29.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat

(2021/C 153/01)

WERREJ

1.

INTRODUZZJONI 3

2.

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET 4

2.1.

Kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali 4

2.2.

Definizzjonijiet 6

3.

GĦAJNUNA REĠJONALI NOTIFIKABBLI 9

4.

KOSTIJIET ELIĠIBBLI 9

4.1.

Għajnuna għall-investiment 9

4.1.1.

Kostijiet eliġibbli kkalkulati abbażi tal-kostijiet tal-investiment 10

4.1.2.

Kostijiet eliġibbli kkalkulati abbażi tal-kostijiet lavorattivi 10

4.2.

Għajnuna operatorja 11

5.

VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI 11

5.1.

Kontribut għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali 11

5.1.1.

Skemi ta’ għajnuna għall-investiment 12

5.1.2.

Għajnuna individwali notifikabbli għall-investiment 12

5.1.3.

Skemi ta’ għajnuna operatorja 13

5.2.

Effett ta’ inċentiv 14

5.2.1.

Għajnuna għall-investiment 14

5.2.2.

Skemi ta’ għajnuna operatorja 15

5.3.

Ħtieġa ta’ intervent mill-Istat 15

5.4.

Adegwatezza tal-għajnuna reġjonali 16

5.4.1.

Adegwatezza fost strumenti ta’ politika alternattivi 16

5.4.2.

Adegwatezza fost strumenti differenti ta’ għajnuna 16

5.5.

Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ) 17

5.5.1.

Għajnuna għall-investiment 17

5.5.2.

Skemi ta’ għajnuna operatorja 18

5.6.

Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ 18

5.6.1.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali 18

5.6.2.

Effetti manifestament negattivi fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ 20

5.6.3.

Skemi ta’ għajnuna għall-investiment 20

5.6.4.

Għajnuna individwali notifikabbli għall-investiment 21

5.6.5.

Skemi ta’ għajnuna operatorja 22

5.7.

Trasparenza 23

6.

EVALWAZZJONI 23

7.

MAPEP TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI 24

7.1.

Kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali 25

7.2.

Id-deroga fl-Artikolu 107(3)(a) 25

7.3.

Id-deroga fl-Artikolu 107(3)(c) 26

7.3.1.

Żoni “c” predefiniti 26

7.3.2.

Żoni “c” mhux predefiniti 27

7.4.

Intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali 28

7.4.1.

Intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “a” 28

7.4.2.

Intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “c” 29

7.4.3.

Intensitajiet akbar tal-għajnuna għall-SMEs 29

7.4.4.

Intensitajiet akbar tal-għajnuna għat-territorji identifikati għall-appoġġ mill-JTF 29

7.4.5.

Intensitajiet akbar tal-għajnuna għar-reġjuni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni 29

7.5.

Notifika tal-mapep tal-għajnuna reġjonali u l-valutazzjoni tagħhom 29

7.6.

Emendi 30

7.6.1.

Riżerva tal-popolazzjoni 30

7.6.2.

Rieżami ta’ nofs it-terminu 30

8.

EMENDA TAL-LINJI GWIDA DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI MILL-ISTAT GĦALL-2014-2020 30

9.

APPLIKABBILTÀ TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI 30

10.

RAPPORTAR U MONITORAĠĠ 31

11.

RIEŻAMI 31

1.   INTRODUZZJONI

1.

Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra t-tipi ta’ għajnuna mill-Istat li ġejjin bħala kompatibbli mas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

a)

Għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn hemm sottoimpjieg serju, u għall-promozzjoni tal-iżvilupp tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat; u

b)

Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti żoni ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea (1).

Dawn it-tipi ta’ għajnuna mill-Istat huma magħrufa bħala għajnuna reġjonali.

2.

Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-għajnuna reġjonali tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern. Jistabbilixxu wkoll il-kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà tal-Artikoli 107(3)(a) u (c) tat-Trattat.

3.

L-objettiv primarju tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-għajnuna reġjonali huwa li jiġi żgurat li l-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali (2) ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Membri (3). B’mod partikolari, dan jimmira li jipprevjeni t-tlielaq għas-sussidji li jistgħu jseħħu meta l-Istati Membri jfittxu li jattiraw jew li jżommu negozji f’żoni megħjuna tal-UE, u li jillimita l-effetti tal-għajnuna reġjonali fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni għall-minimu meħtieġ.

4.

L-objettiv tal-iżvilupp reġjonali u tal-koeżjoni territorjali jagħmel distinzjoni bejn l-għajnuna reġjonali u forom oħrajn ta’ għajnuna, bħall-għajnuna għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni, għax-xogħol, għat-taħriġ, għall-enerġija jew għall-protezzjoni ambjentali, li jsegwu objettivi oħrajn ta’ żvilupp ekonomiku skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat. F’ċerti ċirkostanzi jistgħu jiġu permessi intensitajiet ogħla ta’ għajnuna għal dawn it-tipi l-oħrajn ta’ għajnuna meta jingħataw lil intrapriżi stabbiliti f’żoni żvantaġġati, bħala rikonoxximent tad-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw f’dawn iż-żoni (4).

5.

L-għajnuna reġjonali jista’ jkollha rwol effettiv biss jekk tintuża b’mod ristrett u proporzjonat u jekk tkun ikkonċentrata fuq żoni megħjuna fl-UE (5). B’mod partikolari, il-limiti massimi permessi tal-għajnuna jenħtieġ li jirriflettu l-livell tal-problemi li qed jaffettwaw l-iżvilupp taż-żoni kkonċernati. Il-vantaġġi tal-għajnuna f’termini ta’ żvilupp ta’ żona megħjuna jridu jisbqu t-tfixkil tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ li dan jista’ jirriżulta fih (6). Il-piż mogħti lill-effetti pożittivi tal-għajnuna x’aktarx ivarja skont id-deroga tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat, li jfisser li tfixkil akbar tal-kompetizzjoni jista’ jkun aċċettat fiż-żoni l-aktar żvantaġġati koperti mill-Artikolu 107(3)(a) milli f’żoni koperti mill-Artikolu 107(3)(c) (7).

6.

Barra minn hekk l-għajnuna reġjonali tista’ tkun effettiva fil-promozzjoni jew fil-faċilitazzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni megħjuna biss jekk din tingħata biex tistimola investiment jew attività ekonomika addizzjonali f’dawk iż-żoni. F’ċerti każijiet limitati ħafna u identifikati sew, l-ostakli li dawn iż-żoni jiffaċċjaw biex jattiraw jew biex iżommu attività ekonomika jistgħu tant ikunu gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment tista’ ma tkunx biżżejjed biex tippermetti liż-żona tiżviluppa. F’din is-sitwazzjoni, l-għajnuna għall-investiment reġjonali tista’ tiġi ssupplimentata b’għajnuna operatorja reġjonali.

7.

Fl-2019, il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni tal-qafas ta’ għajnuna reġjonali biex tivvaluta jekk il-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali kinux għadhom adattati għall-iskop tagħhom. Ir-riżultati (8) wrew li, fil-prinċipju, ir-regoli jaħdmu tajjeb, iżda jeħtieġu xi titjib biex jirriflettu l-iżviluppi ekonomiċi. Barra minn hekk, il-“Patt Ekoloġiku Ewropew” (9), l-“iStrateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa” (10) u “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (11)”, jistgħu jitqiesu mill-Kummissjoni meta jiġi vvalutat l-impatt tal-għajnuna reġjonali, u dawn jeħtieġu li jsiru xi emendi għar-regoli. F’dan il-kuntest, regoli oħra dwar l-għajnuna mill-Istat ukoll għaddejjin minn proċess ta’ reviżjoni u l-Kummissjoni qed tagħti attenzjoni partikolari għall-ambitu ta’ kull linja gwida tematika kif ukoll għall-possibbiltajiet li potenzjalment jiġu kkombinati tipi differenti ta’ għajnuna għall-istess investiment. Bħala tali, l-appoġġ għall-investimenti inizjali għal teknoloġiji ġodda ekoloġiċi li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni fl-industrija, inklużi l-industriji intensivi fl-enerġija bħall-azzar, jista’ jiġi vvalutat, skont il-karatteristiċi eżatti tagħhom, b’mod partikolari skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jew għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija. L-għajnuna reġjonali tista’ tiġi kkombinata wkoll ma’ tipi oħra ta’ għajnuna. Huwa possibbli, pereżempju, għall-istess proġett ta’ investiment, li l-għajnuna reġjonali tiġi kkombinata ma’ appoġġ skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija jekk dak il-proġett ta’ investiment jiffaċilita l-iżvilupp ta’ żona megħjuna u fl-istess ħin iżid il-livell ta’ protezzjoni ambjentali sal-punt li l-investiment jew parti minnu jikkwalifika għal appoġġ kemm iż-żewġ regoli tematiċi kif ukoll li d-dispożizzjonijiet taż-żewġ settijiet ta’ regoli jiġu rrispettati. B’dan il-mod, l-Istati Membri jistgħu jinċentivaw l-ilħuq taż-żewġ objettivi bl-aħjar mod, filwaqt li jevitaw kumpens żejjed. F’dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni inkludiet ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiffaċilita l-appoġġ fil-kuntest tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) f’konformità mal-prinċipji ta’ koeżjoni. Il-JTF huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta li għandu jiġi implimentat taħt il-politika ta’ koeżjoni (12) biex jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali li jistgħu jakkumpanjaw l-objettiv ambizzjuż tat-tranżizzjoni lejn Unjoni newtrali għall-klima sal-2050. L-għanijiet tal-JTF huma li jimmitiga l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika billi jappoġġa lit-territorji u lill-ħaddiema l-aktar affettwati u jippromwovi tranżizzjoni soċjoekonomika bbilanċjata.

8.

Bi tweġiba għad-disturb ekonomiku maħluq mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni stabbiliet strumenti mmirati, bħall-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat (13). Il-pandemija jista’ jkollha effetti aktar fit-tul f’ċerti oqsma milli f’oħrajn. F’dan il-mument, għadu kmieni wisq biex wieħed ibassar l-impatt tal-pandemija fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul biex jiġu identifikati liema żoni se jkunu partikolarment affettwati. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tippjana rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali fl-2023, li se jqis l-aktar statistika reċenti disponibbli.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

2.1.   Kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali

9.

Il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida huma applikabbli kemm għall-iskemi ta’ għajnuna reġjonali notifikabbli kif ukoll għall-għajnuna individwali notifikabbli.

10.

Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux l-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-setturi tal-azzar (14), tal-linjite (15) u tal-faħam (16).

11.

Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida għall-għajnuna reġjonali f’kull settur ta’ attività ekonomika, minbarra s-setturi li huma soġġetti għal regoli speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (17), fl-agrikoltura (18), fit-trasport (19), fil-broadband (20), u fl-enerġija (21), apparti fejn l-għajnuna mill-Istat tingħata f’dawk is-setturi bħala parti minn skema ta’ għajnuna operatorja reġjonali orizzontali.

12.

Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida fir-rigward tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli u fir-rigward ta’ miżuri ta’ għajnuna li jappoġġaw attivitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat iżda li huma jew kofinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (22) jew jingħataw bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali miżuri kofinanzjati, sakemm ir-regoli settorjali ma jiddikjarawx mod ieħor.

13.

Hemm it-tendenza li l-kumpaniji l-kbar jintlaqtu anqas mill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) mir-restrizzjonijiet reġjonali għall-investiment jew għaż-żamma ta’ attività ekonomika f’żona megħjuna. L-ewwel nett, l-intrapriżi l-kbar jistgħu jiksbu kapital u kreditu fis-swieq globali aktar faċilment u huma anqas ristretti mill-offerta aktar limitata tas-servizzi finanzjarji f’żoni megħjuna. It-tieni nett, l-investimenti mill-intrapriżi l-kbar jistgħu jipproduċu ekonomiji ta’ skala li jnaqqsu l-kostijiet inizjali speċifiċi għall-post u, f’ħafna aspetti, mhumiex marbutin maż-żona li fiha jseħħ l-investiment. It-tielet nett, intrapriżi kbar li jippjanaw investimenti normalment ikollhom setgħa ta’ negozjar konsiderevoli meta mqabbla mal-awtoritajiet, u dan jista’ jwassal biex l-għajnuna tingħata mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa jew mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Fl-aħħar nett, l-intrapriżi l-kbar għandhom tendenza akbar li jkunu atturi importanti fis-suq ikkonċernat u, konsegwentement, l-investiment li għalih tingħata l-għajnuna jista’ joħloq tfixkil fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ fis-suq intern.

14.

Peress li għajnuna reġjonali mogħtija lil intrapriżi kbar għall-investimenti tagħhom aktarx mhux se jkollha effett ta’ inċentiv, bħala regola ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, sakemm ma tingħatax għal investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda f’dawn iż-żoni “c” f'konformità mal-kriterji stipulati f’dawn il-linji gwida. Madankollu, fit-territorji l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni klimatika, il-vantaġġi strutturali disponibbli għal intrapriżi kbar jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jintlaħaq il-livell ta’ investiment vitali biex tiġi żgurata tranżizzjoni soċjoekonomika bbilanċjata u jiġu offruti biżżejjed opportunitajiet ta’ impjieg biex ipattu għat-telf ta’ impjiegi li jirriżulta mill-għeluq ta’ attivitajiet ekonomiċi kkawżati mit-tranżizzjoni. Għalhekk, b’deroga mill-ewwel sentenza (23) ta’ dan il-paragrafu, l-għajnuna reġjonali lil intrapriżi kbar tista’ wkoll titqies bħala kompatibbli mas-suq intern f’konformità mal-kriterji ta’ dawn il-linji gwida, jekk tingħata għad-diversifikazzjoni tal-produzzjoni ta’ stabbiliment fi prodotti li ma kinux jiġu prodotti qabel fl-istabbiliment jew għal bidla fundamentali fil-proċess kumplessiv ta’ produzzjoni tal-prodott(i) ikkonċernat(i) mill-investiment fl-istabbiliment, dment li (1) tikkonċerna investiment inizjali f’territorju identifikat għal appoġġ kofinanzjat mill-JTF f’żona “c” li jkollha l-PDG per capita taħt il-100% tal-medja tal-UE27; (2) li l-investiment u l-benefiċjarju jkunu identifikati fil-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta (24) ta’ Stat Membru approvat mill-Kummissjoni; u (3) li l-għajnuna mill-Istat għall-investiment tkun koperta mill-JTF sal-massimu permess.

15.

L-għajnuna reġjonali li l-għan tagħha huwa li tnaqqas l-ispejjeż kurrenti ta’ intrapriża tikkostitwixxi għajnuna operatorja. L-għajnuna operatorja tista’ titqies kompatibbli biss jekk ikun jista’ jintwera li hija meħtieġa għall-iżvilupp taż-żona, pereżempju jekk timmira li tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw l-SMEs fl-aktar żoni żvantaġġati (skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat), jekk tikkumpensa għal spejjeż addizzjonali mġarrba fit-twettiq ta’ attività ekonomika fir-reġjuni ultraperiferiċi, jew jekk tipprevjeni jew tnaqqas id-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u b’popolazzjoni baxxa ħafna.

16.

Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux għajnuna mogħtija lil intrapriżi li l-attività ewlenija tagħhom taqa’ taħt it-Taqsima K “Attivitajiet finanzjarji u marbuta ma’ assigurazzjoni” tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Rev. 2 (25) jew lil intrapriżi li jwettqu attivitajiet intragrupp u li l-attività ewlenija tagħhom taqa’ taħt il-klassijiet 70.10 “Attivitajiet ta’ uffiċċji ċentrali” jew 70.22 “Negozju u attivitajiet oħra ta’ konsulenza dwar ġestjoni” tan-NACE Rev. 2.

17.

L-għajnuna reġjonali ma tistax tingħata lil intrapriżi f’diffikultà, kif definit għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida mil-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (26).

18.

Meta tivvaluta l-għajnuna reġjonali li tingħata lil intrapriża li tkun soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti b’segwitu għal deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni se tqis l-ammont ta’ kwalunkwe għajnuna li għad irid jiġi rkuprat (27).

2.2.   Definizzjonijiet

19.

Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“żoni “a”” tfisser dawk iż-żoni nnominati f’mappa dwar l-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat u “żoni “c”” tfisser dawk iż-żoni nnominati f’mappa dwar l-għajnuna reġjonali skont l-Artikol 107(3)(c) tat-Trattat;

(2)

“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna li ma tingħatax abbażi ta’ skema;

(3)

“ammont aġġustat tal-għajnuna” tfisser l-ammont massimu permissibbli tal-għajnuna għal proġett kbir ta’ investiment, ikkalkulat skont il-formula li ġejja:

3.1.

ammont aġġustat tal-għajnuna = R × (A + 0,50 × B + 0,34 × C)

3.2.

fejn: R hija l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli fiż-żona kkonċernata, minbarra l-intensità akbar tal-għajnuna għall-SMEs. A hija l-parti tal-ispejjeż eliġibbli ugwali għal EUR 50 miljun, B hija l-parti tal-ispejjeż eliġibbli bejn EUR 50 miljun u EUR 100 miljun, u C hija l-parti tal-ispejjeż eliġibbli ta’ aktar minn EUR 100 miljun;

(4)

“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ekwivalenti tal-għotja gross espress bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli;

(5)

“żona megħjuna” tfisser żona “a” jew żona “c”;

(6)

“tlestija tal-investiment” tfisser il-mument meta l-investiment jitqies mill-awtoritajiet nazzjonali bħala lest jew tliet snin wara l-bidu tax-xogħlijiet, skont liema jiġi l-ewwel;

(7)

“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju ngħata d-dritt ġuridiku li jirċievi l-għajnuna skont ir-reġim ġuridiku nazzjonali applikabbli;

(8)

“EU27” tfisser is-27 Stat Membru kollha (minbarra l-Irlanda ta’ Fuq);

(9)

“pjan ta’ evalwazzjoni” tfisser dokument li jkopri skema ta’ għajnuna waħda jew aktar u li jkun fih mill-anqas l-elementi minimi li ġejjin: l-objettivi li għandhom jiġu vvalutati, il-mistoqsijiet tal-valutazzjoni, l-indikaturi tar-riżultat, il-metodoloġija prevista biex titwettaq il-valutazzjoni, ir-rekwiżiti għall-ġbir tad-data, iż-żmien propost tal-valutazzjoni inkluża d-data tas-sottomissjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni interim u dak finali, id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jwettaq il-valutazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu u l-modalitajiet biex jagħmlu l-valutazzjoni disponibbli pubblikament;

(10)

“ekwivalenti ta’ għotja gross” tfisser l-ammont skontat tal-għajnuna ekwivalenti għal li kieku ngħatat fil-forma ta’ għotja lill-benefiċjarju, qabel it-taxxa jew imposti oħrajn, kif ikkalkulat fil-ħin tal-għoti tal-għajnuna jew fil-ħin tan-notifika tal-għajnuna lill-Kummissjoni, skont liema jiġi l-ewwel, abbażi tar-rata ta’ referenza applikabbli f’dik id-data;

(11)

“skema ta’ għajnuna operatorja reġjonali orizzontali” tfisser att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr miżuri ta’ implimentazzjoni ulterjuri, tista’ tingħata għajnuna operatorja individwali lill-intrapriżi definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt. Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, skema ta’ għajnuna settorjali ma tistax titqies bħala skema ta’ għajnuna operatorja reġjonali orizzontali;

(12)

“għajnuna individwali” tfisser għajnuna ad hoc jew għotjiet ta’ għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

(13)

“investiment inizjali” tfisser:

a)

investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatat ma’ punt wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

it-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid;

l-estensjoni tal-kapaċità ta’ stabbiliment eżistenti;

id-diversifikazzjoni tal-output ta’ stabbiliment fi prodotti (28) li qatt ma ġew prodotti fl-istabbiliment qabel; jew

bidla fundamentali fil-proċess ta’ produzzjoni ġenerali tal-prodott(i) kkonċernat(i) mill-investiment fl-istabbiliment; jew

b)

akkwiżizzjoni ta’ assi li jappartjenu għal stabbiliment li jkun għalaq jew li kieku kien jagħlaq kieku ma nxtarax. L-akkwiżizzjoni unika tal-ishma ta’ intrapriża ma tikkwalifikax bħala investiment inizjali;

Għalhekk, l-investiment ta’ sostituzzjoni ma jikkostitwixxix investiment inizjali.

