1.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/1


Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandu jimtela l-mudell tal-formola standard fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali mressqa mill-Istati Membri

(2021/C 71/01)

Werrej

1.

Għan tad-dokument ta’ gwida 3

2.

Għan tar-rapport annwali 3

3.

Sfond legali 3

4.

Definizzjonijiet 4

5.

Kamp ta’ applikazzjoni tar-rapport annwali 5

6.

Perjodu ta’ rapportar u sottomissjoni tar-rapporti annwali 6

7.

Relazzjoni ma’ rapporti speċifiċi oħrajn 6

8.

Gwida Ġenerali 7

9.

Gwida dwar kif jimtela l-mudell tal-formola standard tar-rapport annwali 7
PARTI I 7

1.

Introduzzjoni 7

2.

Miżuri meħuda biex jiġi żgurat l-operat effettiv tal-MANCP, inkluż azzjoni ta’ infurzar u r-riżultati ta’ tali miżuri. 8

3.

Emendi magħmula lill-MANCP. 7

4.

Tariffi jew imposti 9
PARTI II 10

A.

Informazzjoni komuni 10

A.1

Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub 10

A.2

Riżultat tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fis-sena preċedenti taħt il-MANCP tal-Istat Membru 10

A.3

Tip u għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, għal kull qasam, identifikati fis-sena ta’ qabel mill-awtoritajiet kompetenti 11

B.

Informazzjoni għal kull taqsima 11
Taqsima 1. L-ikel u s-sikurezza tal-ikel, l-integrità u t-tjubija tal-ikel f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni tal-ikel, inkluż regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom, u l-manifattura u l-użu ta’ materjali u oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel 11
Taqsima 2. Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM) għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf. 25 18
Taqsima 3. Is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni tal-għalf u l-użu tal-għalf, inklużi regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu s-saħħa u l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom 20
Taqsima 4. Rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali 22
Taqsima 5. Prevenzjoni u minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali li jirriżultaw minn prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati 25
Taqsima 6. Rekwiżiti ta’ benessri tal-annimali 27
Taqsima 7. Miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti 29
Taqsima 8. Rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi 31
Taqsima 9. Il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi 32
Taqsima 10. L-użu u t-tikkettar tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti 32

1.   Għan tad-dokument ta’ gwida

L-għan ta’ dan id-dokument ta’ gwida huwa li jassisti lill-Istati Membri fis-sottomissjoni tal-informazzjoni u tad-data fir-rapport annwali tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali pluriennali ta’ kontroll (MANCP) tagħhom f’mudell tal-formola standard.

Dan id-dokument ta’ gwida huwa maħsub biex jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tal-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 (2). Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni.

2.   Għan tar-rapport annwali

L-għan tar-rapport annwali tal-Istati Membri huwa li:

a)

jissodisfa l-obbligi legali għar-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

b)

jiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 u jiffaċilita l-ġbir u t-trażmissjoni ta’ data komparabbli u l-kumpilazzjoni sussegwenti ta’ tali data fl-istatistika tal-Unjoni kollha;

c)

jintuża fl-aġġornament u r-rieżami tal-MANCP.

Il-proċess tal-kompilazzjoni u l-analiżi tad-data għall-fini tar-rapport annwali jista’ jiffaċilita r-rieżami mill-Istati Membri tal-effettività, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-titjib kontinwu tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom.

Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma mitlubin jiżguraw il-pubblikazzjoni regolari u f’waqtha tal-informazzjoni dwar dan li ġej:

d)

it-tip, l-għadd u r-riżultat tal-kontrolli uffiċjali;

e)

it-tip u l-għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati;

f)

it-tip u l-għadd ta’ każijiet fejn ikunu ttieħdu miżuri mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) 2017/625; u

g)

t-tip u l-għadd ta’ każijiet fejn ġew imposti l-penali msemmija fl-Artikolu 139 ta’ dak ir-Regolament.

Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta, fejn xieraq, permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapporti annwali.

Skont l-Artikolu 114(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni hija mitluba tqis l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti annwali fit-tħejjija tar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-operat tal-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri.

3.   Sfond legali

L-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi:

“1.   Sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport li jinkludi:

(a)

kull emenda li tkun saret fil-MANCP tiegħu biex iqis il-fatturi msemmija fl-Artikolu 111(2);

(b)

ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fis-sena ta’ qabel fil-qafas tal-MANCP tiegħu;

(c)

it-tip u l-għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), f’kull qasam, identifikati fis-sena ta’ qabel mill-awtoritajiet kompetenti;

(d)

il-miżuri meħudin biex jiżguraw l-operat effettiv tal-MANCP tiegħu, inklużi l-azzjoni ta’ infurzar u r-riżultati ta’ tali miżuri; u

(e)

link għall-paġna web tal-awtorità kompetenti li fiha l-informazzjoni pubblika dwar it-tariffi jew l-imposti msemmija fl-Artikolu 85(2).”

4.   Definizzjonijiet

F’dan id-dokument ta’ gwida, issir referenza għad-definizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u, b’mod partikolari, id-definizzjonijiet fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) 2017/625. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġu nnutati d-definizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/625:

(a)

“kontrolli uffiċjali” tfisser attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-korpi delegati jew mill-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali f’konformità ma’ dan ir-Regolament, sabiex:

tiġi vverifikata l-konformità mill-operaturi ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

jiġi vverifikat li l-annimali jew l-oġġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż għall-ħruġ ta’ ċertifikat uffiċjali jew attestazzjoni uffiċjali;

(b)

“attivitajiet uffiċjali oħra” tfisser attivitajiet, minbarra l-kontrolli uffiċjali, li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-korpi delegati jew mill-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti attivitajiet uffiċjali oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi attivitajiet immirati għall-verifika tal-preżenza ta’ mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, il-prevenzjoni jew it-trażżin tat-tixrid ta’ tali mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, il-qerda ta’ dak il-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti, l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet jew approvazzjonijiet, u l-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali jew attestazzjonijiet uffiċjali.

Minbarra d-definizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jenħtieġ li jitqiesu l-approċċi li ġejjin għall-fini ta’ dan id-dokument ta’ gwida:

(a)   Kif jingħaddu l-kontrolli uffiċjali

L-approċċ għall-għadd tal-kontrolli uffiċjali huwa bbażat fuq l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, li skontu, għal kull kontroll uffiċjali li jwettqu l-awtoritajiet kompetenti, huma għandhom ifasslu rekords bil-miktub, li jistgħu jkunu bil-miktub jew f’forma elettronika. Il-kontrolli uffiċjali, għall-finijiet tat-tħejjija tar-rapporti annwali mill-Istati Membri, jenħtieġ li jingħaddu abbażi ta’ dawk ir-rekords.

Matul kontroll uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw metodi jew tekniki differenti u jwettqu attivitajiet f’diversi oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż f’konformità ma’ regoli differenti (5) f’dawk l-oqsma. Ir-rekord bil-miktub tal-kontroll uffiċjali jenħtieġ li jirrifletti dawk l-attivitajiet u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jirrapportawhom skont dan (eż. kampjun uffiċjali uniku li jwassal għal diversi analiżijiet li jkopru ħames regoli differenti = ħames riżultati ta’ analiżijiet/rapporti tal-laboratorju = kontrolli uffiċjali f’konformità ma’ ħames regoli differenti; żjara/spezzjoni waħda li tkopri tliet regoli differenti = kontrolli uffiċjali f’konformità ma’ tliet regoli differenti).

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontroll uffiċjali fuq operatur/stabbiliment b’diversi attivitajiet (eż. ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u maħżen imkessaħ għall-prodotti) u jekk l-awtoritajiet kompetenti jkopru tnejn minn dawk l-attivitajiet jew aktar, allura l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jirrapportaw il-kontrolli skont l-attività, kull meta jkun possibbli.

(b)   Kif jingħaddu l-operaturi/l-istabbilimenti

L-operaturi rreġistrati u l-istabbilimenti approvati jistgħu jwettqu attivitajiet differenti li għalihom ir-rekwiżiti huma pprovduti f’regoli differenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-katina agroalimentari. L-awtoritajiet kompetenti jżommu listi aġġornati ta’ tali operaturi u stabbilimenti, inkluż tal-attivitajiet tagħhom. Għalhekk, meta jingħadd l-għadd ta’ operaturi u/jew stabbilimenti, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jgħodduhom filwaqt li jżommu f’moħħhom l-attivitajiet li jwettqu u jinkluduhom fil-kategoriji korrispondenti (eż. jekk stabbiliment ikollu kemm attivitajiet ta’ bejgħ bl-ingrossa kif ukoll ta’ bejgħ bl-imnut, tali stabbiliment jenħtieġ li jingħadd kemm fil-kategorija tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll dik tal-bejgħ bl-imnut).

(c)   Kif jingħaddu n-nuqqasijiet ta’ konformità

Għall-fini ta’ dan id-dokument ta’ gwida, nuqqas ta’ konformità jikkorrispondi għal ksur tar-regoli fl-oqsma tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

L-approċċ għall-għadd ta’ nuqqasijiet ta’ konformità huwa bbażat fuq l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, li skontu, l-operatur għandu jiġi infurmat minnufih bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità identifikat permezz tal-kontrolli uffiċjali. Jenħtieġ li n-nuqqasijiet ta’ konformità, għall-finijiet tat-tħejjija tar-rapporti annwali mill-Istati Membri, jingħaddu abbażi ta’ komunikazzjoni bil-miktub maħruġa mill-awtorità kompetenti lill-operatur.

Matul kontroll uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidentifikaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fl-implimentazzjoni:

ta’ regoli differenti f’wieħed mill-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2) (eż. tliet atti legali fil-qasam tal-għalf – Artikolu 1(2)(c)), jew

tar-regoli f’oqsma differenti (eż. att legali wieħed fil-qasam tas-saħħa tal-annimali – Artikolu 1(2)(d) – u żewġ atti legali fil-qasam tal-benessri tal-annimali – Artikolu 1(2)(f)).

Il-komunikazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti lill-operatur, li tidentifika n-nuqqasijiet ta’ konformità, jenħtieġ li tirrifletti dawk il-każijiet u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jirrapportawhom skont dan.

(d)   Azzjoni/miżuri amministrattivi u ġudizzjarji

Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, meta tiġi stabbilita nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-operaturi kkonċernati jirrimedjaw in-nuqqas ta’ konformità u jipprevjenu okkorrenzi ulterjuri ta’ tali nuqqas ta’ konformità. Il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiġu rrapportati taħt żewġ kategoriji: amministrattivi u ġudizzjarji.

Azzjonijiet/miżuri amministrattivi huma dawk li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtorità kompetenti u li jinbdew minnha.

L-azzjonijiet/il-miżuri ġudizzjarji huma dawk li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet ġudizzjarji u li huma rilevanti għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li l-awtorità kompetenti rreferiet lill-awtorità ġudizzjarja.

L-għadd ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti, jew li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtorità ġudizzjarja, jista’ ma jikkorrispondix awtomatikament mal-għadd ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati.

5.   Kamp ta’ applikazzjoni tar-rapport annwali

Ir-rapport annwali jenħtieġ li jkopri l-kamp ta’ applikazzjoni tal-MANCP imħejji f’konformità mal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, filwaqt li jqis ir-rekwiżiti tal-Artikolu 113(1) ta’ dak ir-Regolament.

L-Istati Membri diġà ssottomettew informazzjoni u data dwar il-kontrolli tal-importazzjoni u l-kontrolli fuq il-kummerċ intra-Unjoni lill-Kummissjoni meta jużaw is-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni kompjuterizzata għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC). Għalhekk, din l-informazzjoni u d-data jenħtieġ li ma jkunux parti mir-rapport annwali.

L-Istati Membri mhumiex mitluba jinkludu informazzjoni fir-rapport annwali tagħhom dwar attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-korpi delegati jew mill-persuni fiżiċi li jkunu ġew iddelegati lilhom ċerti attivitajiet uffiċjali oħra (6).

Bl-istess mod, id-data dwar il-kontroll tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (7), mhijiex meħtieġa li tiġi rrapportata fir-Rapport Annwali.

Minkejja dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu informazzjoni u data dwar il-kontrolli uffiċjali li, f’konformità mal-Artikolu 1(4)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-Istati Membri għandhom iwettqu skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fejn dawk il-kontrolli jidentifikaw prattiki frodulenti jew qarrieqa possibbli fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 73 sa 91 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Il-listi indikattivi mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fil-mudell tal-formola standard tar-rapport annwali jinsabu fl-Annessi 1 sa 10.

