Brussell, 20.7.2021

SWD(2021) 715 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt




Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt



Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea




{COM(2021) 700 final} - {SWD(2021) 701 final} - {SWD(2021) 702 final} - {SWD(2021) 703 final} - {SWD(2021) 704 final} - {SWD(2021) 705 final} - {SWD(2021) 706 final} - {SWD(2021) 707 final} - {SWD(2021) 708 final} - {SWD(2021) 709 final} - {SWD(2021) 710 final} - {SWD(2021) 711 final} - {SWD(2021) 712 final} - {SWD(2021) 713 final} - {SWD(2021) 714 final} - {SWD(2021) 716 final} - {SWD(2021) 717 final} - {SWD(2021) 718 final} - {SWD(2021) 719 final} - {SWD(2021) 720 final} - {SWD(2021) 721 final} - {SWD(2021) 722 final} - {SWD(2021) 723 final} - {SWD(2021) 724 final} - {SWD(2021) 725 final} - {SWD(2021) 726 final} - {SWD(2021) 727 final}


Sommarju

Is-sistema ġudizzjarja Irlandiża, li hija kkaratterizzata minn livell għoli ta’ indipendenza perċepita, qed tesperjenza żviluppi importanti. Abbozz ta’ liġi ġdid għandu l-għan li jirriforma s-sistema għall-ħatriet u l-promozzjonijiet ġudizzjarji, filwaqt li jtaffi ċertu tħassib li kien hemm. Madankollu, ir-riforma se tkompli tħalli diskrezzjoni wiesgħa lill-Gvern, minħabba li ma hemm l-ebda klassifikazzjoni tal-kandidati u l-Gvern mhuwiex marbut b’din il-lista, minkejja li d-deċiżjonijiet tiegħu jridu jiġu ppubblikati. Huwa importanti li din ir-riforma tkun tiggarantixxi l-indipendenza ġudizzjarja, filwaqt li tqis l-istandards Ewropej. Qed jiġi stabbilit reġim dixxiplinari biex itejjeb ir-responsabbiltà tal-imħallfin u l-Kumitat dwar l-Imġiba tal-Ġudikatura qed iħejji abbozz ta’ linji gwida dwar l-imġiba u l-etika tal-proċedura tal-ilmenti. Skont il-Kostituzzjoni, id-deċiżjoni finali dwar it-tkeċċija tal-imħallfin, li hija prevista biss f’każijiet ta’ mġiba ħażina jew inkapaċità, tibqa’ prerogattiva tal-Parlament, u dan jista’ jqajjem tħassib fir-rigward tal-politiċizzazzjoni tal-proċedura. Il-Kunsill Ġudizzjarju, li ġie stabbilit reċentement, kompla jaħdem fuq għadd ta’ linji gwida. Bħalissa qed isiru riflessjonijiet dwar il-limitazzjoni tal-ispejjeż legali u dwar it-titjib tal-iskemi ta’ għajnuna legali, u dan jista’ jtejjeb l-aċċess għall-ġustizzja. Qed jittieħdu miżuri biex jiġu indirizzati l-isfidi fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni, l-għadd żgħir ta’ mħallfin għal kull abitant u t-tul tal-proċedimenti.

L-Irlanda qed tirrevedi b’mod estensiv l-istrutturi tagħha kontra l-korruzzjoni u kontra l-frodi kif ukoll l-istrateġiji tagħha għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-aġġudikazzjoni tar-reati ekonomiċi u l-każijiet ta’ korruzzjoni. Il-Gvern impenja ruħu li jintroduċi strutturi ġodda kontra l-korruzzjoni u kontra l-frodi, leġiżlazzjoni ġdida li tipprevedi seduti preliminari ta’ smigħ, u li jemenda l-Att 2018 dwar il-Ġustizzja Kriminali (Reati ta’ Korruzzjoni). L-isfidi ewlenin fil-kapaċità tal-Irlanda li tiskoraġġixxi u tikkastiga l-korruzzjoni għadhom jeżistu minħabba r-riżorsi limitati u l-frammentazzjoni istituzzjonali. Il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-promozzjoni tal-miżuri ta’ integrità huma fis-seħħ, iżda għad fadal sfidi fir-rigward tal-infurzar, b’mod partikolari dwar l-iżvelar tal-assi, il-lobbying u r-revolving doors. Tqajjem tħassib li l-Kummissjoni għall-Istandards fl-Uffiċċju Pubbliku, bħala l-awtorità superviżorja li timmaniġġja d-dikjarazzjoni tal-interessi u r-reġimi tal-ikklerjar tat-taxxa tad-detenturi ta’ karigi pubbliċi, jista’ ma jkollhiex riżorsi adegwati. Huwa ppjanat rieżami tal-kapaċità biex tiġi eżaminata l-kwistjoni.

Ir-regolatur tal-media tax-xandir (l-Awtorità tax-Xandir tal-Irlanda) huwa mistenni jgħaddi minn riorganizzazzjoni kbira fil-qafas tal-abbozz il-ġdid tal-liġi dwar is-sikurezza online u r-regolamentazzjoni tal-media, bil-għan li tiġi trasposta d-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva. Huwa mistenni li l-abbozz ta’ liġi ġdid jiġi adottat sal-aħħar tal-2021. L-iżviluppi reċenti mmirati lejn iż-żieda fit-trasparenza fis-settur jinkludu t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ bażi tad-data dwar is-sjieda tal-media, li hija mistennija li tiġi aġġornata regolarment. L-emendi għall-Att dwar il-Malafama, li l-adozzjoni tagħhom hija prevista fix-xhur li ġejjin, huma mistennija li jkollhom impatt pożittiv fuq l-attività tal-ġurnalisti. Il-Gvern waqqaf Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Futur tal-Media biex tniedi djalogu dwar miżuri ġodda ta’ politika u azzjonijiet possibbli fit-tul biex jappoġġaw is-settur.

Fir-rigward tal-kontrokontrolli, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja kompliet tintuża biex tilleġiżla sabiex tindirizza l-pandemija tal-COVID-19, iżda tqajjem tħassib dwar is-sorveljanza parlamentari limitata fuq il-miżuri ministerjali. Filwaqt li l-Irlanda għandha proċedura leġiżlattiva żviluppata sew, dan l-aħħar kien hemm rikors sostanzjali għal possibbiltajiet sabiex jitqassru d-diskussjonijiet fil-Parlament. Il-Kummissjoni Irlandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza tkompli twettaq il-ħidma tagħha b’mod effettiv u ġiet akkreditata mill-ġdid f’Ġunju 2021. L-Irlanda għandha soċjetà ċivili vibranti u diversa iżda r-restrizzjonijiet fuq l-NGOs ikomplu joħolqu xi tħassib. Hemm pjanijiet biex dan it-tħassib jiġi indirizzat fil-kuntest tar-riforma elettorali li għaddejja bħalissa.

I.Is-Sistema Ġudizzjarja

L-Irlanda hija ġuriżdizzjoni tad-dritt komuni, li l-ġudikatura tagħha hija maqsuma f’fergħa ċivili u fergħa kriminali. Is-sistema tal-qorti tinkludi qorti tal-appell finali (il-Qorti Suprema), Qorti tal-Appell, u qrati tal-prim’istanza li jinkludu Qorti Superjuri (High Court) b’ġuriżdizzjoni sħiħa fil-materji kriminali u ċivili kollha u qrati b’ġuriżdizzjoni limitata: il-Qorti taċ-Ċirkwit u l-Qorti Distrettwali huma organizzati fuq bażi ġeografika. Il-Qrati Kriminali Speċjali 1 huma qrati mingħajr ġurija u jittrattaw kawżi paramilitari, sovversivi u ta’ kriminalità organizzata. Barra minn hekk, għadd ta’ tribunali speċjalizzati 2 joperaw f’oqsma differenti, inklużi r-relazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol 3 . Fl-2019 twaqqaf Kunsill Ġudizzjarju 4 . Il-ħatriet ġudizzjarji jsiru mill-President tal-Irlanda, li jaġixxi fuq il-parir tal-Gvern. Il-Bord Konsultattiv tal-Ħatriet Ġudizzjarji għandu l-kompitu li jagħżel il-kandidati xierqa għall-ħatra. Is-servizz tal-prosekuzzjoni mhuwiex parti mill-fergħa ġudizzjarja. L-Avukat Ġenerali huwa l-konsulent legali tal-Gvern. Il-professjoni legali għandha żewġ tipi ta’ avukati – solicitors, rappreżentati mill-Għaqda tal-Liġi (Law Society), u barristers, rappreżentati mill-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda. L-Awtorità Regolatorji tas-Servizzi Legali, korp indipendenti mwaqqaf fl-2016, huwa r-regolatur statutorju nazzjonali tal-Irlanda għaż-żewġ fergħat tal-professjoni legali.

Indipendenza

Il-perċezzjoni tal-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin fost il-pubbliku ġenerali u l-kumpaniji għadha 5  waħda għolja. Il-livell ta’ indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin huwa perċepit bħala “pjuttost tajjeb jew tajjeb ħafna” minn 73 % tal-popolazzjoni ġenerali u minn 77 % tal-kumpaniji 6 . Dan il-livell għoli ta’ perċezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja ilu stabbli mill-2016.

Il-Kunsill Ġudizzjarju stabbilit reċentement kompla l-ħidma tiegħu biex joħroġ għadd ta’ linji gwida, anki permezz ta’ attivitajiet ta’ riċerka u abbozzar 7 . Ġie mibdi programm modern ta’ edukazzjoni u taħriġ għall-imħallfin, megħjun bil-ħatra ta’ mħallef fis-servizz bħala Direttur tal-Istudji Ġudizzjarji. Il-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (“GRECO”) laqa’ t-twaqqif tal-Kunsill Ġudizzjarju f’konformità mar-rakkomadazzjonijiet preċedenti tiegħu 8 . Il-Kunsill Ġudizzjarju qed iwettaq riċerka biex jiggwida l-abbozzar tal-Linji Gwida għas-Sentenzjar. Il-Linji Gwida għad-Danni Personali, li waqqfu linji gwida ġenerali għall-ammonti li għandhom jingħataw jew jiġu vvalutati fi pretensjonijiet ta’ danni personali ġew adottati mill-Kunsill f’Marzu 2021 u daħlu fis-seħħ f’April 2021, ladarba l-leġiżlazzjoni daħlet fis-seħħ. Fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida, għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lir-rispett tal-indipendenza ġudizzjarja 9 .

Qed jitħejja abbozz ta’ liġi ġdid dwar il-ħatra u l-promozzjoni tal-imħallfin. Wara l-iskadenza tal-abbozz ta’ liġi tal-2017 dwar il-ħatriet ġudizzjarji fi tmiem il-leġiżatura preċedenti, il-Gvern ġdid ippreżenta Skema Ġenerali ġdida 10 f’Diċembru 2020 11 . L-abbozz ta’ liġi huwa mistenni jitressaq fil-Parlament fit-tieni kwart tal-2021.

