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (2), fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL KANĊELLAMENT

It-talba għal kanċellament f’konformità mal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“ Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Luxembourg ”

Nru tal-UE: PGI-LU-0063-CANCEL - 8 ta’ Ottubru 2018

DOP ( ) IĠP (X) STG ( )

1.   Isem irreġistrat propost għall-kanċellament

“Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Luxembourg ”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

3.   Tip ta’ prodott [bħal fl-Anness XI]

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

4.   Persuna jew entità li tagħmel it-talba għall-kanċellament

Association pour la promotion de la Marque nationale de la viande de porc

8, rue de Gralingen

L-9380 Merscheid/Putscheid

LUXEMBOURG

5.   Tip ta’ kanċellament u raġunijiet relatati

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

il-punt (a)

il-punt (b)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

L-Indikazzjoni Ġeografika “Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Luxembourg” ma għadhiex tintuża. L-Association pour la promotion de la Marque nationale de la viande de porc titlob il-kanċellament tar-reġistrazzjoni korrispondenti.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.