6.   Perjodu ta’ rapportar u sottomissjoni tar-rapporti annwali

Skont l-Artikolu 113(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-Istati Membri għandhom jissottomettu r-rapporti annwali tagħhom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara s-sena li għaliha jirreferu r-rapporti, billi jużaw il-mudell tal-formola standard li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dak il-mudell tal-formola standard huwa stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/723, li japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019. Għalhekk, l-ewwel rapporti annwali, bl-użu tal-mudell tal-formola standard, għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Awwissu 2021.

7.   Relazzjoni ma’ rapporti speċifiċi oħrajn

Ir-Regolament (UE) 2017/625 ma jaffettwax dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali. Għalhekk, ir-rapport annwali meħtieġ mill-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 ma jiħux post ir-rapporti annwali jew rapporti oħra dwar kontrolli uffiċjali oħrajn previsti f’partijiet oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 jintegra, kull meta jkun possibbli, il-mudelli tal-formoli standard adottati mill-Kummissjoni għas-sottomissjoni ta’ rapporti oħra dwar il-kontrolli uffiċjali li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jissottomettu lill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625. Eżempji ta’ din l-integrazzjoni huma r-rapporti tal-Istati Membri dwar l-informazzjoni u d-data dwar il-kontrolli uffiċjali fuq il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel, l-irradjazzjoni tal-ikel, ir-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ data dwar l-annimali u dik organika.

L-ambitu tal-obbligi ta’ rapportar fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/625 u fl-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 huma simili. Barra minn hekk, l-iskadenza fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ġiet allinjata ma’ dik tal-Artikolu 113(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu l-kwistjonijiet li għandhom jiġu rrapportati skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fir-rapport annwali tagħhom (jiġifieri fit-Taqsima 8 tal-Parti II tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723).

Il-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-fini ta’ programmi ta’ kontroll ikkoordinati (l-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2017/625) jenħtieġ li jiġu rrapportati fir-rapport annwali. Il-kontrolli mwettqa taħt dawn il-programmi huma kkunsidrati bħala kontrolli uffiċjali u, anke jekk ir-riżultati tagħhom iridu jiġu rrapportati b’mod definit mill-programm, jenħtieġ li jiġu rrapportati wkoll fir-rapport annwali. Tista’ tiżdied spjegazzjoni fil-kaxxa tal-kummenti rilevanti biex tindika li tali programm ġie implimentat.

8.   Gwida ġenerali

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi approċċ ibbażat fuq is-sistemi għall-kontrolli uffiċjali tal-Istati Membri. Parti essenzjali ta’ approċċ bħal dan hija l-kumpilazzjoni u l-analiżi tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali u t-tfassil ta’ konklużjonijiet dwarhom, bil-ħsieb tad-determinazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi xierqa bbażati fuq is-sistema u l-aġġustament jew l-emendar tal-MANCP fejn meħtieġ. Ir-rapport annwali għalhekk jenħtieġ li jkun sinteżi ta’ dik l-attività.

Rendikont statistiku sempliċi tal-għadd ta’ kontrolli uffiċjali jenħtieġ li ma jissodisfax dak ir-rekwiżit. Għall-kompilazzjoni tar-rapport annwali, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu ħarsa ġenerali tar-riżultati nazzjonali globali jew aggregati li fuqhom hija bbażata l-analiżi tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali.

Il-kwistjonijiet li għandhom jiġu koperti fil-ħarsa ġenerali u l-analiżi tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali huma deskritti fit-Taqsima 9 ta’ dan id-dokument ta’ gwida. L-analiżi ta’ dawk ir-riżultati tista’ tidentifika x-xejriet u tikkummenta dwar is-sinifikat tagħhom u l-konsegwenzi futuri possibbli għall-kontrolli uffiċjali.

Għall-finijiet tal-kompilazzjoni tad-data tal-kontroll mhux ipproċessata, fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tippreskrivi d-data li trid tinġabar għall-fini ta’ rapporti speċifiċi, fir-rigward tal-oqsma tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li din id-data tifforma l-bażi tal-analiżi tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali għaż-żona inkwistjoni.

Fejn ma jkunx hemm dispożizzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu l-mudell tal-formola standard għar-rapport annwali għall-kompilazzjoni tad-data.

Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità, fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi tali klassifikazzjoni, din il-klassifikazzjoni jenħtieġ li tiġi segwita għall-finijiet tar-rapporti annwali. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe dispożizzjoni speċifika, l-Istati Membri jenħtieġ li jsegwu l-klassifikazzjoni tan-nuqqasijiet ta’ konformità fil-mudell tal-formola standard għar-rapport annwali.

Id-data ta’ sfond li tappoġġa r-riżultati u l-analiżi tal-kontrolli uffiċjali pprovduti fir-rapport annwali tista’ tkun meħtieġa mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-kontrolli tal-Kummissjoni previsti fl-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 2017/625 u għalhekk jenħtieġ li tinżamm u tiġi pprovduta lill-Kummissjoni fuq talba (Artikolu 119(b) ta’ dak ir-Regolament).

9.   Gwida dwar kif jimtela l-mudell tal-formola standard tar-rapport annwali

Il-mudell tal-formola standard tar-rapport annwali huwa pprovdut fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723. L-Istati Membri huma meħtieġa jissottomettu l-informazzjoni u d-data permezz tal-verżjoni elettronika tal-mudell tal-formola standard ipprovdut fir-“Rapportar Annwali dwar il-Kontrolli Uffiċjali” (AROC) fil-Pjattaforma ta’ Ġbir tad-Data ta’ SANTE (taħt il-kappa tal-IMSOC).

It-titolu tar-rapport annwali huwa dan li ġej:

“Rapport Annwali sottomess minn (daħħal l-Istat Membru) għall-perjodu 01/01/(daħħal is-sena ta’ rapportar) sa 31/12/(daħħal is-sena ta’ rapportar)”.

PARTI I

L-intestaturi nnumerati li ġejjin jikkorrispondu għall-intestaturi tal-mudell tal-formola standard tar-rapport annwali fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/723.

1.   Introduzzjoni

Din it-taqsima hija magħmula minn kaxxa tat-test, bin-numru 1, għal test liberu.

L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw il-progress tagħhom lejn l-ilħuq tal-objettivi strateġiċi u l-isfidi li ffaċċjaw matul is-sena ta’ rapportar meta jimplimentaw il-MANCP tagħhom. Meta r-rapport annwali jkun relatat mal-ewwel jew mal-aħħar sena tal-implimentazzjoni tal-MANCP, dan jenħtieġ li jitqies.

Dikjarazzjoni dwar il-livell ġenerali ta’ konformità mar-regoli tar-Regolament (UE) 2017/625 tista’ tiġi inkluża flimkien ma’ valutazzjoni ġenerali tal-effettività tal-kontrolli uffiċjali mwettqa skont il-MANCP u l-adegwatezza tagħhom biex jinkisbu l-objettivi ta’ dak ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ġenerali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq analiżi u sinteżi tar-riżultati tat-taqsimiet fil-Parti II u tipprovdi deskrizzjonijiet:

a)

tal-indikaturi tal-prestazzjoni applikati għal dawk l-objettivi, fejn xieraq; u

b)

tar-riżultati għal kull objettiv, fejn xieraq (11).

Sabiex tinkiseb uniformità aħjar fir-rapportar dwar a) u b) hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jużaw it-tabella li ġejja:

Artikolu 1(2) qasam

Objettiv(i) strateġiku/strateġiċi

Objettiv(i) operazzjonali

Indikatur(i)

Mira (%)

Riżultat (%)

Valutazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Istati Membri jistgħu jagħtu deskrizzjoni ġenerali tal-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ kontrolli uffiċjali tagħhom għall-oqsma differenti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, matul is-sena ta’ rapportar. Jenħtieġ li tiġi evitata repetizzjoni ta’ kwalunkwe deskrizzjoni dettaljata mogħtija fil-MANCP. Minflok, l-Istati Membri jenħtieġ li jenfasizzaw kwalunkwe benefiċċju f’termini ta’ effettività marbuta mal-koordinazzjoni, mal-kooperazzjoni u mas-sinerġiji bejn l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis-sistemi ta’ kontroll uffiċjali differenti u l-kwistjonijiet li nqalgħu fis-sena ta’ rapportar.

2.   Miżuri meħuda biex jiġi żgurat l-operat effettiv tal-MANCP, inkluż azzjoni ta’ infurzar u r-riżultati ta’ tali miżuri.

Din it-taqsima hija magħmula minn kaxxa tat-test, bin-numru 2, għal test liberu.

Dan jenħtieġ li jkun rendikont tal-azzjonijiet meħuda biex jiġi żgurat l-operat effettiv tal-MANCP. Ir-rapport annwali jenħtieġ li jindirizza l-azzjonijiet meħuda fl-oqsma li ġejjin:

a)

Azzjonijiet meħuda biex tiġi żgurata l-konformità mill-operaturi kif previst fl-Artikoli 138(2) u 139(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.

b)

Azzjonijiet meħuda biex jiġi żgurat l-operat effettiv tas-servizzi ta’ kontroll uffiċjali kif previst fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/625. Dawn jenħtieġ li jinkludu l-awditi mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(1) u l-awditi jew l-ispezzjonijiet imwettqa f’konformità mal-Artikolu 33, u l-azzjonijiet meħuda b’reazzjoni għas-sejbiet tagħhom, fejn xieraq. Fil-każ ta’ azzjonijiet meħuda b’reazzjoni għall-konklużjonijiet tal-awditi, dan jista’ jinkludi azzjonijiet korrettivi u preventivi, jew azzjonijiet ta’ titjib ibbażati fuq l-identifikazzjoni ta’ prattika tajba.

c)

Azzjonijiet sostanzjali meħudin biex jiżguraw l-operat effettiv tas-servizzi ta’ kontroll uffiċjali jistgħu jeħtieġu emenda tal-MANCP u f’każ bħal dan jenħtieġ li jiġu inklużi fit-Taqsima 3 tal-Parti I tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723. Madankollu, xi azzjonijiet sinifikanti jistgħu ma jeħtiġux emenda tal-MANCP u, f’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li jiġu inklużi f’dan il-punt fir-rapport annwali, sabiex jindikaw azzjonijiet pożittivi meħuda mill-Istat Membru. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tkopri punti bħal:

proċeduri ta’ kontroll ġodda, aġġornati jew riveduti;

inizjattivi ta’ taħriġ;

kwistjonijiet ta’ riżorsi;

il-forniment ta’ riżorsi addizzjonali;

ir-riallokazzjoni tar-riżorsi attwali wara rieżami tal-prijoritajiet;

inizjattivi speċjali ta’ kontroll;

bidliet għall-organizzazzjoni jew il-ġestjoni tal-awtoritajiet kompetenti;

għoti ta’ pariri jew informazzjoni lill-operaturi tan-negozju tal-għalf u tal-ikel;

leġiżlazzjoni ġdida;

korpi delegati jew persuni fiżiċi ġodda

sospensjoni jew irtirar ta’ delega fil-każ ta’ korpi delegati jew persuni fiżiċi.

L-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw ukoll kwistjonijiet rilevanti b’impatt negattiv fuq l-operat tas-sistemi ta’ kontroll uffiċjali.

3.   Emendi magħmula lill-MANCP.

Din it-taqsima hija magħmula minn kaxxa tat-test, bin-numru 3, għal test liberu.

F’konformità mal-Artikolu 113(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, fir-rapport annwali l-Istati Membri għandhom jinkludu kwalunkwe emenda tal-MANCP tagħhom matul is-sena relatata ma’ dak ir-rapport, jew għas-snin li jmiss, biex jitqiesu mill-anqas il-fatturi li ġejjin:

il-feġġa ta’ mard ġdid, pesti ġodda tal-pjanti, jew riskji ġodda oħra għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għall-benessri tal-annimali, jew fil-każ tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, anke għall-ambjent;

bidliet sinifikanti fl-istruttura, fil-ġestjoni jew fl-operat tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru;

ir-riżultat tal-kontrolli uffiċjali tal-Istati Membri;

ir-riżultat tal-kontrolli tal-Kummissjoni mwettqa fl-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 116(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;

sejbiet xjentifiċi; u

r-riżultat tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru.

Fatturi oħra li jistgħu jitqiesu għal emendi bħal dawn huma, fejn applikabbli:

leġiżlazzjoni ġdida;

bidliet sinifikanti fis-settur tal-produzzjoni agroalimentari;

ir-riżultat ta’ awditi finanzjarji mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;

ir-riżultat tal-analiżi tal-kawżi ewlenin;

il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtieġa li jiġi żgurat li l-emendi li jsiru b’reazzjoni għall-fatturi msemmija fl-Artikolu 111(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 jiġu indirizzati u spjegati. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġu deskritti l-bidliet rilevanti tas-sistemi ta’ kontroll uffiċjali deskritti fil-MANCP u l-bidliet rilevanti għall-kategorizzazzjoni tar-riskji tal-attivitajiet.