(14)

“investiment inizjali li joħloq attività ekonomika ġdida” tfisser:

a)

investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatat ma’ punt wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

it-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid; jew

id-diversifikazzjoni tal-attività ta’ stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida ma tkunx l-istess attività jew waħda simili għall-attività li kienet issir qabel fl-istabbiliment; jew

b)

l-akkwiżizzjoni ta’ assi li jappartjenu għal stabbiliment li għalaq jew li kieku kien jagħlaq kieku ma nxtarax, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida li se ssir bl-użu tal-assi akkwistati ma tkunx l-istess attività jew waħda simili għall-attività mwettqa fl-istabbiliment qabel l-akkwiżizzjoni. L-akkwiżizzjoni unika tal-ishma ta’ intrapriża ma tikkwalifikax bħala investiment inizjali li joħloq attività ekonomika ġdida.

(15)

“assi intanġibbli” tfisser assi li ma għandhomx forma fiżika jew finanzjarja bħalma huma privattivi, liċenzji, kompetenzi jew proprjetà intellettwali oħra;

(16)

“ħolqien ta’ impjiegi” tfisser żieda netta fl-għadd ta’ impjegati fl-istabbiliment ikkonċernat meta mqabbel mal-medja matul it-12-il xahar preċedenti wara t-tnaqqis mill-għadd ta’ impjiegi maħluqa ta’ kwalunkwe impjieg li jkun intilef matul dak il-perjodu, espress bħala unitajiet lavorattivi annwali;

(17)

“intrapriżi kbar” tfisser intrapriżi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala SMEs skont il-punt (28);

(18)

“proġett ta’ investiment kbir” tfisser investiment inizjali b’kostijiet eliġibbli li jaqbżu l-EUR 50 miljun;

(19)

“intensità massima tal-għajnuna” tfisser l-intensità tal-għajnuna riflessa fil-mapep tal-għajnuna reġjonali stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4, inkluż iż-żieda fl-intensità tal-għajnuna għall-SMEs;

(20)

“għadd ta’ impjegati” tfisser l-għadd ta’ unitajiet lavorattivi annwali, jiġifieri l-għadd ta’ persuni impjegati bħala full-time f’sena waħda; persuni li jaħdmu part-time jew li jiġu impjegati f’xogħol staġjonali jingħaddu fi frazzjonijiet tal-unitajiet lavorattivi annwali;

(21)

“reġjuni ultraperiferiċi” tfisser ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat (29);

(22)

“għajnuna operatorja” tfisser għajnuna maħsuba sabiex tnaqqas l-infiq attwali ta’ intrapriża, inkluż kategoriji ta’ kostijiet bħal kostijiet tal-persunal, materjali, servizzi kuntrattati, komunikazzjonijiet, enerġija, manutenzjoni, kera u amministrazzjoni, iżda teskludi l-ispejjeż marbuta mad-deprezzament u l-kostijiet tal-finanzjament jekk ikunu ġew inklużi fil-kostijiet eliġibbli meta ngħatat l-għajnuna għall-investiment reġjonali;

(23)

“mappa tal-għajnuna reġjonali” tfisser il-lista taż-żoni deżinjati minn Stat Membru f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida u approvata mill-Kummissjoni;

(24)

“rilokazzjoni” tfisser it-trasferiment tal-istess attività jew ta’ attività simili jew parti minnha minn stabbiliment f’parti kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE (l-istabbiliment inizjali) għall-istabbiliment fejn l-investiment megħjun iseħħ f’parti kontraenti oħra għall-Ftehim taż-ŻEE (l-istabbiliment megħjun). Trasferiment iseħħ jekk il-prodott fl-istabbiliment inizjali u f’dawk megħjuna jservi tal-anqas parzjalment l-istess għanijiet u jissodisfa d-domanda jew il-ħtiġijiet tal-istess tip ta’ klijenti u jintilfu impjiegi fl-istess attività jew f’attività simili f’wieħed mill-istabbilimenti inizjali tal-benefiċjarju tal-għajnuna fiż-ŻEE;

(25)

“l-istess attività jew attività simili” tfisser attività fl-istess klassi (kodiċi numeriku b’erba’ ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2;

(26)

“skema ta’ għajnuna settorjali” tfisser skema li tkopri attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ anqas minn ħames klassijiet (kodiċi numeriku b’erba’ ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika NACE Rev. 2;

(27)

“proġett uniku ta’ investiment” tfisser kwalunkwe investiment inizjali relatat mal-istess attività jew ma’ attività simili mibdi mill-benefiċjarju tal-għajnuna fil-livell ta’ grupp f’perjodu ta’ tliet snin mid-data tal-bidu tax-xogħlijiet fuq investiment ieħor megħjun fl-istess reġjun ta’ NUTS 3 (30);

(28)

“SMEs” tfisser intrapriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (31);

(29)

“bidu tax-xogħlijiet” tfisser jew il-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti għall-ordni ta’ tagħmir, jew xi impenn ieħor li jagħmel lill-investiment irriversibbli, skont liema jiġi l-ewwel. Ix-xiri ta’ art u xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba ta’ permessi u t-twettiq ta’ studji preliminari dwar il-fattibbiltà, mhumiex meqjusa bħala bidu tax-xogħlijiet. Fil-każ ta’ akkwiżizzjonijiet, il-“bidu tax-xogħlijiet” tfisser id-data tal-akkwiżizzjoni tal-assi direttament marbuta mal-istabbiliment akkwiżit;

(30)

“żoni skarsament popolati” tfisser dawk iż-żoni deżinjati mill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 169;

(31)

“assi tanġibbli” tfisser assi bħal artijiet, binjiet u impjanti, makkinarju u tagħmir;

(32)

“żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna” tfisser ir-reġjuni ta’ NUTS 2 b’anqas minn tmien abitanti għal kull km2 jew partijiet ta’ reġjuni ta’ NUTS 2 deżinjati mill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 169;

(33)

“kost lavorattiv” tfisser l-ammont totali effettivament pagabbli mill-benefiċjarju tal-għajnuna fir-rigward tal-impjieg ikkonċernat, li jinkludi l-paga gross qabel it-taxxa u kontribuzzjonijiet obbligatorji bħall-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali, spejjeż għall-kura tat-tfal u tal-ġenituri fuq perjodu ta’ żmien definit,

3.   GĦAJNUNA REĠJONALI NOTIFIKABBLI

20.

Fil-prinċipju, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw l-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’Regolament ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 (32).

21.

Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-iskemi ta’ għajnuna reġjonali notifikabbli u għall-għajnuna reġjonali individwali notifikabbli.

22.

L-għajnuna individwali mogħtija skont skema notifikata tibqa’ soġġetta għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat jekk l-għajnuna mis-sorsi kollha taqbeż il-limitu ta’ notifika individwali stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (33) (“GBER”) għall-għajnuna għall-investiment reġjonali.

23.

L-għajnuna individwali mogħtija skont skema notifikata tibqa’ soġġetta wkoll għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-benefiċjarju ma jkunx:

a)

ikkonferma li fis-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna, ma wettaqx rilokazzjoni għall-istabbiliment li fih għandu jsir l-investiment inizjali megħjun, u

b)

impenja ruħu li ma jwettaqx tali rilokazzjoni sa perjodu ta’ sentejn wara t-tlestija tal-investiment inizjali.

4.   KOSTIJIET ELIĠIBBLI

4.1.   Għajnuna għall-investiment

24.

Il-kostijiet eliġibbli huma kif ġej:

1)

il-kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli; jew

2)

il-kostijiet lavorattivi stmati li jirriżultaw mill-ħolqien tax-xogħol bħala riżultat ta’ investiment inizjali, ikkalkulati fuq perjodu ta’ sentejn; jew

3)

taħlita ta’ parti tal-kostijiet imsemmija fil-punt 1) u 2) iżda li ma taqbiżx l-ammont ta’ 1) jew 2), skont liema jkun l-ogħla.

25.

Meta l-kostijiet eliġibbli jiġu stabbiliti abbażi ta’ kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli, huma eliġibbli biss il-kostijiet tal-assi li jagħmlu parti mill-investiment inizjali fl-istabbiliment tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jinsab fiż-żona megħjuna fil-mira.

26.

B’deroga mill-kundizzjoni fil-paragrafu 25, l-assi tal-għodod destinati għall-fornituri (34) jistgħu jiġu inklużi fl-ispejjeż eliġibbli tal-intrapriża li tkun akkwistathom (jew ipproduċiethom) jekk jintużaw matul il-perjodu minimu ta’ manutenzjoni sħiħ ta’ ħames snin għal intrapriżi kbar, u tliet snin għall-SMEs, għal operazzjoni ta’ pproċessar jew assemblaġġ tal-benefiċjarju tal-għajnuna marbuta direttament ma’ proċess ta’ produzzjoni bbażat fuq l-investiment inizjali megħjun tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Din id-deroga hija applikabbli sakemm l-istabbiliment tal-fornitur ikun jinsab f’żona megħjuna, il-fornitur innifsu ma jirċevix għajnuna għall-investiment reġjonali jew għajnuna għall-investiment għall-SMEs skont l-Artikolu 17 tal-GBER għall-assi kkonċernati, u l-intensità tal-għajnuna ma taqbiżx l-intensità massima rilevanti tal-għajnuna applikabbli għall-post tal-istabbiliment tal-fornitur. Kwalunkwe aġġustament tal-intensità tal-għajnuna għal proġetti kbar ta’ investiment japplika wkoll għall-għajnuna kkalkulata għall-kostijiet tal-assi tal-għodod destinati għall-fornituri, li huma kkunsidrati li jiffurmaw parti mill-kost tal-investiment kumplessiv tal-investiment inizjali.

4.1.1.   Kostijiet eliġibbli kkalkulati abbażi tal-kostijiet tal-investiment

27.

L-assi akkwiżiti jridu ikunu ġodda, minbarra għall-SMEs jew fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ stabbiliment (35).

28.

Għall-SMEs, sa 50 % tal-kostijiet tal-istudji preparatorji jew tal-kostijiet ta’ konsulenza marbuta mal-investiment jistgħu jitqiesu wkoll bħala kostijiet eliġibbli.

29.

Għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, l-ispejjeż eliġibbli jridu jaqbżu d-deprezzament tal-assi marbuta mal-attività li tkun trid tiġi mmodernizzata matul it-tliet snin fiskali preċedenti.

30.

Fil-każ ta’ għajnuna mogħtija għal diversifikazzjoni ta’ stabbiliment eżistenti, il-kostijiet eliġibbli jridu jaqbżu l-valur kontabilistiku tal-assi li jkunu qed jerġgħu jintużaw b’mill-anqas 200 %, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta’ qabel bdew ix-xogħlijiet.

31.

Il-kostijiet marbuta mal-lokazzjoni ta’ assi tanġibbli jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

1)

fil-każ ta’ art u bini, il-lokazzjoni trid tkompli għal mill-inqas ħames snin wara d-data li fiha huwa mistenni li jitlesta l-investiment fil-każ ta’ kumpaniji kbar, u għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs;

2)

fil-każ ta’ impjanti jew makkinarju, il-lokazzjoni trid tieħu l-forma ta’ lokazzjoni finanzjarja u trid tinkludi obbligu għall-benefiċjarju tal-għajnuna biex jixtri l-assi malli jiskadi t-terminu tal-lokazzjoni.

32.

Fil-każ ta’ investiment inizjali kif imsemmi fil-paragrafu 19(13)(b) jew 19(14)(b), fil-prinċipju jenħtieġ li jitqiesu biss il-kostijiet tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej. Madankollu, jekk membru tal-familja tas-sid oriġinali, jew impjegat, jieħu f’idejh intrapriża żgħira, il-kundizzjoni li l-assi jridu jinxtraw minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej ma tapplikax. It-tranżazzjoni trid isseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Jekk l-akkwiżizzjoni tal-assi ta’ stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, il-kostijiet eliġibbli ta’ dak l-investiment addizzjonali jenħtieġ li jiġu miżjuda mal-kostijiet tal-akkwiżizzjoni tal-assi tal-istabbiliment.

33.

Fil-każ ta’ intrapriżi kbar, il-kostijiet ta’ assi intanġibbli huma eliġibbli biss sa limitu ta’ 50 % tal-kostijiet ta’ investiment eliġibbli totali għall-investiment inizjali. Għall-SMEs, 100 % tal-ispejjeż tal-assi intanġibbli huma eliġibbli.

34.

L-assi intanġibbli li jistgħu jitqiesu għall-kalkolu tal-kostijiet tal-investiment iridu jibqgħu assoċjati maż-żona kkonċernata u ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal żoni oħrajn. Għal dan il-għan, l-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1)

iridu jintużaw esklussivament fl-istabbiliment li qed jirċievi l-għajnuna;

2)

iridu jkunu amortizzabbli;

3)

iridu jinxtraw skont kundizzjonijiet tas-suq minn partijiet terzi mhux relatati mal-akkwirent;

4)

iridu jiġu inklużi fl-assi tal-intrapriża li tkun qed tirċievi l-għajnuna u jridu jibqgħu assoċjati mal-proġett li għalih tkun ingħatat l-għajnuna għal mill-anqas ħames snin (tliet snin għall-SMEs).

4.1.2.   Kostijiet eliġibbli kkalkulati abbażi tal-kostijiet lavorattivi

35.

L-għajnuna reġjonali tista’ tiġi kkalkulata wkoll b’referenza għall-kostijiet lavorattivi previsti marbuta mal-impjiegi maħluqa bħala riżultat ta’ investiment inizjali. L-għajnuna tista’ tikkumpensa biss l-ispejjeż tal-pagi relatati mal-ħolqien tal-impjiegi, ikkalkulati fuq sentejn, u l-intensità tal-għajnuna li tirriżulta ma tridx taqbeż l-intensità massima applikabbli tal-għajnuna fiż-żona kkonċernata.

36.

Meta l-kostijiet eliġibbli jiġu kkalkulati b’referenza għall-kostijiet lavorattivi stmati kif imsemmi fil-paragrafu 35, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1)

il-proġett ta’ investiment irid iwassal għall-ħolqien tal-impjiegi;

2)

kull pożizzjoni trid timtela fi żmien tliet snin mit-tlestija tal-investiment;

3)

kull impjieg li jinħoloq permezz tal-investiment irid jinżamm fiż-żona kkonċernata għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin mid-data li fiha tkun imtliet il-pożizzjoni għall-ewwel darba, jew għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs.

4.2.   Għajnuna operatorja

37.

Il-kostijiet eliġibbli fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna operatorja jridu jkunu predefiniti u attribwibbli bis-sħiħ għall-problemi li l-għajnuna hija maħsuba li tindirizza, kif muri mill-Istat Membru.

38.

Fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-iskemi ta’ għajnuna operatorja jistgħu jagħmlu tajjeb għall-kostijiet operatorji addizzjonali mġarrba f’dawk ir-reġjuni bħala riżultat dirett ta’ restrizzjoni jew ta’ restrizzjonijiet permanenti msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat. Dawn il-kostijiet addizzjonali jridu jiġu kkwantifikati u mqabblin mal-kostijiet imġarrba minn intrapriżi simili stabbiliti f’reġjuni oħra tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI

39.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra miżura ta’ għajnuna reġjonali kompatibbli mal-Artikolu 107(3) tat-Trattat biss jekk l-għajnuna tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali. L-għan irid ikun jew li jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni “a” jew li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ żoni “c” (Taqsima 5.1) u barra minn hekk irid jissodisfa kull wieħed mill-kriterji li ġejjin:

1)

effett ta’ inċentiv: l-għajnuna trid tbiddel l-imġiba tal-intrapriżi kkonċernati b’tali mod li dawn iwettqu attività addizzjonali li mingħajr l-għajnuna ma kinux jagħmlu jew kienu jagħmlu b’mod ristrett jew differenti jew f’post differenti; (Taqsima 5.2)

2)

il-ħtieġa għal intervent mill-Istat: miżura ta’ għajnuna mill-Istat trid tkun immirata lejn sitwazzjoni fejn l-għajnuna tista’ ġġib magħha titjib materjali li s-suq ma jkunx kapaċi jġib waħdu, pereżempju billi tirrimedja falliment tas-suq jew billi tindirizza tħassib ta’ ekwità jew ta’ koeżjoni; (Taqsima 5.3)

3)

l-adegwatezza tal-miżura ta’ għajnuna: il-miżura ta’ għajnuna proposta trid tkun strument ta’ politika adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv tagħha; (Taqsima 5.4)

4)

il-proporzjonalità tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ): l-għajnuna trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex tippromwovi l-investiment jew l-attività addizzjonali fiż-żona kkonċernata; (Taqsima 5.5)

5)

l-evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri: l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ iridu jiġu misbuqa mill-effetti pożittivi; (Taqsima 5.6)

6)

it-trasparenza tal-għajnuna: l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jrid ikollhom aċċess faċli għall-atti u għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-għajnuna li tingħata (Taqsima 5.7).

40.

Il-bilanċ kumplessiv ta’ ċerti kategoriji ta’ skemi jista’ jkun soġġett ukoll għal rekwiżit li titwettaq evalwazzjoni ex post, kif deskritt fit-Taqsima 6. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tillimita t-tul tal-iskemi (normalment għal erba’ snin jew anqas) bil-possibbiltà li terġa’ tinnotifika l-estensjoni tad-data ta’ skadenza tagħhom wara dan.

41.

Jekk miżura ta’ għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet mehmużin magħha (inkluż il-metodu ta’ finanzjament tagħha meta dan jifforma parti integrali mill-miżura ta’ għajnuna mill-Istat), jew l-attività li tiffinanzja jkunu jinvolvu ksur ta’ dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-UE, l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern (36).

5.1.   Kontribut għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali

42.

L-objettiv primarju tal-għajnuna reġjonali huwa l-iżvilupp ekonomiku taż-żoni żvantaġġati tal-UE. Billi tippromwovi u tiffaċilita l-iżvilupp sostenibbli ta’ żoni megħjuna, l-għajnuna tikkontribwixxi għall-politika ta’ koeżjoni territorjali tal-UE, li għandha l-għan li ttejjeb il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi tnaqqas l-inugwaljanzi fil-livell ta’ żvilupp bejn iż-żoni.

5.1.1.   Skemi ta’ għajnuna għall-investiment

43.

L-iskemi ta’ għajnuna reġjonali jenħtieġ li jiffurmaw parti integrali minn strateġija ta’ żvilupp reġjonali b’objettivi definiti b’mod ċar.

44.

L-Istati Membri jridu juru li l-iskema hija konsistenti mal-istrateġija ta’ żvilupp taż-żona kkonċernata u tikkontribwixxi għaliha. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għal evalwazzjonijiet ta’ skemi ta’ għajnuna mill-Istat, valutazzjonijiet tal-impatt antiki magħmula mill-awtoritajiet awtorizzanti, jew opinjonijiet esperti. Sabiex jiġi żgurat li l-iskema ta’ għajnuna tikkontribwixxi għall-istrateġija ta’ żvilupp, trid tinkludi metodu li jippermetti lill-awtoritajiet awtorizzanti jipprijoritizzaw u jagħżlu l-proġetti tal-investiment li jissodisfaw l-objettivi tal-iskema (pereżempju, abbażi ta’ metodu formali tal-għoti ta’ punteġġi).

45.

L-iskemi ta’ għajnuna reġjonali jistgħu jiġu stabbiliti f’żoni “a” biex jappoġġaw investimenti inizjali ta’ SMEs jew ta’ intrapriżi kbar. F’żoni “c”, l-iskemi jistgħu jiġu stabbiliti biex jappoġġaw investimenti inizjali ta’ SMEs u investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda ta’ intrapriżi kbar.

46.

Meta tagħti l-għajnuna għal proġetti individwali ta’ investiment abbażi ta’ skema, l-awtorità awtorizzanti trid tikkonferma li l-proġett magħżul se jikkontribwixxi għall-objettiv tal-iskema u b’hekk għall-istrateġija ta’ żvilupp fiż-żona kkonċernata. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jirreferu għall-informazzjoni pprovduta mill-applikant għall-għajnuna fil-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna li fiha jiddeskrivu l-effetti pożittivi tal-investiment fuq l-iżvilupp taż-żona kkonċernata (37).

47.

Biex jiġi żgurat li l-investiment jagħti kontribut veru u sostnut għall-iżvilupp taż-żona kkonċernata, l-investiment irid jinżamm f’dik iż-żona għal mill-anqas ħames snin, jew għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs, wara li jitlesta l-investiment (38).

48.

Biex jiġi żgurat li l-investiment huwa vijabbli, l-Istat Membru jrid jiżgura li l-benefiċjarju tal-għajnuna jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mill-anqas 25 % (39) tal-kostijiet eliġibbli, mir-riżorsi proprji jew permezz ta’ finanzjament estern, f’għamla li hija eżenti minn kwalunkwe appoġġ pubbliku (40).

