13.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Aġġustament tal-kalkolu għall-pagamenti ta’ somma f’daqqa u ta’ penali proposti mill-Kummissjoni fi proċedimenti ta’ ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara l-ħruġ tar-Renju Unit
(2021/C 129/01)
I. INTRODUZZJONI
Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), meta l-Kummissjoni tirreferi Stat Membru lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea talli naqas milli jissodisfa obbligu skont it-Trattati, il-Qorti tista’ timponi sanzjonijiet finanzjarji f’żewġ sitwazzjonijiet:
(a) |
meta l-Istat Membru ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma ma’ sentenza preċedenti tal-Qorti li tkun sabet ksur tal-liġi tal-UE (l-Artikolu 260(2) tat-TFUE); |
(b) |
meta Stat Membru jkun naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu li jinnotifika l-miżuri li jittrasponu direttiva adottata skont proċedura leġiżlattiva (l-Artikolu 260(3) TFUE). |
Fiż-żewġ każijiet, is-sanzjoni imposta mill-Qorti tal-Ġustizzja tkun magħmula minn ħlas ta’ somma f’daqqa, li tippenalizza l-kontinwazzjoni tal-ksur (1), u ħlas ta’ penali ta’ kuljum, biex timmotiva l-Istat Membru konċernat li jwaqqaf il-ksur malajr kemm jista’ jkun wara l-għoti tas-sentenza (2). Il-Kummissjoni tipproponi ammonti għas-sanzjonijiet finanzjarji lill-Qorti, li tieħu d-deċiżjoni finali.
L-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni biex tikkalkula s-sanzjoni proposta tagħha huwa stabbilit sew. Sa mill-1997 (3) u kif stabbilit f’Komunikazzjonijiet suċċessivi (4), hija applikat approċċ li jirrifletti kemm il-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-piż istituzzjonali tiegħu. Dan huwa applikat permezz tal- fattur“n” (5). Il-fattur ‘n’ jingħaqad ma’ fatturi oħra – is-serjetà tal-ksur, u d-dewmien tiegħu – fil-kalkolu tal-Kummissjoni tas-sanzjoni proposta.
Mill-2019 (6), il-Kummissjoni kkalkulat il-fattur “n” fuq il-bażi ta’ żewġ elementi: Il-Prodott Domestiku Gross (PDG), u n-numru ta’ siġġijiet għar-rappreżentanti fil-Parlament Ewropew allokati lil kull Stat Membru (7). Il-Kummissjoni tiddetermina l-fattur ‘n’ ta’ referenza billi tuża l-medja ta’ kull wieħed miż-żewġ elementi użati, il-PDG u l-għadd ta’ rappreżentanti fil-Parlament Ewropew (8).
Iċ-ċifri bażiċi użati fil-kalkolu huma aġġornati kull sena biex jirriflettu l-iżviluppi ekonomiċi fl-Istati Membri.
L-aħħar aġġornament (9) xorta qies il-PDG tar-Renju Unit u l-għadd ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew allokati lir-Renju Unit qabel il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni. Dan għaliex, skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Kummissjoni xorta tista’ tressaq lir-Renju Unit quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260 TFUE matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni.
Madankollu, issa li l-perjodu ta’ tranżizzjoni ntemm, id-data użata għall-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji jeħtieġ li tiġi aġġustata. Il-PDG tar-Renju Unit u l-għadd ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew li qabel kienu allokati lir-Renju Unit ma għadhomx rilevanti u jenħtieġ li ma jintużawx għall-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tipproponi fir-rigward tas-27 Stat Membru.
Dan l-aġġustament kien diġà tħabbar fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Frar 2019 (10) u Settembru 2020 (11).
II. FATTURI “N” AĠĠUSTATI GĦALL-2021
Il-fatturi “n” aġġustati għall-Istati Membri wara t-tneħħija tad-data relatata mar-Renju Unit mill-kalkoli huma kif ġej:
Tabella 1
Fatturi “n” aġġustati għall-2021
|
2021 fatturi n |
Il-Belġju |
0,86 |
Il-Bulgarija |
0,28 |
Iċ-Ċekja |
0,59 |
Id-Danimarka |
0,57 |
Il-Ġermanja |
4,95 |
L-Estonja |
0,12 |
L-Irlanda |
0,59 |
Il-Greċja |
0,54 |
Spanja |
2,33 |
Franza |
3,77 |
Il-Kroazja |
0,22 |
L-Italja |
3,17 |
Ċipru |
0,10 |
Il-Latvja |
0,13 |
Il-Litwanja |
0,20 |
Il-Lussemburgu |
0,17 |
L-Ungerija |
0,47 |
Malta |
0,08 |
In-Netherlands |
1,32 |
L-Awstrija |
0,75 |
Il-Polonja |
1,43 |
Il-Portugall |
0,57 |
Ir-Rumanija |
0,74 |
Is-Slovenja |
0,17 |
Is-Slovakkja |
0,31 |
Il-Finlandja |
0,50 |
L-Iżvezja |
0,86 |
III. FATTUR TA’ AĠĠUSTAMENT
1. Somom f’Daqqa Minimi Aġġustati
Is-somom f’daqqa minimi għal kull Stat Membru jiġu kkalkulati billi tiġi mmultiplikata somma f’daqqa ta’ referenza bil-fattur “n” u l-inflazzjoni medja fis-27 Stat Membru (“UE27”) fis-sena ta’ referenza. Iż-żieda tal-fatturi “n” li jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (ara t-taqsima II) għalhekk tirriżulta f’sanzjonijiet finanzjarji ogħla proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti (12).