L-emendi jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-analiżi u l-konklużjonijiet previsti fit-Taqsimiet 1 sa 10 fil-Parti II tar-rapport annwali u jinkludu kontroreferenzi għat-taqsima/taqsimiet rilevanti, kif xieraq.

4.   Tariffi jew imposti

Din it-taqsima hija magħmula minn qasam, bin-numru 4, għall-inklużjoni ta’ iperlink(s).

Fir-rapport annwali, l-Istati Membri mitluba jinkludu l-links għall-paġni web tal-awtoritajiet kompetenti li jkun fihom l-informazzjoni pubblika dwar it-tariffi jew l-imposti msemmija fl-Artikolu 85(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Skont l-Artikolu 85(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, kull awtorità kompetenti hija mitluba tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, l-informazzjoni dwar it-tariffi jew l-imposti previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 79(1), l-Artikolu 79(2) u l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2017/625, jiġifieri dwar:

il-metodu u d-data użati biex jistabbilixxu dawn it-tariffi jew l-imposti;

l-ammont tat-tariffi jew l-imposti applikati għal kull kategorija ta’ operaturi u għal kull kategorija ta’ kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra;

ir-rendikont tal-ispejjeż, kif imsemmija fl-Artikolu 81;

l-identità tal-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli għall-ġbir tat-tariffi jew l-imposti.

L-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2017/625 ma japplikax għall-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (i) u (j) tal-Artikolu 1(2). Għalhekk, fir-rigward ta’ dawn il-punti, kull awtorità kompetenti hija mitluba li tqiegħed biss għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni dwar it-tariffi jew l-imposti previsti fl-Artikolu 80.

PARTI II

A.   Informazzjoni komuni

A.1    Konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub

Din l-informazzjoni hija ppreżentata f’kaxxa tat-test, għal test liberu, f’kull Taqsima tal-Parti II.

L-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw kemm intlaħqu l-miri operazzjonali annwali (fejn l-Istati Membri stabbilew tali miri operazzjonali) u l-objettivi strateġiċi stabbiliti fil-MANCP għal kull qasam tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Hawnhekk tista’ tiġi inkluża deskrizzjoni qasira tal-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti u/jew tal-miri operazzjonali applikati, sakemm ma tkunx ipprovduta fil-MANCP, f’liema każ jenħtieġ li ssir referenza għalihom permezz ta’ kontroreferenzi.

L-Istati Membri jistgħu jinkludu valutazzjoni ta’ kif il-kontrolli uffiċjali (inklużi dawk mhux ippjanati) u, fejn applikabbli, l-attivitajiet speċifiċi ta’ kontroll iffukati fuq kwistjoni partikolari, ikkontribwew għal-livell ta’ konformità miksub.

Għall-kontrolli uffiċjali ppjanati, l-Istati Membri jistgħu jsemmu kemm ikunu nkisbu l-frekwenza jew l-intensità u n-natura tal-kontrolli uffiċjali stabbiliti fil-MANCP. F’każ li l-miri operazzjonali għall-kontrolli uffiċjali ppjanati ma jintlaħqux, tista’ tiġi pprovduta analiżi tal-fatturi ta’ mitigazzjoni u/jew ta’ kontribuzzjoni rilevanti.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu spjegazzjoni qasira tar-raġunijiet għall-kontrolli uffiċjali mhux ippjanati — b’mod partikolari meta jkunu ddevjaw ir-riżorsi mill-kontrolli uffiċjali ppjanati.

L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu deskrizzjoni dwar kif tkejlet il-konformità ġenerali mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, għal kull qasam, matul is-sena preċedenti kif ukoll ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati. Dikjarazzjoni jew konklużjoni dwar il-livell ġenerali ta’ konformità tista’ tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati abbażi tal-prestazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti.

A.2    Riżultat tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fis-sena preċedenti taħt il-MANCP tal-Istat Membru

Din l-informazzjoni hija ppreżentata f’tabella waħda, jew aktar, f’kull Taqsima tal-Parti II skont il-partikolaritajiet ta’ kull qasam fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Fit-tabella/tabelli, l-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw mill-anqas l-għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ qabel. Eżempji tal-metodi u t-tekniki użati għal dawn il-kontrolli jistgħu jinstabu fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/625 (eż. spezzjoni, kampjunar, analiżi, dijanjożi u testijiet).

L-Annessi 1 sa 10 jipprovdu listi indikattivi mhux eżawrjenti ta’ regoli, għal kull qasam, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata fit-Taqsimiet korrispondenti tal-mudell tal-formola standard tar-rapport annwali.

Kaxxi tat-test fakultattivi, għal test liberu, huma pprovduti wara t-tabelli għal kwalunkwe kumment meqjus neċessarju dwar it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, jiġifieri kwalunkwe kuntest speċifiku, sfond speċifiku jew restrizzjoni speċifika li jistħoqq li jiġi/tiġi enfasizzat(a). L-Istati Membri jistgħu jżidu informazzjoni f’dawn il-kaxxi tat-test dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 fejn dawk ir-rekwiżiti huma applikabbli għal prodotti/oġġetti li għandhom jiġu esportati mill-Unjoni (ara wkoll l-Artikolu 9(6)(b) tal-istess Regolament).

A.3    Tip u għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, għal kull qasam, identifikati fis-sena ta’ qabel mill-awtoritajiet kompetenti

Din l-informazzjoni hija ppreżentata fil-forma ta’ tabella waħda, jew aktar, f’kull Taqsima tal-Parti II skont il-partikolaritajiet ta’ kull qasam fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Fit-tabella/tabelli, l-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw mill-anqas it-tip u l-għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati matul is-sena preċedenti.

Fit-tabelli, skont il-partikolaritajiet ta’ kull qasam fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, in-nuqqasijiet ta’ konformità huma maqsumin skont it-tip (eż. marbuta ma’ operatur (strutturali jew operazzjonali) jew marbuta ma’ annimal (skont l-ispeċi) jew oġġett (eż. skont il-kategoriji tal-ikel)) u l-aħħar kolonna tat-tabelli tindika l-azzjonijiet/il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti biex terġa’ tinkiseb il-konformità taħt żewġ kategoriji: “Amministrattiva” u “Ġudizzjarja”.

Fejn applikabbli, taħt il-kaxxi tat-test “Prattiki frodulenti u qarrieqa”, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu sommarju tan-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiġi identifikat ksur intenzjonat possibbli tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, imwettaq permezz ta’ prattiki frodulenti jew qarrieqa, u titqies l-informazzjoni dwar tali ksur kondiviża permezz tal-mekkaniżmi ta’ assistenza amministrattiva previsti fl-Artikoli 102 sa 108 tar-Regolament (UE) 2017/625 u kwalunkwe informazzjoni oħra li tindika l-possibbiltà ta’ tali ksur.

Meta jipprovdu s-sommarju ta’ hawn fuq, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu d-definizzjoni ta’ “notifika ta’ frodi alimentari” fl-Artikolu 2(21) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/1715 (12), li hija notifika ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ azzjoni intenzjonali suspettata minn negozji jew individwi għall-fini li jqarrqu bix-xerrejja u jiksbu vantaġġ mhux dovut minnha, bi ksur tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Kaxxi tat-test fakultattivi, għal test liberu, huma pprovduti wara t-tabelli għal kwalunkwe kumment meqjus neċessarju dwar il-kwantità u t-tip ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati u l-azzjonijiet/il-miżuri mibdija, jiġifieri kwalunkwe kuntest speċifiku, sfond speċifiku jew restrizzjoni speċifika li jistħoqq li jiġi/tiġi enfasizzat(a).

B.   Informazzjoni għal kull taqsima

Taqsima 1. L-ikel u s-sikurezza tal-ikel, l-integrità u t-tjubija tal-ikel f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni tal-ikel, inkluż regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom, u l-manifattura u l-użu ta’ materjali u oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel

It-Taqsima 1 tal-Parti II hija magħmula minn:

kaxxa tat-test bin-numru 1.1, għal test liberu, għall-konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub;

tliet tabelli għall-kontrolli uffiċjali mwettqa, bin-numru 1.2, 1.3 u 1.4;

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 1.5, għal test liberu, għall-kummenti;

tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità u l-azzjonijiet/il-miżuri bin-numru 1.6, u

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 1.7, għal test liberu, għall-kummenti.

Il-kaxxa tat-test 1.1 jenħtieġ li timtela skont il-gwida fit-Taqsima A.1.

Għat-Tabella 1.2 dwar il-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.2.

Kif timtela t-Tabella 1.2

Għal stabbilimenti approvati

Il-kolonna “Għadd ta’ stabbilimenti”

L-għadd totali ta’ stabbilimenti approvati, użati għall-ippjanar tal-kontrolli uffiċjali (x’aktarx fil-bidu tas-sena), għall-kategoriji differenti.

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti approvati.

Għall-operaturi/stabbilimenti rreġistrati

Il-kolonna “Għadd ta’ operaturi/stabbilimenti”

L-għadd totali ta’ operaturi/stabbilimenti, użati għall-ippjanar tal-kontrolli uffiċjali (x’aktarx fil-bidu tas-sena), għall-kategoriji differenti.

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi/stabbilimenti.

Għall-istabbilimenti li jipproduċu materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel

Il-kolonna “Għadd ta’ stabbilimenti”

L-għadd totali ta’ stabbilimenti, użati għall-ippjanar tal-kontrolli uffiċjali (x’aktarx fil-bidu tas-sena), għal din il-kategorija.

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, f’din il-kategorija ta’ stabbilimenti.

Il-kategoriji ta’ operaturi/stabbilimenti ġew diviżi f’“approvati” u “rreġistrati”, skont ir-regoli tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (14).

Fil-każ ta’ stabbilimenti “approvati”, il-kategoriji fit-Tabella 1.2 (u konsegwentement fit-Tabella 1.6) ittieħdu mill-Anness II tal-“Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi Relatati mal-Lista Ewlenija u l-Listi tal-Istabbilimenti tal-Ikel Approvati tal-UE u Ċerti Stabbilimenti tal-Ikel Speċifikati oħra” (15).

Fil-każ ta’ operaturi/stabbilimenti “rreġistrati”, il-kategoriji fit-Tabella 1.2 (u konsegwentement fit-Tabella 1.6) ġew maqbula mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni matul l-iżvilupp tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/723. Barra minn hekk, biex tiġi ffaċilitata l-kategorizzazzjoni tal-operaturi/tal-istabbilimenti, il-Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE) (16), permezz tal-kodiċijiet tagħhom, tista’ tintuża b’mod fakultattiv. It-tabella li ġejja turi kif il-kodiċijiet tan-NACE jirrelataw mal-kategoriji definiti:

Kategoriji ta’ operaturi/stabbilimenti rreġistrati

Kodiċijiet tan-NACE

Tkabbir ta’ għelejjel

01.11 sa 01.14 u 01.19 sa 01.28

Produzzjoni ta’ annimali

01.41 sa 01.49

Biedja mħallta

01.50

Kaċċa

01.70

Sajd

03.11 u 03.12

Akkwakultura

03.21 u 03.22

Ipproċessar u ppreservar ta’ frott u ħxejjex

10.31, 10.32 u 10.39

Manifattura ta’ żjut u xaħmijiet veġetali

10.41 u 10.42

Manifattura ta’ prodotti tal-imtieħen tal-qmuħ, lamti u prodotti tal-lamtu

10.61 u 10.62

Manifattura ta’ prodotti tal-furnara u magħmulin bid-dqiq

10.71 sa 10.73

Manifattura ta’ prodotti oħrajn tal-ikel

10.81 sa 10.86 u 10.89

Manifattura ta’ xarbiet

11.01 sa 11.07

Bl-ingrossa

46.31, 46.34, 46.36, 46.37 u 46.39

Bl-imnut

47.11, 47.21 sa 47.25, 47.29, 47.76, 47.81, 47.91 u 47.99

It-trasport u l-ħżin

49.20, 50.20, 50.40, 51.21 u 52.10

Attivitajiet tas-servizz ta’ forniment ta’ ikel u xorb

55.10, 56.10, 56.21, 56.29 u 56.30

Oħrajn

L-ebda kodiċi assoċjat

Il-kategorija “Stabbilimenti li jipproduċu materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel” tiżdied fl-aħħar tat-Tabella 1.2 biex tkopri l-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq il-manifatturi ta’ materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel.

It-Tabella 1.3 dwar il-kontrolli uffiċjali hija relatata ma’ dawk il-kontrolli li jeħtieġu preżenza kontinwa jew regolari ta’ persunal jew ta’ rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti fil-bini tal-operatur.

Kif timtela t-Tabella 1.3

Il-kolonna “Għadd ta’ stabbilimenti”

L-għadd totali ta’ stabbilimenti, użati għall-ippjanar tal-kontrolli uffiċjali (x’aktarx fil-bidu tas-sena), għall-kategoriji differenti.