49.

Sabiex jiġi evitat li l-miżuri tal-għajnuna mill-Istat iwasslu għal ħsara ambjentali, l-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, inkluż b’mod partikolari l-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali meta l-liġi titlob li jsir dan u li jinkisbu l-permessi rilevanti kollha.

5.1.2.   Għajnuna individwali notifikabbli għall-investiment

50.

Sabiex juru l-kontribut tal-għajnuna individwali għall-investiment notifikabbli għall-iżvilupp reġjonali, l-Istati Membri jistgħu jużaw indikaturi varji, bħal dawk imsemmija hawn taħt, li jistgħu jkunu kemm diretti (pereżempju, il-ħolqien ta’ impjiegi diretti) kif ukoll indiretti (pereżempju, innovazzjoni lokali):

1)

L-għadd ta’ impjiegi diretti maħluqa permezz tal-investiment huwa indikatur importanti tal-kontribut għall-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni territorjali. Il-kwalità u d-durabbiltà tal-impjiegi maħluqa u l-livell ta’ ħila meħtieġ jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll.

2)

Għadd saħansitra ogħla ta’ impjiegi ġodda jistgħu jinħolqu fin-network lokali ta’ (sotto)fornituri, li jgħinu sabiex l-investiment jiġi integrat aħjar fiż-żona kkonċernata u jiġu żgurati effetti konsegwenzjali aktar mifruxa. Għaldaqstant l-għadd ta’ impjiegi indiretti maħluqa huwa indikatur li jrid jiġi kkunsidrat ukoll.

3)

Impenn min-naħa tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jipparteċipa f’attivitajiet estensivi ta’ taħriġ sabiex jittejbu l-ħiliet (ġenerali u speċifiċi) tal-forza tax-xogħol tiegħu, se jitqies bħala fattur li jikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni territorjali. Sejra ssir enfasi wkoll fuq l-għoti ta’ traineeships jew ta’ apprendistati, speċjalment għaż-żgħażagħ u fuq it-taħriġ li jtejjeb l-għarfien u l-impjegabbiltà tal-ħaddiema barra mill-kumpanija.

4)

Ekonomiji ta’ skala esterni jew benefiċċji oħra mill-perspettiva ta’ żvilupp reġjonali jistgħu jinħolqu bħala riżultat tal-prossimità (effett ta’ raggruppament). Ir-raggruppament ta’ kumpaniji fl-istess industrija jippermetti li impjanti individwali jispeċjalizzaw aktar, u dan iwassal għal effiċjenza akbar. Madankollu, l-importanza ta’ dan l-indikatur fid-determinazzjoni tal-kontribut għall-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni territorjali tiddependi fuq l-istat ta’ żvilupp tar-raggruppament.

5)

L-investimenti jinkorporaw għarfien tekniku u jistgħu jkunu s-sors ta’ trasferiment tat-teknoloġija (trasferiment tal-għarfien). Investimenti li jsiru f’industriji teknoloġikament intensivi huma aktar probabbli li jinvolvu t-trasferiment tat-teknoloġija lejn iż-żona kkonċernata. Il-livell u l-ispeċifiċità tat-tixrid tal-għarfien huma importanti wkoll f’dan ir-rigward.

6)

Jista’ jitqies ukoll il-kontribut tal-proġetti għall-kapaċità taż-żona li toħloq teknoloġija ġdida bis-saħħa tal-innovazzjoni lokali. Il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet lokalitar-riċerka u tat-tixrid tal-għarfien, bħal universitajiet jew istituti tar-riċerka tista’ titqies b’mod pożittiv f’dan ir-rigward.

7)

It-tul ta’ żmien tal-investiment u investimenti possibbli ta’ segwitu fil-ġejjieni huma indikazzjoni ta’ impenn dejjiemi min-naħa ta’ intrapriża fiż-żona kkonċernata.

51.

L-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jista’ jipprovdi informazzjoni dwar l-ammont ta’ impjiegi li sejrin jinħolqu, is-salarji li jridu jitħallsu (żieda fil-ġid domestiku bħala effett konsegwenzjali), il-volum tal-akkwiżizzjonijiet mingħand produtturi lokali, il-fatturat iġġenerat mill-investiment u li minnu possibbilment tibbenefika ż-żona permezz ta’ dħul addizzjonali mit-taxxa.

52.

Għall-għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli, japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 47 sa 49.

53.

Fil-każ ta’ għajnuna ad hoc (41), minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 50 sa 52, l-Istati Membri jridu juru li l-proġett huwa koerenti mal-istrateġija tal-iżvilupp taż-żona kkonċernata u li jikkontribwixxi għaliha.

5.1.3.   Skemi ta’ għajnuna operatorja

54.

Skemi ta’ għajnuna operatorja jippromwovu l-iżvilupp ta’ żoni megħjuna biss jekk l-isfidi ffaċċjati minn dawn iż-żoni jkunu kjarament identifikati bil-quddiem. L-ostakli biex jattiraw jew biex iżommu l-attività ekonomika jistgħu jkunu tant gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment waħedha ma tkunx biżżejjed biex dawn iż-żoni jiżviluppaw.

55.

Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba biex tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi ffaċċjati minn SMEs f’żoni “a”, l-Istati Membri kkonċernati jridu juru l-eżistenza u l-livell ta’ dawn id-diffikultajiet speċifiċi u jridu juru l-ħtieġa ta’ skema ta’ għajnuna operatorja minħabba li dawk id-diffikultajiet speċifiċi ma jistgħux jingħelbu bl-għajnuna għall-investiment.

56.

Fir-rigward tal-għajnuna operatorja biex tikkumpensa għal spejjeż addizzjonali speċifiċi fir-reġjuni ultraperiferiċi, it-tipi ta’ restrizzjonijiet permanenti li jirrestrinġu b’mod sever l-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi huma stabbiliti fl-Artikolu 349 tat-Trattat. Dawn jinkludu d-distanza, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli, u d-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti. L-Istati Membri jridu jidentifikaw il-kostijiet addizzjonali speċifiċi relatati ma’ dawn ir-restrizzjonijiet permanenti li l-iskema ta’ għajnuna operatorja hija maħsuba li tikkumpensa għalihom.

57.

Fir-rigward tal-għajnuna operatorja maħsuba biex tipprevjeni jew tnaqqas id-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u f’żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, l-Istati Membri jridu juru r-riskju tad-depopolazzjoni fil-każ li ma tingħatax l-għajnuna operatorja.

5.2.   Effett ta’ inċentiv

5.2.1.   Għajnuna għall-investiment

58.

L-għajnuna reġjonali tista’ tinstab kompatibbli mas-suq intern biss jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Għajnuna mill-Istat titqies li għandha effett ta’ inċentiv meta din tibdel l-imġiba ta’ intrapriża b’tali mod li din twettaq attività addizzjonali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ żona, li mingħajr l-għajnuna, ma kinitx twettaq jew kienet tagħmel dan biss b’mod limitat jew differenti jew f’post ieħor. L-għajnuna ma tridx tissussidja l-kostijiet ta’ attività li intrapriża xorta waħda kienet twettaq u ma tridx tikkumpensa għar-riskju kummerċjali normali ta’ attività ekonomika.

59.

L-effett ta’ inċentiv jista’ jiġi ppruvat b’żewġ modi:

1)

l-għajnuna tagħti inċentiv biex tittieħed deċiżjoni pożittiva biex isir investiment fiż-żona kkonċernata għaliex inkella l-investiment ma jkunx profittabbli biżżejjed għall-benefiċjarju tal-għajnuna fi kwalunkwe post fiż-ŻEE (42) (xenarju 1, deċiżjoni ta’ investiment),

2)

l-għajnuna tagħti inċentiv sabiex investiment ippjanat isir fiż-żona kkonċernata minflok xi mkien ieħor għaliex jikkumpensa għall-iżvantaġġi u għall-kostijiet netti tal-investiment f’post fiż-żona kkonċernata (xenarju 2, deċiżjoni dwar l-għażla tal-post).

60.

Jekk l-għajnuna ma tbiddilx l-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna billi tistimola investiment inizjali (addizzjonali) fiż-żona kkonċernata, jista’ jitqies li l-istess investiment kien isir fiż-żona anke mingħajr l-għajnuna. Għalhekk, l-għajnuna ma għandhiex effett ta’ inċentiv biex jintlaħaq l-għan ta’ żvilupp reġjonali u ta’ koeżjoni territorjali u ma tistax tiġi approvata bħala kompatibbli mas-suq intern skont dawn il-Linji Gwida.

61.

Madankollu, fil-każ ta’ għajnuna reġjonali li tingħata minn fondi tal-politika ta’ koeżjoni jew mill-FAEŻR f’żoni “a” għal investimenti meħtieġa biex jinkisbu l-istandards stabbiliti mid-dritt tal-UE, l-għajnuna tista’ titqies li għandha effett ta’ inċentiv, jekk fin-nuqqas tal-għajnuna, ma kienx ikun profitabbli biżżejjed għall-benefiċjarju tal-għajnuna li jagħmel l-investiment fiż-żona kkonċernata, u b’hekk dan kien iwassal għall-għeluq ta’ stabbiliment eżistenti f’dik iż-żona.

5.2.1.1.   Skemi ta’ għajnuna għall-investiment

62.

Ix-xogħlijiet fuq investiment individwali jistgħu jibdew biss wara li tiġi sottomessa l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna.

63.

Jekk ix-xogħlijiet jibdew qabel ma tiġi sottomessa l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna, kwalunkwe għajnuna li tingħata fir-rigward ta’ dak l-investiment individwali ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern.

64.

L-Istati Membri jridu jissottomettu formola standard ta’ applikazzjoni għall-għajnuna li tinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness VII. Fil-formola tal-applikazzjoni, l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar iridu jispjegaw, b’xenarju kontrofattwali, x’kien jiġri kieku ma jkunux irċevew l-għajnuna billi jindikaw liema mix-xenarji deskritti fil-paragrafu 59 japplika għalihom.

65.

Barra minn hekk, intrapriżi kbar iridu jissottomettu evidenza dokumentata li ssostni x-xenarju kontrofattwali deskritt fil-formola tal-applikazzjoni. L-SMEs mhumiex soġġetti għal obbligu bħal dan fir-rigward ta’ għajnuna mhux notifikabbli mogħtija skont skema.

66.

L-awtorità awtorizzanti trid twettaq kontroll tal-kredibilità tax-xenarju kontrofattwali u tivverifika li l-għajnuna reġjonali għandha l-effett ta’ inċentiv meħtieġ li jikkorrispondi għal wieħed mix-xenarji deskritti fil-paragrafu 59. Xenarju kontrofattwali jitqies kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju tal-għajnuna jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment.

5.2.1.2.   Għajnuna individwali notifikabbli għall-investiment

67.

Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 62 sa 66, fil-każ ta’ għajnuna individwali notifikabbli, l-Istati Membri jridu jipprovdu evidenza ċara li turi li l-għajnuna verament għandha impatt fuq id-deċiżjoni tal-investiment jew fuq l-għażla tal-post (43). Dawn iridu jispeċifikaw liema xenarju minn dawk deskritti fil-paragrafu 59 japplika. Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni komprensiva, l-Istati Membri ma jridux jipprovdu biss l-informazzjoni dwar il-proġett iżda anke deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali, li fih l-applikant ma jingħata ebda għajnuna minn ebda awtorità pubblika fiż-ŻEE.

68.

Fix-xenarju 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prova li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv billi jipprovdu d-dokumenti tal-intrapriża li juru li l-investiment ma jkunx profitabbli biżżejjed mingħajr l-għajnuna.

69.

Fix-xenarju 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prova li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv billi jipprovdu d-dokumenti tal-intrapriża li juru li sar tqabbil bejn il-kostijiet u l-benefiċċji ta’ lokalizzazzjoni fiż-żona kkonċernata u dawk f’żoni alternattivi. Il-Kummissjoni tivverifika jekk dawn il-paraguni humiex realistiċi.

70.

L-Istati Membri huma mistiedna jibbażaw fuq dokumenti ġenwini u uffiċjali tal-bord, valutazzjonijiet tar-riskji (inkluż il-valutazzjoni ta’ riskji speċifiċi għall-post), rapporti finanzjarji, pjanijiet operazzjonali interni, opinjonijiet esperti u studji oħrajn relatati mal-proġett ta’ investiment li jkun qed jiġi vvalutat. Dawk id-dokumenti jeħtieġ li jkunu kontemporanji għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment jew dwar il-post tiegħu. Dokumenti li jkun fihom tagħrif dwar it-tbassir tad-domanda, it-tbassir tal-kostijiet, it-tbassir finanzjarju, dokumenti li jiġu ppreżentati lil kumitat tal-investimenti u li jelaboraw fuq xenarji ta’ investiment, jew dokumenti pprovduti lill-istituzzjonijiet finanzjarji, jistgħu jgħinu lill-Istati Membri juru l-effett ta’ inċentiv.

71.

F’dan il-kuntest, u b’mod partikolari fix-xenarju 1, il-livell ta’ profitabbiltà jista’ jiġi evalwat bl-użu ta’ metodoloġiji li huma prattika standard fl-industrija partikolari, li jistgħu jinkludu metodi għall-evalwazzjoni tal-valur preżenti nett (VPN) tal-proġett (44), tar-rata ta’ redditu interna (IRR) (45) jew tar-redditu medju fuq il-kapital investit (ROCE). Il-profitabbiltà tal-proġett għandha tiġi mqabbla mar-rati normali ta’ redditu applikati mill-benefiċjarju fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ natura simili. Fejn dawn ir-rati ma jkunux disponibbli, il-profitabbiltà tal-proġett trid tiġi mqabbla mal-kost tal-kapital tal-benefiċjarju b’mod ġenerali jew mar-rati ta’ redditu osservati b’mod komuni fl-industrija kkonċernata.

72.

Jekk l-għajnuna ma tbiddilx l-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna billi tistimula investiment (addizzjonali) fiż-żona, ma hemm l-ebda effett pożittiv għaż-żona. Għalhekk, l-għajnuna ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern jekk ikun jidher li l-istess investiment kien isir fiż-żona anke mingħajr l-għoti tal-għajnuna.

5.2.2.   Skemi ta’ għajnuna operatorja

73.

Fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna operatorja, l-għajnuna titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta’ attività ekonomika fiż-żona kkonċernata jonqos b’mod sinifikanti minħabba l-problemi li l-għajnuna hija mmirata li tindirizza.

74.

Għalhekk, il-Kummissjoni se tqis li l-għajnuna operatorja tipprovdi inċentiv għal attività ekonomika addizzjonali fiż-żona, jekk l-Istat Membru jkun wera l-eżistenza u n-natura sostanzjali ta’ dawn il-problemi fiż-żona (ara l-paragrafu 54 sa 57).

5.3.   Ħtieġa ta’ intervent mill-Istat

75.

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex neċessarja biex jintlaħaq l-objettiv ta’ żvilupp reġjonali u ta’ koeżjoni territorjali, jeħtieġ li l-ewwel issir dijanjożi tal-problema. L-għajnuna mill-Istat jenħtieġ li tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tista’ twassal għal titjib materjali li s-suq mhuwiex kapaċi jipprovdi. Dan huwa partikolarment importanti f’kuntest ta’ riżorsi pubbliċi skarsi.

76.

Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkoreġu fallimenti tas-suq u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u jsaħħu l-kompetittività. Meta s-swieq jipprovdu eżiti effiċjenti iżda tali eżiti jitqiesu bħala mhux sodisfaċenti f’termini ta’ ekwità jew ta’ koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat tista’ tintuża biex jinkiseb riżultat tas-suq aktar mixtieq u ekwu.

77.

Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija għall-iżvilupp ta’ żoni inklużi fil-mappa tal-għajnuna reġjonali f’konformità mar-regoli żviluppati fit-taqsima 7 ta’ dawn il-Linji Gwida, il-Kummissjoni tqis li f’dawn iż-żoni, is-suq mhux iwassal l-eżiti li jirriżultaw f’livell sodisfaċenti ta’ żvilupp ekonomiku tar-reġjun u ta’ koeżjoni territorjali mingħajr l-intervent mill-Istat. Għalhekk, l-għajnuna mogħtija f’dawk iż-żoni hija meqjusa neċessarja.

5.4.   Adegwatezza tal-għajnuna reġjonali

78.

Il-miżura ta’ għajnuna trid tkun strument ta’ politika adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv ta’ politika kkonċernat. Miżura ta’ għajnuna ma titqiesx kompatibbli jekk strumenti ta’ politika anqas distortivi jew tipi oħrajn ta’ strumenti ta’ għajnuna anqas distortivi jippermettu li jinkiseb l-istess kontribut pożittiv għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali.

5.4.1.   Adegwatezza fost strumenti ta’ politika alternattivi

5.4.1.1.   Għajnuna għall-investiment

79.

L-għajnuna għall-investiment reġjonali mhijiex l-uniku strument politiku disponibbli għall-Istati Membri biex isaħħu l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol f’żoni megħjuna. L-Istati Membri jistgħu jużaw miżuri oħrajn bħall-iżvilupp tal-infrastruttura, it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, jew it-titjib fl-ambjent kummerċjali.

80.

Meta jinnotifikaw skema ta’ għajnuna għall-investiment, l-Istati Membri jridu jindikaw għaliex l-għajnuna reġjonali hija strument xieraq biex tgħin fl-iżvilupp taż-żona.

81.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta skema ta’ għajnuna settorjali, irid juri l-vantaġġi ta’ li jagħmel dan minflok juża skema multisettorjali jew opzjonijiet politiki oħrajn.

82.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tqis kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt tal-iskema ta’ għajnuna proposta li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli. Bl-istess mod, tista’ tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post deskritti fit-Taqsima 6 biex tivvaluta l-adegwatezza tal-iskema proposta.

83.

Fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment ad hoc, l-Istati Membri jridu juru kif l-għajnuna tista’ tikkontribwixxi aħjar għall-iżvilupp taż-żona mill-għajnuna taħt skema jew tipi oħrajn ta’ miżuri.

5.4.1.2.   Skemi ta’ għajnuna operatorja

84.

L-Istati Membri jridu juru li l-għajnuna hija adegwata biex jintlaħaq l-objettiv tal-iskema għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. Sabiex juru li l-għajnuna hija adegwata, l-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-għajnuna ex ante bħala somma fissa li tkopri l-kostijiet addizzjonali mistennija matul perjodu partikolari, bħala inċentiv għall-intrapriżi biex jikkontrollaw il-kostijiet u jiżviluppaw in-negozju tagħhom b’mod aktar effiċjenti maż-żmien (46).

5.4.2.   Adegwatezza fost strumenti differenti ta’ għajnuna

85.

L-għajnuna reġjonali tista’ tingħata f’diversi forom. Madankollu l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-għajnuna tingħata fil-forma li aktarx se jkollha l-anqas distorsjonijiet fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni. Jekk l-għajnuna tingħata f’għamliet li jipprovdu vantaġġ pekunarju dirett (pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxi, fis-sigurtà soċjali jew f’imposti obbligatorji oħrajn, jew il-provvediment ta’ art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.), l-Istati Membri jridu juru għaliex għamliet ta’ għajnuna oħrajn li potenzjalment joħolqu anqas distorsjoni, bħal self bil-quddiem ripagabbli jew bħal għajnuna li hija bbażata fuq strumenti ta’ dejn jew ta’ ekwità (pereżempju, self b’imgħax baxx jew ribassi tal-imgħax, garanziji tal-Istat, ix-xiri ta’ parteċipazzjoni azzjonarja jew forniment alternattiv ta’ kapital b’termini favorevoli), mhumiex adegwati.

86.

Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post, kif deskritt fit-Taqsima 6 jistgħu jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-istrument ta’ għajnuna propost.

5.5.   Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ)

5.5.1.   Għajnuna għall-investiment

87.

L-ammont tal-għajnuna reġjonali jrid ikun limitat għall-minimu meħtieġ biex jinduċi investimenti jew attività addizzjonali fiż-żona kkonċernata.

88.

Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u kundizzjonijiet ekwi, il-Kummissjoni tapplika intensitajiet massimi tal-għajnuna (47) għal għajnuna għall-investiment.

89.

Fil-każ ta’ proġett ta’ investiment inizjali, l-intensità massima tal-għajnuna u l-ammont massimu tal-għajnuna (48) (l-ammont aġġustat tal-għajnuna (49) u l-intensità tal-għajnuna mnaqqsa relatata fil-każ ta’ proġett kbir ta’ investiment) iridu jiġu kkalkolati mill-awtorità awtorizzanti meta tingħata l-għajnuna jew meta l-għajnuna tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, skont liema jiġi l-ewwel.