Il-kompożizzjoni tal-Kummissjoni prevista dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura nbidlet. L-Iskema Ġenerali ġdida tipprevedi l-istabbiliment ta’ Kummissjoni dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, li hija magħmula minn disa’ membri, biex tissostitwixxi l-Bord Konsultattiv tal-Ħatriet Ġudizzjarji (Judicial Appointments Advisory Board, JAAB) attwali 12 . Il-Kummissjoni se tinkludi l-Prim Imħallef (bħala president), żewġ imħallfin nominati mill-Kunsill tal-Ġudikatura (wieħed kien solicitor u ieħor kien barrister prattikanti), president tal-qorti wieħed (li huwa l-president tal-qorti li fir-rigward tiegħu l-Kummissjoni għandha tirrakkomanda persuni għall-ħatra) u erba’ membri mhux ġejjin mill-qasam ġuridiku (li tlieta minnhom għandhom jintgħażlu f’kompetizzjoni miftuħa mis-Servizz għall-Ħatriet Pubbliċi, u wieħed minnhom se jiġi nnominat mill-Kumissjoni Irlandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza) 13 . L-Avukat Ġenerali se jkun membru tal-Kummissjoni f’kapaċità ex officio mingħajr id-dritt tal-vot. Il-kompożizzjoni tal-Kummissjoni ppjanata ma tipprevedix maġġoranza ċara ta’ mħallfin magħżula mill-pari tagħhom 14 , għalkemm tqis ċertu tħassib li tqajjem fir-rigward tal-pjanijiet preċedenti għal maġġoranza mhux mill-qasam ġuridiku u president mhux mill-qasam ġuridiku 15 . Is-sħubija, anki jekk f’kapaċità mingħajr id-dritt tal-vot, tal-Avukat Ġenerali, li huwa wkoll il-konsulent legali prinċipali tal-Gvern u membru fil-laqgħat tal-kabinett 16 , tista’ tqajjem tħassib fir-rigward tal-indipendenza tal-Kummissjoni mill-Gvern 17 , kif rapportat mill-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Ugwaljanza 18 u mill-Għaqda tal-Liġi 19 . L-Iskema Ġenerali tipprevedi wkoll Kumitat Konsultattiv ta’ Ħatriet Ġudizzjarji Għolja biex jirrakkomanda persuni għall-ħatra bħala President tal-Qorti tal-Ġustizzja, President tal-Qorti tal-appell u President tal-Qorti Superjuri. Dan il-Kumitat se jkun magħmul mill-Prim Imħallef, membru li mhuwiex ġej mill-qasam ġuridiku u l-Avukat Ġenerali. Għalhekk, l-Avukat Ġenerali jkollu rwol sinifikanti fil-ħatra tal-aktar pożizzjonijiet għolja fil-ġudikatura, li wkoll jista’ jqajjem tħassib dwar l-indipendenza. Huwa importanti li r-riforma finali tiggarantixxi l-indipendenza ġudizzjarja, skont id-dritt tal-UE u li tikkunsidra l-istandards Ewropej 20 u titwettaq f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati 21 u l-Kummissjoni ta’ Venezja. B’mod partikolari, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa, jenħtieġ li korp tal-ħatra indipendenti bħal dan ikun magħmul f’parti sostanzjali mill-ġudikatura u jenħtieġ li jkun awtorizzat jagħmel rakkomandazzjonijiet jew jesprimi opinjonijiet li l-awtorità tal-ħatra rilevanti ssegwi fil-prattika 22 .

Il-proċedura ppjanata għall-ħatriet u l-promozzjonijiet ġudizzjarji tqajjem tħassib. Fis-sistema attwali, għal ħatriet ġudizzjarji tal-ewwel darba, il-JAAB jirrakkomanda lill-Ministru għall-Ġustizzja tal-anqas seba’ kandidati għal kull post vakanti 23 . Il-kandidati fil-lista l-qasira ma jiġux ikklassifikati skont il-preferenza, u l-Gvern mhuwiex marbut li jagħżel mil-lista. Il-promozzjonijiet ta’ mħallfin isiru mill-President tal-Irlanda fuq il-parir tal-Gvern u mhumiex soġġetti għall-proċedura mwettqa mill-JAAB. Tqajjem tħassib dwar il-fatt li fir-rigward tad-diskrezzjoni wiesa’ li tħalliet għas-setgħa eżekuttiva fis-sistema attwali 24 . L-Iskema Ġenerali tipprevedi li l-ħatriet u l-promozzjonijiet ġudizzjarji kollha jridu jkunu soġġetti għall-proċedura ġdida prevista, li hija kapaċi ssaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja. L-Iskema Ġenerali tipprevedi li l-Kummissjoni tippreżenta ħames kandidati mhux ikklassifikati lill-Gvern 25 , u b’hekk tkompli tillimita d-diskrezzjoni tal-Gvern meta mqabbla mas-sistema attwali ta’ lista ta’ seba’ kandidati. Madankollu, l-abbozz ta’ liġi tal-2017 ippreveda limitazzjoni saħansitra akbar, filwaqt li ppropona lista ta’ tliet kandidati klassifikati biss. L-għadd ta’ kandidati li għandu jiġi ppreżentat u n-nuqqas ta’ klassifikazzjoni previst mill-Iskema Ġenerali ġdida jipprovdu lill-Gvern b’diskrezzjoni wiesa’ fir-rigward tal-ħatriet ġudizzjarji, li qajjem kritika 26 . Din id-diskrezzjoni hija amplifikata aktar bil-possibbiltà għall-Gvern li jagħżel applikant li ma jkunx fil-lista mħejjija mill-Kummissjoni, mingħajr il-ħtieġa li jagħti raġunijiet 27 . Il-Gvern iqis li din id-diskrezzjoni hija meħtieġa mid-dispożizzjonijiet kostituzzjonali li jiddikjaraw li l-imħallfin jinħatru mill-President 28 . Minkejja dan, huwa importanti li din ir-riforma tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa relatati mal-ħtieġa li s-setgħa eżekuttiva ssegwi fil-prattika r-rakkomandazzjonijiet minn awtoritajiet indipendenti 29 .

Għaddejja ħidma dwar l-istabbiliment ta’ reġim dixxiplinari għall-imħallfin, filwaqt li l-Parlament jibqa’ inkarigat li jneħħi l-imħallfin. Il-Kumitat dwar l-Imġiba tal-Ġudikatura tal-Kunsill tal-Ġudikatura, li ġie stabbilit fl-2020 biex jikkunsidra l-ilmenti fir-rigward tal-imġiba ħażina tal-ġudikatura, qed jabbozza l-Linji Gwida dwar l-Imġiba tal-Ġudikatura, il-proċeduri għal riżoluzzjoni informali tal-ilmenti u dwar l-ammissibilità u l-funzjonament tar-reġim tal-ilmenti. Jenħtieġ li l-proċedura tal-ilmenti tkun lesta biex tinbeda sas-sajf tal-2022 30 . Minkejja l-progress f’dan ir-rigward, in-nuqqas attwali ta’ proċeduri dixxiplinari formali għall-imħallfin iqajjem tħassib 31 , inkluż mis-soċjetà ċivili 32 . Għalhekk, il-linji gwida u l-proċeduri li ġejjin jistgħu jwasslu għal titjib fir-responsabbiltà tal-imħallfin; huwa importanti li huma jippreżervaw l-indipendenza ġudizzjarja f’konformità mad-dritt tal-UE u jqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa 33 . Il-Parlament jibqa’ responsabbli sabiex jiddeċiedi dwar it-tneħħija ta’ mħallfin mill-kariga u jżomm il-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu f’dan ir-rigward, u dan jista’ joħloq tħassib dwar il-politiċizzazzjoni tal-proċess, avolja dan il-proċess qatt ma ntuża 34 .

Kwalità

L-għadd ta’ mħallfin għadu baxx u r-riżorsi disponibbli għat-taħriġ tal-imħallfin jidhru li huma limitati. L-għadd ta’ mħallfin għal kull abitant għadu l-aktar baxx fl-UE, li jista’ jaffettwa wkoll l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja Irlandiża 35 . Filwaqt li l-Gvern impenja ruħu li jirrevedi l-għadd u t-tipi ta’ mħallfin meħtieġa biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti tal-ġustizzja matul il-ħames snin li ġejjin 36 , aktar miżuri immedjati jistgħu jindirizzaw tħassib imqajjem ukoll mill-partijiet ikkonċernati 37 . Il-baġit per capita għas-sistema ġudizzjarja żdied b’mod konsistenti f’dawn l-aħħar snin u huwa fost l-ogħla fl-UE, filwaqt li l-baġit bħala perċentwali tal-PDG staġna u baqa’ aktar baxx mill-medja tal-UE 38 . Fir-rigward tat-taħriġ tal-ġudikatura 39 , fl-2020, inħatar Direttur tal-Istudji Ġudizzjarji fuq bażi part-time (li huwa mħallef fis-servizz). Ma kienx possibbli li jiġi estiż il-programm ta’ taħriġ, għalkemm dan l-aħħar sar progress fl-iżgurar tal-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ dak il-programm 40 . Fl-2021 sar stħarriġ tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ ġudizzjarju 41 .

Ir-riflessjoni dwar l-ispejjeż tal-litigazzjoni u s-sistema tal-għajnuna legali tkompli 42 u tista’ twassal għal titjib fl-aċċess għall-ġustizzja. Ir-rieżami tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja Ċivili 43 ġie ppubblikat f’Ottubru 2020 u jagħmel rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja ċivili, tiġi promossa r-riżoluzzjoni bikrija tat-tilwim, titnaqqas l-ispiża tal-litigazzjoni, tinħoloq sistema aktar reattiva u proporzjonata u jiġu żgurati riżultati aħjar għall-utenti tal-qorti. Ir-Rieżami rrakkomanda t-tfassil ta’ linji gwida mhux vinkolanti dwar l-ispejjeż legali 44 . Il-Gvern nieda evalwazzjoni ta’ din il-proposta, inkluż jekk l-ispejjeż legali għandhomx jiġu ffissati b’mod vinkolanti 45 . Ir-rakkomandazzjonijiet dwar din il-kwistjoni huma mistennija sa tmiem l-2021. Il-Gvern impenja ruħu wkoll li jibda rieżami tal-iskema ta’ għajnuna legali ċivili din is-sena. Dawn l-inizjattivi jistgħu jgħinu biex jiġi indirizzat it-tħassib relatat mal-aċċess għall-ġustizzja u, b’mod partikolari, is-sistema ta’ għajnuna legali ċivili 46 . Fir-rigward tal-għajnuna legali kriminali, il-Gvern jippjana li jittrasferixxi l-operazzjoni tal-iskema lill-Bord ta’ Għajnuna Legali 47 . Filwaqt li l-iskema ta’ għajnuna legali kriminali hija ġeneralment meqjusa li tiffunzjona tajjeb, il-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda qajmet tħassib dwar il-livell baxx ta’ remunerazzjoni pprovduta lill-barristers taħt l-iskema 48 . Biex jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja, it-tisħiħ tas-sistemi ta’ għajnuna legali u l-limitazzjoni tal-ispejjeż legali huma importanti. Barra minn hekk, il-promozzjoni u l-inċentivi għall-użu ta’ metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim jistgħu jittejbu aktar 49 .