Sabiex tiġi evitata żieda fis-sanzjonijiet finanzjarji proposti fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri bħala riżultat dirett tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, se jiġi applikat fattur ta’ aġġustament ta’ 0,836 għall-formula użata għall-kalkolu tas-somom f’daqqa minimi. Dan il-fattur ta’ aġġustament jikkorrispondi għal sitwazzjoni fejn l-Istat Membru bl-ogħla żieda fil-fattur “n” tiegħu (l-Irlanda) ma jarax is-somma f’daqqa minima tiegħu tiżdied b’aktar milli kieku kien ikun il-każ (jiġifieri, żieda li tikkorrispondi biss għall-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG, ikkalkulata għal 4,5 %).
Il-formula użata għad-determinazzjoni tas-somom f’daqqa minimi nazzjonali hija għalhekk kif ġej:
Somma f’daqqa minima = somma f’daqqa minima ta’ referenza × inflazzjoni tal-UE27 2019 × fattur “n”× 0,836 |
Is-somma f’daqqa minima ta’ referenza attwali hija ta’ EUR 2 610 384; aġġustata għall-inflazzjoni (+ 1,7 %), is-somma f’daqqa ta’ referenza użata fl-2021 se tkun ta’ EUR 2 656 000.
Tabella 2
2021 somom f’daqqa minimi b’fattur ta’ aġġustament ta’ 0.836 (sena ta’ referenza: 2019)
|
Somma f'daqqa minima (eluf ta' EUR) tal-2020 |
Somma f'daqqa minima (eluf ta' EUR) tal-2021 |
Somom f’daqqa minimi evoluzzjoni 2020 => 2021 |
Il-Belġju |
2 088 |
1 909 |
-8,6 % |
Il-Bulgarija |
653 |
622 |
-4,7 % |
Iċ-Ċekja |
1 384 |
1 310 |
-5,3 % |
Id-Danimarka |
1 331 |
1 266 |
-4,9 % |
Il-Ġermanja |
11 982 |
10 990 |
-8,3 % |
L-Estonja |
261 |
266 |
+1,9 % |
L-Irlanda |
1 253 |
1 310 |
+4,5 % |
Il-Greċja |
1 305 |
1 199 |
-8,1 % |
Spanja |
5 377 |
5 173 |
-3,8 % |
Franza |
8 849 |
8 370 |
-5,4 % |
Il-Kroazja |
496 |
488 |
-1,6 % |
L-Italja |
7 596 |
7 038 |
-7,3 % |
Ċipru |
235 |
222 |
-5,5 % |
Il-Latvja |
313 |
289 |
-7,7 % |
Il-Litwanja |
470 |
444 |
-5,5 % |
Il-Lussemburgu |
392 |
377 |
-3,8 % |
L-Ungerija |
1 122 |
1 044 |
-7,0 % |
Malta |
183 |
178 |
-2,7 % |
In-Netherlands |
3 002 |
2 931 |
-2,4 % |
L-Awstrija |
1 749 |
1 665 |
-4,8 % |
Il-Polonja |
3 367 |
3 175 |
-5,7 % |
Il-Portugall |
1 384 |
1 266 |
-8,5 % |
Ir-Rumanija |
1 723 |
1 643 |
-4,6 % |
Is-Slovenja |
392 |
377 |
-3,8 % |
Is-Slovakkja |
731 |
688 |
-5,9 % |
Il-Finlandja |
1 175 |
1 110 |
-5,5 % |
L-Iżvezja |
2 062 |
1 909 |
-7,4 % |
Il-medja tal-UE |
|
|
-4,9 % |
2. Ammonti Standard Aġġustati b’Rata Fissa
L-ammont standard attwali b’rata fissa għall-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum huwa (13) ta’ EUR 3 154 (14). Għall-2021, mingħajr ebda fattur ta’ aġġustament u meta titqies biss l-inflazzjoni, l-ammont standard b’rata fissa għall-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum ikun ta’ EUR 3 209.
Wara li jiġi applikat il-fattur ta’ aġġustament ta’ 0.836 għal dik iċ-ċifra, l-ammont standard aġġustat b’rata fissa għall-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum għall-2021 huwa ta’ EUR 2 683.
L-ammont standard attwali b’rata fissa għall-pagamenti ta’ penali f’daqqa huwa (15) ta’ EUR 1 052 (16). Għall-2021, mingħajr ebda fattur ta’ aġġustament u meta titqies biss l-inflazzjoni, l-ammont standard b’rata fissa għall-pagamenti ta’ penali f’daqqa ikun ta’ EUR 1 070.