90.

Minħabba li proġetti kbar ta’ investiment huma probabbli li jwasslu għal distorsjonijiet akbar tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-ammont tal-għajnuna għal dawn il-proġetti ma jridx jaqbeż l-ammont aġġustat tal-għajnuna.

91.

Meta l-investiment inizjali jkun parti minn proġett uniku ta’ investiment u dak il-proġett uniku ta’ investiment jkun proġett kbir ta’ investiment, l-ammont tal-għajnuna għall-proġett uniku ta’ investiment ma jridx jaqbeż l-ammont aġġustat tal-għajnuna. Ir-rata tal-kambju u r-rata ta’ skont li għandhom jiġu applikati għall-finijiet ta’ din ir-regola huma dawk applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna għall-ewwel proġett fil-proġett ta’ investiment uniku.

92.

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna jaqdu skop doppju.

93.

L-ewwel, fil-każ ta’ skemi notifikabbli, dawn l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna jservu bħala protezzjoni xierqa għall-SMEs: sakemm l-intensità tal-għajnuna tibqa’ anqas mill-massimu permess, l-għajnuna titqies li hija proporzjonata.

94.

It-tieni, għall-każijiet l-oħrajn kollha, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jintużaw bħala limitu massimu għall-approċċ tal-kostijiet addizzjonali netti deskritt fil-paragrafi 95 sa 97.

95.

Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni se tqis li l-għajnuna individwali notifikabbli hija limitata għall-minimu, jekk l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-kostijiet addizzjonali netti tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel mal-kontrofattwali fin-nuqqas tal-għajnuna (50), bl-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu. Bl-istess mod, fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment mogħtija lil intrapriżi kbar skont skemi notifikabbli, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-ammont tal-għajnuna jkun limitat għall-minimu abbażi ta’ “approċċ tal-kostijiet addizzjonali netti”, bl-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala l-limitu massimu.

96.

Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet dwar investiment) l-ammont tal-għajnuna jenħtieġ li ma jaqbiżx il-minimu meħtieġ sabiex il-proġett ikun profitabbli biżżejjed, pereżempju biex l-IRR tiegħu tiżdied aktar mir-rata normali applikata mill-intrapriża fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ tip simili jew, meta disponibbli, biex l-IRR tiegħu tiżdied aktar mill-kost tal-kapital tal-benefiċjarju b’mod ġenerali jew aktar mir-rati ta’ redditu komunement miksubin f’dik l-industrija.

97.

Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (inċentivi tal-post), jenħtieġ li l-ammont tal-għajnuna ma jaqbiżx id-differenza bejn il-VPN tal-investiment fiż-żona fil-mira u l-VPN fil-post alternattiv. Il-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha jridu jiġu kkunsidrati, inkluż pereżempju, il-kostijiet amministrattivi, il-kostijiet għat-trasport, il-kostijiet għat-taħriġ li mhumiex koperti minn għajnuna għat-taħriġ kif ukoll id-differenzi fil-pagi. Madankollu, f’każ li l-post alternattiv ikun jinsab fiż-ŻEE, is-sussidji f’dak il-post ma jistgħux jiġu kkunsidrati.

98.

Il-kalkoli użati għall-analiżi tal-effett ta’ inċentiv jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna hijiex proporzjonata. L-Istati Membri jridu juru l-proporzjonalità abbażi ta’ dokumentazzjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu 70.

99.

L-għajnuna għall-investiment tista’ tingħata fl-istess ħin fil-qafas ta’ diversi skemi ta’ għajnuna reġjonali jew b’mod kumulattiv ma’ għajnuna reġjonali ad hoc, bil-kundizzjoni li t-total tal-għajnuna mis-sorsi kollha ma jeċċedix l-intensità massima tal-għajnuna għal kull proġett li trid tiġi kkalkulata minn qabel mill-ewwel awtorità awtorizzanti. Kwalunkwe għajnuna mill-Istat oħra, fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli, li jitrikkbu parzjalment jew kompletament, tista’ tiġi akkumulata biss jekk ma tirriżultax fil-qbiż tal-ogħla intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont ir-regoli tematiċi applikabbli. Il-kontrolli tal-akkumulazzjoni jridu jitwettqu kemm meta l-għajnuna tingħata kif ukoll meta l-għajnuna titħallas (51). Jekk l-Istat Membru jippermetti li l-għajnuna mill-Istat taħt skema waħda tiġi kkombinata ma’ għajnuna mill-Istat taħt skemi oħra, irid jispeċifika, f’kull skema, il-metodu li permezz tiegħu se jiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.

100.

Għal investiment inizjali relatat ma’ proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għan ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) (52), l-intensità tal-għajnuna applikabbli għaż-żona li fiha jkun sar l-investiment inizjali tapplika għall-benefiċjarji kollha parteċipanti fil-proġett. Jekk l-investiment inizjali jkun jinsab f’żewġ żoni megħjuna jew aktar, l-intensità massima tal-għajnuna għall-investiment inizjali tkun dik applikabbli fiż-żona megħjuna fejn jiġġarrab l-akbar ammont tal-kostijiet eliġibbli. Investimenti inizjali li jsiru minn intrapriżi kbar f’żoni “c” jistgħu jibbenefikaw biss minn għajnuna reġjonali fil-kuntest ta’ proġetti tal-KTE jekk dawn ikunu investimenti inizjali li joħolqu attività ekonomika ġdida.

5.5.2.   Skemi ta’ għajnuna operatorja

101.

L-Istati Membri jridu juru li l-livell tal-għajnuna huwa proporzjonat mal-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza.

102.

B’mod partikolari, l-Istati Membri jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1)

l-għajnuna trid tiġi kkalkulata b’rabta ma’ sett predefinit ta’ kostijiet eliġibbli li huma attribwibbli bis-sħiħ għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza, kif muri mill-Istat Membru;

2)

l-għajnuna trid tkun limitata għal ċertu proporzjon ta’ dak is-sett predefinit ta’ kostijiet eliġibbli u ma tistax taqbeż dawk il-kostijiet;

3)

l-ammont tal-għajnuna għal kull benefiċjarju tal-għajnuna jrid ikun proporzjonat għal-livell tal-problemi li fil-fatt huma esperjenzati minn kull benefiċjarju tal-għajnuna.

103.

Fir-rigward tal-għajnuna biex jitnaqqsu ċerti diffikultajiet speċifiċi ffaċċjati mill-SMEs fiż-żoni “a”, il-livell tal-għajnuna jrid jitnaqqas progressivament tul id-durata tal-iskema (53). Dan ma japplikax għal skemi li jipprevjenu d-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u f’żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna u għal skemi li jikkumpensaw għall-kostijiet operatorji addizzjonali mġarrba fir-reġjuni ultraperiferiċi bħala riżultat dirett ta’ restrizzjoni permanenti waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat.

5.6.   Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ

104.

Sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu limitati u ma jridux jisbqu l-effetti pożittivi tal-għajnuna sa livell li jmur kontra l-interess komuni.

5.6.1.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

105.

Fl-ibbilanċjar ġenerali tal-effetti pożittivi tal-għajnuna (taqsima 5.1) kontra l-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-Kummissjoni tista’ tqis, fejn rilevanti, iċ-ċirkostanza li minbarra l-kontribut tagħha għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali, l-għajnuna tipproduċi effetti pożittivi oħrajn. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fejn jiġi stabbilit li l-investiment inizjali, minbarra l-ħolqien ta’ impjiegi lokali, l-introduzzjoni ta’ attivitajiet ġodda u/jew il-ġenerazzjoni ta’ dħul lokali, jikkontribwixxi sostanzjalment b’mod partikolari għat-tranżizzjoni diġitali jew għat-tranżizzjoni lejn attivitajiet ekoloġiċi sostennibbli, inkluż attivitajiet b’livell baxx ta’ karbonju, newtrali għall-klima jew reżiljenti għall-klima. Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari għall-Artikolu 3 tar-Regolament tat-Tassonomija tal-UE (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54), inkluż għall-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti”, jew metodoloġiji komparabbli oħrajn. Barra minn hekk, bħala parti mill-valutazzjoni tal-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-Kummissjoni tista’ tqis, fejn rilevanti, esternalitajiet negattivi tal-attività megħjuna fejn dawn l-esternalitajiet jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri sa punt li jmur kontra l-interess komuni billi joħolqu jew jaggravaw l-ineffiċjenzi tas-suq (55).

106.

F’termini ta’ effetti negattivi, l-għajnuna reġjonali tista’ twassal għal żewġ tipi ewlenin ta’ distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u l-kummerċ. Dawn huma distorsjonijiet tas-suq tal-prodotti u effetti tal-lokalizzazzjoni. Iż-żewġ tipi ta’ distorsjoni jistgħu jwasslu għal ineffiċjenzi allokattivi (li jimminaw il-prestazzjoni ekonomika tas-suq intern) u għal tħassib fid-distribuzzjoni (distribuzzjoni tal-attività ekonomika bejn iż-żoni).

107.

Effett potenzjalment dannuż tal-għajnuna mill-Istat huwa li din timpedixxi lis-suq milli jagħti riżultati effiċjenti billi tippremja lill-aktar produtturi effiċjenti u billi tpoġġi pressjoni fuq dawk l-anqas effiċjenti biex jitjiebu, jirristrutturaw ruħhom jew biex joħorġu mis-suq. L-għajnuna mill-Istat li twassal għal espansjoni sostanzjali tal-kapaċità f’suq bi prestazzjoni baxxa tista’ toħloq distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni, peress li l-ħolqien jew iż-żamma tal-kapaċità żejda jistgħu jnaqqsu l-marġini tal-profitt, inaqqsu l-investimenti tal-kompetituri jew saħansitra jwasslu biex il-kompetituri joħorġu mis-suq. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn il-kompetituri li kienu jkunu kapaċi jikkompetu fis-suq, jiġu mġiegħla joħorġu minnu. Tista’ timpedixxi wkoll lil intrapriżi milli jidħlu jew milli jespandu fis-suq u tista’ ddgħajjef l-inċentivi għall-kompetituri biex ikunu innovattivi. Dan kollu jwassal għal strutturi ineffiċjenti tas-suq li, fit-tul, jaffettwaw ħażin lill-konsumaturi wkoll. Id-disponibbiltà tal-għajnuna tista’ tinkoraġġixxi imġiba kompjaċenti jew riskjuża mingħajr bżonn min-naħa ta’ benefiċjarji potenzjali. Huwa probabbli li jkollha effett negattiv fit-tul fuq il-prestazzjoni ġenerali tas-settur.

108.

L-għajnuna jista’ jkollha wkoll effetti distortivi f’termini ta’ żieda jew ta’ żamma ta’ saħħa sostanzjali fis-suq għall-benefiċjarju tal-għajnuna. Anke meta l-għajnuna ma ssaħħaħx b’mod dirett is-saħħa sostanzjali fis-suq, tista’ tagħmel dan b’mod indirett, billi tiskoraġġixxi lill-kompetituri eżistenti milli jespandu, li jirriżulta fil-ħruġ tagħhom mis-suq jew billi kompetituri ġodda jiġu skoraġġuti milli jidħlu.

109.

Minbarra li toħloq distorsjonijiet fis-swieq tal-prodotti, min-natura proprja tagħha l-għajnuna reġjonali taffettwa wkoll l-għażla tal-post tal-attività ekonomika. Jekk żona waħda tattira investiment permezz tal-għajnuna, żona oħra tkun qed titlef dik l-opportunità. Dawn l-effetti negattivi fiż-żoni milquta b’mod negattiv mill-għajnuna jistgħu jinħassu permezz ta’ telf ta’ attività ekonomika u telf ta’ impjiegi inklużi impjiegi għal sottokuntratturi. Effetti negattivi jistgħu jinħassu wkoll permezz ta’ telf ta’ esternalitajiet pożittivi (pereżempju, effett ta’ raggruppament, tixrid tal-għarfien, edukazzjoni u taħriġ).

110.

L-ispeċifiċità ġeografika tal-għajnuna reġjonali tiddistingwiha minn forom oħrajn ta’ għajnuna orizzontali. Karatteristika speċifika tal-għajnuna reġjonali hija li għandha l-għan li tinfluwenza l-għażla magħmula mill-investituri dwar fejn jippożizzjonaw il-proġetti tal-investiment. Meta l-għajnuna reġjonali tagħmel tajjeb għall-kostijiet addizzjonali li joriġinaw minn restrizzjonijiet reġjonali u ssostni l-investiment addizzjonali f’żoni megħjuna mingħajr ma tbiegħed l-investiment minn żoni megħjuna oħrajn b’livell simili ta’ żvilupp jew agħar, ma tkunx qed tikkontribwixxi biss għall-iżvilupp taż-żona iżda anke għall-koeżjoni, u finalment tkun qed isservi ta’ ġid għall-UE kollha. L-effetti ta’ lokalizzazzjoni negattivi potenzjali tal-għajnuna reġjonali diġà huma limitati sa ċertu punt mill-mapep tal-għajnuna reġjonali, li jiddefinixxu iż-żoni li fihom tista’ tingħata l-għajnuna reġjonali, f’konformità mal-objettivi tal-iżvilupp ekonomiku reġjonali u tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna permissibbli. Madankollu, jibqa’ importanti li wieħed jifhem x’jiġri fin-nuqqas tal-għajnuna biex jiġi vvalutat l-impatt tal-għajnuna fuq l-iżvilupp taż-żona u fuq il-koeżjoni territorjali.

5.6.2.   Effetti manifestament negattivi fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ

111.

Il-Kummissjoni tidentifika għadd ta’ sitwazzjonijiet fejn l-effetti negattivi tal-għajnuna għall-investiment reġjonali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jegħlbu manifestament kwalunkwe effett pożittiv, li jfisser li x’aktarx l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern.

5.6.2.1.   Ħolqien ta’ kapaċità żejda f’suq li sejjer lura b’mod assolut

112.

Kif indikat fil-paragrafu 107, sabiex jiġu vvalutati l-effetti negattivi tal-għajnuna, il-Kummissjoni tqis il-kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni maħluqa mill-proġett meta s-suq ma jkunx qed jagħti r-riżultati mistennija.

113.

Meta l-investimenti li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni f’suq ikunu saru possibbli minħabba l-għajnuna mill-Istat, hemm riskju li l-produzzjoni jew l-investiment f’żoni oħrajn taż-ŻEE jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv. Dan huwa partikolarment minnu jekk iż-żieda fil-kapaċità taqbeż it-tkabbir tas-suq jew isseħħ f’suq li jkun qed jiffaċċja kapaċità żejda.

114.

Għalhekk, fejn il-proġett iwassal għall-ħolqien jew għat-tisħiħ ta’ kapaċità żejda f’suq li strutturalment ikun sejjer lura b’mod assolut (jiġifieri s-suq qed jiċkien) (56), il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għandha effett negattiv, li mhuwiex probabbli li jiġi kkumpensat minn xi effett pożittiv. Dan japplika b’mod partikolari għas-sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet dwar investiment).

115.

Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar il-post), fejn l-investiment isir fi kwalunkwe każ fl-istess suq ġeografiku jew, b’mod eċċezzjonali, f’suq ġeografiku differenti, iżda fejn il-bejgħ ikun immirat lejn l-istess suq ġeografiku, l-għajnuna - sakemm tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex tikkumpensa għall-iżvantaġġ lokazzjonali u ma tagħtix likwidità addizzjonali lill-benefiċjarju tal-għajnuna - tinfluwenza biss id-deċiżjoni dwar il-post. F’din is-sitwazzjoni, l-investiment iżid kapaċità addizzjonali fis-suq ġeografiku partikolari indipendentement mill-għajnuna. Għalhekk, fil-prinċipju, ir-riżultati possibbli f’termini ta’ kapaċità żejda jkunu l-istess irrispettivament mill-għajnuna. Madankollu, jekk il-post alternattiv tal-investiment ikun f’suq ġeografiku differenti, u l-għajnuna twassal għall-ħolqien ta’ kapaċità żejda f’suq li strutturalment sejjer lura b’mod assolut, il-konklużjonijiet tal-paragrafu 114 japplikaw.

5.6.2.2.   Effetti kontra l-koeżjoni

116.

Kif indikat fil-paragrafu 109 u 110, fil-valutazzjoni tal-effetti negattivi tal-għajnuna, il-Kummissjoni trid tqis l-effetti fuq il-post tal-attività ekonomika.

117.

F’sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar il-post), fejn mingħajr l-għajnuna l-investiment kien isir f’żona b’intensità ta’ għajnuna reġjonali (57) ogħla jew l-istess bħal dik taż-żona fil-mira, dan jikkostitwixxi effett negattiv li mhuwiex probabbli li jiġi kkumpensat minn xi effett pożittiv għaliex imur kontra l-loġika nnifisha tal-għajnuna reġjonali.

5.6.2.3.   Rilokazzjoni

118.

Meta tevalwa l-miżuri notifikabbli, il-Kummissjoni se titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex probabbli li tirriżulta f’telf sostanzjali ta’ impjiegi f’postijiet eżistenti fiż-ŻEE. F’sitwazzjoni bħal din, u fejn l-investiment jippermetti lill-benefiċjarju tal-għajnuna biex ikun jista’ jirriloka attività lejn iż-żona fil-mira, jekk ikun hemm rabta kawżali bejn l-għajnuna u r-rilokazzjoni, din tikkostitwixxi effett negattiv li mhuwiex probabbli li jkun ikkumpensat b’xi effetti pożittivi.

5.6.3.   Skemi ta’ għajnuna għall-investiment

119.

L-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment ma jridux iwasslu għal distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ. B’mod partikolari, anke jekk id-distorsjonijiet jistgħu jitqiesu limitati fuq livell individwali (sakemm ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-għajnuna għall-investiment), fuq bażi kumulattiva l-iskemi xorta waħda jistgħu jwasslu għal livelli ta’ distorsjoni għoljin. Tali distorsjonijiet jistgħu jaffettwaw is-swieq tal-produzzjoni billi joħolqu jew jaggravaw sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda, jew billi joħolqu, iżidu jew iżommu s-saħħa sostanzjali fis-suq ta’ wħud mill-benefiċjarji b’tali mod li jaffettwa b’mod negattiv l-inċentivi dinamiċi. L-għajnuna disponibbli taħt skemi tista’ twassal ukoll għal telf sinifikanti ta’ attività ekonomika f’żoni oħrajn taż-ŻEE. Jekk skema tiffoka fuq ċerti setturi, ir-riskju ta’ tali distorsjonijiet huwa saħansitra akbar.

120.

Għalhekk, l-Istati Membri jridu juru li dawn l-effetti negattivi se jkunu limitati għall-minimu, filwaqt li jqisu, pereżempju, id-daqs tal-proġetti, l-ammonti tal-għajnuna individwali u kumulattiva, il-benefiċjarji mistennija kif ukoll il-karatteristiċi tas-setturi fil-mira. Sabiex il-Kummissjoni tivvaluta l-effetti negattivi probabbli, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu l-valutazzjoni tal-impatt u l-evalwazzjonijiet ex post kollha disponibbli mwettqa għal skemi simili ta’ qabel.

121.

Meta talloka għajnuna taħt skema għal proġetti individwali, l-awtorità awtorizzanti trid tivverifika u tikkonferma li l-għajnuna mhux se tirriżulta f’effetti manifestament negattivi, kif deskritt fil-paragrafi 111 sa 118. Din il-verifika tista’ tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tasal mingħand il-benefiċjarju tal-għajnuna meta japplika għall-għajnuna u fuq id-dikjarazzjoni magħmula fil-formola tal-applikazzjoni standard għall-għajnuna, li jenħtieġ li tindika l-post alternattiv fil-każ li ma tingħatax l-għajnuna.

5.6.4.   Għajnuna individwali notifikabbli għall-investiment

122.

Fil-valutazzjoni tal-effetti negattivi ta’ għajnuna individwali, il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ xenarji kontrofattwali deskritti fil-paragrafi 96 u 97.

5.6.4.1.   Sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjoni dwar investiment)

123.

F’sitwazzjonijiet tax-xenarju 1, il-Kummissjoni tagħmel enfasi partikolari fuq l-effetti negattivi marbuta mal-bini ta’ kapaċità żejda fi swieq li sejrin lura, il-prevenzjoni tal-ħruġ, u l-kunċett ta’ saħħa sinifikanti fis-suq. Dawn l-effetti negattivi huma deskritti fil-paragrafi 124 sa 133 u jridu jkunu kontrobilanċjati bl-effetti pożittivi tal-għajnuna. Madankollu, jekk jiġi stabbilit li l-għajnuna tirriżulta fl-effetti manifestament negattivi deskritti fil-paragrafu 114, mhuwiex probabbli li l-għajnuna tiġi kkumpensata minn xi effett pożittiv u għaldaqstant li tinstab li tkun kompatibbli mas-suq intern.