L-Awtorità Regolatorja tas-Servizzi Legali qed tieħu miżuri ulterjuri sabiex tindirizza l-ostakli li fadal fis-suq tas-servizzi legali. L-awtorità qed tippjana li tintroduċi qabel tmiem l-2021 il-qafas għas-Sħubijiet Legali (li jista’ jinkludi sħubijiet barrister-barrister u sħubijiet barrister-solicitor). L-Awtorità biħsiebha wkoll tirrevedi l-introduzzjoni dwar prattiki multidixxiplinari (li jinvolvu operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u professjonijiet oħra – eżempju periti, kontabilisti) wara l-introduzzjoni ta’ Sħubijiet Legali. Fl-2020, l-Awtorità ppubblikat rapport li kkunsidra jekk il-professjonijiet ta’ solicitor u barrister għandhomx jiġu unifikati. Ir-rapport ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda bażi evidenzjali għar-rakkomandazzjoni tal-unifikazzjoni tal-professjonijiet iżda impenja ruħu li jirrevedi l-kwistjoni ladarba riformi oħra skont l-Att ikunu ġew inkorporati 50 . L-Awtorità ppubblikat ukoll rapport dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-operatur fil-qasam tal-ġustizzja, filwaqt li rrakkomandat riformi biex jiġu definiti l-kompetenza u l-istandards meħtieġa għall-prattika bħala solicitor jew barrister. Tirrakkomanda wkoll it-twaqqif ta’ qafas statutorju biex jakkredita fornituri eżistenti ta’ edukazzjoni u taħriġ għall-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja, kif ukoll li jippermetti lil fornituri ġodda li jiġu akkreditati biex jipprovdu taħriġ professjonali għas-solicitors u l-barristers 51 . L-awtorità issa qed taħdem mad-Dipartiment tal-Ġustizzja dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet. L-awtorità qed twettaq ukoll proġett ta’ riċerka dwar ostakli potenzjali li jistgħu jeżistu biex tinbeda karriera bħala barrister jew solicitor, li għandu jinħareġ qabel tmiem l-2021. Fl-2020, l-Awtorità ħadet f’idejha r-regolamentazzjoni tar-reklamar mill-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja, bl-introduzzjoni ta’ regolamenti ġodda 52 . Ikun importanti għall-Awtorità li tivvaluta jekk u kif il-miżuri meħuda kkontribwew biex jillimitaw l-ispejjeż legali u jtejbu l-aċċess għall-ġustizzja.

Il-ħidma tkompli 53 sabiex jiġu rimedjati l-lakuni eżistenti fid-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja. Is-Servizz tal-Qrati ħareġ strateġija fit-tul 54 , li għandha l-għan li tappoġġa aħjar l-aċċess għall-ġustizzja. Il-prijoritajiet tal-programm ta’ modernizzazzjoni jinkludu l-eFfiling, sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet, u l-istabbiliment tal-infrastruttura li tiffaċilita l-Qrati Elettroniċi. Matul il-pandemija tal-COVID-19, programm ta’ Courtroom Virtwali ppermetta aktar minn 2 200 sessjoni virtwali tal-qorti minn Marzu 2020. Il-qrati remoti jkomplu joperaw fil-ġuriżdizzjonijiet kollha, b’mod estensiv, fil-Qorti Suprema, fil-Qorti tal-Appell u fil-Qorti Superjuri, u huma ppjanati li jkomplu joperaw fil-futur. Minkejja l-miżuri tal-2020 li jippermettu l-użu akbar ta’ seduti ta’ smigħ mill-bogħod f’materji ċivili u f’appelli kriminali, l-Irlanda għandha punteġġ inqas mill-medja tal-UE fir-rigward tar-regoli proċedurali li jippermettu t-teknoloġija diġitali fil-qrati f’kawżi ċivili/kummerċjali, amministrattivi u kriminali 55 . L-Irlanda għandha wkoll punteġġ inqas mill-medja fir-rigward tal-użu tat-teknoloġija diġitali mill-qrati u s-servizz ta’ prosekuzzjoni 56 , l-għodod ta’ komunikazzjoni elettronika fil-qrati 57 , soluzzjonijiet diġitali biex jitwettqu u jiġu segwiti l-proċedimenti tal-qorti f’kawżi kriminali 58 u l-aċċess online għal sentenzi ppubblikati mill-pubbliku ġenerali 59 . Għalhekk, hija meħtieġa diġitalizzazzjoni ulterjuri tas-sistema ġudizzjarja Irlandiża biex jiġu rimedjati l-lakuni eżistenti, u wkoll biex tkun tista’ tinġabar data dwar it-tul tal-proċedimenti skont il-metodoloġija tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (European Commission for the Efficiency of Justice, CEPEJ) tal-Kunsill tal-Ewropa 60 .

Il-Gvern ħabbar rieżami li jkopri l-funzjonament tal-Qrati Kriminali Speċjali. In-Nazzjonijiet Uniti 61 u s-soċjetà ċivili 62 ilhom ħafna jappellaw biex tiġi kkunsidrata l-abolizzjoni tal-Qorti Kriminali Speċjali, li ġiet stabbilita fl-1972 biex tittratta każijiet ta’ terroriżmu u kriminalità organizzata, jew issaħħaħ il-proċedura tal-Qorti biex tiżgura d-dritt għal proċess ġust. Fi Frar 2021, il-Gvern ħatar grupp biex jagħmel rieżami tal-Atti dwar ir-Reati Kontra l-Istat. Il-mandat tal-grupp ta’ rieżami jkopri l-funzjonament tal-Qorti Kriminali Speċjali 63 .

Effiċjenza

Sfidi relatati mat-tul tal-proċedimenti aggravaw 64 . Il-tul medju tal-proċediment fil-Qorti Superjuri fl-2019 kien ta’ 785 jum, żieda ta’ madwar 35 jum mill-2018. B’mod partikolari, it-tul tal-proċedimenti kummerċjali kompla jiżdied, b’madwar 220 jum mill-2018 sal-2019. B’kuntrast, il-tul tal-proċedimenti fil-qrati taċ-ċirkwit u distrettwali naqas fl-2019 meta mqabbel mal-2018, wara żieda fis-sena preċedenti. It-tul tal-proċedimenti fil-Qorti tal-Appell żdied b’madwar 110 ijiem bejn l-2019 (1220 jum) u l-2018 (1101 jum). Bejn l-2018 u l-2019, it-tul tal-proċedimenti kriminali żdied b’madwar 120 jum fil-qorti taċ-ċirkwit u b’madwar 100 jum fil-qorti kriminali ċentrali 65 . Ir-Rieżami tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja Ċivili għamlet rakkomandazzjonijiet biex jitnaqqas id-dewmien u l-ħin tal-proċedimenti 66 . Abbozz ta’ liġi tal-Proċedura Kriminali li jipprevedi seduti ta’ smigħ qabel il-proċess, li jista’ jipprevedi proċess tal-qorti aktar mgħaġġel u aktar effiċjenti għal ċerti reati, ġie ffirmat fil-liġi fl-24 ta’ Mejju 2021 67 .

Il-Gvern qed jippjana li jipproponi skema ta’ kumpens għal każijiet ta’ tul eċċessiv ta’ proċedimenti tal-qorti qabel tmiem l-2021. Dan huwa meħtieġ minn sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li l-eżekuzzjoni tagħha għadha b’superviżjoni msaħħa mill-Kunsill tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa 68 .

II.Qafas Kontra l-Korruzzjoni

Fl-Irlanda, l-investigazzjoni tal-korruzzjoni hija r-responsabbiltà ta’ An Garda Síochána, is-servizz tal-pulizija u tas-sigurtà nazzjonali. L-Unità Kontra l-Korruzjoni fil-Bureau għall-Kriminalità Ekonomika tal-Garda (Garda National Economic Crime Bureau) hija esklussivament responsabbli mill-investigazzjoni ta’ tixħin barrani u responsabbli għall-investigazzjoni ta’ każijiet ta’ tixħim domestiku u korruzzjoni ta’ importanza nazzjonali. L-Unità Kontra l-Korruzzjoni taġixxi bħala ċentru ta’ eċċellenza għall-investigazzjoni, il-prevenzjoni u t-tfixkil tat-tixħim u l-korruzzjoni. Il-Pulizija twettaq investigazzjonijiet kriminali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Unità ġdida ffokata fuq l-investigazzjoni tal-korruzzjoni fil-forza tal-pulizija bdiet topera f’Novembru 2020. Reċentement ġiet żviluppata Sistema ta’ Ġestjoni tal-Investigazzjoni (Investigation Management System, IMS) ġdida u bħalissa qed tiġi ppruvata mis-servizz nazzjonali tal-pulizija u tas-sigurtà. Il-Kummissjoni dwar l-Istandards f’Karigi Pubbliċi (Standards in Public Office Commission, SIPO) hija responsabbli għall-infurzar tal-Atti Elettorali, tal-Atti dwar l-Etika u tar-Regolamentazzjoni tal-Att tal-2015 dwar il-Lobbying.

Il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju hija li l-livell ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku għadu relattivament baxx. Fl-Indiċi tal-2020 tal-Perċezzjonijiet tal-Korruzzjoni ta’ Transparency International, l-Irlanda ġġib 72/100 u tikklassifika fis-seba’ post fl-Unjoni Ewropea u fl-għoxrin post globalment 69 . Din il-perċezzjoni kienet relattivament stabbli 70 matul l-aħħar ħames snin 71 .

Wara rieżami komprensiv, il-gvern qed jippjana reviżjonijiet tal-qafas leġiżlattiv kriminali biex tissaħħa l-effettività tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-liġi tal-2018 dwar il-ġustizzja kriminali 72 tipprovdi leġiżlazzjoni konsolidata unika. Il-liġi fir-rigward tat-tixħim u l-korruzzjoni ġiet aġġornata u kkonsolidata sal-2018 u issa huwa reat kriminali li wieħed jonqos milli jirrapporta reati ta’ tixħin u korruzzjoni lill-pulizija. Ir-reati ta’ korruzzjoni għandhom ukoll effett extraterritorjali skont l-Att għall-korruzzjoni barranija jekk jiġi ppruvat li parti mill-imġiba rilevanti barra mill-Istat tkun reat jekk isseħħ fl-Irlanda 73 . Kif irrappurtat is-sena l-oħra, saret valutazzjoni fil-fond dwar l-effettività tal-awtoritajiet fil-ġlieda kontra l-kriminalità ekonomika u l-korruzzjoni 74 . L-hekk imsejħa “Hamilton review” 75 ġiet ippubblikata f’Diċembru 2020. Wara din il-valutazzjoni, il-Ministeru tal-Ġustizzja identifika l-prijoritajiet li jistgħu jiġu implimentati fuq perjodu ta’ żmien qasir, bħall-promulgazzjoni tal-abbozz tal-liġi dwar il-proċedura kriminali, inkluż fil-programm leġiżlattiv attwali għall-adozzjoni. Prijoritajiet ulterjuri jinkludu t-tisħiħ tal-liġi fil-qasam tal-etika tas-settur pubbliku u l-emendar tal-leġiżlazzjoni biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ ksur possibbli ta’ ex membri tal-Parlament (Kmamar tal-Parlament Irlandiż) li setgħu kisru l-obbligi tagħhom skont l-Atti dwar l-Etika. Dawn jinkludu wkoll l-emendar tal-leġiżlazzjoni tal-ġustizzja kriminali biex ikunu permessi mandati ta’ tiftix awtonomi li jippermettu lill-pulizija titlob passwords għal apparat elettroniku li jkun proprjetà ta’ persuni soġġetti għal mandati ta’ arrest jew ikkontrollat minnhom 76 .