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fl-għadd ta’ karkassi jew fil-piż għal kull tunnellata, fil-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti.

Il-kolonna “Rifjuti”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet immedjati meħuda mill-awtorità kompetenti biex jipprevjenu li laħam mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem jitqiegħed fis-suq wara l-kontrolli uffiċjali mwettqa.

L-approċċ għall-għadd ta’ dan it-tip ta’ kontrolli uffiċjali huwa bbażat fuq l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, fejn rekords bil-miktub ta’ dawn il-kontrolli uffiċjali għandhom jiġu prodotti bi frekwenza li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operatur li:

Ikunu infurmati b’mod regolari bil-livell ta’ konformità; u li

Ikunu infurmati minnufih bi kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità identifikat permezz tal-kontrolli uffiċjali.

It-tip ta’ kontrolli uffiċjali msemmija hawn fuq jirrigwardaw biss l-ispezzjoni ante-mortem u post-mortem fil-biċċeriji. Il-kontrolli uffiċjali jenħtieġ li jiġu rrapportati fir-rigward tal-għadd ta’ karkassi spezzjonati jew b’rabta mal-piż (f’tunnellati). L-Istati Membri jistgħu jżidu spjegazzjoni fil-kaxxa tat-test fakultattiva 1.5 dwar kif ikunu għoddew il-kontrolli uffiċjali mwettqa. Il-kategoriji ta’ stabbilimenti huma marbuta mal-kategoriji ta’ stabbilimenti “approvati” msemmija fit-Tabella 1.2.

Fit-Tabella 1.4, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw l-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa biss fuq prodotti/oġġetti matul is-sena ta’ rapportar, skont il-kategoriji tal-ikel u skont il-kategoriji tar-regoli orizzontali.

Il-kategoriji tal-ikel ġew diviżi bl-użu tas-sistema ta’ klassifikazzjoni u deskrizzjoni tal-ikel “FoodEX2” tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (jiġifieri t-“Tabella A3: Facet descriptors għall-gruppi definiti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addaitivi tal-ikel” (17) fl-Appendiċi A), filwaqt li ġew inkorporati l-kategoriji tal-ikel assoċjati mal-istabbilimenti “approvati” fit-Tabella 1.2, bħala kategoriji fakultattivi li għandhom jimtlew. Dawn tal-aħħar huma identifikati b’(*).

Il-kategorija “materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel” tiżdied fl-aħħar tat-Tabella 1.4 biex tkopri l-manifattura, it-tikkettar u l-użu ta’ materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel.

Fil-kategorija “Oħrajn”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw ukoll il-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-integrità u t-tjubija tal-ikel.

Il-kategoriji tar-regoli orizzontali ġejjin minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali fil-qasam tal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625. L-intenzjoni tat-Tabella 1.4 hija li jkun hemm ħarsa ġenerali lejn l-għadd ta’ drabi li r-regoli orizzontali ġew ikkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti, fir-rigward tal-kategoriji tal-ikel elenkati.

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam msemmi fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 hija pprovduta fl-Anness 1.

B’mod aktar speċifiku, it-tabella li ġejja tindika għar-regoli orizzontali fit-Tabelli 1.4 u 1.6:

lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali u n-nuqqasijiet ta’ konformità li għandhom jiġu rrapportati għall-qasam fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, u

meta l-kontrolli uffiċjali u n-nuqqasijiet ta’ konformità previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri rilevanti għall-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jenħtieġ li jiġu rrapportati.

Regola orizzontali fit-Tabelli 1.4 u 1.6

Leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Kriterji mikrobijoloġiċi

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, jiġifieri l-Artikolu 14 dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel

Pestiċidi fl-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali

Kontaminanti fl-ikel

Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel

Residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel

Id-Direttiva 96/22/KE li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists

Id-Direttiva 96/23/KE dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali

Id-Deċiżjoni 97/747/KE li tiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f’ċerti prodotti mill-annimali

Ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali

Tikketti, dikjarazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u dwar is-saħħa

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (Titolu II)

Id-Direttiva 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel

Id-Direttiva 2003/40/KE li tistabbilixxi l-lista, il-limiti ta’ konċentrazzjoni u l-ħtiġiet ta’ tikkettar għall-kostitwenti tal-ilmijiet minerali naturali u l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ arja arrikkita b’ożonu għat-trattament ta’ ilmijiet minerali naturali u ilmijiet min-nixxigħat

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

Ir-Regolament (KE) Nru 361/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli

Ir-Regolament (KE) Nru 617/2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet (l-Artikoli 3 sa 6)

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

Ir-Regolament (UE) Nru 29/2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Artikoli 74 sa 91)

Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2013 li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjanza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffriżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (Kapitolu IV)

Ir-Regolament (UE) Nru 665/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tat-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju “prodott tal-muntanji”

Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM) fl-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 dwar it-traċċabbiltà u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament

Ir-Regolament (KE) Nru 641/2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rigward l-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta’ prodotti eżistenti u preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal ġenetikament modifikati li bbenefika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli

Aġenti għat-titjib (addittivi, enzimi, aromatizzanti, aġenti tal-ipproċessar)

Id-Direttiva 2002/46/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006, dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 dwar l-enżimi tal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar l-addittivi tal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel

Id-Direttiva 2009/32/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel

Irradjazzjoni

Id-Direttiva 1999/2/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza

Id-Direttiva 1999/3/KE dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti

Kontaminazzjoni minn/migrazzjoni ta’ materjali li jigu f’kuntatt mal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 2023/2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel

Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel

Oħrajn

Id-Direttiva 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (regoli rilevanti għall-ilma mqiegħed fi fliexken jew kontenituri)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, jiġifieri l-Artikolu 18 dwar it-traċċabbiltà

Id-Direttiva 2003/40/KE li tistabbilixxi l-lista, il-limiti ta’ konċentrazzjoni u l-ħtiġiet ta’ tikkettar għall-kostitwenti tal-ilmijiet minerali naturali u l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ arja arrikkita b’ożonu għat-trattament ta’ ilmijiet minerali naturali u ilmijiet min-nixxigħat

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004

Id-Direttiva 2009/39/KE dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari

Id-Direttiva 2009/54/KE dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali

Ir-Regolament (UE) Nru 115/2010 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għall-ikel li joriġina mill-annimali

Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Ir-Regolament (UE) 2015/1375 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 dwar ikel ġdid

Leġiżlazzjoni nazzjonali

It-Tabella 1.6 hija maqsuma f’żewġ kolonni ewlenin, waħda għal “Nuqqas ta’ konformità” u oħra għal “Azzjonijiet/miżuri”. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.3 meta jimlew din it-tabella.

Kif timtela l-kolonna “Nuqqas ta’ konformità tal-operaturi/tal-istabbilimenti” fit-Tabella 1.6

Il-kolonna “Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi/stabbilimenti approvati u rreġistrati.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd totali ta’ operaturi/stabbilimenti kkontrollati”

L-għadd totali ta’ operaturi/stabbilimenti għall-kategoriji differenti ta’ operaturi/stabbilimenti fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu kontrolli uffiċjali matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd ta’ operaturi/stabbilimenti kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta’ konformità”

L-għadd totali ta’ operaturi/stabbilimenti għall-kategoriji differenti ta’ operaturi/stabbilimenti fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu kontrolli uffiċjali u identifikaw nuqqasijiet ta’ konformità (relatati biss mal-operatur jew mal-istabbiliment, strutturali jew operazzjonali) matul is-sena ta’ rapportar.


Kif timtela l-kolonna “Nuqqasijiet ta’ konformità tal-ikel” fit-Tabella 1.6

Il-kolonna “Nuqqasijiet ta’ konformità misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa” u seba’ subkolonni li jinkludu regoli orizzontali

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità fil-kategoriji differenti tal-ikel u r-regoli orizzontali li l-awtoritajiet kompetenti identifikaw waqt li kienu qed iwettqu l-kontrolli uffiċjali matul is-sena ta’ rapportar.


Kif timtela l-kolonna “Nuqqasijiet ta’ konformità relatati mar-regoli orizzontali” fit-Tabella 1.6

Il-kolonna “Nuqqasijiet ta’ konformità misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità fil-kategoriji differenti ta’ regoli orizzontali li l-awtoritajiet kompetenti identifikaw waqt li kienu qed iwettqu l-kontrolli uffiċjali matul is-sena ta’ rapportar.


Kif timtela l-kolonna “Azzjonijiet/miżuri” fit-Tabella 1.6

Il-kolonna “Amministrattivi”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi/stabbilimenti, ikel, u regoli orizzontali biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625

Il-kolonna “Ġudizzjarji”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri li ntbagħtu mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ġudizzjarja, matul is-sena ta’ rapportar, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Taqsima 2. Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM) għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf.

It-Taqsima 2 tal-Parti II hija magħmula minn:

kaxxa tat-test bin-numru 2.1, għal test liberu, għall-konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub;

tabella għall-kontrolli uffiċjali bin-numru 2.2;

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 2.3, għal test liberu, għall-kummenti;

tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità u l-azzjonijiet/miżuri bin-numru 2.4, u

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 2.5, għal test liberu, għall-kummenti.

Il-kaxxa tat-test 2.1 jenħtieġ li timtela skont il-gwida fit-Taqsima A.1.

F’din it-Taqsima 2, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa fir-rigward tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf, b’mod partikolari fit-tliet kategoriji li ġejjin:

Il-kultivazzjoni kummerċjali tal-OMĠ għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf (il-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Eweropew u tal-Kunsill (18))

Il-kultivazzjoni kummerċjali tal-OĠM teħtieġ awtorizzazzjoni fl-UE kollha, li tinkludi kundizzjonijiet speċifiċi, jiġifieri obbligi għall-operaturi bħal rekwiżiti ta’ tikkettar, miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju jew monitoraġġ tal-effetti ambjentali. Il-kultivazzjoni kummerċjali għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf tikkonċerna biss l-OĠM, li jistgħu jintużaw bħala ikel, għalf jew materja prima għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf. L-Istati Membri, fejn jiġu kkultivati l-OĠM, jenħtieġ li jirrapportaw il-kontrolli uffiċjali u r-riżultati ta’ dawk il-kontrolli skont il-gwida pprovduta hawn taħt. L-Istati Membri mingħajr kultivazzjoni tal-OĠM jenħtieġ li jirrapportaw in-nuqqas ta’ kultivazzjoni tal-OĠM f’din it-taqsima tar-Rapport Annwali flimkien ma’ kwalunkwe raġuni legali li tispjega għala jkunu għamlu dan (esklużjoni fakultattiva, miżura ta’ salvagwardja, liġi nazzjonali eċċ.).

Rilaxxi sperimentali ta’ OĠM relatati mal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf (il-Parti B tad-Direttiva 2001/18/KE)

Ir-rilaxxi sperimentali tal-OĠM huma awtorizzati fuq livell nazzjonali, f’konformità mad-Direttiva 2001/18/KE. Ir-rilaxxi sperimentali tal-OĠM relatati mal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf jikkonċernaw rilaxxi sperimentali ta’ OĠM li, meta kkummerċjalizzati, jistgħu jintużaw bħala ikel, għalf jew materja prima għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf. L-Istati Membri li jkunu taw kunsensi għal tali rilaxxi sperimentali, jenħtieġ li jirrapportaw il-kontrolli uffiċjali u r-riżultati ta’ dawk il-kontrolli f’konformità mal-gwida pprovduta hawn taħt.

Żerriegħa u materjal veġetattiv ta’ propagazzjoni għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf

Iż-żrieragħ u l-materjal veġetattiv ta’ propagazzjoni għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf jikkonċernaw iż-żrieragħ għat-tħawwil, li jipproduċu l-pjanti, u l-materjal veġetattiv ta’ propagazzjoni li mbagħad ikun jista’ jintuża għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf. L-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw il-kontrolli uffiċjali fuq żrieragħ awtorizzati Ġenetikament Modifikati (ĠM) u materjal veġetattiv ta’ propagazzjoni kif ukoll il-kontrolli uffiċjali fuq żrieragħ konvenzjonali u materjal veġetattiv ta’ propagazzjoni għall-preżenza ta’ materjal ĠM (awtorizzat jew mhux awtorizzat). Skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-kontrolli uffiċjali jridu jitwettqu fi kwalunkwe stadju tat-tqegħid fis-suq (bħas-suq intern, l-esportazzjonijiet).

Għat-Tabella 2.2 dwar il-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.2 u d-deskrizzjoni tat-tliet kategoriji ta’ hawn fuq.

Kif timtela t-Tabella 2.2

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fit-tliet kategoriji deskritti għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM għall-fini tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf.

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625 hija pprovduta fl-Anness 2.