124.

Sabiex jidentifikaw u jivvalutaw id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu evidenza li tippermetti lill-Kummissjoni tidentifika s-swieq tal-prodotti kkonċernati (il-prodotti affettwati mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna) u tidentifika l-kompetituri u l-klijenti/konsumaturi affettwati. Il-prodott ikkonċernat huwa normalment il-prodott kopert mill-proġett ta’ investiment (58). Meta l-proġett jittratta prodott intermedju u parti sinifikanti tal-produzzjoni ma tinbiegħx fis-suq, il-prodott ikkonċernat jista’ jkun il-prodott downstream. Is-suq tal-prodotti rilevanti jinkludi l-prodott ikkonċernat u s-sostituti tiegħu meqjusin bħala tali, jew mill-konsumatur (minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet, jew l-użu maħsub tal-prodott) jew mill-produttur (minħabba l-flessibbiltà tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni).

125.

Il-Kummissjoni se tuża diversi kriterji biex tivvaluta dawn id-distorsjonijiet potenzjali, bħall-istruttura tas-suq tal-prodott ikkonċernat, il-prestazzjoni tas-suq (suq li qed jiċkien jew li qed jikber), il-proċess għall-għażla tal-benefiċjarju tal-għajnuna, l-ostakli għad-dħul fis-suq u għall-ħruġ minnu u d-differenzazzjoni bejn il-prodotti.

126.

Meta intrapriża tiddependi b’mod sistematiku fuq l-għajnuna mill-Istat, dan jista’ jindika li l-intrapriża ma tiflaħx għall-kompetizzjoni waħedha jew li qiegħda tgawdi minn vantaġġi mhux mistħoqqa meta mqabbla mal-kompetituri tagħha.

127.

Il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn żewġ sorsi ewlenin ta’ effetti negattivi potenzjali fuq is-swieq tal-prodotti:

1)

każijiet ta’ espansjoni fil-kapaċità li jew twassal għal sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda jew inkella tkompli tgħarraq sitwazzjoni diġà eżistenti ta’ kapaċità żejda, speċjalment f’suq li jkun sejjer lura;

2)

każijiet fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu saħħa sinifikanti fis-suq.

128.

Biex tevalwa jekk l-għajnuna sservix biex jinħolqu jew jinżammu strutturi ineffiċjenti fis-suq, il-Kummissjoni se tqis il-kapaċità addizzjonali fil-produzzjoni maħluqa mill-proġett u jekk is-suq huwiex qiegħed jagħti riżultati tajbin.

129.

Jekk is-suq inkwistjoni jkun qiegħed jikber, normalment ikun hemm anqas raġuni għal tħassib li l-għajnuna se taffettwa b’mod negattiv inċentivi dinamiċi jew li se xxekkel bla bżonn il-ħruġ jew id-dħul fis-suq.

130.

Huwa ġġustifikat li wieħed ikun aktar imħasseb meta s-swieq ikunu sejrin lura. Il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn każijiet li fihom, minn perspettiva fit-tul, is-suq relevanti jkun strutturalment sejjer lura (jiġifieri qiegħed jiċkien), u każijiet li fihom is-suq rilevanti jkun sejjer lura b’mod relattiv (jiġifieri għadu qiegħed jikber, iżda ma jaqbiżx ir-rata ta’ referenza għat-tkabbir).

131.

Prestazzjoni baxxa tas-suq tipikament titkejjel kontra l-prodott domestiku gross (PDG) taż-ŻEE matul it-tliet snin qabel il-bidu tal-proġett (rata ta’ referenza). Din tista’ titkejjel ukoll fuq il-bażi tar-rati tat-tkabbir imbassra għat-tliet snin sa ħames snin li jkun imiss. L-indikaturi jistgħu jinkludu t-tkabbir futur mistenni tas-suq ikkonċernat u r-rati tal-użu tal-kapaċità mistennija riżultanti, kif ukoll l-impatt possibbli taż-żieda fil-kapaċità fuq il-kompetituri f’termini ta’ prezzijiet u marġnijiet tal-profitt.

132.

F’ċerti każijiet, il-valutazzjoni tat-tkabbir tas-suq tal-prodotti fiż-ŻEE tista’ ma tkunx adegwata biex jiġu vvalutati l-effetti kollha tal-għajnuna, b’mod partikolari jekk is-suq ġeografiku jkun globali. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tqis l-effett tal-għajnuna fuq l-istrutturi tas-suq ikkonċernat, b’mod partikolari, il-potenzjal tagħha li ġġiegħel produtturi fiż-ŻEE sabiex joħorġu mis-suq.

133.

Sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tas-saħħa sinifikanti fis-suq, il-Kummissjoni se tqis il-pożizzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna fuq perjodu ta’ żmien qabel ma rċieva l-għajnuna u l-pożizzjoni mistennija tiegħu fis-suq wara li l-investiment jiġi finalizzat. Il-Kummissjoni se tqis l-ishma mis-suq tal-benefiċjarju tal-għajnuna, kif ukoll l-ishma mis-suq tal-kompetituri tiegħu u fatturi rilevanti oħrajn. Pereżempju, se tivvaluta l-istruttura tas-suq billi tħares lejn il-konċentrazzjoni tas-suq, l-ostakli potenzjali għad-dħul (59), il-poter tax-xerrej (60) u l-ostakli għall-espansjoni jew għall-ħruġ.

5.6.4.2.   Sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar il-post)

134.

Jekk l-analiżi kontrofattwali tindika li mingħajr l-għajnuna l-investiment kien iseħħ f’post ieħor (xenarju 2) li jagħmel parti mill-istess suq ġeografiku għall-prodott ikkonċernat, u jekk l-għajnuna tkun proporzjonali, l-eżitu f’termini ta’ kapaċità żejda jew ta’ saħħa sinifikanti fis-suq fil-prinċipju aktarx se jkunu l-istess, irrispettivament mill-għajnuna. F’dawn il-każijiet, l-effetti pożittivi tal-għajnuna probabbilment jisbqu l-effetti negattivi limitati fuq il-kompetizzjoni. Madankollu, jekk il-post alternattiv ikun fiż-ŻEE, il-Kummissjoni tkun partikolarment imħassba dwar l-effetti negattivi relatati mal-post alternattiv. Għalhekk, jekk l-għajnuna tirriżulta f’effett manifestament negattiv kif deskritt fil-paragrafi 117 u 118, x’aktarx ma tiġix ikkumpensata minn xi effett pożittiv u għalhekk ma tkunx probabbli li tinstab kompatibbli mas-suq intern.

5.6.5.   Skemi ta’ għajnuna operatorja

135.

Jekk l-għajnuna tkun meħtieġa u proporzjonali biex tinkiseb il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali deskritta fis-sottotaqsima 5.1.3, l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiġu kkumpensati minn effetti pożittivi. Madankollu, f’ċerti każijiet, l-għajnuna tista’ twassal għal bidliet fl-istruttura tas-suq jew għall-karatteristiċi ta’ xi settur jew industrija li jistgħu jwasslu għal distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni minħabba ostakli għad-dħul fis-suq jew għall-ħruġ minnu, effetti ta’ sostituzzjoni jew spostament ta’ flussi kummerċjali. F’dawk il-każijiet, l-effetti negattivi mhumiex probabbli li jiġu kkumpensati b’xi effetti pożittivi.

5.7.   Trasparenza

136.

L-Istati Membri jridu jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja fil-modulu tal-għoti tat-trasparenza (61) tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq livell nazzjonali jew reġjonali:

1)

it-test sħiħ tad-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna individwali jew tal-iskema ta’ għajnuna approvata u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha, jew ħolqa għalih;

2)

informazzjoni dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż l-EUR 100 000, bl-użu tal-istruttura fl-Anness VIII.

137.

Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-proġetti tal-KTE, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136 trid titqiegħed fuq is-sit web tal-Istat Membru li fih tinsab l-Awtorità Maniġerjali (62) kkonċernata. Inkella, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li kull wieħed minnhom għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-miżuri tal-għajnuna fit-territorju tiegħu fuq is-siti web rispettivi.

138.

L-Istati Membri jridu jorganizzaw is-siti web komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, kif imsemmi fil-paragrafu 136, b’tali mod li l-informazzjoni tkun tista’ tiġi aċċessata faċilment. L-informazzjoni trid tiġi ppubblikata f’format ta’ data ta’ spreadsheet nonproprjetarju, li jippermetti li d-data tiġi mfittxija, estratta u mniżżla b’mod effettiv u ppubblikata faċilment fuq l-Internet, pereżempju f’format CSV jew XML. Il-pubbliku ġenerali jrid jitħalla jaċċessa s-sit web mingħajr ebda restrizzjoni, inkluż reġistrazzjoni tal-utent minn qabel.

139.

Fil-każ ta’ skemi fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 136.2 għandhom jitqiesu ssodisfati jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti tal-għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):

 

0,1-0,5;

 

0,5-1;

 

1-2;

 

2-5;

 

5-10;

 

10-30;

 

30-60;

 

60-100;

 

100-250; u

 

250 u aktar.

140.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136.2 trid tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna, jew fil-każ ta’ għajnuna fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, fi żmien sena mid-data meta trid tintbagħat id-dikjarazzjoni tat-taxxa (63). Għal għajnuna li hija illegali iżda li sussegwentement tinstab kompatibbli, l-Istati Membri jridu jippubblikaw din l-informazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli. Sabiex tippermetti l-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont it-Trattat, l-informazzjoni trid tibqa’ disponibbli għal mill-anqas 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.

141.

Il-Kummissjoni se tippubblika fuq is-sit web tagħha l-ħolqa għas-sit web dwar l-għajnuna mill-Istat li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 136.

6.   EVALWAZZJONI

142.

Sabiex ikompli jiġi żgurat li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun limitata, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-iskemi ta’ għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 143 ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex post. L-evalwazzjonijiet se jitwettqu għall-iskemi fejn id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun partikolarment għolja, jiġifieri, li hemm riskju ta’ restrizzjoni jew ta’ distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tiġix riveduta fi żmien xieraq.

143.

Tista’ tkun meħtieġa evalwazzjoni ex post għal skemi b’baġits kbar għall-għajnuna, jew li jkun fihom karatteristiċi ġodda, jew meta jkunu previsti bidliet sinifikanti fis-suq, fit-teknoloġija jew fir-regolamentazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-evalwazzjoni se tkun meħtieġa għal skemi b’baġit tal-għajnuna mill-Istat jew nefqa kontabbilizzata ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew ta’ aktar minn EUR 750 miljun matul it-tul ta’ żmien totali tagħhom, jiġifieri t-tul ta’ żmien ikkombinat tal-iskema u ta’ kwalunkwe skema ta’ qabel li tkopri objettiv u żona ġeografika simili, sa mill-1 ta’ Jannar 2022. Minħabba l-għanijiet tal-evalwazzjoni, u biex jiġi evitat li jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri, evalwazzjonijiet ex post huma meħtieġa biss għal skemi ta’ għajnuna li t-tul ta’ żmien totali tagħhom jaqbeż it-tliet snin, li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2022.

144.

Ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni ex post jista’ jiġi rtirat fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna li huma suċċessur immedjat ta’ skema li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li kienet soġġetta għal evalwazzjoni, tat rapport ta’ evalwazzjoni finali f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni u ma ġġenerat l-ebda sejba negattiva. Fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali ta’ skema ma jkunx konformi mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, dik l-iskema trid tiġi sospiża b’effett immedjat.

145.

L-għan tal-evalwazzjoni jenħtieġ li jkun li jiġi verifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ntlaħqux, b’mod partikolari l-ħtieġa u l-effikaċja tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tagħha. Jenħtieġ li tivvaluta wkoll l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

146.

Għal skemi ta’ għajnuna soġġetti għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni skont il-paragrafu 143, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw abbozz ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, li se jifforma parti integrali mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-iskema, kif ġej:

1)

flimkien mal-iskema ta’ għajnuna, jekk il-baġit għall-għajnuna mill-Istat tal-iskema jaqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew is-EUR 750 miljun tul id-durata kollha tagħha;

2)

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara bidla sinifikanti li permezz tagħha l-baġit tal-iskema jiżdied għal aktar minn EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew għal aktar minn EUR 750 miljun tul id-durata kollha tal-iskema;

3)

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara r-reġistrazzjoni tan-nefqa fil-kontijiet uffiċjali taħt l-iskema li taqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari.

147.

L-abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni jrid ikun f’konformità mal-prinċipji metodoloġiċi komuni pprovduti mill-Kummissjoni (64). L-Istati Membri jridu jippubblikaw il-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni.

148.

L-evalwazzjoni ex post trid issir minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità awtorizzanti tal-għajnuna fuq il-bażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Kull evalwazzjoni trid tinkludi mill-anqas rapport ta’ evalwazzjoni interim wieħed u wieħed finali. L-Istati Membri jridu jippubblikaw iż-żewġ rapporti.

149.

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni fi żmien xieraq, biex ikun jista’ jiġi vvalutat kwalunkwe prolungament tal-iskema ta’ għajnuna u mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tiskadi. Dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal skemi li jiskattaw ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni fl-aħħar sentejn ta’ implimentazzjoni tagħhom. Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-arranġamenti preċiżi ta’ kull evalwazzjoni jiġu definiti fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna. In-notifika ta’ kwalunkwe miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili trid tiddeskrivi b’liema mod ġew meqjusin ir-riżultati tal-evalwazzjoni.

7.   MAPEP TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI

150.

F’din it-taqsima, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat. Iż-żoni li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet u li l-Istati Membri jixtiequ jiddeżinjaw bħala żoni “a” jew “c” (65) iridu jkunu identifikati fuq mappa tal-għajnuna reġjonali, li trid tiġi notifikata lill-Kummissjoni u li trid tiġi approvata minnha qabel ma tkun tista’ tingħata l-għajnuna reġjonali lill-intrapriżi li jkunu jinsabu fiż-żoni deżinjati.

151.

Il-mapep iridu jispeċifikaw ukoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna li japplikaw f’dawk iż-żoni matul il-perjodu ta’ validità tal-mappa approvata.

152.

Biex jinżamm l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna, fejn l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal miżuri ta’ għajnuna diskrezzjonali diġà ġew introdotti qabel il-bidu tal-perjodu ta’ validità tal-mappa, l-“ammont ta’ għajnuna meqjus neċessarju” identifikat fl-applikazzjoni oriġinali għall-għajnuna ma jridx jiġi emendat b’mod retroattiv wara l-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett biex jiġġustifika intensità ogħla ta’ għajnuna li tista’ tkun disponibbli skont dawn il-Linji Gwida.

153.

Għal skemi ta’ għajnuna awtomatika fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna disponibbli skont dawn il-Linji Gwida jistgħu jiġu applikati biss għal proġetti li jkunu bdew fid-data li fiha ż-żieda fl-intensità massima rilevanti tal-għajnuna tkun saret applikabbli skont ir-regoli nazzjonali rilevanti jew warajha. Għall-proġetti li bdew qabel dik id-data, l-intensità massima tal-għajnuna approvata skont il-mappa tal-għajnuna reġjonali preċedenti se tkompli tapplika.

7.1.   Kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali

154.

Peress li l-għoti ta’ għajnuna reġjonali mill-Istat jidderoga mill-projbizzjoni ġenerali tal-għajnuna mill-Istat stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni tqis li l-popolazzjoni kkombinata taż-żoni “a” u “c” fl-EU27 trid tkun anqas minn dik taż-żoni mhux deżinjati. Għaldaqstant, il-kopertura totali ta’ żoni deżinjati jenħtieġ li tkun anqas minn 50 % tal-popolazzjoni tal-EU27.

155.

Fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (66) il-kopertura totali taż-żoni “a” u “c” ġiet stabbilita għal 47 % tal-popolazzjoni tal-EU28. Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-UE, il-Kummissjoni tqis li żieda għal 48 % tal-kopertura ġenerali tal-popolazzjoni tal-EU27 hija xierqa.

156.

Għaldaqstant, il-limitu massimu kumplessiv tal-kopertura taż-żoni “a” u “c” jenħtieġ li jiġi stabbilit għal 48 % tal-popolazzjoni tal-EU27 (67).

7.2.   Id-deroga fl-Artikolu 107(3)(a)

157.

L-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat jistipula li “għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell ta’ l-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg, kif ukoll tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349, b’kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom” tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “l-użu tal-kliem “l-użu tal-kliem “b’mod anormali” u “serju” fl-Artikolu [107](3)(a) [tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] juri li l-eżenzjoni tolqot biss żoni fejn is-sitwazzjoni ekonomika tkun ferm żvantaġġata meta mqabbla mal-[Unjoni] inġenerali” (68).

158.

Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat huma ssodisfati għar-reġjuni ta’ NUTS 2 li għandhom prodott domestiku gross (PDG) per capita taħt jew ugwali għal 75 % tal-medja tal-EU27 (69).

159.

Għaldaqstant, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw iż-żoni li ġejjin bħala żoni “a”:

1)

ir-reġjuni ta’ NUTS 2 li l-PDG per capita tagħhom skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (70) huwa taħt jew ugwali għal 75 % tal-medja tal-EU27 (abbażi tal-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm data tal-Eurostat disponibbli (71));

2)

ir-reġjuni ultraperiferiċi.

160.

L-Anness I jistabbilixxi ż-żoni “a” eliġibbli skont l-Istat Membru. Uħud minn dawk iż-żoni “a”, fil-livell ta’ NUTS 3, jikkwalifikaw ukoll bħala żoni skarsament popolati skont il-paragrafu 166.2).

7.3.   Id-deroga fl-Artikolu 107(3)(c)

161.

L-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE jistipula li “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni” tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “[l]-eżenzjoni fl-Artikolu (107)(3)(c) […] tippermetti l-iżvilupp ta’ ċerti żoni mingħajr ma tkun limitata mill-kundizzjonijiet ekonomiċi stabbiliti fl-Artikolu (107)(3)(a), sakemm tali għajnuna “ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni””. Dik id-dispożizzjoni tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tawtorizza għajnuna maħsuba biex jitkompla l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni ta’ Stat Membru li huma żvantaġġati meta mqabbla mal-medja nazzjonali’ (72).

162.

Il-kopertura massima għaż-żoni “c” fl-EU27 (‘il-kopertura “c”) tinkiseb billi titnaqqas il-popolazzjoni taż-żoni “a” eliġibbli fl-EU27 mill-kopertura massima kumplessiva stabbilita fil-paragrafu 156.

163.

Hemm żewġ kategoriji ta’ żoni “c”:

1)

żoni li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet prestabbiliti u li għaldaqstant Stat Membru jista’ jiddeżinja bħala żoni “c” mingħajr ebda ġustifikazzjoni ulterjuri (‘żoni “c” predefiniti’);

2)

żoni li Stat Membru jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu stess, jiddeżinja bħala żoni “c” sakemm l-Istat Membru juri li tali żoni jissodisfaw ċerti kriterji soċjoekonomiċi (‘żoni “c” mhux predefiniti’).

7.3.1.   Żoni “c” predefiniti

7.3.1.1.   Allokazzjoni speċifika ta’ kopertura “c” għal żoni “c” predefiniti

164.

Il-Kummissjoni tqis li kull Stat Membru jrid ikollu biżżejjed kopertura “c” biex ikun jista’ jiddeżinja bħala żoni “c” dawk iż-żoni li kellhom status “a” fil-mappa tal-għajnuna reġjonali matul il-perjodu 2017-2020 (73) iżda li ma għadhomx jikkwalifikaw bħala żona “a”.

165.

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-Istati Membri jrid ikollhom biżżejjed kopertura “c” biex ikunu jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni li għandhom densità ta’ popolazzjoni baxxa.

166.

Iż-żoni li ġejjin huma meqjusin bħala żoni “c” predefiniti:

1)

eks żoni “a”: reġjuni ta’ NUTS 2 li kienu deżinjati bħala żoni “a” matul il-perjodu 2017-2020;

2)

żoni skarsament popolati: ir-reġjuni ta’ NUTS 2 b’anqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew reġjuni ta’ NUTS 3 b’anqas minn 12,5-il abitant għal kull km2 (abbażi tad-data tal-Eurostat dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-2018).

167.

L-Anness I jistabbilixxi l-allokazzjoni speċifika ta’ kopertura “c” predefinita skont l-Istat Membru. Din l-allokazzjoni tal-popolazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu deżinjati żoni “c” predefiniti.