Bħalissa l-Irlanda qed tagħmel rieżami tal-istruttura nazzjonali tagħha kontra l-korruzzjoni. Waħda mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Hamilton review hija t-twaqqif, fuq bażi permanenti, ta’ kunsill konsultattiv transettorjali biex jikkoordina u jmexxi approċċ olistiku għar-reati ekonomiċi u l-korruzzjoni. Biex tiġi indirizzata strateġija nazzjonali għall-ġlieda kontra l-kriminalità ekonomika u l-korruzzjoni u d-diversi awtoritajiet b’kompetenzi kontra l-korruzzjoni, il-Hamilton review rrakkomandat ukoll l-iżvilupp ta’ strateġija pluriennali u pjan ta’ azzjoni li jakkumpanjaha 77 .

Il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet għall-politiki kontra l-korruzzjoni kif ukoll għas-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni huma kondiviżi bejn korpi speċjalizzati differenti tal-infurzar tal-liġi. Il-Bureau tal-Kriminalità Ekonomika Garda (Garda National Economic Crime Bureau, GNECB) u l-Unità speċjalizzata tiegħu Kontra l-Korruzzjoni b’mod partikolari huma responsabbli għall-investigazzjoni tar-reati kollha ta’ korruzzjoni, inkluż it-tixħim barrani. Filwaqt li reċentement il-pulizija ġiet allokata riżorsi sostanzjali 78 , ma kienx hemm żieda proporzjonata fir-riżorsi għall-Uffiċċju tad-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi (Office of the Director of Public Prosecutions, ODPP), għalkemm iż-żieda fir-riżorsi ta’ partijiet oħra tas-sistema (pulizija, qrati, imħallfin) għandha impatt fuq l-ammont ta’ xogħol tal-ODPP, billi għadd akbar ta’ pulizija, każijiet identifikati u investigazzjonijiet joħolqu aktar fajls ta’ prosekuzzjoni għall-ODPP. Fil-pulizija, saret operattiva wkoll unità ġdida kontra l-korruzzjoni biex tittratta l-investigazzjonijiet dwar il-korruzzjoni interna. L-ODPP jiffoka esklużivament fuq il-prosekuzzjoni ta’ reati ppreżentati mill-awtoritajiet investigattivi u ma għandu l-ebda funzjoni ta’ prevenzjoni. L-ODPP għandu Unità Speċjali tal-Kriminalità Finanzjarja, li l-Unità kontra l-Korruzzjoni tikkoordina direttament magħhom fir-rigward ta’ każijiet ta’ korruzzjoni rilevanti. Il-pulizija hija membru tal-inizjattiva “Integrità fuq ix-Xogħol” ta’ Transparency International u tipprova tippromwovi ambjent tax-xogħol ta’ appoġġ għar-rappurtar ta’ tħassib dwar għemil ħażin. L-Unità Kontra l-Korruzzjoni, GNECB topera linja ta’ rapportar kunfidenzjali b’xejn għat-tixħin u l-korruzzjoni.

Ir-riżorsi limitati jibqgħu ta’ sfida għall-Unità Kontra l-Korruzzjoni fil-Bureau Nazzjonali tal-Kriminalità Ekonomika tal-Garda (Garda National Economic Crime Bureau, GNECB). Bħalissa, il-GNECB għandu 74 investigatur (12 minnhom jinsabu fuq trasferiment temporanju), 18-il membru tal-persunal u tliet Kontabilisti Forensiċi. L-Unità Kontra l-Korruzzjoni fil-GNECB bħalissa hija magħmula minn tliet persuni biss, surġent ditektiv u żewġ investigaturi ditektivi. Reċentement tlestiet kompetizzjoni biex jintgħażlu d-ditektivs għall-allokazzjoni lill-GNECB u l-Unità Kontra l-Korruzzjoni se tirċievi membru tal-persunal addizzjonali. L-Unità Kontra l-Korruzzjoni tuża riżorsi fil-GNECB meta twettaq operazzjonijiet kbar u għandha relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib ma’ unitajiet nazzjonali oħra 79 . Il-Hamilton review nnotat in-nuqqas ta’ riżorsi tal-Unità Kontra l-Korruzzjoni, u rrakomandat li jiġi żgurat li jingħataw riżorsi addizzjonali lill-GNECB, kif ukoll lill-Uffiċċju tad-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi. Ir-rakkomandazzjoni speċifika għal dan tal-aħħar kienet tinkludi prosekuturi addizzjonali, minbarra speċjalist sekondat fil-forensika diġitali u kontabilist forensiku sekondat 80 . Skont id-data tal-GNECB, l-unità bħalissa għandha disa’ investigazzjonijiet ta’ korruzzjoni li għadhom għaddejjin, li minnhom tliet investigazzjonijiet jikkonċernaw tixħim barrani ta’ uffiċjali pubbliċi barranin.

L-analiżi tal-evidenza elettronika fil-każijiet ta’ korruzzjoni hija ta’ sfida. Reċentement ġiet żviluppata Sistema ta’ Ġestjoni tal-Investigazzjoni (Investigation Management System, IMS) u bħalissa din qed tiġi ppruvata. Din is-sistema se tistandardizza l-investigazzjonijiet kollha u se tirreġistra l-azzjonijiet kollha li jissostitwixxu s-sistemi bbażati fuq il-karta li qed jintużaw bħalissa. Skont l-awtoritajiet, il-ġbir ta’ evidenza elettronika, inkluż data dwar il-mowbajls, data tal-kompjuter, data tal-cloud u data minn networks soċjali hija sfida oħra 81 . L-Unità Kontra l-Korruzzjoni bħalissa ma għandhiex aċċess għal għodda li tippermetti l-eżami effettiv u effiċjenti ta’ din id-data. Dan jirriżulta fl-eżami ta’ data elettronika li jieħu ammont sinifikanti ta’ riżorsi investigattivi u li jirriżulta f’dewmien sinifikanti fl-investigazzjonijiet.

Il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-promozzjoni tal-miżuri ta’ integrità huma fis-seħħ, madankollu għad fadal sfidi fir-rigward tal-infurzar tar-regoli. Ir-regoli u l-proċeduri ġenerali dwar l-iżvelar tal-assi huma stabbiliti fl-Att dwar l-Etika 82 . L-interessi li għandhom jiġu żvelati u l-evidenza dwar il-konformità jridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-Istandards fl-Uffiċċju Pubbliku (Standards in Public Office Commission, SIPO) mill-membri kollha taż-żewġ Kmamar tal-Parlament, l-Avukat Ġenerali u l-persuni maħtura f’karigi għolja f’korpi pubbliċi. Is-SIPO tkomplis tissorvelja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, iżda ġew rapportati sfidi 83 billi l-interessi li għandhom jiġu żvelati ma jinkludux l-obbligazzjonijiet (self ipotekarju, self, eċċ.) u l-iżvelar pubbliku jikkonċerna biss il-membri tal-Parlament. Is-SIPO ma għandha l-ebda mandat li tinvestiga azzjonijiet ta’ detentur ta’ kariga jew impjegat taċ-ċivil meta l-azzjonijiet jittieħdu wara li jitlaq mill-kariga.

Għad fadal xi nuqqasijiet fir-rigward tal-kapaċità li jiġu infurzati r-regoli dwar il-lobbying u r-revolving doors. L-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Lobbying tal-2015 ħoloq rekwiżit għal reġistru ta’ lobbyists. It-Tieni Rieżami Statutorju tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Lobbying tal-2015 ġie ppubblikat fi Frar 2020 84 . Ir-Reġistru, li huwa sistema bbażata fuq l-internet 85 , huwa ssorveljat mis-SIPO. Bħalissa hemm aktar minn 2 100 organizzazzjoni u individwu li rreġistraw fir-Reġistru. Is-SIPO għandha ċerti setgħat ta’ infurzar skont il-liġi, inkluża l-kapaċità li jwettaq investigazzjonijiet fejn jemmen li persuna setgħet wettqet kontravenzjoni. Barra minn hekk, għandha s-setgħa li tressaq u tipproċessa reati speċifiċi, inkluż fejn persuna li tagħmel il-lobbying ma tkunx irreġistrat 86 . Ir-Regolament jipprevedi wkoll perjodu ta’ “preklużjoni” ta’ sena wara l-impjieg, li matulu uffiċjali pubbliċi partikolari ma jistgħux iwettqu attivitajiet speċifiċi ta’ lobbying. Minbarra r-Regolament, hemm referenzi għal restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg fil-Kodiċi ta’ Kondotta għad-detenturi ta’ karigi u fil-Kodiċi ta’ Standards u Mġiba tas-Servizz Ċivili. Filwaqt li taħdem f’riżorsi limitati (li taqsam mal-Uffiċċju tal-Ombudsman), is-SIPO ma tistax issegwi b’mod proattiv il-konformità mal-kodiċijiet ta’ kondotta. Fir-rigward tar-revolving doors, ir-restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg huma inklużi fl-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Lobbying tal-2015, il-Kodiċi ta’ Kondotta għad-detenturi ta’ karigi u l-Kodiċi ta’ Standards u Mġiba tas-Servizz Ċivili. Madankollu, is-SIPO ma għandhiex is-setgħat meħtieġa biex timmonitorja l-irregolaritajiet.

Ir-regoli armonizzati dwar il-kunflitt ta’ interess għadhom pendenti. Bħalissa qed isir rieżami tal-leġiżlazzjoni dwar l-etika mill-Gvern, wara l-abbozz tal-liġi tal-Istandards tas-Settur Pubbliku tal-2015 87 , li kien isaħħaħ il-qafas eżistenti għall-identifikazzjoni, l-ivżelar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-minimizzazzjoni tar-riskji ta’ korruzzjoni, li skadew bix-xoljiment tal-aħħar parlament 88 . Il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-promozzjoni tal-miżuri ta’ integrità ġew identifikati fost il-prijoritajiet tal-Programm tal-Gvern tal-2020. Il-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) innota f’dan ir-rigward li t-twaqqif ta’ qafas legali uniformi u kkonsolidat għall-imġiba etika tal-membri tal-parlament u t-titjib tar-reġim tad-dikjarazzjoni tal-assi ġew affettwati mill-iskadenza tal-abbozz tal-liġi tal-2015 89 .