It-tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità 2.4 hija maqsuma f’żewġ kolonni ewlenin, waħda għal “Nuqqas ta’ konformità” u l-oħra għal “Azzjonijiet/miżuri”. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.3 meta jimlew din it-tabella.

Kif timtela l-kolonna “nuqqas ta’ konformità” fit-Tabella 2.4

Il-kolonna “Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul is-sena ta’ rapportar, fil-ħames kategoriji deskritti għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM għall-fini tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd totali ta’ operaturi kkontrollati”

L-għadd totali ta’ operaturi għall-ħames kategoriji deskritti għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf, fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu kontrolli uffiċjali matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd ta’ operaturi kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta’ konformità”

L-għadd totali ta’ operaturi għall-ħames kategoriji deskritti għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM għall-iskop tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf, fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu kontrolli uffiċjali u identifikaw nuqqasijiet ta’ konformità matul is-sena ta’ rapportar.


Kif timtela l-kolonna “Azzjonijiet/miżuri” fit-Tabella 2.4

Il-kolonna “Amministrattivi”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti matul is-sena ta’ rapportar, fil-ħames kategoriji deskritti għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM għall-fini tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-kolonna “Ġudizzjarji”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri li ntbagħtu mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ġudizzjarja, matul is-sena ta’ rapportar, għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM għall-fini tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Taqsima 3. Is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni tal-għalf u l-użu tal-għalf, inklużi regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu s-saħħa u l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom

It-Taqsima 3 tal-Parti II hija magħmula minn:

kaxxa tat-test bin-numru 3.1, għal test liberu, għall-konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub;

tabella waħda għall-kontrolli uffiċjali, bin-numru 3.2;

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 3.3, għal test liberu, għall-kummenti;

tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità u l-azzjonijiet/miżuri bin-numru 3.4, u

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 3.5, għal test liberu, għall-kummenti.

Il-kaxxa tat-test 3.1 jenħtieġ li timtela skont il-gwida fit-Taqsima A.1.

Għat-tabella 3.2 dwar il-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.2.

Kif timtela t-Tabella 3.2

Il-kolonna “Għadd ta’ stabbilimenti”

L-għadd totali ta’ stabbilimenti, użati għall-ippjanar tal-kontrolli uffiċjali (x’aktarx fil-bidu tas-sena), għall-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti.

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti jew fil-kategoriji differenti ta’ regoli orizzontali.

Il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq il-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti jkopru prinċipalment ir-rekwiżiti tal-iġjene tal-għalf stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) (eż. reġistrazzjoni/approvazzjoni, struttura, iġjene, manutenzjoni, kontrolli proprji).

Għall-istabbilimenti fil-kategorija ta’ “Stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw il-kontrolli uffiċjali taħt ir-ringiela fakultattiva addizzjonali “Produtturi primarji approvati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005”, identifikati minn (*). Din il-kategorija fakultattiva tinkludi l-miksers tal-irziezet.

Għall-istabbilimenti fil-kategorija ta’ “Stabbilimenti rreġistrati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, bl-esklużjoni tal-produzzjoni primarja”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw il-kontrolli uffiċjali taħt ir-ringiela fakultattiva addizzjonali “Produtturi primarji rreġistrati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 u li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament”, identifikati minn (*).

Il-kategorija “Operaturi (bdiewa) li jużaw l-għalf” hija relatata ma’ bdiewa li jżommu annimali tal-produzzjoni (annimali li eventwalment se jkunu destinati għall-katina alimentari), li jixtru l-għalf (kull tip) u mbagħad jagħtu dak l-għalf lill-annimali tagħhom. Il-kontrolli uffiċjali fuq dawn l-operaturi jiffukaw fuq, pereżempju, l-għalf użat fl-irziezet, it-tagħmir użat għad-distribuzzjoni tal-għalf u l-ħżin tal-għalf (filwaqt li jitqiesu l-Artikolu 7 u l-Kapitoli I sa IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (20) u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 (21) kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsill).

Il-kategoriji tar-regoli orizzontali ġejjin minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali f’dan il-qasam tal-Artikolu 1(2):

Il-kontrolli uffiċjali fuq it-“Tikkettar tal-għalf” ikopru r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 u l-punti 8 u 9 tat-Taqsima “Produzzjoni” fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 u tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). Il-kontrolli fuq l-ingredjenti tal-għalf jenħtieġ li jkopru wkoll l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe ingredjent mhux iddikjarat.

Il-kontrolli uffiċjali fuq it-“Traċċabbiltà tal-għalf” ikopru r-rekwiżiti tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u, b’mod partikolari, dawk tal-punt 4 tat-taqsima “Kontroll tal-Kwalità”, il-punt 5 tat-taqsima “Monitoraġġ tad-Diossini għaż-Żjut, ix-Xaħmijiet u l-Prodotti Derivati” u l-punt 2 (b) tat-taqsima “Żamma ta’ Reġistri”, li kollha jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 183/2005.

Il-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti tal-ikel medikati għall-annimali jkopru r-rekwiżiti tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE (23) li tistipula l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fuq is-suq u l-użu fil-Komunità ta’ prodotti tal-ikel medikat.

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625 hija pprovduta fl-Anness 3.

It-Tabella 3.4 hija maqsuma f’żewġ kolonni ewlenin, waħda għal “Nuqqas ta’ konformità” u oħra għal “Azzjonijiet/miżuri”. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.3 meta jimlew din it-tabella.

Kif timtela t-tabella 3.4 Nuqqas ta’ konformitàjiet

Il-kolonna “Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul is-sena ta’ rapportar, għall-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd totali ta’ stabbilimenti kkontrollati”

L-għadd totali ta’ stabbilimenti għall-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu l-kontrolli uffiċjali matul is-sena ta’ rapportar.

Kolonna Fakultattiva “Għadd ta’ stabbilimenti kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta’ konformità”

L-għadd totali ta’ stabbilimenti għall-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu l-kontrolli uffiċjali u identifikaw nuqqasijiet ta’ konformità (relatati biss mal-istabbiliment, strutturali jew operazzjonali) matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna “Nuqqas ta’ konformitajiet misjuba”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità fil-kategoriji differenti ta’ regoli orizzontali li l-awtoritajiet kompetenti identifikaw waqt li kienu qed iwettqu l-kontrolli uffiċjali matul is-sena ta’ rapportar.

In-nuqqasijiet ta’ konformità fil-kategoriji tar-regoli orizzontali ġejjin minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali f’dan il-qasam tal-Artikolu 1(2). In-nuqqasijiet ta’ konformità tas-sikurezza tal-prodotti huma relatati mal-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-għalf (il-Kapitolu I tal-Anness X tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (24)għall-materjali tal-għalf li joriġinaw mill-annimali u r-Regolament (KE) Nru 999/2001 għall-proteina tal-annimali) u mar-riżultati tal-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf imwettqa skont ir-regoli tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (25), u l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 619/2011 (26).

Kif timtela l-kolonna “Azzjonijiet/miżuri” fit-Tabella 3.4

Il-kolonna “Amministrattivi”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti u regoli orizzontali biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625

Il-kolonna “Ġudizzjarji”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri li ntbagħtu mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ġudizzjarja, matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti u r-regoli orizzontali, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Għall-istabbilimenti fil-kategorija ta’ “Stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw nuqqasijiet ta’ konformità u azzjonijiet/miżuri taħt ir-ringiela fakultattiva addizzjonali “Produtturi primarji approvati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005”, identifikati minn (*). Din il-kategorija fakultattiva tinkludi l-miksers tal-irziezet.

Għall-istabbilimenti fil-kategorija ta’ “Stabbilimenti rreġistrati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, bl-esklużjoni tal-produzzjoni primarja”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw nuqqasijiet ta’ konformità u azzjonijiet/miżuri taħt ir-ringiela fakultattiva addizzjonali “Produtturi primarji rreġistrati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 u li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament”, identifikati minn (*).

Taqsima 4. Rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali

Din hija t-Taqsima 4 tal-Parti II u hija magħmula minn:

kaxxa tat-test bin-numru 4.1, għal test liberu, għall-konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub;

tabella għall-kontrolli uffiċjali bin-numru 4.2;

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 4.3, għal test liberu, għall-kummenti;

tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità u l-azzjonijiet/miżuri bin-numru 4.4, u

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 4.5, għal test liberu, għall-kummenti.

Il-kaxxa tat-test 4.1 jenħtieġ li timtela skont il-gwida fit-Taqsima A.1.

Fil-qasam tas-Saħħa tal-Annimali, jiġifieri fir-rigward tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni ta’ ċerti annimali, hemm rekwiżiti ta’ rapportar eżistenti u mudelli definiti għar-rapporti (27)  (28). Dawk il-mudelli ġew integrati f’tabella waħda f’din it-Taqsima tar-Rapport Annwali, li tkopri aktar mir-rekwiżiti ta’ rapportar għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ ċerti annimali. Għalhekk, għat-tabella 4.2 dwar il-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.2.

Kif timtela t-tabella 4.2

Il-kolonna “Għadd ta’ azjendi/stabbilimenti”

L-għadd totali ta’ azjendi għaż-żewġ kategoriji fl-ewwel żewġ ringieli, fil-bidu tas-sena ta’ rapportar.

L-għadd totali ta’ stabbilimenti għall-bqija tal-kategoriji, użati għall-ippjanar tal-kontrolli uffiċjali (x’aktarx fil-bidu tas-sena).

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ azjendi/stabbilimenti.

Il-kolonna “Għadd ta’ annimali rreġistrati (fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar jew data ta’ referenza nazzjonali oħra għall-istatistika tal-annimali)”

L-għadd totali ta’ annimali rreġistrati għall-kategoriji relatati mal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini fil-bidu tal-perjodu ta' rapportar jew data ta’ referenza nazzjonali oħra għall-istatistika tal-annimali.

Il-kolonna “Għadd ta’ annimali rreġistrati (fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar jew data ta’ referenza nazzjonali oħra għall-istatistika tal-annimali)”

L-għadd totali ta’ annimali rreġistrati għall-kategoriji relatati mal-identifikazzjoni u mar-reġistrazzjoni ta’ annimali ovini u kaprini fil-bidu tal-perjodu ta' rapportar jew data ta’ referenza nazzjonali oħra għall-istatistika tal-annimali.

Il-kolonna “Għadd ta’ annimali kkontrollati”

L-għadd totali ta’ annimali kkontrollati għall-kategoriji relatati mal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini, matul is-sena ta’ rapportar.

Għall-istabbilimenti fil-kategoriji ta’ “Stabbilimenti tal-akkwakultura approvati”, “Ċentri tal-ġbir tas-semen”, “Ċentri tal-ħżin tas-Semen” u “Timijiet tal-ġbir/tal-produzzjoni tal-embrijuni”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw il-kontrolli uffiċjali taħt ir-ringieli fakultattivi addizzjonali pprovduti (relatati ma’ speċijiet tal-annimali li għalihom jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni), identifikati minn (*).

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/625 hija pprovduta fl-Anness 4.

It-tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità 4.4 hija maqsuma f’żewġ kolonni ewlenin, waħda għal “Nuqqas ta’ konformità” u l-oħra għal “Azzjonijiet/miżuri”. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.3 meta jimlew din it-tabella.

Taħt il-kolonna “Nuqqas ta’ konformità”, l-Istati Membri jenħtieġ li jimlew it-tabella kif ġej:

Kif timtela l-kolonna “Nuqqas ta’ konformità” fit-Tabella 4.4

Il-kolonna “Għadd ta’ azjendi/stabbilimenti bin-nuqqasijiet ta’ konformità”

L-għadd totali ta’ azjendi/stabbilimenti fejn ġew identifikati nuqqasijiet ta’ konformità matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti.

Għall-istabbilimenti fil-kategoriji ta’ “Stabbilimenti tal-akkwakultura approvati”, “Ċentri tal-ġbir tas-semen”, “Ċentri tal-ħżin tas-Semen” u “Tim tal-ġbir/produzzjoni tal-Embrijuni”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw nuqqasijiet ta’ konformità taħt ir-ringieli fakultattivi addizzjonali pprovduti (relatati ma’ speċijiet tal-annimali li għalihom jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni), identifikati minn (*).

Taħt il-kolonna “Azzjonijiet/miżuri”, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu li l-azzjonijiet/miżuri meħuda huma konsegwenza tan-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati (u mhux ta’ suspett jew konferma ta’ mard, jew waqfien tal-attivitajiet).