7.3.1.2.   Deżinjazzjoni ta’ żoni “c” predefiniti

168.

L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni “c” predefiniti msemmija fil-paragrafu 166.

169.

Fil-prinċipju, fil-każ ta’ żoni skarsament popolati, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw reġjuni ta’ NUTS 2 b’anqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew reġjuni ta’ NUTS 3 b’anqas minn 12,5 abitant għal kull km2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw partijiet ta’ reġjuni ta’ NUTS 3 b’anqas minn 12,5-il abitant għal kull km2 jew żoni kontigwi oħrajn maġenb dawk ir-reġjuni ta’ NUTS 3, sakemm dawn iż-żoni jkollhom anqas minn 12,5-il abitant għal kull km2. Għal żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw reġjuni ta’ NUTS 2 b’anqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew żoni kontigwi iżgħar oħrajn maġenb dawk ir-reġjuni ta’ NUTS 2, diment li dawn iż-żoni jkollhom anqas minn 8 abitanti għal kull km2 u li l-popolazzjoni taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna meħuda flimkien maż-żoni skarsament popolati ma taqbiżx l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” msemmija fil-paragrafu 167.

7.3.2.   Żoni “c” mhux predefiniti

7.3.2.1.   Metodu għall-allokazzjoni ta’ kopertura “c” mhux predefinita fost l-Istati Membri

170.

Il-limitu massimu totali ta’ kopertura għal żoni “c” mhux predefiniti fl-EU27 jinkiseb billi titnaqqas il-popolazzjoni taż-żoni “a” eliġibbli u taż-żoni “c” predefiniti mil-limitu massimu kumplessiv tal-kopertura stabbilit fil-paragrafu 156. Il-kopertura “c” mhux predefinita hija allokata fost l-EU27 billi jiġi applikat il-metodu stabbilit fl-Anness III.

7.3.2.2.   Xibka ta’ sikurezza u kopertura tal-popolazzjoni minima

171.

Sabiex tiżgura kontinwità fil-mapep tal-għajnuna reġjonali u kamp ta’ applikazzjoni minimu ta’ azzjoni għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tqis li ebda Stat Membru ma jenħtieġ li jitlef aktar minn 30 % tal-kopertura totali tiegħu meta mqabbel mal-perjodu 2017-2020 u li kull Stat Membru jenħtieġ li jkollu kopertura tal-popolazzjoni minima.

172.

Għaldaqstant, b’deroga mil-limitu massimu kumplessiv tal-kopertura stabbilit fil-paragrafu 156, il-kopertura “c” għal kull Stat Membru tiżdied kif meħtieġ sabiex:

1)

il-kopertura totali ta’ “a” u “c” ta’ kull Stat Membru kkonċernat ma tonqosx b’aktar minn 30 % meta mqabbel mal-perjodu 2017-2020 (74);

2)

kull Stat Membru jkollu kopertura tal-popolazzjoni ta’ mill-anqas 7,5 % tal-popolazzjoni nazzjonali tiegħu (75).

173.

L-Anness I u II stipulaw il-kopertura “c” mhux predefinita, inkluż ix-xibka ta’ sikurezza u l-kopertura tal-popolazzjoni minima, skont kull Stat Membru.

7.3.2.3.   Deżinjazzjoni ta’ żoni “c” mhux predefiniti

174.

Il-Kummissjoni tqis li l-kriterji użati mill-Istati Membri biex jiddeżinjaw żoni “c” jenħtieġ li jirriflettu l-firxa ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-għoti ta’ għajnuna reġjonali jista’ jkun ġustifikat. Għaldaqstant, il-kriterji jenħtieġ li jindirizzaw il-problemi soċjoekonomiċi, ġeografiċi jew strutturali li probabbilment wieħed jiltaqa’ magħhom fiż-żoni “c” u jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed salvagwardji sabiex l-għoti tal-għajnuna reġjonali mill-Istat ma jaffettwax il-kundizzjonijiet kummerċjali b’mod li jmur kontra l-interess komuni.

175.

Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni “c” mhux predefiniti, definiti abbażi tal-kriterji li ġejjin:

1)

Kriterju 1: żoni kontigwi ta’ mill-anqas 100 000 abitant (76). Dawn għandhom ikunu jinsabu fir-reġjuni ta’ NUTS 2 jew ta’ NUTS 3 li għandhom:

(i)

PDG per capita anqas mill-medja tal-EU27, jew;

(ii)

rata ta’ qgħad aktar minn jew ugwali għal 115 % tal-medja nazzjonali (77).

2)

Kriterju 2: ir-reġjuni ta’ NUTS 3 b’anqas minn 100 000 abitant li għandhom:

(i)

PDG per capita anqas mill-medja tal-EU27, jew;

(ii)

rata ta’ qgħad aktar minn jew ugwali għal 115 % tal-medja nazzjonali.

3)

Kriterju 3: gżejjer jew żoni kontigwi karatterizzati minn iżolament ġeografiku simili (pereżempju, peniżoli jew żoni muntanjużi) li għandhom:

(i)

PDG per capita anqas mill-medja tal-EU27 (78), jew;

(ii)

rata ta’ qgħad aktar minn jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali (79), jew;

(iii)

anqas minn 5 000 abitant.

4)

Kriterju 4: ir-reġjuni ta’ NUTS 3, jew partijiet mir-reġjuni ta’ NUTS 3 li jiffurmaw żoni kontigwi, li jinsabu maġenb żona “a” jew li jaqsmu fruntiera tal-art ma’ pajjiż li ma jagħmilx parti miż-ŻEE jew mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA).

5)

Kriterju 5: żoni kontigwi b’tal-anqas 50 000 abitant (80) li għaddejjin minn tibdil strutturali qawwi jew li sejrin lura b’mod relattiv u serju, sakemm tali żoni ma jkunux jinsabu f’reġjuni ta’ NUTS 3 jew f’żoni kontigwi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiġu deżinjati bħala żoni predefiniti jew skont Kriterju 1 sa 4 (81).

176.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 175, il-kunċett ta’ żoni kontigwi jirreferi għal unitajiet amministrattivi lokali sħaħ (local administrative units - LAU) (82) jew għal grupp ta’ LAU (83). Grupp ta’ LAU se jitqies li jifforma żona kontigwa jekk kull waħda miż-żoni fil-grupp tikkondividi fruntiera amministrattiva ma’ żona oħra fil-grupp (84).

177.

Il-konformità mal-kopertura tal-popolazzjoni permessa għal kull Stat Membru se tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-aktar data riċenti dwar il-popolazzjoni residenti totali taż-żoni kkonċernati, kif ippubblikati mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.

7.4.   Intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali

178.

Il-Kummissjoni tqis li l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali jridu jqisu n-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp taż-żoni differenti fl-UE. Għalhekk l-intensitajiet tal-għajnuna jenħtieġ li jkunu ogħla f’żoni “a” milli f’żoni “c”.

7.4.1.   Intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “a”

179.

L-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar f’żoni “a” ma tridx taqbeż:

1)

il-50 % fir-reġjuni ta’ NUTS 2 li l-PDG per capita tagħhom huwa anqas minn 55 % tal-medja tal-EU27;

2)

l-40 % fir-reġjuni ta’ NUTS 2 li l-PDG per capita tagħhom huwa aktar minn 55 % u anqas minn jew ugwali għal 65 % tal-medja tal-EU27;

3)

it-30 % f’reġjuni ta’ NUTS 2 li l-PDG per capita tagħhom huwa ogħla minn 65 % tal-medja tal-EU27.

180.

L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 179 jistgħu jiżdiedu sa 20 punt perċentwali fir-reġjuni ultraperiferiċi bi PDG per capita anqas minn jew ugwali għal 75 % tal-medja tal-EU27 jew sa 10 punti perċentwali f’reġjuni ultraperiferiċi oħrajn.

181.

L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 179 jistgħu jiżdiedu wkoll fiż-żoni msemmija fit-taqsimiet 7.4.4 u 7.4.5 sal-punt li l-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar fiż-żona kkonċernata ma taqbiżx is-70 %.

7.4.2.   Intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “c”

182.

L-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ma tridx taqbeż:

1)

l-20% f’żoni skarsament popolati u f’żoni (reġjuni ta’ NUTS 3 jew partijiet mir-reġjuni ta’ NUTS 3) li jaqsmu fruntiera tal-art ma’ pajjiż li ma jagħmilx parti miż-ŻEE jew mill-EFTA;

2)

il-15 % fl-eks żoni “a”;

3)

l-10 % f’żoni “c” mhux predefiniti li għandhom PDG per capita ta’ aktar minn 100 % tal-medja tal-EU27 u rata ta’ qgħad taħt il-100 % tal-medja tal-EU27.

4)

il-15% f’żoni “c” mhux predefiniti;

183.

Fl-eks żoni “a” l-intensità tal-għajnuna ta’ 15 % stipulata fil-paragrafu 182.2) tista’ tiżdied b’sa 5 punti perċentwali sal-31 ta’ Diċembru 2024.

184.

Jekk żona “c” tkun tinsab maġenb żona “a”, l-intensitajiet tal-għajnuna stipulati fil-paragrafu 182 fir-reġjuni ta’ NUTS 3 jew f’partijiet mir-reġjuni ta’ NUTS 3 f’dik iż-żona “c” li jkunu maġenb iż-żona “a”, jistgħu jiżdiedu kemm hemm bżonn sabiex id-differenza fl-intensità tal-għajnuna bejn iż-żewġ żoni ma taqbiżx il-15-il punt perċentwali.

185.

L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 182 jistgħu jiżdiedu wkoll fl-oqsma msemmija fit-taqsima 7.4.5.

7.4.3.   Intensitajiet akbar tal-għajnuna għall-SMEs

186.

L-intensitajiet tal-għajnuna stipulati fis-sottotaqsimiet 7.4.1 u 7.4.2 jistgħu jiġu miżjuda b’massimu ta’ 20 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar jew b’massimu ta’ 10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju (85).

7.4.4.   Intensitajiet akbar tal-għajnuna għat-territorji identifikati għall-appoġġ mill-JTF (86)

187.

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.1 jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali għal territorji identifikati għal appoġġ mill-JTF fi pjan ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta ta’ Stat Membru approvat mill-Kummissjoni bil-kundizzjoni li dawk it-territorji jkunu jinsabu f’żoni megħjuna skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat (87).

7.4.5.   Intensitajiet akbar tal-għajnuna għar-reġjuni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni

188.

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.1 jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.2 jistgħu jiżdiedu b’5 punti perċentwali għar-reġjuni ta’ NUTS 3 li jesperjenzaw telf ta’ popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu 2009-2018 (88).

7.5.   Notifika tal-mapep tal-għajnuna reġjonali u l-valutazzjoni tagħhom

189.

Wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kull Stat Membru jenħtieġ li jinnotifika lill-Kummissjoni mappa tal-għajnuna reġjonali unika applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027. Kull notifika jenħtieġ li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness V.

190.

Il-Kummissjoni se teżamina għal kull Stat Membru l-mappa tal-għajnuna reġjonali notifikata tiegħu u, jekk il-mappa tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida, se tadotta deċiżjoni li tapprovaha. Kull mappa tal-għajnuna reġjonali se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u se tkun parti integrali minn dawn il-Linji Gwida.

7.6.   Emendi

7.6.1.   Riżerva tal-popolazzjoni

191.

Fuq inizjattiva proprja, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi riżerva ta’ kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali li tikkonsisti fid-differenza bejn il-livell massimu ta’ kopertura tal-popolazzjoni għal dak l-Istat Membru, kif allokat mill-Kummissjoni (89), u l-kopertura użata għaż-żoni “a” u “c” deżinjati fil-mappa tal-għajnuna reġjonali tiegħu.

192.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi riżerva bħal din, fi kwalunkwe ħin, jista’ juża r-riżerva biex iżid żoni “c” ġodda fil-mappa tiegħu sakemm jintlaħaq il-livell massimu ta’ kopertura nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istat Membru jista’ juża l-aktar data soċjoekonomika reċenti pprovduta mill-Eurostat jew mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn. Il-popolazzjoni taż-żoni “c” ikkonċernati jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi tad-data dwar il-popolazzjoni li ntużat biex titfassal il-mappa inizjali.

193.

L-Istat Membru jrid jinnotifika lill-Kummissjoni kull darba li jkun beħsiebu juża r-riżerva tal-popolazzjoni tiegħu bil-għan li jżid żoni “c” ġodda, qabel ma jimplimenta tali emendi.

7.6.2.   Rieżami ta’ nofs it-terminu

194.

Fl-2023 se jsir rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali, filwaqt li titqies l-istatistika aġġornata. Sa Ġunju 2023, il-Kummissjoni se tkun ikkomunikat id-dettalji dwar dak ir-rieżami ta’ nofs it-terminu.

8.   EMENDA TAL-LINJI GWIDA DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI MILL-ISTAT GĦALL-2014-2020

195.

Fin-notifika tiegħu skont il-paragrafu 189, Stat Membru jista’ jinkludi wkoll emenda għall-mappa tal-għajnuna reġjonali tiegħu għall-2014-2021 (90) biex jiġu sostitwiti ż-żoni eliġibbli għall-għajnuna skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 biż-żoni eliġibbli għall-għajnuna fil-mappa li għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 190 ta’ dawn il-Linji Gwida. Il-mappa riveduta tal-għajnuna reġjonali se tkun valida mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-emenda notifikata tal-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-2014-2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Dik id-deċiżjoni se tindika wkoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli fiż-żoni eliġibbli għall-għajnuna skont il-mappa emendata tal-għajnuna reġjonali għall-2014-2021, li tikkorrispondi għall-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020. Il-mappa emendata se tikkostitwixxi parti integrali mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, f’konformità mal-paragrafu 179 ta’ dawk il-Linji Gwida.

196.

Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 huma emendati kif ġej:

1)

Il-paragrafu 20(r) huwa sostitwit b’dan li ġej:

““mappa tal-għajnuna reġjonali” tfisser il-lista taż-żoni deżinjati minn Stat Membru f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida, jew il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022, u approvata mill-Kummissjoni;”

2)

Il-paragrafu 185a li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 185:

“5.6.3.    Emenda li ssegwi l-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022

185a.

Stat Membru jista’ jitlob emenda għall-mappa tal-għajnuna reġjonali tiegħu f’konformità mat-Taqsima 7.6 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022.”

9.   APPLIKABBILTÀ TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI

197.

Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna reġjonali notifikabbli kollha mogħtija jew destinata li tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2021.

198.

Notifiki ta’ skemi ta’ għajnuna reġjonali jew ta’ miżuri ta’ għajnuna destinati li jingħataw wara l-31 ta’ Diċembru 2021 ma jistgħux jitqiesu kompluti qabel ma l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni li tapprova l-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Istat Membru kkonċernat skont l-arranġamenti deskritti fis-sottotaqsima 7.5.

199.

L-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida se twassal għal xi tibdil fir-regoli applikabbli għall-għajnuna reġjonali fl-UE. Għalhekk, huwa meħtieġ li jsir rieżami ta’ jekk l-iskemi ta’ għajnuna reġjonali kollha eżistenti (91) għadhomx iġġustifikati u effikaċi, inkluż l-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment kif ukoll l-iskemi ta’ għajnuna operatorja, li huma ppjanati li jibqgħu għaddejjin wara l-2021.

200.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tipproponi l-miżuri xierqa li ġejjin lill-Istati Membri skont l-Artikolu 108(1) tat-Trattat:

1)

L-Istati Membri jridu jillimitaw l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna reġjonali eżistenti kollha għall-għajnuna destinata li tingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021;

2)

L-Istati Membri jridu jemendaw l-iskemi ta’ għajnuna orizzontali eżistenti oħrajn li jagħtu trattament speċifiku għall-għajnuna lil proġetti f’żoni megħjuna sabiex jiżguraw li l-għajnuna li se tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2021 tikkonforma mal-mappa tal-għajnuna reġjonali li tkun applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna;

3)

L-Istati Membri jenħtieġ li jikkonfermaw l-aċċettazzjoni tal-miżuri proposti fil-punti 1) u 2) fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   RAPPORTAR U MONITORAĠĠ

201.

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2015/1589 (92) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (93), l-Istati Membri jridu jippreżentaw rapporti annwali lill-Kummissjoni.

202.

L-Istati Membri jridu jżommu reġistri dettaljati dwar kull miżura ta’ għajnuna. Dawn ir-rekords iridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kostijiet eliġibbli u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna ġewx issodisfati. L-Istati Membri jridu jżommu dawn ir-rekords għal 10 snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna u jridu jipprovduhom lill-Kummissjoni meta jintalbu jagħmlu dan.

11.   RIEŻAMI

203.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li timmodifika dawn il-Linji Gwida fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet assoċjati mal-politika dwar il-kompetizzjoni jew biex tieħu inkunsiderazzjoni politiki tal-UE u impenji internazzjonali oħrajn jew għal kwalunkwe raġuni oħra ġġustifikata.

(1)  Iż-żoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat, li normalment jissejħu żoni “a”, għandhom it-tendenza li jkunu l-aktar żvantaġġati fl-UE f’dak li jirrigwarda l-iżvilupp ekonomiku. Iż-żoni eliġibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, li jissejħu żoni “c”, ukoll għandhom it-tendenza li jkunu żvantaġġati iżda anqas mill-oħrajn.

(2)  Skont l-Artikolu 174(1) u (2) tat-Trattat “Sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha in ġenerali, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha. B’mod partikolari, l-Unjoni għandha jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti.”

(3)  Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, meta ssemmi “Stati Membri”, il-Kummissjoni tinkludi t-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq kif miftiehem fi ħdan il-“Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq” anness mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(4)  Għalhekk żidiet reġjonali għall-għajnuna mogħtija għal tali skopijiet mhumiex meqjusin bħala għajnuna reġjonali.

(5)  Kull Stat Membru jista’ jidentifika dawn iż-żoni f’mappa tal-għajnuna reġjonali abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 7.

(6)  Ara s-sentenza tas-17 ta’ Settembru 1980, Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kawża 730/79, ECLI:EU:C:1980:209, il-paragrafu 17, u s-sentenza tal-14 ta’ Jannar 1997, Spanja vs il-Kummissjoni, C-169/95, ECLI:EU:C:1997:10, il-paragrafu 20.

(7)  Ara s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1996, AIUFFASS u AKT vs il-Kummissjoni, T-380/94, ECLI:EU:T:1996:195, il-paragrafu 54.

(8)  Ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-Kontroll tal-Idoneità tat-30 ta’ Ottubru 2020 – SWD(2020) 257 final.

(9)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta’ Diċembru 2019 – COM (2019) 640 final.

(10)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Marzu 2020 – COM (2020) 102 final.

(11)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta’ Frar 2020 – COM (2020) 67 final.

(12)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, COM(2020) 22 final.

(13)  ĠU C 91 I, 20.3.2020, p. 1.

(14)  Kif definit fl-Anness VI.

(15)  “Linjite” tfisser C ta’ grad baxx jew Ortho-linjite u B ta’ grad baxx jew Meta-linjite kif definit mis-sistema ta’ kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

(16)  “Faħam” tfisser faħam ta’ grad għoli, ta’ grad medju u ta’ grad baxx tal-kategorija A u B kif definit mis-sistema ta’ kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u ċċarat fid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam mhux kompetittivi (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24).

(17)  Kif kopert mir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(18)  L-għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni primarja, għall-ipproċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli li jirriżultaw fil-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat u għall-forestrija hija soġġetta għal regoli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu (ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1).

(19)  Trasport tfisser it-trasport ta’ passiġġieri permezz ta’ inġenji tal-ajru, bit-trasport marittimu, bit-triq, bil-ferrovija u permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jew servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija b’kiri jew f’isem ħaddieħor. L-infrastruttura tat-trasport koperta minn linji gwida speċifiċi, bħall-ajruporti, hija eskluża wkoll minn dawn il-Linji Gwida (ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

(20)  Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).

(21)  Il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-enerġija abbażi tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1).

(22)  Kopert mir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(23)  Din id-deroga se tapplika biss jekk jiġi adottat regolament skont il-proposta tal-Kummissjoni msemmija fin-nota 12 f’qiegħ il-paġna u hija temporanja għal matul l-JTF.

(24)  Fil-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta jenħtieġ li jintwera li l-investimenti f’dawn l-intrapriżi huma meħtieġa biex jikkumpensaw għat-telf ta’ impjiegi minħabba t-tranżizzjoni li ma jistgħux jiġu kkumpensati bil-ħolqien ta’ impjiegi fl-SMEs.