Fir-rigward tal-miżuri biex tiġi indirizzata u mitigata l-pandemija tal-COVID-19, jidher li l-akkwist pubbliku huwa qasam ta’ riskju għoli għat-tixħim u l-korruzzjoni. Bħalissa, erbgħa mill-investigazzjonijiet li għaddejjin tal-Unità Kontra l-Korruzzjoni huma relatati mal-akkwist, u l-assistenza ġiet ipprovduta fi tliet każijiet oħra. Il-GNECB mexxa wkoll “Ġimgħa ta’ Sensibilizzazzjoni dwar il-Frodi” fejn kien hemm esponiment regolari mill-media dwar il-prevenzjoni tal-frodi. Il-frodi tal-akkwist tal-COVID-19 dehret bħala suġġett matul din il-kampanja.

III.Il-Pluraliżmu tal-Media u l-Libertà tal-Media

Fl-Irlanda, il-libertà tal-espressjoni hija protetta mill-Kostituzzjoni, li tirrikjedi li l-Istat jiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa 90 . Reviżjoni leġiżlattiva maġġuri tal-liġi dwar il-media hija mistennija li tiġi ffinalizzata fl-2021 fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva 91 .

Il-qafas legali għar-regolatur tal-media indipendenti qed jiġi rivedut. Il-qafas regolatorju l-ġdid, li għandu jiġi stabbilit mill-abbozz ta’ liġi li jmiss dwar is-sikurezza online u r-regolamentazzjoni tal-media 92 , jipprevedi x-xoljiment tal-Awtorità tax-Xandir tal-Irlanda (Broadcasting Authority of Ireland, BAI) u l-assenjament tal-funzjonijiet kollha tagħha lill-Kummissjoni tal-Media l-ġdida. Il-Kummissjoni tal-Media se tingħata wkoll setgħat ġodda ta’ konformità u sanzjoni, inkluża s-setgħa li tfittex l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji amministrattivi, bil-ħsieb li tissorvelja l-qafas il-ġdid għas-servizzi online. Il-Kummissjoni tal-Media se tinkludi massimu ta’ sitt Kummissarji, maħtura wara kompetizzjoni miftuħa, immexxija mis-Servizz tal-Ħatriet Pubbliċi. Bħalissa hemm disa’ membri tal-BAI, li ħamsa minnhom jinħatru mill-Gvern fuq in-nomina tal-Ministru għat-Turiżmu, il-Kultura, l-Arti, il-Gaeltacht, l-Isport u l-Media 93 . Il-Kummissjoni l-ġdida se tkun irregolata minn president eżekuttiv bi rwol maniġerjali. L-Iskema Ġenerali tal-abbozz ta’ liġi tipproponi li żżomm il-finanzjament tal-attivitajiet regolatorji tal-Kummissjoni l-ġdida tal-Media permezz tal-introduzzjoni ta’ imposti industrijali, b’ mod simili għall-iskema attwali ta’ finanzjament tal-BAI 94 . L-Iskema Ġenerali tikkonferma li l-Kummissjoni għandha tkun indipendenti fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha. Huwa mistenni li l-qafas legali l-ġdid jiġi adottat sal-aħħar tal-2021. B’mod simili għall-2020, l-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media (Media Pluralism Monitor - MPM) 95 tal-2021 ivvalutat ir-riskji għall-indipendenza u l-effettività tar-regolatur tal-media Irlandiż bħala f’livell baxx, filwaqt li enfasizzat li s-salvagwardji legali eżistenti effettivament inaqqsu l-ambitu għal interferenza esterna potenzjali.

L-Irlanda għandha sistema stabbilita sew ta’ korpi awtoregolatorji fis-settur tal-media tal-aħbarijiet. Il-qafas huwa bbażat fuq l-attivitajiet tal-Kunsill tal-Istampa tal-Irlanda (Press Council of Ireland, PCI) 96 u l-Uffiċċju tal-Istampa tal-Ombudsman (PO), u jkopri gazzetti (stampati u online), rivisti u pubblikazzjonijiet tal-aħbarijiet online biss li huma membri tal-Kunsill tal-Istampa. Skont ir-rapport annwali tal-2020, is-sena li għaddiet kienu ppreżentati 346 ilment lill-PCI u 25 ġew analizzati mill-PO 97 . Dan jikkostitwixxi f'żieda meta mqabbel mal-252 ilment ippreżentati fl-2019 98 . Fl-2021, il-PO diġà eżamina 10 każijiet 99 .

Ġew stabbiliti diversi miżuri biex jiġi żgurat il-forniment ta’ servizzi tax-xandir miftuħa u pluralistiċi fl-Irlanda 100 . Fil-11 ta’ Novembru 2020 tnediet bażi tad-data 101 li tista’ tiġi mfittxija li tkopri l-informazzjoni tas-sjieda rigward in-negozji tal-media li huma proprjetà tal-Irlanda. Din se tkun soġġetta għal aġġornamenti regolari kull sitt xhur. Skont l-Att tal-2014 dwar il-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-Ministru għat-Turiżmu, il-Kultura, l-Arti, il-Gaeltacht, l-Isport u l-Media huwa kompetenti biex jivvaluta l-effetti tat-tranżazzjonijiet tas-sjieda (fużjonijiet) fis-settur tal-media fuq il-pluralità tal-media fl-Irlanda 102 . Barra minn hekk, kull tliet snin, il-BAI hija meħtieġa twettaq rieżami tas-sjieda tan-negozji tal-media fl-Irlanda, li jiffoka, b’mod partikolari, fuq il-bidliet fis-sjieda u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-pluralità tal-media. L-ewwel żewġ rieżamijiet saru fl-2015 u fl-2018. Bi tħejjija għar-rieżami li jmiss, ippjanat għall-2021 103 , il-BAI organizza konsultazzjoni pubblika għall-partijiet ikkonċernati, li baqgħet għaddejja sat-30 ta’ April 2021. Dawn il-miżuri ta’ trasparenza 104 huma importanti, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ konċentrazzjoni fis-settur tal-media Irlandiża, speċjalment fil-livell lokali 105 . L-MPM tal-2021 tirreferi għal nuqqas ta’ data biex tkun tista’ tiġi vvalutata l-konċentrazzjoni tal-media tal-aħbarijiet 106 .

Il-Gvern ħa xi miżuri biex itaffi l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. Kif irrappurtat minn Reporters Mingħajr Fruntieri, ħafna titoli reġjonali sabu ruħhom fix-xifer ta’ kollass finanzjarju fl-2020 107 . Għadd ta’ freesheets stampati ssospendew ukoll l-operazzjonijiet tagħhom bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, u kienet biss żieda fir-reklamar tal-istat, relatata mal-indirizzar tal-miżuri tal-COVID-19, li impedixxiet lil xi stazzjonijiet tar-radju milli jieqfu joperaw 108 . Barra minn hekk, l-iskema ta’ Pagament tal-Qgħad tal-Istat għall-Pandemija kienet miftuħa għall-impjegati kollha, inklużi l-ġurnalisti, li għenet biex jittaffa l-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-ġurnalisti. Il-ħaddiema freelance setgħu jibbenefikaw ukoll minn ċertu appoġġ finanzjarju 109 .

Il-Gvern qed jirrifletti dwar il-futur tas-settur tal-media. Il-Gvern Irlandiż iddeċieda li jniedi diskussjoni dwar azzjonijiet possibbli fit-tul biex jappoġġaw is-settur tal-media, filwaqt li stabbilixxa Kummissjoni indipendenti dwar il-Futur tal-Media 110  f’Ottubru 2020. Ir-riflessjonijiet tal-Kummissjoni ffukaw b’mod partikolari fuq l-isfidi li jiffaċċjaw l-atturi kollha tal-media fir-rigward tal-bidliet tal-flussi tad-dħul, l-imġiba tal-udjenza u l-mudelli tekniċi ġodda tal-konsuma tal-media. Bejn it-12 ta’ Diċembru 2020 u t-8 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika li rriżultat f’aktar minn 800 preżentazzjoni bil-miktub minn partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali. Il-Kummissjoni bħalissa qed tinvolvi ruħha f’sensiela ta’ djalogi tematiċi bil-ħsieb li tipproduċi rapport u rakkomandazzjonijiet sas-sajf 2021. 

Id-diskussjonijiet dwar l-emendar tal-qafas ta’ protezzjoni tal-ġurnalisti għadhom għaddejjin. Wara t-tħabbir tal-pjanijiet għar-reviżjoni tal-Att dwar id-Diffamazzjoni tal-2009 111 , il-Gvern Irlandiż qed jiffinalizza rieżami statutorju. Skema ġdida ta’ Diffamazzjoni tista’ tiġi ppreżentata sa tmiem l-2021. Kif enfasizzat mill-partijiet ikkonċernati 112 , ir-reġim attwali jippermetti li jiġi impost ammont sproporzjonatament għoli ta’ danni għall-malafama, li jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-libertà ġurnalistika. L-aħħar konsultazzjoni dwar ir-rieżami tal-liġi Irlandiża dwar il-malafama seħħ fl-2016 u ma rriżultax f’bidliet leġiżlattivi. Fl-2020, il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnalisti u tas-sikurezza tal-ġurnalisti rreġistrat allerta waħda b’rabta mal-Irlanda.. Kienet l-ewwel allerta li tikkonċerna l-Irlanda mill-2015 113 . L-allerta kienet tikkonċerna azzjoni legali mressqa minn attivist politiku li ssemma fir-rapport tal-istampa tad-Dublin Inquirer. L-azzjoni legali relatata ma’ allegata negliġenza fl-imġiba ġurnalistika mill-gazzetta. Ma ġiet irreġistrata l-ebda allerta fl-2021. Rigward is-sikurezza diġitali tal-ġurnalisti, l-MPM tal-2021 ittenni riskji leġiżlattivi li jirriżultaw mill-Att dwar iż-Żamma tad-Data, b’mod partikolari n-nuqqas tiegħu ta’ salvagwardji għall-protezzjoni ta’ sorsi ġurnalistiċi 114 . Filwaqt li fl-2020 il-gvern Irlandiż ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jirrevedi l-Att dwar il-Komunikazzjonijiet, mhuwiex fost il-fajls ta’ prijorità attwali 115 .

IV.Kwistjonijiet Istituzzjonali oħra relatati ma’ Kontrokontrolli

L-Irlanda għandha sistema parlamentari bikamerali: Il-Parlament (Oireachtas) huwa magħmul mit-Tieni Kamra (Dáil Éireann) u mill-Ewwel Kamra (Seanad Éireann). Il-Ministri tal-Gvern jew il-membri tal-Parlament għandhom id-dritt ta’ inizjattiva leġiżlattiva. L-istħarriġ kostituzzjonali jitwettaq mill-Qorti Għolja bi dritt ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Appell u l-Qorti Suprema. Il-Kummissjoni Irlandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza (Irish Human Rights and Equality Commission, IHREC) hija l-istituzzjoni nazzjonali Irlandiża għad-drittijiet tal-bniedem u għall-ugwaljanza.

Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tintuża biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19, iżda tqajmu ċerti kwistjonijiet rigward is-sorveljanza mill-Parlament tal-miżuri ta’ emerġenza. Ir-rispons tal-Irlanda għall-pandemija tal-COVID-19, li kompliet tiddependi fuq il-proċedura leġiżlattiva ordinarja 116 , fil-biċċa l-kbira ġie implimentat permezz ta’ Strumenti Statutorji ffirmati mill-Ministru tas-Saħħa, iddelegati mil-leġiżlazzjoni primarja 117 . Is-setgħat rilevanti f’dawn il-liġijiet kienu, skont klawżoli ta’ estinzjoni, previsti li jibqgħu fis-seħħ sad-9 ta’ Novembru 2020 sakemm ma jiġux estiżi. Mozzjoni mressqa f’Ottubru 2020 estendiet is-setgħat sad-9 ta’ Ġunju 2021, li bosta membri tal-Parlament oġġezzjonaw għalihom, u ssuġġeriet estensjonijiet iqsar. Iż-żmien qasir allokat għad-dibattitu dwar din il-mozzjoni qajjem kritika 118 . Rapport tal-IHREC 119 irrakkomanda estensjonijiet iqsar u li fil-leġiżlazzjoni jiġi speċifikat it-tul massimu ta’ kwalunkwe estensjoni, filwaqt li jitqajjem tħassib ieħor 120 . Dan it-tħassib ġie rifless mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili 121 . Minħabba l-elezzjoni ġenerali li saret f’Jannar u d-dewmien fil-ħatra ta’ gvern, ma saret l-ebda laqgħa ordinarja tal-kumitat bejn Jannar u Ottubru 2020, filwaqt li l-Kumitat Speċjali dwar ir-Rispons għall-COVID-19 kien bejn is-6 ta’ Mejju 2020 u t-30 ta’ Settembru 2020. F’Ġunju 2021, il-klawżoli ta’ estinzjoni li jinsabu f’erba’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni primarja, li ddaħħlu biex jindirizzaw il-COVID-19, ġew estiżi aktar 122 . B’riżultat ta’ dan, il-miżuri se jkomplu joperaw sad-9 ta’ Novembru 2021, u jistgħu jiġu estiżi aktar għal perjodu wieħed ta’ tliet xhur b’riżoluzzjoni taż-żewġ Kmamar.

Il-proċess leġiżlattiv ilu kkaratterizzat, sa mill-bidu tal-pandemija, minn diskussjonijiet imqassra fil-Parlament. L-għodod proċedurali biex titqassar id-diskussjoni parlamentari u tiġi żgurata kunsiderazzjoni rapida mill-Parlament intużaw ta’ spiss, prinċipalment fir-rigward tal-leġiżlazzjoni relatata mal-COVID-19. Dan kien jinkludi t-tneħħija tar-rekwiżit għall-iskrutinju tal-abbozz ta’ Abbozz ta’ Liġi qabel ma jiġi ppubblikat (“skrutinju preleġiżlattiv”) 123 , l-użu tal-hekk imsejħa “mozzjonijiet giljottina” biex jitqassar iż-żmien allokat għad-dibattitu, u mozzjonijiet ta’ ffirmar bikri biex tiġi żgurata kunsiderazzjoni rapida mill-President ta’ Abbozz ta’ Liġi li għadda mill-Parlament. Fl-2020, tħejjew mozzjonijiet giljottina fi 30 mit-32 Abbozz li għaddew 124 u ntużaw 19-il mozzjoni giljottina sabiex jitqassar id-dibattitu fuq 17-il abbozz leġiżlattiv differenti. Fl-2020, ġew miftiehma mozzjonijiet ta’ ffirmar bikri 125 fi 18-il okkażjoni, li ppermettew li l-kunsiderazzjoni tal-President tal-Abbozz ta’ Liġi ssir fi żmien ħamest ijiem. Matul il-fażi tat-twaqqif ta’ Kumitati ġodda, minn Settembru 2020, wara l-elezzjonijiet għaż-żewġt Ikmamar, ġie miftiehem li jitneħħa r-rekwiżit għal skrutinju preleġiżlattiv fir-rigward ta’ 17 mill-Abbozzi ta’ Liġi li ġew ippromulgati. Fl-2020, l-istadju tal-Kumitat sar minn Kumitat tal-Kamra Inferjuri kollha għal 26 mill-Atti. Tqajjem tħassib mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-rigward taż-żmien qasir allokat għall-konsultazzjonijiet 126 .

L-akkreditazzjoni tal-Kummissjoni Irlandiża tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza se tiġi rieżaminata fl-2021. Ġiet akkreditata mill-ġdid bi status “A” f’Novembru 2015 mill-Alleanza Globali tan-NU tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (Global Alliance of National Human Rights Institutions, GANHRI) 127 . Fi Frar 2021, l-IHREC (Irish Human Rights and Equality Commission) ippubblikat rapport dwar is-setgħat ta’ emerġenza tal-Irlanda matul il-pandemija tal-COVID-19 128 . Ir-rapport ikkonkluda li l-miżuri prinċipali introdotti sa issa għall-kontroll tal-pandemija (prinċipalment restrizzjonijiet fuq il-moviment u laqgħat fid-djar, obbligi li jintlibsu l-maskri tal-wiċċ) kienu ġġustifikati mill-obbligu tal-Istat li jipproteġi s-saħħa pubblika 129 . Ir-rapport jistabbilixxi wkoll għadd ta’ konklużjonijiet, bħar-rakkomandazzjoni li l-Gvern Irlandiż għandu dejjem iżomm distinjoni ċara bejn miżuri li huma legalment obbligatorji u pariri dwar is-saħħa pubblika, jew li l-miżuri kollha adottati bħala parti mir-rispons għall-pandemija tal-COVID-19 għandhom ikunu soġġetti għal klawżoli ta’ estinzjoni.

L-Irlanda għandha soċjetà ċivili vibranti u diversa, għalkemm ir-restrizzjonijiet fuq il-finanzjament qed ikomplu joħolqu xi tħassib 130 . Barra minn hekk, il-Fond ta’ Stabbiltà tal-COVID-19 ta’ EUR 45 miljun stabbilit mill-Gvern fl-2020 biex jipprovdi injezzjoni ta’ flus kontanti lil organizzazzjonijiet komunitarji u volontarji, organizzazzjonijiet tal-karità u intrapriżi soċjali li jagħtu servizzi kritiċi tal-ewwel linja 131 , EUR 10 miljun addizzjonali saru disponibbli fl-2021. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili komplew iqajmu tħassib 132 dwar l-impatt tal-projbizzjonijiet skont l-Att Elettorali għal donazzjonijiet li jingħataw għal “skopijiet politiċi” ogħla minn ċertu ammont 133 kif ukoll minn persuni mhux ċittadini residenti barra mill-Irlanda 134 . Il-Kummissjoni dwar l-Istandards f’Karigi Pubbliċi, li hija responsabbli biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Att, appellat għal rieżami komprensiv tal-Att Elettorali 135 . Skema Ġenerali ta’ Riforma Elettorali ġiet ippubblikata reċentement u għandha l-għan li tistabbilixxi Kummissjoni Elettorali statutorja indipendenti. L-intenzjoni tal-Gvern hija li l-Kummissjoni Elettorali tagħmel rieżami komprensiv tal-Att Elettorali tal-1997, inkluż l-indirizzar ta’ tħassib imqajjem mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili 136 .

Anness: Lista ta’ sorsi f’ordni alfabetiku*

* Il-lista ta’ kontributi riċevuti fil-kuntest tal-konsultazzjoni għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt tinsab fuq  https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/upholding-rule-law/rule-law/rule-law-mechanism/2021-rule-law-report-targeted-stakeholder-consultation .

Bar of Ireland (2021), Submission to the Department of Justice on the General Scheme of the Judicial Appointments Commission Bill 2020 ( https://www.lawlibrary.ie/media/lawlibrary/media/Secure/Submission-to-DOJ-with-Appendix.pdf ).

Broadcasting Authority Ireland (2019), Submission to the Department of Communications, Climate Action & Environment Public Consultation on the Regulation of Harmful Content on Online Platforms and the Implementation of the Revised Audiovisual Media Service Directive ( https://www.bai.ie/en/bai-publishes-submission-on-regulation-of-harmful-online-content-implementation-of-new-audiovisual-media-services-directive/ ).

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, is-Sentenza tad-19 ta’ Novembru 2019, A. K. u Oħrajn vs Sąd Najwyższy, CP v Sąd Najwyższy u DO v Sąd Najwyższy, il-Kawżi Magħquda C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, ECLI:EU:C:2019:982.

Il-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda (2021), Kontribut mill-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Il-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda (2021), Submission to the Department of Justice on the General Scheme of the Judicial Appointments Commission Bill 2020 ( https://www.lawlibrary.ie/News/reports-and-submissions.aspx ).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kumitat tal-Ministri (2010), Recommendation CM/Rec(2010)12 of the Committee of Ministers to member states on judges: independence, efficiency and responsibilities ( https://www.coe.int/en/web/cdcj/judicial-independence-and-impartiality ).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2010), Report on the Independence of the Judicial System Part I: The Independence of Judges adopted by the Venice Commission at its 82nd Plenary Session (CDL-AD(2010)004-e).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni ta’ Venezja (2020), Malta, Opinion on proposed legislative changes (CDL-AD(2020)006).

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, is-Sentenza tal-20 ta’ April 2021, Repubblika vs Il-Prim Ministru, C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311.

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja (2020a), Draft General Scheme of Judicial Appointments Commission Bill 2020 ( http://www.justice.ie/en/JELR/Pages/General_Scheme_of_the_Judicial_Appointments_Commission_Bill_2020 ).

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja (2020b), Review Group Report on the Administration of Civil Justice – Report. President: The Hon. Mr Justice Peter Kelly, Former President of the High Court ( http://www.justice.ie/en/JELR/Pages/Review_of_the_Administration_of_Civil_Justice_-_Review_Group_Report ).

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja (2020c), Review Group Report on structures and strategies to prevent, investigate and penalise economic crime and corruption ( https://www.gov.ie/en/publication/be30e-review-group-report-on-structures-and-strategies-to-prevent-investigate-and-penalise-economic-crime-and-corruption/ ).

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja (2021a), Justice plan 2021 ( http://www.justice.ie/en/JELR/Department_of_Justice_Action_Plan_2021.pdf/Files/Department_of_Justice_Action_Plan_2021.pdf ).

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja (2021b), Hamilton Review Group Implementation Plan ( https://www.gov.ie/en/publication/d03ff-hamilton-review-group-implementation-plan/ ).

Id-Dipartiment tan-Nefqa Pubblika u r-Riforma (2020), Second Statutory Review of the Regulation of Lobbying Act 2015 ( https://www.gov.ie/en/publication/7ef279-second-statutory-review-of-the-regulation-of-lobbying-act-2015/ ).

Department of the Taoiseach (2020) Department of the Taoiseach (2021). Programme for Government: Our Shared Future ( https://www.gov.ie/en/publication/7e05d-programme-for-government-our-shared-future/ ).

Id-Direttiva (UE) 2010/13/ dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019), Flash Eurobarometer 482: Businesses' attitudes towards corruption in the EU.

Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Ir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt. Il-Kapitolu tal-Pajjiż għall-Irlanda.

Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Special Eurobarometer 502: Il-Korruzzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea, (2021) It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, is-Sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2009, Parlov-Tkalčić vs Il-Kroazja, ir-Rikors Nru 24810/06.