Kif timtela l-kolonna “Azzjonijiet/miżuri” fit-Tabella 4.4

Il-kolonna “Amministrattivi”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti u regoli orizzontali biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/625

Il-kolonna “Ġudizzjarji”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri li ntbagħtu mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ġudizzjarja, matul is-sena ta’ rapportar, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-kolonna “Restrizzjoni fuq iċ-ċaqliq ta’ annimali individwali”:

Il-kolonna “Annimali affettwati”

L-għadd totali ta’ annimali bovini individwali li kellhom il-movimenti tagħhom ristretti, mill-awtoritajiet kompetenti, matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna “Azjendi affettwati”

L-għadd totali ta’ azjendi tal-bovini li kienu affettwati minn restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’ annimali bovini individwali imposti mill-awtoritajiet kompetenti, matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna “Restrizzjoni fuq iċ-ċaqliq tal-annimali kollha”:

Il-kolonna “Annimali affettwati”

L-għadd totali ta’ annimali bovini individwali li kellhom il-movimenti tagħhom ristretti minħabba restrizzjoni imposta tal-movimenti tal-annimali kollha fl-azjenda, mill-awtoritajiet kompetenti, matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna “Azjendi affettwati”

L-għadd totali ta’ azjendi tal-bovini li kienu affettwati minn restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-annimali bovini kollha tal-azjenda, imposti mill-awtoritajiet kompetenti, matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna “Qerda ta’ annimali”:

Il-kolonna “Annimali affettwati”

L-għadd totali ta’ annimali bovini individwali li ġew imbiċċra jew maqtula, skont l-ordni tal-awtoritajiet kompetenti, matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna “Azjendi affettwati”

L-għadd totali ta’ azjendi tal-bovini li kienu affettwati mit-tbiċċir jew mill-qtil ta’ annimali bovini tal-azjenda, skont l-ordni tal-awtoritajiet kompetenti, matul is-sena ta’ rapportar.

Għall-istabbilimenti fil-kategoriji ta’ “Stabbilimenti tal-akkwakultura approvati”, “Ċentri tal-ġbir tas-semen”, “Ċentri tal-ħżin tas-semen” u “Timijiet tal-ġbir/produzzjoni tal-embrijuni”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw azzjonijiet/miżuri taħt ir-ringieli fakultattivi addizzjonali pprovduti (relatati ma’ speċijiet tal-annimali li għalihom jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni), identifikati minn (*).

Taqsima 5. Prevenzjoni u minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali li jirriżultaw minn prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati

It-Taqsima 5 tal-Parti II hija magħmula minn:

kaxxa tat-test bin-numru 5.1, għal test liberu, għall-konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub;

tabella waħda għall-kontrolli uffiċjali, bin-numru 5.2;

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 5.3, għal test liberu, għall-kummenti;

tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità u l-azzjonijiet/miżuri bin-numru 5.4, u

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 5.5, għal test liberu, għall-kummenti.

Il-kaxxa tat-test 5.1 jenħtieġ li timtela skont il-gwida fit-Taqsima A.1.

Għat-tabella 5.2 dwar il-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.2.

Kif timtela t-tabella 5.2

Il-kolonna “Għadd ta’ stabbilimenti/impjanti”

L-għadd totali ta’ stabbilimenti/impjanti, użati għall-ippjanar tal-kontrolli uffiċjali (x’aktarx fil-bidu tas-sena), għall-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti/impjanti.

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti/impjanti jew fil-kategoriji differenti ta’ regoli orizzontali.

Il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq il-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti/impjanti jkopru prinċipalment ir-rekwiżiti tal-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) (eż. reġistrazzjoni/approvazzjoni, struttura, iġjene, manutenzjoni, kontrolli proprji).

Il-kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu f’konformità mar-regola orizzontali jirriżultaw minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali f’dan il-qasam tal-Artikolu 1(2), jiġifieri t-tikkettar u t-traċċabbiltà ta’ prodotti sekondarji tal-annimali/prodotti derivati skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Għal finijiet ta’ ċarezza, sabiex ir-rapportar tal-kontrolli uffiċjali jkun ikkonċentrat fuq prodotti sekondarji tal-annimali/prodotti derivati f’taqsima waħda, jenħtieġ li tiġi segwita l-gwida li ġejja:

Il-kontrolli uffiċjali fuq prodotti sekondarji tal-annimali/prodotti derivati (bħall-identifikazzjoni u l-ġbir), meta jiġu vverifikati mill-operaturi li jimmaniġġjaw (iżda ma jipproċessawx jew ma jittrasportawx) prodotti sekondarji tal-annimali/prodotti derivati, jenħtieġ li jiġu rrapportati taħt il-kolonna “Skont regola orizzontali” fit-tabella 5.2. Konsegwentement, in-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul dawn il-kontrolli uffiċjali jenħtieġ li jiġu rrapportati taħt il-kolonna “Skont regola orizzontali” fit-tabella 5.4.

Il-kontrolli uffiċjali fuq prodotti sekondarji tal-annimali/prodotti derivati (bħat-trasport, it-trattament, l-użu u r-rimi), meta jiġu vverifikati fi stabbilimenti jew f’impjanti li jipproċessaw prodotti sekondarji tal-annimali/prodotti derivati, jenħtieġ li jiġu rrapportati taħt il-kolonna “Minn stabbiliment/impjant” fit-tabella 5.2. Konsegwentement, in-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul dawn il-kontrolli uffiċjali jenħtieġ li jiġu rrapportati taħt il-kolonna “Minn stabbilimenti/impjanti” fit-tabella 5.4.

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625 hija pprovduta fl-Anness 5.

It-tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità u l-azzjonijiet/il-miżuri 5.4 hija maqsuma f’żewġ kolonni ewlenin, waħda għal “Nuqqas ta’ konformità” u oħra għal “Azzjonijiet/miżuri”. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.3 meta jimlew din it-tabella.

Kif timtela t-Tabella 5.4 Nuqqas ta’ konformitàjiet

Il-kolonna “Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul is-sena ta’ rapportar, għall-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti/impjanti.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd totali ta’ stabbilimenti/impjanti kkontrollati”

L-għadd totali ta’ stabbilimenti/impjanti għall-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti/impjanti fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu kontrolli uffiċjali matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd ta’ stabbilimenti/impjanti kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta’ konformità”

L-għadd totali ta’ stabbilimenti/impjanti għall-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti/impjanti fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu kontrolli uffiċjali u identifikaw nuqqasijiet ta’ konformità (relatati biss mal-istabbiliment jew l-impjant, strutturali jew operazzjonali) matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna “Nuqqas ta’ konformitajiet misjuba”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità fil-kategoriji differenti ta’ regoli orizzontali li l-awtoritajiet kompetenti identifikaw waqt li kienu qed iwettqu l-kontrolli uffiċjali matul is-sena ta’ rapportar.

In-nuqqasijiet ta’ konformità fil-kategoriji tar-regoli orizzontali ġejjin minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali f’dan il-qasam tal-Artikolu 1(2)(e). In-nuqqasijiet ta’ konformità mar-regoli dwar is-sikurezza tal-prodotti sekondarji tal-annimali/prodotti derivati huma relatati mar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa skont ir-regoli tal-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Għall-kategorija ta’ “Nuqqas ta’ konformità tal-prodott”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw nuqqasijiet ta’ konformità taħt ir-ringieli fakultattivi addizzjonali pprovduti (relatati mal-kategoriji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li għalihom jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni), identifikati minn (*).

Kif timtela l-kolonna “Azzjonijiet/miżuri” fit-tabella 5.4

Il-kolonna “Amministrattivi”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti/impjanti u regoli orizzontali, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-kolonna “Ġudizzjarji”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri li ntbagħtu mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ġudizzjarja, matul is-sena ta’ rapportar, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Għall-kategorija ta’ “Nuqqas ta’ konformità tal-prodott”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw azzjonijiet/miżuri taħt ir-ringieli fakultattivi addizzjonali pprovduti (relatati mal-kategoriji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li għalihom jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni), identifikati minn (*).

Taqsima 6. Rekwiżiti ta’ benessri tal-annimali

It-Taqsima 6 tal-Parti II hija magħmula minn:

kaxxa tat-test bin-numru 6.1, għal test liberu, għall-konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub;

tabella għall-kontrolli uffiċjali, in-nuqqasijiet ta’ konformità u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet dwar il-benessri tal-annimali fl-irziezet, bin-numru 6.2;

kaxxa tat-test bin-numru 6.3, għal test liberu, għall-analiżi u l-pjan ta’ azzjoni għall-benessri tal-annimali fl-irziezet;

tabella għall-kontrolli uffiċjali, in-nuqqasijiet ta’ konformità u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport, bin-numru 6.4;

kaxxa tat-test bin-numru 6.5, għal test liberu, għall-analiżi u l-pjan ta’ azzjoni għall-benessri tal-annimali waqt it-trasport;

kaxxa tat-test bin-numru 6.6, għal test liberu, għall-benessri tal-annimali fil-waqt tal-qtil, u

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 6.7, għal test liberu, għall-kummenti.

Il-kaxxa tat-test 6.1 jenħtieġ li timtela skont il-gwida fit-Taqsima A.1.

Fil-qasam tal-benessri tal-annimali fl-irziezet, u sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi skont l-Artikoli 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE (30), 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (31), 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE (32), 7(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE (33) u 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE (34), l-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu l-informazzjoni inkluża fit-Tabella 6.2. L-għan ta’ din it-tabella huwa li tippreżenta l-kontrolli uffiċjali mwettqa, it-tipi u l-għadd ta’ nuqqasijiet ta’ konformità u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti, li huma meqjusa l-aktar utli biex jiġi indikat il-livell ta’ konformità mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali fl-irziezet.

Il-kontrolli uffiċjali fuq it-tiġieġ miżmum għall-produzzjoni tal-laħam huma inklużi bħala kategorija separata fit-tabella 6.2 minħabba li d-Direttiva 2007/43/KE teħtieġ ukoll rapportar annwali tal-kontrolli fuq dawn l-annimali.

Kif timtela t-tabella 6.2

Il-kolonna “Għadd ta’ siti tal-produzzjoni”

L-għadd totali ta’ siti tal-produzzjoni, użati għall-ippjanar tal-kontrolli uffiċjali (x’aktarx fil-bidu tas-sena), għall-kategoriji differenti ta’ annimali.

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ annimali.

Il-kolonna “Nuqqas ta’ konformità”:

Il-kolonna fakultattiva “Għadd totali ta’ siti tal-produzzjoni kkontrollati *”

L-għadd totali ta’ siti ta’ produzzjoni għall-kategoriji differenti ta’ annimali fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu kontrolli uffiċjali matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna “Għadd ta’ siti tal-produzzjoni kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta’ konformità”

L-għadd totali ta’ siti tal-produzzjoni għall-kategoriji differenti ta’ annimali fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu kontrolli uffiċjali u identifikaw nuqqasijiet ta’ konformità matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna “Azzjonijiet/miżuri”:

Il-kolonna “Amministrattivi”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ annimali biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (UE) 2017/625

Il-kolonna “Ġudizzjarji”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri li ntbagħtu mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ġudizzjarja, matul is-sena ta’ rapportar, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Fir-ringiela “Oħrajn (speċifika)” l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw waħda jew aktar mill-ispeċijiet elenkati fil-menu li jinżel li ma ġewx speċifikati fir-ringieli preċedenti. Kwalunkwe kontroll uffiċjali ta’ speċijiet oħra mwettaq biex jissodisfa l-objettiv speċifikat fil-MANCP jenħtieġ li jiġi elenkat ukoll fit-tabella, taħt din ir-ringiela.

L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw id-data sottomessa fit-Tabella 6.2 bħala parti mill-analiżi tal-aktar sejbiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità. Dawn l-analiżijiet jenħtieġ li jkunu l-bażi għal pjan ta’ azzjoni nazzjonali li jindirizza dawn is-sejbiet biex jipprevjeni jew inaqqas l-okkorrenza tagħhom għas-snin li ġejjin. F’konformità mal-Artikoli 6(2) tad-Direttiva 98/58/KE, 8(2) tad-Direttiva 1999/74/KE, 7(2) tad-Direttiva 2007/43/KE, 7(3) tad-Direttiva 2008/119/KE u 8(3) tad-Direttiva 2008/120/KE, kif emendati rispettivament mill-Artikoli 151(2)(b), 152(1)(b), 156(2)(b), 157(2)(b) u 158(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu l-analiżijiet u l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali fil-kaxxa tat-test 6.3.

Fil-qasam tal-benessri tal-annimali waqt it-trasport, u sabiex jissodisfaw l-obbligi skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (35), l-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu l-informazzjoni inkluża fit-Tabella 6.4. L-għan ta’ din it-tabella huwa li tippreżenta l-kontrolli uffiċjali mwettqa, it-tipi u l-għadd ta’ nuqqasijiet ta’ konformità u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti, li huma meqjusa l-aktar utli biex jiġi indikat il-livell ta’ konformità mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq il-benessri tal-annimali matul it-trasport jinkludi l-post tat-tluq, matul it-trasport (inkluż fil-postijiet ta’ kontroll u fil-punti ta’ ħruġ), il-post tad-destinazzjoni u l-kontrolli wara li jkun tlesta t-trasport.