(25)  Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(26)  Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà, ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1–28. Kif spjegat fil-punt 23 ta’ dawk il-linji gwida, minħabba li l-eżistenza stess tagħha hija fil-periklu, intrapriża f’diffikultà ma tistax titqies bħala mezz xieraq għall-promozzjoni ta’ objettivi oħrajn ta’ politika pubblika sakemm il-vijabbiltà tagħha ma tkunx garantita.

(27)  Ara s-sentenza tat-13 ta’ Settembru 1995, TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kawżi konġunti T-244/93 u T-486/93, ECLI:EU:T:1995:160, il-paragrafu 56.

(28)  Il-kunċett ta’ prodott ikopri wkoll servizzi fil-kuntest ta’ dawn il-Linji Gwida.

(29)  Fil-preżent: Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayottr, Réunion, Saint-Martin, ir-Reġjun Awtonomu tal-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 195). Saint-Martin mhuwiex inkluż fin-NUTS 2021.

(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755 (ĠU L 270, 24.10.2019, p. 1). Id-data użata f’dawn il-Linji Gwida hija bbażata fuq din in-nomenklatura tan-NUTS 2021.

(31)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(32)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1).

(33)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(34)  L-għodod destinati għall-fornituri huma l-akkwiżizzjoni (jew il-produzzjoni awtomatika) ta’ magni, għodod jew tagħmir u software relatat minn intrapriża (fil-livell tal-grupp), li jinkisbu (jew jiġu prodotti) mhux għall-użu f’wieħed mill-postijiet tagħha (fil-livell tal-grupp), iżda jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ fornituri magħżula għall-produzzjoni ta’ prodotti li għandhom jiġu manifatturati fil-bini tal-fornitur, li se jservu bħala prodotti intermedjarji għall-proċess ta’ produzzjoni tal-intrapriża. L-assi tal-għodod destinati għall-fornituri jibqgħu l-proprjetà tal-intrapriża akkwirenti, iżda jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-fornitur għall-kompiti u skont il-kundizzjonijiet definiti f’kuntratt ta’ provvista jew ftehim simili. Dawn huma marbuta ma’ operazzjonijiet ta’ pproċessar jew ta’ assemblaġġ definiti sew f’wieħed jew aktar mill-postijiet tal-intrapriża (fil-livell tal-grupp), u jista’ jkollhom jintbagħtu lura lis-sid wara t-tlestija tal-ordni, jew wara l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ kuntratt qafas.

(35)  Definit fil-paragrafu 19 (13) u (14).

(36)  Ara s-sentenzi tal-Qorti tad-19 ta’ Settembru 2000, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni C-156/98, ECLI:EU:C:2000:467, il-paragrafu 78, u tat-22 ta’ Diċembru 2008, Régie Networks vs Rhone Alpes Bourgogne C-333/07, UE:C:2008:764, il-paragrafi 94 sa 116.

(37)  Ara l-Anness VII.

(38)  L-obbligu li l-investiment jinżamm fiż-żona kkonċernata għal mill-anqas ħames snin (tliet snin fil-każ ta’ SMEs) jenħtieġ li ma jipprevjenix is-sostituzzjoni ta’ impjanti jew ta’ tagħmir li matul dan il-perjodu jkun sar obsolet jew inkiser, sakemm l-attività ekonomika tinżamm fiż-żona kkonċernata għall-perjodu minimu. Madankollu, l-għajnuna reġjonali ma tistax tingħata għas-sostituzzjoni ta’ dawk l-impjanti jew tagħmir.

(39)  Ir-rekwiżit ta’ kontribuzzjoni proprja ta’ 25 % fil-paragrafu 48 ma japplikax għal għajnuna għall-investiment mogħtija għal investimenti f’reġjuni ultraperiferiċi sakemm tkun meħtieġa kontribuzzjoni aktar baxxa biex takkomoda bis-sħiħ l-intensità massima tal-għajnuna.

(40)  Dan ma japplikax pereżempju fil-każ ta’ self sussidjat, ta’ self pubbliku ta’ kapital ta’ ekwità jew ta’ parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jissodisfawx il-prinċipju ta’ investitur tas-suq, ta’ garanziji mill-Istat li jinkludu elementi ta’ għajnuna, jew appoġġ pubbliku mogħti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola “de minimis”.

(41)  L-għajnuna ad hoc hija soġġetta għall-istess rekwiżiti bħall-għajnuna individwali mogħtija abbażi ta’ skema, sakemm ma jkunx imsemmi mod ieħor.

(42)  Investimenti bħal dawn jistgħu joħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu li jsiru aktar investimenti li jkunu vijabbli mingħajr għajnuna addizzjonali.

(43)  Ix-xenarji kontrofattwali huma deskritti fil-paragrafu 64.

(44)  Il-VPN ta’ proġett huwa d-differenza bejn il-flussi ta’ flus pożittivi u negattivi matul il-ħajja tal-investiment, imnaqqsa għall-valur attwali tagħhom (normalment billi jintuża l-kost tal-kapital).

(45)  L-IRR mhijiex ibbażata fuq il-qligħ kontabilizzat f’sena partikolari, iżda tqis il-fluss ta’ flussi ta’ flus futuri li l-investitur jistenna li jirċievi tul il-ħajja kollha tal-investiment. Hija definita bħala r-rata ta’ skont li għaliha l-VPN ta’ fluss ta’ flussi ta’ flus huwa ta’ żero.

(46)  Madankollu, meta jkun hemm inċertezza kbira dwar il-kostijiet u l-iżviluppi tad-dħul fil-futur u meta jkun hemm assimetrija qawwija ta’ informazzjoni, jista’ jkun li l-awtorità pubblika tkun tixtieq tadotta wkoll mudelli ta’ kumpens li ma jkunux kompletament ex ante, iżda pjuttost taħlita ta’ ex ante u ex post (pereżempju billi tuża mekkaniżmi ta’ rkupru li jippermettu l-kondiviżjoni tal-qligħ mhux antiċipat).

(47)  Ara s-Sottotaqsima 7.4. dwar il-mapep tal-għajnuna reġjonali.

(48)  Espress bħala ekwivalenti ta’ għotja gross.

(49)  Idem.

(50)  Meta jiġu mqabbla x-xenarji kontrofattwali, l-għajnuna trid tiġi skontata bl-istess fattur bħax-xenarji tal-investiment u dawk kontrofattwali korrispondenti.

(51)  Ir-rekwiżit li l-intensità massima permissibbli tal-għajnuna għal kull proġett trid tiġi kkalkulata bil-quddiem mill-ewwel awtorità awtorizzanti ma japplikax meta l-għajnuna tingħata permezz ta’ skema jew skemi ta’ għajnuna awtomatiċi fil-forma ta’ vantaġġi fiskali. Fil-prinċipju, f’din is-sitwazzjoni, il-kontrolli tal-akkumulazzjoni mhumiex possibbli meta tingħata l-għajnuna u jenħtieġ li jsiru meta l-għajnuna titħallas.

(52)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259) jew Regolament li jkun fih dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) applikabbli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, skont liema minnhom japplika għal investiment inizjali partikolari.

(53)  Inkluż meta skemi ta’ għajnuna operatorja jiġu notifikati biex jiġu estiżi miżuri ta’ għajnuna eżistenti.

(54)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(55)  Dan jista’ jkun il-każ ukoll fejn l-għajnuna tfixkel l-operat tal-istrumenti ekonomiċi stabbiliti biex jinternalizzaw dawn l-esternalitajiet negattivi (eż. billi jaffettwaw is-sinjali tal-prezzijiet mogħtija mis-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet jew strument simili).

(56)  Il-Kummissjoni se tivvaluta dan kemm f’termini ta’ volum kif ukoll ta’ valur u se tqis iċ-ċiklu tan-negozju.

(57)  Għal verifika ta’ dan, jenħtieġ li jintuża l-limitu massimu applikabbli standard tal-għajnuna fiż-żoni “c” li jmissu maż-żoni “a”, irrispettivament mill-intensitajiet akbar tal-għajnuna f’konformità mal-paragrafu 184.

(58)  Għal proġetti ta’ investiment li jinvolvu l-produzzjoni ta’ diversi prodotti differenti, kull prodott irid jiġi vvalutat.

(59)  Dawn l-ostakli għad-dħul jinkludu ostakli legali (b’mod partikolari drittijiet ta’ proprjetà intellettwali), l-ekonomiji ta’ skala u firxa u l-ostakli għall-aċċess għan-networks u l-infrastruttura. Meta l-għajnuna tikkonċerna suq fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna jkun wieħed preeżistenti, l-ostakli possibbli għad-dħul jistgħu jintensifikaw is-saħħa sinifikanti fis-suq ta’ dan il-benefiċjarju tal-għajnuna u b’hekk iħarxu l-effetti negattivi possibbli ta’ dik is-saħħa fis-suq.

(60)  Meta jkun hemm xerrejja b’saħħithom fis-suq, huwa anqas probabbli li benefiċjarju tal-għajnuna jkun jista’ jżid il-prezzijiet fil-konfront ta’ dawn ix-xerrejja b’saħħithom.

(61)  “Tiftix Pubbliku dwar it-Trasparenza tal-Għajnuna mill-Istat”, disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt.

(62)  Kif definit fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1299/2013.

(63)  F’każ li ma jkunx jeżisti rekwiżit formali għal dikjarazzjoni annwali, għal finijiet ta’ kkowdjar id-data tal-għoti għandha titqies bħala l-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.

(64)  Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, Brussell, 28.5.2014, SWD(2014) 179 final, jew xi suċċessur tiegħu.

(65)  Żoni skarsament popolati u żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna jenħtieġ li jiġu identifikati wkoll fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali.

(66)  ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1.

(67)  Dan il-limitu massimu ġie stabbilit bl-użu tad-data dwar il-popolazzjoni tal-Eurostat għall-2018. Il-limitu massimu jikkorrispondi għal 48,00 % tal-EU27_2020 – (L-Unjoni Ewropea – 27 pajjiż (mill-2020)).

(68)  Is-Sentenza tal-14 ta’ Ottubru 1987, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, Kawża 248/84, EU:C:1987:437, il-paragrafu 19; is-sentenza tal-14 ta’ Jannar 1997, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-169/95, EU:C:1997:10, il-paragrafu 15; u s-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2002, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-310/99, EU:C:2002:143, il-paragrafu 77;

(69)  Ir-referenza għal reġjuni b’PDG per capita taħt il-75 % tal-medja tal-EU27 saret fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 92(3)(a) u (c) għall-għajnuna reġjonali (ĠU C 212, 12.8.1988, p. 2).

(70)  Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita, il-PDG jitkejjel f’PPS.

(71)  Id-data tkopri l-perjodu 2016-2018. Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita fir-rigward tal-medja tal-EU27, id-data hija bbażata fuq il-medja tad-data reġjonali tal-Eurostat għall-2016-2018 (kif aġġornati fit-23.3.2020).

(72)  Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, Kawża 248/84, op. cit., il-paragrafu 19.

(73)  Il-lista ta’ żoni “a” ġiet emendata fl-2016. Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Anness I tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014–2020) (Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali) (ĠU C 231, 25.6.2016, p. 1).

(74)  Dan l-aspett tax-xibka ta’ sikurezza japplika għall-Ġermanja, għall-Irlanda, għal Malta u għas-Slovenja.

(75)  Din il-kopertura tal-popolazzjoni minima tapplika għad-Danimarka u għal-Lussemburgu.

(76)  Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni se jitnaqqas għal 50 000 abitant għall-Istati Membri li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta’ anqas minn miljun abitant, jew għal 10 000 abitant għall-Istati Membri li l-popolazzjoni nazzjonali tagħhom hija anqas minn miljun abitant.

(77)  Għall-qgħad, il-kalkoli jenħtieġ li jkunu bbażati fuq data reġjonali ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, billi tintuża l-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hija disponibbli din id-data (fil-mument tan-notifika tal-mappa tal-għajnuna reġjonali). Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor f’dawn il-Linji Gwida, ir-rata tal-qgħad fir-rigward tal-medja nazzjonali hija kkalkulata fuq din il-bażi.

(78)  Sabiex jiġi kkalkulat jekk dawn il-gżejjer jew żoni kontigwi għandhomx PDG per capita anqas jew daqs il-medja tal-EU27, l-Istat Membru jista’ juża d-data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.

(79)  Sabiex jiġi kkalkulat jekk dawn il-gżejjer jew żoni kontigwi għandhomx rata ta’ qgħad ogħla minn jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jużaw data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħhom jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.

(80)  Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni se jitnaqqas għal 25 000 abitant għall-Istati Membri li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta’ anqas minn miljun abitant, għal 10 000 abitant għall-Istati Membri li l-popolazzjoni totali tagħhom hija anqas minn miljun abitant, jew għal 5 000 abitant għall-gżejjer jew għaż-żoni kontigwi li huma karatterizzati minn iżolament ġeografiku simili.

(81)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Kriterju 5, l-Istati Membri jridu juru li ż-żona għaddejja minn tibdil strutturali maġġuri jew sejra lura b’mod relattiv u serju billi jqabblu ż-żoni kkonċernati mas-sitwazzjoni ta’ żoni oħrajn fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri oħrajn abbażi ta’ indikaturi soċjoekonomiċi li jikkonċernaw l-istatistika kummerċjali strutturali, is-swieq tax-xogħol, il-kontijiet tal-unitajiet domestiċi, l-edukazzjoni, jew indikaturi simili oħrajn. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħhom jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn. Għat-territorji identifikati għal appoġġ mill-JTF fi pjan ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta ta’ Stat Membru approvat mill-Kummissjoni, din il-ġustifikazzjoni mhijiex meħtieġa peress li l-bidla strutturali titqies li hija murija bħala parti mill-pjan ta’ tranżizzjoni ġusta.

(82)  L-Unitajiet Amministrattivi Lokali (LAU) huma ddefiniti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755.

(83)  Madankollu, l-Istat Membru jista’ jiddeżinja partijiet minn LAU, dment li l-popolazzjoni tal-LAU kkonċernata taqbeż il-popolazzjoni minima meħtieġa għaż-żoni kontigwi skont il-Kriterju 1 jew 5 (inkluż il-livelli limiti mnaqqsa tal-popolazzjoni għal dawk il-kriterji) u sakemm il-popolazzjoni tal-partijiet ta’ dik l-LAU tkun minn tal-anqas 50 % tal-popolazzjoni minima meħtieġa skont il-kriterju applikabbli.

(84)  Fil-każ ta’ gżejjer, il-fruntieri amministrattivi jinkludu l-fruntieri marittimi ma’ unitajiet amministrattivi oħrajn tal-Istat Membru kkonċernat.

(85)  L-intensitajiet akbar tal-għajnuna għall-SMEs mhumiex se japplikaw għall-għajnuna mogħtija għal proġetti kbar ta’ investiment.

(86)  Din it-taqsima se tapplika biss jekk jiġi adottat regolament skont il-proposta tal-Kummissjoni msemmija fin-nota 12 f’qiegħ il-paġna.

(87)  Il-mapep tal-għajnuna reġjonali jistgħu jiġu aġġornati fuq dik il-bażi jekk iż-żoni jkunu għadhom mhumiex magħrufa meta tiġi adottata l-mappa.

(88)  Ara l-Anness IV.

(89)  Ara l-Anness I.

(90)  Il-mappa tal-għajnuna reġjonali approvata mill-Kummissjoni skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 li hija applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

(91)  Il-miżuri ta’ għajnuna implimentati skont il-GBER ma jikkwalifikawx bħala skemi ta’ għajnuna eżistenti. Skemi ta’ għajnuna li daħlu fis-seħħ bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat ma jikkwalifikawx bħala skemi ta’ għajnuna eżistenti ħlief meta jitqiesu bħala għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(92)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589.

(93)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS I

Kopertura tal-għajnuna reġjonali għal kull Stat Membru għall-2022-2027

Il-Belġju

Reġjuni NUTS

PDG per capita (1)

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali (2)

Żoni “a”

BE34 Prov. Il-Lussemburgu (BE)

73,00

2,50%

Żoni “c” mhux predefiniti

23,33%

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

25,83%


Il-Bulgarija

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

BG31 Северозападен / Severozapaden

31,67

10,66%

 

BG32 Северен централен / Severen tsentralen

34,33

11,24%

 

BG33 Североизточен / Severoiztochen

40,33

13,26%

 

BG34 Югоизточен / Yugoiztochen

43,00

14,74%

 

BG42 Южен централен / Yuzhen tsentralen

35,00

20,13%

Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”)

BG41 Югозападен / Yugozapaden

81,33

29,97%

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100,00 %


Iċ-Ċekja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

CZ04 Severozápad

63,67

10,50%

 

CZ05 Severovýchod

75,00

14,22%

 

CZ07 Střední Morava

73,33

11,43%

 

CZ08 Moravskoslezsko

74,33

11,33%

Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”)

CZ02 Střední Čechy

82,67

12,81%

 

CZ03 Jihozápad

78,00

11,52%

 

CZ06 Jihovýchod

82,67

15,94%

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

87,76%


Id-Danimarka

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” mhux predefiniti

7,50%

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

7,50%


Il-Ġermanja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” mhux predefiniti

18,10 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

18,10 %


L-Estonja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”)

EE00 Eesti

79,33

100,00 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100,00 %


L-Irlanda

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” mhux predefiniti

35,90 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

35,90 %


Il-Greċja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

EL41 Βόρειο Αιγαίο / Voreio Aigaio

49,00

2,01 %

EL42 Νότιο Αιγαίο / Notio Aigaio

73,67

3,19 %

EL43 Κρήτη / Kriti

58,33

5,91 %

EL51 Aνατολική Μακεδονία, Θράκη / Anatoliki Makedonia, Thraki

47,67

5,59 %

EL52 Κεντρική Μακεδονία / Kentriki Makedonia

53,67

17,47 %

EL53 Δυτική Μακεδονία / Dytiki Makedonia

59,67

2,50 %

EL54 Ήπειρος / Ipeiros

48,67

3,11 %

EL61 Θεσσαλία / Thessalia

52,67

6,71 %

EL62 Ιόνια Νησιά / Ionia Nisia

63,33

1,90 %

EL63 Δυτική Ελλάδα / Dytiki Elláda

[EL643 Ευρυτανία / Żona skarsament popolata ta’ Evrytania]

50,33

6,12 %

EL64 Στερεά Ελλάδα / Sterea Elláda

62,33

5,18 %

EL65 Πελοπόννησος / Peloponnisos

56,67

5,36 %

Żoni “c” mhux predefiniti

17,28 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

 

 

82,34 %


Spanja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

ES42 Castilla-La Mancha

[ES423 Żona Skarsament Popolata ta’ Cuenca]

72,33

4,35 %

 

ES43 Extremadura

66,67

2,28 %

 

ES61 Andalucía

68,33

17,99 %

 

ES63 Ciudad de Ceuta

72,67

0,18 %

 

ES64 Ciudad de Melilla

67,00

0,18 %

 

ES70 Canarias

75,00

4,68 %

Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”)

ES62 Región de Murcia

76,67

3,17 %

Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati)

ES242 Teruel

0,29 %

ES417 Soria

0,19 %

Żoni “c” mhux predefiniti

32,99 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

66,29 %


Franza

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

FRY1 Guadeloupe

73,00

0,63 %

FRY2 Martinique

77,00

0,55 %

FRY3 Guyane

50,33

0,42 %

FRY4 La Réunion

70,00

1,28 %

FRY5 Mayotte

32,67:

0,40%:

Saint-Martin (*)

:

:

Żoni “c” mhux predefiniti

28,68 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

31,95 %


Il-Kroazja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

HR02 Panonska Hrvatska

41,58

27,02 %

 

HR03 Jadranska Hrvatska

[HR032 Żona skarsament popolata ta’ Ličko-senjska županija]

60,33

33,48 %

 

HR06 Sjeverna Hrvatska

48,43

20,04 %

Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”)

HR05 Grad Zagreb

109,24

19,46 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100,00 %


L-Italja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

ITF2 Molise

69,33

0,51 %

 

ITF3 Campania

62,67

9,62 %

 

ITF4 Puglia

63,33

6,68 %

 

ITF5 Basilicata

74,67

0,94 %

 

ITF6 Calabria

57,33

3,23 %

 

ITG1 Sicilia

59,67

8,30 %

 

ITG2 Sardegna

70,33

2,72 %

Żoni “c” mhux predefiniti

9,99 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

41,99 %


Ċipru

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” mhux predefiniti

49,46 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

49,46 %


Il-Latvja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

LV00 Latvija

[LV008 Żona Skarsament Popolata ta’ Vidzeme]