GRECO (2020), Fourth Evaluation Round Evaluation Report on Ireland Corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors.( https://rm.coe.int/fourth-evaluation-round-corruption-prevention-in-respect-of-members-of/1680a06655 ).

Irish Council for Civil Liberties (2020), Untenable in a democracy: ICCL renews call for abolition of Special Criminal Court ( Untenable in a democracy: ICCL renews call for abolition of Special Criminal Court - Irish Council for Civil Liberties ).

Irish Council for Civil Liberties (2021), Kontribut mill-Kunsill Irlandiż għal-Libertajiet Ċivili għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.

Irish Council for Civil Liberties (2021), ICCL calls for end to mandatory quarantine if rights issues not addressed, 19 April 2021 (https://www.iccl.ie/news/iccl-calls-for-end-to-mandatory-quarantine-if-rights-issues-not-addressed/).

Irish Court Service (2020), Supporting Access to Justice in a modern, digital Ireland. Long-term strategic vision – 2030 ( https://iwla.ie/wp-content/uploads/2020/11/Long-Term-Strategic-Vision.pdf ).

Irish Government (2021), Kontribut mill-Irlanda għar-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt.

Irish Human Rights and Equality Commission (2021), Submission to the Minister for Justice on the General Scheme of the Judicial Appointments Commission ( https://www.ihrec.ie/documents/submission-to-the-minister-for-justice-on-the-general-scheme-of-the-judicial-appointments-commission-bill-2020/ ).

Irish Human Rights and Equality Commission (2021), Ireland’s Emergency Powers During the Covid-19 Pandemic ( https://www.ihrec.ie/documents/irelands-emergency-powers-during-the-covid-19-pandemic/ ).

Judicial Council (2021), Personal Injuries Guidelines (( https://judicialcouncil.ie/assets/uploads/documents/Personal%20Injuries%20Guidelines.pdf ).

Law Society of Ireland (2021), Submission to the joint Oireachtas Committee on Justice on the General Scheme of Judicial Appointments Commission Bill 2020 ( https://www.lawsociety.ie/globalassets/documents/submissions/2021-judicial-appointments-commission-bill.pdf ).

L-Awtorità Regolatorja tas-Servizzi Legali (2020), Greater than the Sum of Its Parts? Consideration of Unification of the Solicitors’ Profession and Barristers’ Profession ( https://www.lsra.ie/lsra-publishes-reports-on-legal-practitioners-education-and-training-and-unification/ ).

L-Awtorità Regolatorja tas-Servizzi Legali (2020), Setting Standards: Legal Practitioner Education and Training ( https://www.lsra.ie/lsra-publishes-reports-on-legal-practitioners-education-and-training-and-unification/ ).

L-Awtorità Regolatorja tas-Servizzi Legali (2020), LSRA takes over the regulation of advertising by legal practitioners ( LSRA takes over regulation of advertising by legal practitioners – Legal Services Regulatory Authority ).

Press Council of Ireland (2020), Annual Report 2019 of The Press Council of Ireland and Office of the Press Ombudsman ( http://www.presscouncil.ie/about-us/recent-decisions-and-news/annual-report-2019-of-the-press-council-of-ireland-and-office-of-the-press-ombudsman- ).

Press Council of Ireland (2021), Submission by Press Council of Ireland and Press Ombudsman to the Future of Media Commission ( https://www.presscouncil.ie/office-of-the-press-ombudsman-164/publications-and-press-releases/press-releases-1048/submission-by-press-council-of-ireland-and-press-ombudsman-to-the-future-of-media-commission ).

Reporters Mingħajr Fruntieri – l-Irlanda ( https://rsf.org/en/ireland ).

Standards in Public Office Commission (2020), Annual Report 2019 ( https://www.sipo.ie/reports-and-publications/annual-reports/ ).

Transparency International (2021), Corruption Perceptions Index 2020.

UN Human Rights Committee (2014), Concluding observations on the fourth periodic report of Ireland ( http://docstore.ohchr.org/SelfServices/FilesHandler.ashx?enc=6QkG1d%2FPPRiCAqhKb7yhsieXFSudRZs%2FX1ZaMqUUOS9yIqPEMRvxx26PpQFtwrk%2BhtvbJ1frkLE%2BCPVCm6lW%2BYjfrz7jxiC9GMVvGkvu2UIuUfSqikQb9KMVoAoKkgSG) .

Ir-Relatur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet għal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni u r-Relatur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (2020), Mandates of the Special Rapporteur on the rights to freedom of peaceful assembly and of association and the Special Rapporteur on the situation of human rights defenders ( DownLoadPublicCommunicationFile (ohchr.org) .

Anness II: Żjara tal-pajjiż fl-Irlanda

F’Marzu 2021, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħat virtwali ma’:

·Il-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda

·Broadcasting Authority of Ireland

·Is-Servizzi tal-Qorti

·Id-Dipartiment tal-Ġustizzja

·Garda Economic Crime Bureau

·Garda Síochána Ombudsman Commission (GSOC)

·Hamilton Commission

·Houses of the Oireachtas Service (Parliament Service)

·Irish Council for Civil Liberties

·Irish Human Rights and Equality Commission

·Irish Small and Medium Enterprises Association (ISME)

·Law Society of Ireland

·Legal Services Regulatory Authority

·National Union of Journalists

·Office of the Director of Corporate Enforcement (ODCE)

·Office of the Director of Public Prosecution

·Press Council

·Rappreżentanti tal-Ġudikatura

·Standards in Public Office Commission (SIPO)

·Transparency International EU

* Il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll mal-organizzazzjonijiet li ġejjin f’għadd ta’ laqgħat orizzontali:

·Amnesty International

·Center for Reproductive Rights

·CIVICUS

·Civil Liberties Union for Europe

·Civil Society Europe

·Il-Konferenza tal-Knejjes Ewropej

·EuroCommerce

·European Center for Not-for-Profit Law

·Iċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Media

·Il-Forum Ċiviku Ewropew

·Il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti

·Sħubija Ewropea għad-Demokrazija

·Forum Ewropew taż-Żgħażagħ

·Front Line Defenders

·Human Rights House Foundation

·Human Rights Watch

·ILGA-Europe

·Il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi

·International Federation for Human Rights

·International Planned Parenthood Federation European Network (IPPF EN)