Kif timtela t-tabella 6.4

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport, imwettqa matul is-sena ta’ rapportar, skont l-ispeċi tal-annimali.

Il-kolonna “Għadd u kategorija ta’ nuqqasijiet ta’ konformità”:

Kolonna “1. L-istat tas-saħħa tal-annimali”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-ispeċi ta’ annimali, relatati mal-istat tas-saħħa tal-annimali għat-trasport (l-Artikolu 3(b), il-Kapitolu I u l-paragrafu 1.9 tal-Kapitolu VI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005).

Kolonna “2. Prattiki tat-trasport, allokazzjoni ta’ spazju, għoli”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-ispeċi ta’ annimali, relatati mal-prattiki tat-trasport, l-allokazzjonijiet tal-ispazju u l-għoli intern (l-Artikolu 3(d), (e) u (g), il-paragrafu 1.2 tal-Kapitolu II u l-Kapitoli III u VII tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005).

Kolonna “3. Mezz tat-trasport”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-ispeċi ta’ annimali, relatati mal-mezzi tat-trasport u dispożizzjonijiet addizzjonali għal bastimenti tal-bhejjem jew bastimenti li jittrasportaw kontejners tal-baħar u għal vjaġġi twal (l-Artikolu 3(c) u (h), u l-Kapitoli II, IV u VI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005).

Kolonna “4. Ilma, għalf, vjaġġ u ħin ta’ mistrieħ”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-ispeċi ta’ annimal, relatati mat-tisqija u l-għalf, il-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta’ mistrieħ (l-Artikoli 3 (a), (f) u (h), u l-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005).

Kolonna “5. Dokumenti”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-ispeċi ta’ annimal, relatati mad-dokumentazzjoni tat-trasport, mal-awtorizzazzjonijiet tat-trasportaturi, maċ-ċertifikati ta’ kompetenza tas-sewwieq u mal-approvazzjoni tal-mezzi tat-trasport u tar-reġistri tal-vjaġġ, għajr in-nuqqasijiet ta’ konformità msemmija fil-kategorija 4 (l-Artikoli 4, 5(4), 6(1), (5) u (8), u 17(2), u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1/2005).

Kolonna “6. Oħrajn”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-ispeċi ta’ annimal, mhux inklużi fil-kategoriji preċedenti.

Il-kolonna “Azzjonijiet/miżuri”:

Il-kolonna “Amministrattivi”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ stabbilimenti u regoli orizzontali biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (UE) 2017/625

Il-kolonna “Ġudizzjarji”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri li ntbagħtu mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ġudizzjarja, matul is-sena ta’ rapportar, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (UE) 2017/625.

L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw id-data ppreżentata fit-tabella 6.4 biex janalizzaw in-nuqqasijiet ewlenin identifikati. Fil-kaxxa tat-test 6.5, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu l-analiżi u, fejn xieraq, pjan ta’ azzjoni, biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet. Il-kontrolli u n-nuqqasijiet tal-benessri tal-annimali rrapportati fl-IMSOC jenħtieġ li jiġu koperti wkoll mill-analiżi u l-pjan ta’ azzjoni ppreżentati fil-kaxxa tat-test 6.5. L-Istati Membri jistgħu jispjegaw aktar l-għadd ta’ penali imposti mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-ispeċi tal-annimali, skont ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u l-għadd ta’ miżuri ta’ emerġenza, ksur u notifiki ta’ ksur li jkunu ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-ispeċijiet tal-annimali, skont l-Artikoli 23 u 26 (sal-14 ta’ Diċembru 2022) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005.

Fil-qasam tal-benessri tal-annimali fil-waqt tal-qatla, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 (36) ma fihx rekwiżit speċifiku għar-rapportar ta’ kontrolli uffiċjali tal-benessri tal-annimali waqt il-qatla (jiġifieri l-qtil tal-annimali għall-konsum mill-bniedem). Madankollu, jekk isiru kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ dan ir-Regolament skont id-dispożizzjonijiet tal-MANCPs tal-Istati Membri, dawn jenħtieġ li jiġu rrapportati hawnhekk kif meħtieġ mill-Artikolu 113(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Għalhekk, fil-kaxxa tat-test 6.6, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti u t-tip u l-għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati matul is-sena ta’ rapportar.

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (UE) 2017/625 hija pprovduta fl-Anness 6.

Taqsima 7. Miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti

It-Taqsima 7 tal-Parti II hija magħmula minn:

kaxxa tat-test bin-numru 7.1, għal test liberu, għall-konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub;

tabella għall-kontrolli uffiċjali bin-numru 7.2;

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 7.3, għal test liberu, għall-kummenti;

tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità u l-azzjonijiet/miżuri bin-numru 7.4, u

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 7.5, għal test liberu, għall-kummenti.

Il-kaxxa tat-test 7.1 jenħtieġ li timtela skont il-gwida fit-Taqsima A.1.

Għat-tabella 7.2 dwar il-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.2.

Kif timtela t-tabella 7.2

Il-kolonna “Għadd ta’ operaturi”

L-għadd totali ta’ operaturi, użati għall-ippjanar tal-kontrolli uffiċjali (x’aktarx fil-bidu tas-sena), għall-kategoriji differenti ta’ operaturi.

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi.

Il-kategorija “Operaturi awtorizzati li joħorġu passaporti tal-pjanti” tinkludi l-operaturi professjonisti li implimentaw pjan għall-ġestjoni tar-riskju ta’ pesti approvat skont l-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) u operaturi professjonisti b’bini li jinsab f’żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(g) tar-Regolament (UE) 2017/625 hija pprovduta fl-Anness 7.

It-tabella 7.4 hija maqsuma f’żewġ kolonni ewlenin, waħda għal “Nuqqas ta’ konformità” u oħra għal “Azzjonijiet/miżuri”. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.3 meta jimlew din it-tabella.

Kif timtela l-kolonna “Nuqqas ta’ konformità” fit-tabella 7.4

Il-kolonna “Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd totali ta’ operaturi kkontrollati”

L-għadd totali ta’ operaturi għall-kategoriji differenti ta’ operaturi fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu kontrolli uffiċjali, matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd ta’ operaturi kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta’ konformità”

L-għadd totali ta’ operaturi għall-kategoriji differenti ta’ operaturi fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu kontrolli uffiċjali, u identifikaw nuqqasijiet ta’ konformità matul is-sena ta’ rapportar.

In-nuqqasijiet ta’ konformità, f’din it-taqsima, huma kwalunkwe devjazzjoni mir-rekwiżiti fitosanitarji tar-Regolament (UE) 2016/2031, jiġifieri dawk fl-Artikoli 90 u 98.

Kif timtela l-kolonna “Azzjonijiet/miżuri” fit-tabella 7.4

Il-kolonna “Amministrattivi”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(g) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-kolonna “Ġudizzjarji”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri li ntbagħtu mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ġudizzjarja, matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(g) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Taqsima 8. Rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi

It-Taqsima 8 tal-Parti II hija magħmula minn:

kaxxa tat-test bin-numru 8.1, għal test liberu, għall-konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub;

tabella għall-kontrolli uffiċjali bin-numru 8.2;

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 8.3, għal test liberu, għall-kummenti;

tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità u l-azzjonijiet/miżuri bin-numru 8.4, u

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 8.5, għal test liberu, għall-kummenti.

Il-kaxxa tat-test 8.1 jenħtieġ li timtela skont il-gwida fit-Taqsima A.1.

Għat-tabella 8.2 dwar il-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.2.

Kif timtela t-tabella 8.2

Il-kolonna “Għadd ta’ operaturi”

L-għadd totali ta’ operaturi (stima f’każ li ma jeżisti l-ebda obbligu nazzjonali li jiġu rreġistrati l-operaturi), użati għall-ippjanar tal-kontrolli uffiċjali (x’aktarx fil-bidu tas-sena), għall-kategoriji differenti ta’ operaturi li jikkummerċjalizzaw u jużaw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi li jikkummerċjalizzaw u jużaw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Il-kategorija “Punti tad-dħul” tfisser il-punti tad-dħul fl-Unjoni, skont l-Artikolu 44(3)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, li għandhom aċċess għall-faċilitajiet ta’ kontroll xierqa għal tipi differenti ta’ prodotti/oġġetti. Il-kontrolli uffiċjali mwettqa f’dawn il-punti tad-dħul li jenħtieġ li jiġu rrapportati huma dawk previsti fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Għall-kategorija ta’ “Dwar l-użu tal-PPPs u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw l-għadd ta’ operaturi u l-għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa taħt ir-ringieli fakultattivi addizzjonali pprovduti (relatati mal-kategoriji ta’ “Utenti agrikoli” jew “Utenti professjonali oħra”), identifikati minn (*).

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(h) tar-Regolament (UE) 2017/625 hija pprovduta fl-Anness 8.

It-tabella 8.4 hija maqsuma f’żewġ kolonni ewlenin, waħda għal “Nuqqasijiet ta’ konformità” u oħra għal “Azzjonijiet/miżuri”. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.3 meta jimlew din it-tabella.

Kif timtela l-kolonna “Nuqqasijiet ta’ konformità” fit-Tabella 8.4

Il-kolonna “Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi li jikkummerċjalizzaw u jużaw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd totali ta’ operaturi kkontrollati”

L-għadd totali ta’ operaturi għall-kategoriji differenti ta’ operaturi li jikkummerċjalizzaw u jużaw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu kontrolli uffiċjali, matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna fakultattiva “Għadd ta’ operaturi kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta’ konformità”

L-għadd totali ta’ operaturi għall-kategoriji differenti ta’ operaturi li jikkummerċjalizzaw u li jużaw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu kontrolli uffiċjali u identifikaw nuqqasijiet ta’ konformità matul is-sena ta’ rapportar.


Kif timtela l-kolonna “Azzjonijiet/miżuri” fit-tabella 8.4

Il-kolonna “Amministrattivi”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi li jikkummerċjalizzaw u jużaw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(h) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-kolonna “Ġudizzjarji”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri li ntbagħtu mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ġudizzjarja, matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji differenti ta’ operaturi li jikkummerċjalizzaw u li jużaw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(h) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Għall-kategorija ta’ “Dwar l-użu tal-PPPs u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi”, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw in-nuqqasijiet ta’ konformità u l-azzjonijiet/il-miżuri mibdija taħt ir-ringieli fakultattivi addizzjonali pprovduti (relatati mal-kategoriji ta’ “Utenti agrikoli” jew “Utenti professjonali oħra”), identifikati minn (*).

Taqsima 9. Il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi

It-Taqsima 9 tal-Parti II hija magħmula minn:

kaxxa tat-test bin-numru 9.1, għal test liberu, għall-konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub;

il-mudelli previsti fl-Annessi XIIIb u XIIIc tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (38), u

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 9.3, għal test liberu, għall-kummenti.

Il-kaxxa tat-test 9.1 jenħtieġ li timtela skont il-gwida fit-Taqsima A.1.

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) 2017/625 hija pprovduta fl-Anness 9.

Taqsima 10. L-użu u t-tikkettar tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

It-Taqsima 10 tal-Parti II hija magħmula minn:

kaxxa tat-test bin-numru 10.1, għal test liberu, għall-konklużjoni ġenerali dwar il-livell ta’ konformità miksub;

tabella għall-kontrolli uffiċjali bin-numru 10.2;

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 10.3, għal test liberu, għall-kummenti;

tabella għan-nuqqasijiet ta’ konformità u l-azzjonijiet/miżuri bin-numru 10.4, u

kaxxa tat-test fakultattiva bin-numru 10.5, għal test liberu, għall-kummenti.

Il-kaxxa tat-test 10.1 jenħtieġ li timtela skont il-gwida fit-Taqsima A.1.

Għat-Tabella 10.2 dwar il-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.2.

Kif timtela t-Tabella 10.2

Il-kolonna “Għadd ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji “Qabel it-tqegħid fis-suq”, “Suq konvenzjonali” u “Kummerċ elettroniku”.

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(j) tar-Regolament (UE) 2017/625 hija pprovduta fl-Anness 10.

It-tabella 10.4 hija maqsuma f’żewġ kolonni ewlenin, waħda għal “Nuqqas ta’ konformità” u oħra għal “Azzjonijiet/miżuri”. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-gwida fit-Taqsima A.3 meta jimlew din it-tabella.

Kif timtela l-kolonna “Nuqqas ta’ konformità” fit-tabella 10.4

Il-kolonna “Misjuba waqt il-kontrolli uffiċjali mwettqa”

L-għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità identifikati matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji “Qabel it-tqegħid fis-suq”, “Suq konvenzjonali” u “Kummerċ elettroniku”.

