26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/6


Avviż lill-impriżi li biħsiebhom jimportaw lejn l-Unjoni Ewropea jew jesportaw minnha xi sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u lill-impriżi li fl-2022 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għall-użu essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi fl-2022

(2021/C 104/06)

1.   

Dan l-Avviż huwa indirizzat lill-impriżi li huma kkonċernati mir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) (ir-Regolament) u li fl-2022 biħsiebhom:

a)

jimportaw jew jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea jew minnha, sustanzi elenkati fl-Anness I tar-Regolament, jew

b)

jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għall-użu essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni Ewropea.

Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (2) jipprevedi li r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Dan ifisser li r-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan l-avviż għandhom jinftiehmu li jinkludu l-Irlanda ta’ Fuq.

2.   

Huma kkonċernati l-gruppi ta’ sustanzi li ġejjin:

Grupp I

:

CFC 11, 12, 113, 114 jew 115

Grupp II

:

CFCs oħrajn kompletament aloġenati

Grupp III

:

alon 1211, 1301 jew 2402

Grupp IV

:

tetraklorur tal-karbonju

Grupp V

:

1,1,1-trikloroetan

Grupp VI

:

bromur tal-metil

Grupp VII

:

idrobromofluworokarburi

Grupp VIII

:

idroklorofluworokarburi

Grupp IX

:

bromoklorometan

3.   

Kull importazzjoni jew esportazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati (3)teħtieġ liċenzja maħruġa mill-Kummissjoni, għajr f’każijiet ta’ proċedura ta’ tranżitu, ta’ ħżin temporanju, ta’ ħżin doganali jew ta’ proċedura ta’ żona libera kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (4), li ma ddumx iktar minn 45 jum. Kull produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għall-użu essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.

4.   

Barra minn hekk, l-attivitajiet li ġejjin huma soġġetti għal limiti kwantitattivi:

a)

Il-produzzjoni u l-importazzjoni għall-użu fil-laboratorju u għall-użu analitiku,

b)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi kritiċi (aloni),

c)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għall-użu bħala materja prima,

d)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għall-użu bħala aġenti tal-ipproċessar.

Il-Kummissjoni talloka l-kwoti għall-użi a), b), c) u d). Il-kwoti huma stabbiliti fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet tal-kwoti u:

għall-każ a) ta’ hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 10(6) tar-Regolament, u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 (5)

għall-każijiet b), c) u d) ta’ hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament.

Għall-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 4

5.

Kull impriża li fl-2022 tixtieq timporta jew tipproduċi sustanzi kkontrollati għall-żu essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet analitiċi, jew li tixtieq timporta sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għall-użu bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti tal-ipproċessar għandha ssegwi l-proċedura deskritta fil-paragrafi 6 sa 9.

6.

L-impriża, li għadha ma rreġistratx fis-Sistema l-ġdida għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS (https://webgate.ec.europa.eu/ods2) għandha tagħmel dan qabel is-17 ta’ Mejju 2021.

7.

L-impriża trid timla u tippreżenta l-formola ta’ applikazzjoni għall-kwoti li tinsab online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

Il-formola ta’ applikazzjoni għall-kwoti se tkun disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS mis-17 ta’ Mejju 2021.

8.

Il-Kummissjoni se tqis biss bħala validi dawk il-formoli tal-applikazzjoni għall-kwoti mimlijin kif suppost u mingħajr żbalji li jkunu waslu sas-17 ta’ Ġunju 2021.

L-impriżi huma mħeġġa jissottomettu l-formoli ta’ applikazzjoni għall-kwoti tagħhom kemm jista’ jkun malajr, u biżżejjed qabel id-data tal-iskadenza biex jekk jinqala’ l-bżonn ta’ korrezzjonijiet, dawn ikunu jistgħu jsiru u l-formoli jiġu sottomessi mill-ġdid qabel id-data tal-iskadenza.

9.

Is-sottomissjoni ta’ formola ta’ applikazzjoni għall-kwoti weħidha ma tagħtix id-dritt ta’ importazzjoni jew ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għall-użu essenzjali fil-laboratorju u għall-użu għal skopijiet analitiċi, jew id-dritt ta’ importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għall-użu bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti tal-ipproċessar . Qabel ma sseħħ importazzjoni jew produzzjoni ta’ dan it-tip fl-2022, jeħtieġ li l-impriżi japplikaw għal-liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja, li tinsab online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

Għall-importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 u għall-esportazzjoni

10.

Kull impriża li fl-2022 tkun tixtieq tesporta s-sustanzi kkontrollati jew timporta s-sustanzi kkontrollati għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 trid issegwi l-proċedura spjegata fil-paragrafi 11 u 12.

11.

Kull impriża li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS, għandha tagħmel dan mill-iktar fis possibbli.

12.

Qabel ma ssir importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 jew qabel ma sseħħ esportazzjoni fl-2022, jeħtieġ li l-impriżi japplikaw għal-liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja li tinsab online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A12020W/TXT#d1e32-102-1

(3)  Ta’ min wieħed jinnota li huma permessi biss l-importazzjoni jew l-esportazzjoni eżentati mill-projbizzjoni ġenerali tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni skont l-Artikoli 15 u 17.

(4)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4).