Wara li jiġi applikat il-fattur ta’ aġġustament ta’ 0.836 għal dik iċ-ċifra, l-ammont standard aġġustat b’rata fissa għall-pagamenti ta’ somma f'daqqa għall-2021 huwa ta’ EUR 895.
IV. AĠĠUSTAMENT TAS-SANZJONIJIET FINANZJARJI PROPOSTI GĦAR-RENJU UNIT
Iċ-ċifri stabbiliti fit-Taqsima II japplikaw biss għall-Istati Membri.
Skont l-Artikolu 12(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq u l-Artikolu 12 tal-Protokoll dwar Żoni ta' Bażi Sovrana tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq f'Ċipru, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja jżommu s-setgħat mogħtija lilhom mit-Trattati b’rabta mal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li sar applikabbli għar-Renju Unit skont dawk il-Protokolli. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 160 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Qorti tal-Ġustizzja żżomm il-ġurisdizzjoni skont l-Artikoli 258, 260 u 267 tat-TFUE fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ħames Parti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
Huwa għalhekk possibbli għall-Kummissjoni li tressaq lir-Renju Unit quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal sanzjonijiet finanzjarji, wara l-31 ta’ Diċembru 2020, skont dawk id-dispożizzjonijiet.
Jekk il-Kummissjoni tagħmel dan, hija ma tistax tibqa’ tibbaża ruħha fuq il-formula użata qabel biex tikkalkula l-fattur “n” (17), peress li r-Renju Unit m’għadx għandu siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Għal din ir-raġuni, fil-formula tal-fattur “n” li għandha tintuża għall-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu imposti fuq ir-Renju Unit, in-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew huwa sostitwit b’fattur numeriku fiss ta’ 2,8, li jikkorrispondi għas-sehem tas-siġġijiet allokati lir-Renju Unit fil-Parlament Ewropew fl-2018 meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni (18).
Dan jirriżulta fiċ-ċifri li ġejjin għall-2021:
— |
Fattur “n” tar-Renju Unit: 3,70 |
— |
Somma f’daqqa minima tar-Renju Unit: EUR 8 215 000 |
V. APPLIKAZZJONI
Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni fid-deċiżjonijiet li tieħu biex tressaq każijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) Komunikazzjoni mill-President: Riformulazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE (SEC (2005) 1658), punt 10.3.
(2) SEC(2005) 1658, punt 14.
(3) Metodu ta’ kalkolu tal-ħlasijiet ta’ penali previsti skont l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE (ĠU C 63, 28.2.1997, p. 2).
(4) Ara b’mod partikolari l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) tat-Trattat (ĠU C 12, 15.1.2011, p. 1) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar( ĠU C 18, 19.1.2017, p. 10).
(5) SEC(2005) 1658, punt 14.
(6) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Modifika tal-metodu ta’ kalkolu għal ħlasijiet ta’ somom f’daqqa u ħlasijiet ta’ penali ta’ kuljum proposta mill-Kummissjoni fi proċedimenti ta’ ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea C(2019) 1396 finali (ĠU C 70, 25.2.2019, p. 1).
(7) Ara l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937 tat-28 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (ĠU L 165 I, 2.7.2018, p. 1).
(8) Il-medja hija kkalkulata kif ġej: il-fattur ‘n’ hu medja ġeometrika kkalkulata billi jittieħed l-għerq kwadrat tal-prodott tal-fatturi abbażi tal-PDG tal-Istati Membri u l-għadd ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Jinkiseb permezz tal-formula li ġejja Fejn PDG n = il-PDG tal-Istat Membru kkonċernat, f’miljuni ta’ euro; PDG avg = medja tal-PDG tal-Istati Membri kollha; Siġġu n = l-għadd ta’ siġġijiet tal-Istat Membru kkonċernat fil-Parlament Ewropew; Siġġu medju = il-medja tan-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew tal-Istati Membri kollha.
(9) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - L-aġġornament tad-data użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-penali li l-Kummissjoni se tipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċedimenti ta’ ksur C(2020)6043 final (ĠU C 301, 11.9.2020, p. 1).
(10) C(2019)1396 final.
(11) C(2020)6043 final.
(12) Mingħajr ebda aġġustament, is-somom f’daqqa minimi għall-Istati Membri kollha jiżdiedu b’medja ta’ 13,7 %. Il-firxa tvarja minn +9,4 % (il-Belġju u l-Portugall) għal +25,1 % (l-Irlanda).
(13) L-ammont tal-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum huwa kkalkulat billi jiġi multiplikat l-ammont ta’ rata fissa standard, l-ewwel bil-fatturi għas-serjetà u dewmien imbagħad bil-fattur ‘n’.
(14) C(2020)6043 final.
(15) L-ammont tal-pagament f’daqqa huwa kkalkulat billi jiġi multiplikat l-ammont ta’ rata fissa standard, (differenti minn dik għall-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum) bil-fattur għas-serjetà u l-fattur ‘n’ u n-numru ta’ ġranet li ppersista l-ksur (sakemm ikun hemm konformità mas-sentenza).
(16) C(2020)6043 final.
(17) Ara n-nota 8 f’qiegħ il-paġna.
(18) Formula speċifika tal-fattur “n” tar-Renju Unit: