|
5.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 40/25 |
AVVIŻ INFORMATTIV
(2021/C 40/12)
Il-Kummissjoni tixtieq tinforma lill-operaturi u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti li l-prattiki enoloġiċi msemmija fit-Taqsima C tal-Parti 1 u fit-Taqsima C tal-Parti 2 tal-Anness 2-E tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (FSE) huma awtorizzati, skont l-Artikolu 2.26 tal-FSE, fl-UE u fil-Ġappun rispettivament għall-prodotti tal-inbid koperti mit-Taqsima C tal-Kapitolu 2 tal-FSE mill-15 ta’ Jannar 2021.