Il-kolonna “Għadd totali ta’ operaturi kkontrollati”

L-għadd totali ta’ operaturi fil-kategoriji “Qabel it-tqegħid fis-suq”, “Suq konvenzjonali” u “Kummerċ elettroniku” fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu kontrolli uffiċjali matul is-sena ta’ rapportar.

Il-kolonna “Għadd ta’ operaturi kkontrollati fejn instabu n-nuqqasijiet ta’ konformità”

L-għadd totali ta’ operaturi fil-kategoriji “Qabel it-tqegħid fis-suq”, “Suq konvenzjonali” u “Kummerċ elettroniku” fejn l-awtoritajiet kompetenti wettqu kontrolli uffiċjali u identifikaw nuqqasijiet ta’ konformità matul is-sena ta’ rapportar.


Kif timtela l-kolonna “Azzjonijiet/miżuri” fit-Tabella 10.4

Il-kolonna “Amministrattivi”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri mibdija mill-awtoritajiet kompetenti matul is-sena ta’ rapportar, fil-kategoriji “Qabel it-tqegħid fis-suq”, “Suq konvenzjonali” u “Kummerċ elettroniku”, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-kolonna “Ġudizzjarji”

L-għadd totali ta’ azzjonijiet/miżuri li ntbagħtu mill-awtorità kompetenti lill-awtorità ġudizzjarja, matul is-sena ta’ rapportar, biex terġa’ tinkiseb il-konformità mar-regoli fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tar-Regolament (UE) 2017/625.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/723 tat-2 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell tal-formola standard li għandu jintuża fir-rapporti annwali mressqa mill-Istati Membri (ĠU L 124, 13.5.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

(5)  Il-listi indikattivi mhux eżawrjenti ta’ regoli, maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandhom jiġu rrapportati, jinsabu fl-Annessi I sa X ta’ dan id-dokument ta’ gwida.

(6)  Skont l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-Artikolu 113 ta’ dak ir-Regolament ma japplikax għal attivitajiet uffiċjali oħra.

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tal-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(11)  Il-ħidma tan-Network tal-MANCP tista’ tkun sors utli ta’ informazzjoni.

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 Dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(15)  https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/biosafety_fh_eu_food_establishments-techspecs_en.pdf, b’modifika introdotta minn https://webgate.ec.testa.eu/Ares/renditionDownload.do?itemId=090166e5a58a9c2d (punt A.01 tar-Rapport ta’ Sinteżi)

(16)  http://ec.europa.eu/eurostat/ramon/nomenclatures/index.cfm?TargetUrl=LST_NOM_DTL&StrNom=NACE_REV2&StrLanguageCode=EN&IntPcKey=&StrLayoutCode=HIERARCHIC

(17)  https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/pdf/10.2903/sp.efsa.2015.EN-804

(18)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Eweropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).

(20)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(23)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta’ Marzu 1990 li tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fuq is-suq u l-użu fil-Komunità ta’ prodotti tal-ikel medikat (ĠU L 92, 7.4.1990, p. 42).

(24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(25)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 619/2011 tal-24 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf fir-rigward tal-preżenza ta’ materjal ġenetikament modifikat li għalih hija pendenti proċedura ta’ awtorizzazzjoni jew li l-awtorizzazzjoni tiegħu skadiet (ĠU L 166, 25.6.2011, p. 9).

(27)  L-Artikolu 7 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1505/2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali bovini u l-kaprini (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 3).

(28)  L-Artikolu 5(1) u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1082/2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 9).

(29)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(30)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23).

(31)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53).

(32)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19).

(33)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7).

(34)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5).

(35)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).

(36)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).

(37)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

(38)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).


ANNESS I

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 96/22/KE li tikkonċerna l-projbizzjoni ta’ l-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 96/23/KE dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali – dispożizzjonijiet li jibqgħu applikabbli f’konformità mad-dispożizzjoni tranżitorja fl-Artikolu 150 tar-Regolament (UE) 2017/625

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Deċiżjoni 97/747/KE li tiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f’ċerti prodotti mill-annimali

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (regoli rilevanti għall-ilma mqiegħed fi fliexken jew f’kontenituri)

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 1999/2/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 1999/3/KE dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (Titolu II)

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel

Tabelli 1.2 u 1.6

Id-Direttiva 2002/4/KE fuq ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill1999/74/KE

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 2002/46/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 2002/99/KE li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman

Tabelli 1.3, 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 2003/40/KE li tistabbilixxi l-lista, il-limiti ta’ konċentrazzjoni u l-ħtiġiet ta’ tikkettjar għall-kostitwenti tal-ilmijiet minerali naturali u l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ arja arrikkita b’ożonu għat-trattament ta’ ilmijiet minerali naturali u ilmijiet min-nixxigħat

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel

Tabelli 1.2, 1.3, 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali

Tabelli 1.2, 1.3, 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 641/2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta’ prodotti eżistenti u preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal ġenetikament modifikati li bbenefika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel

Tabelli 1.2, 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti jew annimali

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel

Tabelli 1.4 u 1.6

Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel.

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 2023/2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel

Tabelli 1.2, 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 361/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 617/2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet

Tabelli 1.2., 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 dwar l-enżimi tal-ikel

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dwar l-addittivi tal-ikel

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 2009/32/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 2009/39/KE dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari

Tabelli 1.4 u 1.6

Id-Direttiva 2009/54/KE dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 115/2010 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 931/2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għall-ikel li joriġina mill-annimali

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 29/2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (Titolu IV: termini tal-kwalità mhux obbligatorji)

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni

Tabella 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (l-Artikoli 74 sa 91)

Tabella 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2013 li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjanza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffriżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (Kapitolu IV)

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 179/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ir-reġistru tal-operaturi, l-ammont tal-għajnuna għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti barra r-reġjun, il-logo, l-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni għal ċerti annimali bovini u l-iffinanzjar ta’ ċerti miżuri relatati ma’ miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) Nru 665/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tat-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju “prodott tal-muntanji”

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) 2015/1375 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 dwar ikel ġdid

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) 2019/624 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) 2019/627 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) 2019/1139 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq ikel li joriġina mill-annimali b’rabta mar-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tagħrif dwar il-katina tal-ikel u l-prodotti tas-sajd u mar-referenza għall-metodi rikonoxxuti tal-ittestjar għall-bijotossini marini u għall-metodi tal-ittestjar għall-ħalib mhux ipproċessat u l-ħalib tal-baqar ittrattat bis-sħana

Tabelli 1.4 u 1.6

Ir-Regolament (UE) 2019/2090 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward każijiet ta’ nonkonformità suspettata jew stabbilita mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati fi prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf jew mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati

Tabelli 1.4 u 1.6


ANNESS II

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625

Id-Direttiva 2001/18/KE dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament

Tabelli 2.2 u 2.4

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

Tabelli 2.2 u 2.4

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament

Tabelli 2.2 u 2.4

Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament

Tabelli 2.2 u 2.4

Ir-rakkomandazzjoni 2004/787/KE dwar gwida teknika għall-kampjunar u d-detezzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u materjal prodott minn organiżmi ġenetikament modifikati bħala prodotti jew fihom fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003

Tabelli 2.2 u 2.4

Ir-Regolament (KE) Nru 65/2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament

Tabelli 2.2 u 2.4

Ir-Regolament (KE) Nru 641/2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta’ prodotti eżistenti u preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal ġenetikament modifikati li bbenefika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli

Tabelli 2.2 u 2.4

Ir-Regolament (UE) Nru 619/2011 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf fir-rigward tal-preżenza ta’ materjal ġenetikament modifikat li għalih hija pendenti proċedura ta’ awtorizzazzjoni jew li l-awtorizzazzjoni tiegħu skadiet

Tabelli 2.2 u 2.4

Id-Direttiva (UE) 2015/412 li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom

Tabelli 2.2 u 2.4

L-atti legali kollha dwar l-awtorizzazzjoni għal prodotti individwali, kif jinsabu fir-Reġistru tal-OĠM tal-UE: Organiżmi Ġenetikament Modifikati — Il-Kummissjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/food/dyna/gm_register/index_en.cfm)

Tabelli 2.2 u 2.4


ANNESS III

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625

Id-Direttiva 90/167/KEE li tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fuq is-suq u l-użu fil-Komunità ta’ prodotti ta’ l-ikel medikat (sas-27 ta’ Jannar 2022)

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel

Tabella 3.2

Id-Direttiva 2002/32/KE dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (KE) Nru 641/2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rigward l-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta’ prodotti eżistenti u preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal ġenetikament modifikati li bbenefika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti jew annimali

Tabelli 3.2 u 3.4

Id-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (UE) Nru 619/2011 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf fir-rigward tal-preżenza ta’ materjal ġenetikament modifikat li għalih hija pendenti proċedura ta’ awtorizzazzjoni jew li l-awtorizzazzjoni tiegħu skadiet

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (UE) 2019/4 dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf medikat (mit-28 ta’ Jannar 2022)

Tabelli 3.2 u 3.4

Ir-Regolament (UE) 2019/2090 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 rigward każijiet ta’ nonkonformità suspettata jew stabbilita mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati fi prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf jew mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati

Tabelli 3.2 u 3.4


ANNESS IV

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/625

Lista ta’ atti fl-Artikolu 270(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 (sal-20 ta’ April 2021), b’mod partikolari:

Id-Direttiva 88/407/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini

Id-Direttiva 89/556/KEE dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat

Id-Direttiva 90/429/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali

Id-Direttiva 92/65/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE

Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini

Id-Direttiva 2006/88/KE dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi

Tabelli 4.2 u 4.4

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/97 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE

Tabelli 4.2 u 4.4

Ir-Regolament (KE) Nru 494/98 li jistipula regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ Regolament (KE) Nru 820/97 għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi minimi fl-istruttura tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-bovini

Tabelli 4.2 u 4.4

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga

Tabelli 4.2 u 4.4

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

Tabelli 4.2 u 4.4

Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 1760/2000 dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini

Tabelli 4.2 u 4.4

Ir-Regolament (KE) Nru 1505/2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini u l-kaprini

Tabelli 4.2 u 4.4

Ir-Regolament (UE) 2016/429 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (mill-21 ta’ April 2021)

Tabelli 4.2 u 4.4


ANNESS V

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem

Tabelli 5.2 u 5.4

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u li jimplimenta d-Direttiva 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva

Tabelli 5.2 u 5.4


ANNESS VI

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/97 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (jiġifieri l-Artikoli 6 (1) u 6b)

Tabella 6.4 u kaxxa tat-test 6.7

Id-Direttiva 98/58/KE dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja

Tabella 6.2 u kaxxa tat-test 6.3

Id-Direttiva 1999/74/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ tiġieġ li jbid

Tabella 6.2 u kaxxa tat-test 6.3

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati

Tabella 6.4 u kaxxa tat-test 6.5

Id-Direttiva 2007/43/KE li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam

Tabella 6.2 u kaxxa tat-test 6.3

Id-Direttiva 2008/119/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela

Tabella 6.2 u kaxxa tat-test 6.3

Id-Direttiva 2008/120/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali

Tabella 6.2 u kaxxa tat-test 6.3

Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla

Kaxxa tat-test 6.6


ANNESS VII

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(g) tar-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament (UE) 2016/2031 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti

Tabelli 7.2 u 7.4

Ir-Regolament (UE) 2019/66 rigward regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti applikabbli għal dik il-merkanzija

Tabelli 7.2 u 7.4


ANNESS VIII

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

Tabelli 8.2 u 8.4

Id-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi

Tabelli 8.2 u 8.4


ANNESS IX

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (sal-31 ta’ Diċembru 2020)

Anness XIIIc tar-Regolament (KE) Nru 889/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku

Anness XIIIc tar-Regolament (KE) Nru 889/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

Anness XIIIc tar-Regolament (KE) Nru 889/2008

Ir-Regolament (UE) Nru 392/2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 rigward is-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika

Anness XIIIc tar-Regolament (KE) Nru 889/2008

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli

 

Ir-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (mill-1 ta’ Jannar 2021)

 


ANNESS X

Lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ regoli maħsuba bħala gwida fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li għandha tiġi rrapportata għall-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2)(j) tar-Regolament (UE) 2017/625

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, (l-Artikolu 53)

Tabelli 10.2 u 10.4

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż

Tabelli 10.2 u 10.4

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

Tabelli 10.2 u 10.4

Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

Tabelli 10.2 u 10.4

Ir-Regolament (UE) Nru 664/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn

Tabelli 10.2 u 10.4

Ir-Regolament (UE) Nru 668/2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Tabelli 10.2 u 10.4