67,00

100,00 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100,00 %


Il-Litwanja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

LT02 Vidurio ir vakarų Lietuvos regionas

65,00

71,16 %

Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”)

LT01 Sostinės regionas

113,67

28,84 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100,00 %


Il-Lussemburgu

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” mhux predefiniti

7,50 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

7,50 %


L-Ungerija

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

HU12 Pest

55,00

13,00 %

 

HU21 Közép-Dunántúl

65,33

10,81 %

 

HU22 Nyugat-Dunántúl

72,67

10,10 %

 

HU23 Dél-Dunántúl

47,33

9,03 %

 

HU31 Észak-Magyarország

47,67

11,57 %

 

HU32 Észak-Alföld

44,33

14,89 %

 

HU33 Dél-Alföld

50,00

12,69 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

82,09 %


Malta

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” mhux predefiniti

70,00 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

70,00 %


In-Netherlands

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” mhux predefiniti

8,98 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

8,98 %


L-Awstrija

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” mhux predefiniti

22,42 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

22,42 %


Il-Polonja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

PL21 Małopolskie

63,67

8,84 %

 

PL22 Śląskie

72,33

11,82 %

 

PL42 Zachodniopomorskie

58,33

4,43 %

 

PL43 Lubuskie

58,00

2,64 %

 

PL52 Opolskie

55,33

2,57 %

 

PL61 Kujawsko-Pomorskie

56,33

5,41 %

 

PL62 Warmińsko-Mazurskie

49,00

3,73 %

 

PL63 Pomorskie

67,67

6,06 %

 

PL71 Łódzkie

65,00

6,43 %

 

PL72 Świętokrzyskie

50,00

3,24 %

 

PL81 Lubelski

47,67

5,52 %

 

PL82 Podkarpackie

49,33

5,54 %

 

PL84 Podlaskie

49,67

3,08 %

 

PL92 Mazowiecki regionalny

59,33

6,12 %

Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”)

PL41 Wielkopolskie

75,67

9,09 %

 

PL51 Dolnośląskie

77,00

7,55 %

Żoni “c” mhux predefiniti

0,82 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

92,90 %


Il-Portugall

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

PT11 Norte

65,67

34,76 %

PT16 Centro (PT)

67,33

21,63 %

PT18 Alentejo

72,67

6,89 %

PT20 Região Autónoma dos Açores

69,00

2,37 %

PT30 Região Autónoma da Madeira

76,00

2,47 %

Żoni “c” mhux predefiniti

2,11 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

70,23 %


Ir-Rumanija

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

RO11 Nord-Vest

58,33

13,13 %

RO12 Centru

60,00

11,93 %

RO21 Nord-Est

39,67

16,48 %

RO22 Sud-Est

52,67

12,37 %

RO31 Sud – Muntenia

49,33

15,14 %

RO41 Sud-Vest Oltenia

46,67

9,96 %

RO42 Vest

66,00

9,15 %

Żoni “c” mhux predefiniti

1,19 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

89,34 %


Is-Slovenja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

SI03 Vzhodna Slovenija

70,67

52,71 %

Żoni “c” mhux predefiniti

17,29 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

70,00 %


Is-Slovakkja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “a”

SK02 Západné Slovensko

66,67

33,55 %

SK03 Stredné Slovensko

58,00

24,60 %

SK04 Východné Slovensko

52,00

29,82 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

87,97 %


Il-Finlandja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati)

FI1D1 Etelä-Savo

2,67 %

FI1D2 Pohjois-Savo

4,46 %

FI1D3 Pohjois-Karjala

2,95 %

FI1D5 Keski-Pohjanmaa

1,24 %

FI1D7 Lappi

3,24 %

FI1D8 Kainuu

1,34 %

FI1D9 Pohjois-Pohjanmaa

7,43 %

Żoni “c” mhux predefiniti

3,52 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

26,86 %


L-Iżvezja

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali

Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati)

SE312 Dalarnas län

2,81 %

SE321 Västernorrlands län

2,42 %

SE322 Jämtlands län

1,27 %

SE331 Västerbottens län

2,63 %

SE332 Norrbottens län

2,48 %

Żoni “c” mhux predefiniti

9,98 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

21,60 %


(1)  Imkejjel skont il-PPS, medja ta’ tliet snin għall-2016-2018 (EU27 = 100) (kif aġġornat fit-23.3.2020).

(2)  Abbażi tad-data tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni għall-2018.

(*)  Saint-Martin huwa reġjun ultraperiferiku iżda mhuwiex inkluż fin-nomenklatura tan-NUTS 2021. Biex tikkalkula l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli, Franza tista’ tuża data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħha jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.


ANNESS II

Kopertura tal-għajnuna reġjonali għall-Irlanda ta’ Fuq

L-Irlanda ta’ Fuq  (*)

Reġjuni NUTS

PDG per capita

Perċentwal tal-popolazzjoni (1)

Żoni “c” mhux predefiniti

100 %

Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027

100 %


(*)  Dawn il-Linji Gwida japplikaw ukoll għall-Irlanda ta’ Fuq kif miftiehem fi ħdan il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq anness mal-Ftehim dwar il-Ħruġ (Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).

(1)  Biex tkun żgurata l-kontinwità fil-mappa tal-għajnuna reġjonali tal-Irlanda ta’ Fuq fid-dawl tal-impatt strutturali tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, l-Irlanda ta' Fuq teħtieġ li b’mod eċċezzjonali żżomm il-kopertura kurrenti tagħha (100 %).


ANNESS III

Metodu li għandu jintuża għall-allokazzjoni ta’ kopertura “c” mhux predefinita fost l-Istati Membri

Il-Kummissjoni se tikkalkula l-kopertura “c” mhux predefinita għal kull Stat Membru billi tapplika l-metodu li ġej:

(1)

Il-Kummissjoni se tidentifika kwalunkwe reġjun NUTS 3 fl-Istati Membri li ma jinsab f’ebda żona minn dawn li ġejjin:

iż-żoni “a” eliġibbli elenkati fl-Anness I;

l-eks żoni “a” elenkati fl-Anness I;

iż-żoni skarsament popolati elenkati fl-Anness I.

(2)

Minn fost ir-reġjuni NUTS 3 identifikati fl-Istadju 1, il-Kummissjoni se tidentifika dawk li għandhom jew:

PDG per capita (1) anqas jew daqs il-livell limitu tad-disparità tal-PDG nazzjonali per capita (2), jew;

rata ta’ qgħad (3) aktar jew daqs il-livell limitu tad-disparità tal-qgħad nazzjonali (4), jew aktar jew ugwali għal 150 % tal-medja nazzjonali, jew;

PDG per capita anqas minn 90 % tal-medja tal-EU27, jew;

rata ta’ qgħad aktar minn jew ugwali għal 125 % tal-medja tal-EU27.

(3)

L-allokazzjoni tal-kopertura “c” mhux predefinita għall-Istat Membru i (A i ) hija kkalkulata skont il-formula li ġejja (espressa bħala perċentwal tal-popolazzjoni tal-EU27):

A i = p i / P × 100

fejn:

p i hija l-popolazzjoni (5) tar-reġjuni NUTS 3 fl-Istat Membru i identifikati fl-Istadju 2.

P hija s-somma tal-popolazzjoni tar-reġjuni NUTS 3 fl-EU27 identifikati fl-Istadju 2.


(1)  Il-PDG per capita kollu msemmi f’dan l-Anness huwa bbażat fuq il-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm data mill-Eurostat disponibbli, jiġifieri 2016-2018.

(2)  Il-livell limitu tad-disparità tal-PDG nazzjonali per capita għall-Istat Membru i (TG i ) huwa kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja (espressa bħala perċentwal tal-PDG nazzjonali per capita):

(TG) i = 85 × ((1 + 100 / g i ) / 2)

fejn: g i hija l-PDG per capita tal-Istat Membru i, espress bħala perċentwal tal-medja tal-EU27.

(3)  Id-data kollha dwar il-qgħad imsemmija f’dan l-Anness hija bbażata fuq il-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm data tal-Eurostat disponibbli, jiġifieri 2017-2019. Madankollu, din id-data ma fihiex informazzjoni fil-livell tan-NUTS 3 u għalhekk tintuża data dwar il-qgħad għar-reġjun NUTS 2 fejn ikunu jinsabu dawn ir-reġjuni NUTS 3.

(4)  Il-livell limitu tad-disparità tar-rata tal-qgħad nazzjonali għal Stat Membru i (TU i ) huwa kkalkulat skont il-formula li ġejja (espress bħala perċentwal tar-rata tal-qgħad nazzjonali):

(TU) i = 115 × ((1 + 100 / u i ) / 2)

fejn: u i hija r-rata tal-qgħad nazzjonali tal-Istat Membru i, espressa bħala perċentwal tal-medja tal-EU27.

(5)  Iċ-ċifri tal-popolazzjoni għar-reġjuni NUTS 3 huma kkalkulati abbażi tad-data dwar il-popolazzjoni użata mill-Eurostat għall-kalkolu tal-PDG reġjonali per capita għall-2018.


ANNESS IV

Metodu għad-definizzjoni ta’ żoni megħjuna li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif imsemmi fit-taqsima 7.4.5

Skont il-paragrafu 188, l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw iż-żoni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif ġej:

L-Istati Membri jridu jidentifikaw żoni megħjuna fil-livell NUTS3 skont l-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat;

Trid tintuża data tal-Eurostat dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-perjodu 2009-2018, ibbażata fuq l-aktar klassifikazzjoni tan-NUTS riċenti disponibbli;

L-Istati Membri jridu juru telf fil-popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu 2009-2018.

Meta l-klassifikazzjoni tan-NUTS tkun inbidlet matul l-10 snin preċedenti, l-Istati Membri mbagħad iridu jużaw id-data dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-itwal perjodu ta’ żmien disponibbli.

L-Istati Membri jridu jinkludu l-oqsma b’hekk identifikati meta joħorġu notifika skont il-paragrafu 189.


ANNESS V

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta meta tiġi nnotifikata mappa tal-għajnuna reġjonali

(1)

L-Istati Membri jridu jipprovdu informazzjoni għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin ta’ żoni proposti għad-deżinjazzjoni, jekk applikabbli:

żoni “a”;

eks żoni “a”;

żoni skarsament popolati;

żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna;

it-territorji identifikati għall-appoġġ mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta kif imsemmi fit-taqsima 7.4.4;

żoni megħjuna li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif imsemmi fit-taqsima 7.4.5;

żoni “c” mhux predefiniti deżinjati abbażi tal-Kriterju 1;

żoni “c” mhux predefiniti deżinjati abbażi tal-Kriterju 2;

żoni “c” mhux predefiniti deżinjati abbażi tal-Kriterju 3;

żoni “c” mhux predefiniti deżinjati abbażi tal-Kriterju 4;

żoni “c” mhux predefiniti deżinjati abbażi tal-Kriterju 5;

(2)

F’kull kategorija, l-Istati Membri jridu jipprovu l-informazzjoni li ġejja għal kull żona proposta:

identifikazzjoni taż-żona (bl-użu tal-kodiċi tar-reġjun NUTS 2 jew NUTS 3 taż-żona, il-kodiċi LAU taż-żoni li jifformaw żona kontigwa jew denominazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-unitajiet amministrattivi kkonċernati);

l-intensità tal-għajnuna proposta fiż-żona għall-perjodu 2022-2027 jew, għall-eks żoni “a”, għall-perjodi 2022-2024 u 2025-2027 (filwaqt li tiġi indikata, skont fejn applikabbli, kwalunkwe żieda fl-intensità tal-għajnuna skont il-paragrafi 180, 181, 183 jew 184, 185 u 186);

il-popolazzjoni totali residenti taż-żona, kif imsemmi fil-paragrafu 177.

(3)

Għad-deżinjazzjoni ta’ żoni skarsament popolati u b’popolazzjoni baxxa ħafna, l-Istati Membri jridu jipprovdu biżżejjed evidenza li l-kundizzjonijiet applikabbli fil-paragrafu 169 huma ssodisfati.

(4)

Għal żoni mhux predefiniti ddeżinjati abbażi tal-Kriterji 1-5, l-Istati Membri jridu jipprovdu biżżejjed evidenza li l-kundizzjonijiet applikabbli kollha stabbiliti fil-paragrafi 175, 176 u 177 huma ssodisfati.


ANNESS VI

Definizzjoni tas-settur tal-azzar

Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, “is-settur tal-azzar” tfisser il-produzzjoni ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

ħadid fondut grezz u ligi tal-ħadid: ħadid fondut grezz għall-għemil tal-azzar, funderija u ħadid fondut grezz ieħor, spiegeleisen u ferromanganiż b’karbonju għoli, li ma jinkludix ligi tal-ħadid oħrajn;

(b)

prodotti tal-ħadid mhux maħduma u nofshom irfinuti, azzar ordinarju jew azzar speċjali: azzar likwidu fondut jew mhux fondut f’ingotti, inkluż ingotti għall-manifattura bil-forġa ta’ prodotti nofshom lesti: ingotti, billets u blokok; vireg mill-folji u vireg mill-pjanċi stanjati; kojls wesgħin illaminati bis-sħana, bl-eċċezzjoni tal-produzzjoni tal-azzar likwidu għall-ikkastjar minn fonderiji żgħar u medji;

(c)

prodotti tal-ħadid magħmulin bis-sħana, azzar ordinarju jew azzar speċjali: linji ferrovjarji, traversi, puntali, sottopuntali, travi, sezzjonijiet tqal tal-metall ta’ 80 mm jew aktar, pili tal-folji, vireg u sezzjonijiet ta’ anqas minn 80 mm u pjanċi ta’ anqas minn 150 mm, vireg tal-fili, forom tondi u kwadri għat-tubi, aljetti u strixxi tal-ħadid illaminati bis-sħana (inkluż l-istrixxi għat-tubi), folji llaminati bis-sħana (miksija u mhux miksija), pjanċi u folji ta’ ħxuna ta’ 3 mm u aktar, pjanċi universali ta’ 150 mm u aktar, bl-eċċezzjoni tal-fili u l-prodotti tal-fili, vireg ileqqu u kkastjar tal-ħadid;

(d)

prodotti ffurmati bil-kesħa: pjanċi stanjati, pjanċi biċ-ċomb, pjanċi suwed, folji galvanizzati, folji oħrajn miksijin, folji rrumblati fil-ksieħ, folji elettriċi u strippi maħsuba għall-pjanċi stanjati, pjanċi rrumblati fil-ksieħ, f’koljaturi jew fi strippi;

(e)

tubi: it-tubi tal-azzar kollha mingħajr weldjatura, it-tubi tal-azzar iwweldjati b’dijametru ta’ aktar minn 406,4 mm.


ANNESS VII

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna għall-investiment reġjonali

1.   

Informazzjoni dwar il-benefiċjarju tal-għajnuna:

L-isem, l-indirizz reġistrat tas-sede prinċipali, is-settur prinċipali ta’ attività (Kodiċi NACE).

Dikjarazzjoni li l-kumpanija mhijiex f’diffikultà kif definit fil-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar.

Dikjarazzjoni li tiddeskrivi l-għajnuna fid-dettall (kemm għajnuna de minimis kif ukoll għajnuna mill-Istat) li diġà ngħatat għal investimenti oħrajn matul it-tliet snin preċedenti fl-istess reġjun NUTS 3 fejn se jsir l-investiment il-ġdid. Dikjarazzjoni li tispeċifika l-għajnuna reġjonali mogħtija jew li sejra tingħata għall-istess proġett minn awtoritajiet awtorizzanti oħrajn.

Dikjarazzjoni li tispeċifika jekk il-benefiċjarju jkunx għalaq l-istess attività jew attività simili fiż-ŻEE fis-sentejn qabel id-data ta’ din l-applikazzjoni.

Dikjarazzjoni li tispeċifika jekk il-benefiċjarju għandux l-intenzjoni li jagħlaq attività bħal din fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna fi żmien perjodu ta’ sentejn wara li jitlesta l-investiment li se jiġi ssussidjat.

Fil-każ ta’ għajnuna li tingħata taħt skema: dikjarazzjoni u impenn ta’ nonrilokazzjoni

2.   

Informazzjoni dwar l-investiment li se jiġi appoġġat:

Deskrizzjoni qasira tal-investiment.

Deskrizzjoni qasira tal-effetti pożittivi mistennija għaż-żona kkonċernata (pereżempju, l-għadd ta’ impjiegi maħluqa jew salvagwardjati, l-attivitajiet ta’ RŻI, it-taħriġ, il-ħolqien ta’ raggruppament u l-kontribut possibbli ta’ proġett għat-tranżizzjoni ekoloġika (1) u diġitali tal-ekonomija reġjonali).

Il-bażi ġuridika applikabbli (nazzjonali, tal-UE jew it-tnejn).

Il-bidu ppjanat tax-xogħlijiet u t-tlestija tal-investiment.

Il-post(ijiet) tal-investiment.

3.   

Informazzjoni dwar il-finanzjament tal-investiment:

Kostijiet ta’ investiment u kostijiet assoċjati oħrajn, analiżi tal-kostijiet-benefiċċji għall-miżura ta’ għajnuna notifikata.

Kostijiet eliġibbli totali.

Ammont ta’ għajnuna meħtieġa biex jitwettaq l-investiment.

Intensità tal-għajnuna.

4.   

Informazzjoni dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt mistenni tagħha:

Spjegazzjoni fil-qosor dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt tagħha fuq id-deċiżjoni ta’ investiment jew fuq id-deċiżjoni dwar il-post. Din trid tinkludi spjegazzjoni dwar l-investiment alternattiv jew dwar id-deċiżjoni dwar il-post jekk ma tingħatax l-għajnuna.

Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ ftehim irriversibbli bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u l-kuntratturi li se jwettqu l-investiment.


(1)  Inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni dwar jekk l-investiment huwiex ambjentalment sostenibbli skont it-tifsira tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE (UE) 2020/852 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13) jew metodoloġiji komparabbli oħrajn.


ANNESS VIII

Informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136

L-informazzjoni dwar għotjiet individwali msemmija fil-paragrafu 136.2 tal-Linji Gwida trid tinkludi dan li ġej:

L-identità tal-benefiċjarju tal-għajnuna individwali (1)

isem

identifikatur tal-benefiċjarju tal-għajnuna

It-tip ta’ benefiċjarju tal-għajnuna fiż-żmien tal-applikazzjoni:

SME

intrapriża kbira

Ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju tal-għajnuna, fil-livell II tan-NUTS jew anqas

Is-settur jew l-attività prinċipali tal-benefiċjarju tal-għajnuna għall-għajnuna partikolari, identifikata mill-grupp NACE (kodiċi numeriku bi tliet ċifri) (2)

Element ta’ għajnuna espress bis-sħiħ fil-munita nazzjonali

Fejn differenti mill-element ta’ għajnuna, l-ammont nominali tal-għajnuna, espress bis-sħiħ fil-munita nazzjonali (3)

Strument għall-għajnuna (4):

għotja/sussidju tar-rata tal-imgħax/tħassir tad-dejn

self/self bil-quddiem li jitħallas lura/għotja rimborżabbli

garanzija

vantaġġ tat-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa

finanzjament ta’ riskju

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

Data tal-għoti u data tal-pubblikazzjoni

Objettiv tal-għajnuna

Identità tal-awtorità jew tal-awtoritajiet awtorizzanti

Fejn applikabbli, l-isem tal-entità fdata, u l-ismijiet tal-intermedjarji finanzjarji magħżula

Referenza tal-miżura ta’ għajnuna (5)


(1)  Bl-eċċezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra f’każijiet debitament ġustifikati u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1.12.2003 dwar is-segretezza professjonali fid-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-istat, C(2003) 4582 (ĠU C 297, 9.12.2003, p. 6)).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti regolamenti dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Ekwivalenti ta’ għotja gross, jew fejn applikabbli, l-ammont tal-investiment. Fil-każ ta’ għajnuna operatorja, jista’ jingħata l-ammont annwali ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju tal-għajnuna. Fil-każ ta’ skemi fiskali dan l-ammont jista’ jingħata skont il-meded stabbiliti fil-paragrafu 139. L-ammont li għandu jiġi ppubblikat huwa l-ogħla benefiċċju tat-taxxa permess u mhux l-ammont imnaqqas ta’ kull sena (eż. fil-kuntest ta’ kreditu ta’ taxxa, irid jiġi ppubblikat l-ogħla kreditu ta’ taxxa permess aktar milli l-ammont effettiv, li jista’ jiddependi fuq id-dħul taxxabbli u li jista’ jvarja kull sena).

(4)  Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, irid jiġi speċifikat l-ammont tal-għajnuna għal kull strument.

(5)  Kif previst mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ notifika msemmija fit-Taqsima 3.