·Istitut Internazzjonali għall-Istampa

·Il-Kumitat Netherlandiż ta’ Helsinki

·Open Society European Policy Institute

·Philanthropy Advocacy

·Protection International

·Reporters Mingħajr Fruntieri

·Transparency International EU

(1)      L-Att dwar ir-Reati kontra l-Istat 1939 jipprevedi l-istabbiliment ta’ Qrati Kriminali Speċjali. Il-Qorti Kriminali Speċjali issa magħrufa bħala Qorti Kriminali Speċjali Nru 1 ilha tiffunzjona mill-1972. Il-Qorti Kriminali Speċjali Nru 2 ilha tiffunzjona mill-2016. Qorti Kriminali Speċjali tippresjedi bi tliet Imħallfin u mingħajr ġurija. Il-Gvern jaħtar bord ta’ Mħallfin mill-Qorti Superjuri, mill-Qorti taċ-Ċirkwit u mill-Qorti Distrettwali biex jippresjedu fil-Qrati Kriminali Speċjali. Bħalissa hemm 19-il imħallef fuq il-bord. Il-każijiet li jinvolvu terroriżmu u reati tal-kriminalità organizzata jitressqu awtomatikament quddiem Qorti Kriminali Speċjali għal proċess. Reati oħrajn jitressqu quddiem jew jintbagħtu għall-proċess meta d-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi jiċċertifika li l-Qrati ordinarji mhumiex adatti biex jiżguraw l-amministrazzjoni effettiva tal-ġustizzja u l-protezzjoni tal-paċi u l-ordni pubbliku. Appell kontra kundanna jew sentenza mill-Qrati Kriminali Speċjali jista’ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Appell.
(2)      Inkluż Tribunal Industrijali, li għandha ġuriżdizzjoni unika ta’ appell fit-tilwim kollu fl-ambitu tal-promulgazzjoni tad-drittijiet tax-xogħol. Filwaqt li t-Tribunal Industrijali mhuwiex qorti tal-ġustizzja, meta jeżerċita din il-ġuriżdizzjoni t-Tribunal Industrija huwa involut fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Il-Qorti għandha wkoll ġuriżdizzjoni fl-ambitu tal-Atti dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali 1946 – 2015. Fl-eżerċizzju ta’ din il-ġuriżdizzjoni hija tiffunzjona bħala tribunal tar-relazzjonijiet industrijali, tisma’ liż-żewġ naħat f’kawża u mbagħad toħroġ Rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-opinjoni tagħha dwar it-tilwima u t-termini li bihom għandha tiġi solvuta. Ir-Rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti dwar l-investigazzjoni tat-tilwim fl-ambitu tal-Atti dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali 1946 - 2015 mhumiex vinkolanti għall-partijiet ikkonċernati. Id-determinazzjonijiet tal-Qorti skont il-promulgazzjonijiet tad-Drittijiet tal-Impjieg huma legalment vinkolanti.
(3)      F’April 2021, il-Qorti Suprema Irlandiża tat sentenza (Zalewski v. Adjudication Officer u l-Workplace Relations Commission) dwar il-kostituzzjonalità tal-kummissjoni għar-relazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol, fejn il-parti l-kbira tat-tilwim huwa kkunsidrat minn uffiċjal tal-aġġudikazzjoni, filwaqt li jitqies ukoll ir-rwol tat-Tribunal Industrijali li huwa tribunal. Il-maġġoranza sostniet li l-eżerċizzju tas-setgħat mill-Uffiċjali tal-Aġġudikazzjoni tal-skont l-Att dwar ir-Relazzjonijiet fuq il-Post tax-Xogħol, 2015 kienet l-amministrazzjoni tal-ġustizzja fis-sens tal-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni. Meta għamlet dan, hija ċaħdet kontestazzjoni tal-validità ta’ ċerti taqsimiet tal-Att 2015 u tal-Att 1977 dwar is-Sensji Inġusti kif emendat. Madankollu, il-Qorti Suprema ddeterminat ukoll li żewġ aspetti tal-Att tal-2015 huma inkompatibbli mal-Kostituzzjoni: ir-rekwiżit li s-seduti kollha li jsiru quddiem Uffiċjal tal-Aġġudikazzjoni ma għandhomx isiru fil-pubbliku u n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet dwar l-amministrazzjoni ta’ ġuramenti, jew il-possibbiltà ta’ kastig talli tingħata evidenza falza. Il-Qorti Suprema għamlet ukoll ċerti kummenti dwar il-ħtieġa għal indipendenza msaħħa min-naħa tal-uffiċjali tal-arbitraġġ f’ċirkostanzi fejn l-azzjonijiet tagħhom jammontaw għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, anki jekk ta’ natura limitata, sabiex ikunu permissibbli skont l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni.
(4)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 2.
(5)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 3.
(6)      Il-Figuri 48 u 50, Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021. Il-livell ta’ indipendenza perċepita tal-ġudikatura huwa kkategorizzat kif ġej: baxx ħafna (anqas minn 30 % tar-rispondenti jipperċepixxu l-indipendenza ġudizzjarja bħala pjuttost tajba u tajba ħafna); baxx (bejn 30 % u 39 %), medja (bejn 40 % u 59 %), għolja (bejn 60 % u 75 %), għolja ħafna (aktar minn 75 %).
(7)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, pp. 4-5.
(8)      GRECO Fourth Evaluation Round – Evaluation Report, il-paragrafu 124; GRECO Fourth Evaluation Round – Second Interim Complience Report, il-paragrafi 25-28.
(9)      L-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa jirrikjedu r-rispett tal-indipendenza ġudizzjarja mhux biss minn influwenzi li jiġu minn barra l-ġudikatura, iżda anki minn ġewwa. Pereżempju, skont il-Kummissjoni ta’ Venezja, il-prattika tal-linji gwida adottati mill-Qorti Suprema jew mill-ogħla qorti oħra u vinkolanti fuq il-qrati inferjuri hija problematika f’dak li għandu x’jaqsam mal-indipendenza interna (l-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD(2010)004-e, il-paragrafu 70).
(10)      Qabel ma jiġi ffinalizzat abbozz ta’ liġi (Bill), tista’ tiġi ppubblikata “Skema Ġenerali” tal-abbozz ta’ liġi, u din spiss tissejjaħ “l-ewwel tfassil”.
(11)      Id-Dipartiment tal-Ġustizzja (2020), General Scheme of the Judicial Appointments Commission Bill 2020. (Skema Ġenerali tal-Abbozz ta’ Liġi tal-Kummissjoni għall-Ħatriet Ġudizzjarji 2020).
(12)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 3. Il-JAAB huwa magħmul mill-ħames presidenti tal-qorti, mill-Avukat Ġenerali, minn rappreżentant kemm mill-Għaqda tal-Liġi u mill-Kunsill tal-Avukati, u tliet membri mhux ġejjin mill-qasam ġuridiku maħtura mill-Ministru għall-Ġustizzja.
(13)      L-Għaqda tal-Liġi u l-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda appellaw għall-inklużjoni ta’ rappreżentanti ta’ solicitors u barristers fil-Kummissjoni. Law Society (2021), Submission to the Joint Oireachtas Committee On Justice on the General Scheme of the Judicial Appointments Commission Bill 2020. Kunsill tal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda (2021) Submission to the Department of Justice on the General Scheme of the Judicial Appointments Commission.
(14)      Il-Kummissjoni ta’ Venezja, CDL-AD(2020)006, il-paragrafu 19.
(15)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 3.
(16)      L-Avukat Ġenerali għandu responsabbiltajiet ta’ prosekuzzjoni limitati. Dawn ir-responsabbiltajiet huma fil-biċċa l-kbira f’idejn id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi.
(17)      Il-Kummissjoni ta’ Venezja (CDL-AD (2020) 006), il-paragrafi 21-22.
(18)      Il-Kummissjoni Irlandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza (2021), Submission to the Minister for Justice on the General Scheme of the Judicial Appointments Commission p. 14.
(19)      Law Society (2021), Submission to the Joint Oireachtas Committee On Justice on the General Scheme of the Judicial Appointments Commission Bill 2020, p. 6. Il-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda kkunsidrat li meta l-Avukat Ġenerali jkun irrikuża ruħu għax ikun applikant għal tali kariga ġudizzjarja, għandu jkun hemm sostitut fil-Kumitat. Il-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda (2021), Submission to the Department of Justice on the General Scheme of the Judicial Appointments Commission.
(20)      Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, il-paragrafi 46-47. Fil-kuntest tal-ħatriet ġudizzjarji magħmula mill-fergħa eżekuttiva fuq talba minn kunsill għall-ġudikatura, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea indikat li sabiex kunsill bħal dan jikkontribwixxi biex il-proċess isir aktar oġġettiv, dan jenħtieġ li jkun indipendenti biżżejjed mil-leġiżlatura u mill-eżekuttiv u mill-awtorità li lilha jkun meħtieġ jippreżenta proposta ta’ ħatra ġudizzjarja. Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2019, AK, il-Kawżi Magħquda C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18, il-paragrafi 137-138.
(21)      L-Opinjoni Nru 10 (2007) tal-Kunsill Konsultattiv ta’ Mħallfin Ewropej (CCJE) indirizzata lill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Kunsill għall-Ġudikatura għas-servizz tas-soċjetà, tat-23 ta’ Novembru 2007, il-paragrafu 87; L-Opinjoni Nru 23 tas-CCJE (2020) The role of associations of judges in supporting judicial independence, il-paragrafu 47.
(22)      Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, il-paragrafu 47.
(23)     It-Taqsima 16 tal-Att tal-1995 dwar il-Qrati u l-Uffiċjali tal-Qrati. Meta inqas minn seba’ persuni jinformaw lill-Bord bix-xewqa tagħhom li jinħatru għal kariga ġudizzjarja jew meta l-Bord ma jkunx jista’ jirrakkomanda lill-Ministru mill-anqas seba’ persuni, il-Bord għandu jippreżenta lill-Ministru l-isem ta’ kull persuna li tixtieq tiġi kkunsidrata għall-ħatra u l-Bord għandu jirrakkomanda lill-Ministru il-ħatra ta’ dawk il-persuni li huwa jqis xierqa.
(24)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 3. Ir-rakkomandazzjoni pendenti tal-GRECO saħqet fuq il-ħtieġa li tiġi rieżaminata s-sistema attwali għall-għażla, għar-reklutaġġ, għall-promozzjoni u għat-trasferimenti ta’ mħallfin bil-ħsieb li l-ħatriet jimmiraw lejn il-kandidati l-aktar kwalifikati u adattati b’mod trasparenti, mingħajr influwenza eċċessiva mis-setgħat eżekuttivi. GRECO Fourth Evaluation Round – Evaluation Report, il-paragrafu 132; GRECO Fourth Evaluation Round – Second Interim Compliance Report, il-paragrafu 34.
(25)      Tmien rakkomandazzjonijiet f’istanzi fejn hemm żewġ postijiet vakanti; u 11-il rakkomandazzjoni fejn hemm tliet postijiet vakanti.
(26)      Il-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda (2021) Submission to the Department of Justice on the General Scheme of the Judicial Appointments Commission, pp. 3-4. Irish Human Rights and Equality Commission (2021), Submission to the Minister for Justice on the General Scheme of the Judicial Appointments Commission,: “il-Kummissjoni tirrakkomanda li [il-Kummissjoni dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura] għandu jkollha rwol sinifikanti fil-provvista ta’ proċess indipendenti, in-numru ta’ kandidati li huma rrakkomandati lill-Gvern għandu jitnaqqas b’mod sinifikanti”, p. 25. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-leġiżlazzjoni proposta tirrikjedi b’mod espliċitu li l-postijiet vakanti kollha jiġu rreklamati b’mod pubbliku u aċċessibbli (p. 21).
(27)      Ara, f’dan il-kuntest, is-sentenza tal-QĠUE tal-20 ta’ April 2021, il-Kawża C-896/19, Repubblika, ECLI:EU:C:2021:311, il-paragrafu 71, fejn ir-rekwiżit f’Malta għall-Prim Ministru biex jagħti raġunijiet meta jippreżenta lill-President tar-Repubblika l-ħatra ta’ kandidat mhux propost mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura mwaqqaf skont il-Kostituzzjoni, tqies rilevanti biex tiġi kkunsidrata dik is-setgħa tal-Prim Ministru, sakemm tiġi eżerċitata biss b’mod kompletament eċċezzjonali, biex ma toħloqx dubji leġittimi fir-rigward tal-indipendenza tal-kandidati magħżula.
(28)      Il-Kostituzzjoni Irlandiża, l-Artikolu 35(1): “L-imħallfin tal-Qorti Suprema, il-Qorti tal-Appell, il-Qorti Superjuri u l-Qrati l-oħra kollha stabbiliti skont l-Artikolu 34 għandhom jinħatru mill-President”.
(29)      Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar l-imħallfin: indipendenza, effiċjenza u responsabbiltajiet, il-paragrafu 47, jipprevedi: “Madankollu, meta d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali jew legali oħrajn jistabbilixxu li l-kap tal-istat, il-gvern jew is-setgħa leġiżlattiva jieħdu deċiżjonijiet dwar l-għażla u l-karriera tal-imħallfin, jenħtieġ li jkun hemm awtorità kompetenti u indipendenti li parti sostanzjali minnha tkun ġejja mill-ġudikatura (mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli għall-kunsilli għall-ġudikatura li jinsabu fil-Kapitolu IV) li tkun awtorizzata sabiex tagħmel rakkomandazzjonijiet jew tesprimi opinjonijiet li l-awtorità tal-ħatra rilevanti ssegwi fil-prattika”.
(30)      L-iskadenza statutorja biex il-Bord tal-Kunsill Ġudizzjarju jirċievi l-abbozz ta’ Linji Gwida dwar l-imġiba u l-etika tal-ġudikatura hija t-30 ta’ Ġunju 2021 u l-iskadenza għall-adozzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida mill-Kunsill tal-Ġudikatura hija t-30 ta’ Ġunju 2022.
(31)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 4. Rakkomandazzjoni pendenti tal-GRECO tirreferi għall-ħtieġa li jiġi stabbilit formalment kodiċi ta’ kondotta għall-imħallfin u li tali strument jiġi marbut ma’ mekkaniżmu ta’ akkontabilità. GRECO Fourth Evaluation Round, il-paragrafu 146; GRECO Fourth Evaluation Round – Second Interim Compliance Report, il-paragrafu 44.
(32)      Kontribut mill-Kunsill Irlandiż għal-Libertajiet Ċivili għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt “EU 2020: Demanding on Democracy, Country & Trend Reports on Democratic Records by Civil Liberties Organisations Across the European Union – Ireland”, p. 5.
(33)      Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, il-paragrafu 69. Rakkomandazzjoni pendenti tal-GRECO tirreferi għall-ħtieġa li jiġi stabbilit formalment kodiċi ta’ kondotta għall-imħallfin u li tali strument jiġi marbut ma’ mekkaniżmu ta’ akkontabilità. GRECO Fourth Evaluation Round, il-paragrafu 146; GRECO Fourth Evaluation Round – Interim Compliance Report, il-paragrafu 43.
(34)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 3. Minbarra dan, l-ambitu tal-istħarriġ ġudizzjarju disponibbli f’każijiet ta’ sanzjonijiet dixxiplinari jew ta’ tneħħija mill-kariga huwa limitat għal-legalità tal-proċedura biss, mingħajr possibbiltà li tiġi kkontestata s-sustanza tiegħu. L-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa li jirrikjedu r-rispett tal-indipendenza tal-ġudikatura mhux biss minn influwenzi indebiti li jiġu minn barra l-ġudikatura, iżda anki minn ġewwa. Ara wkoll in-nota tal-qiegħ 9.
(35)      Il-Figura 32, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021.
(36)      Id-Dipartiment tal-Ġustizzja (2021), Il-Pjan tal-Ġustizzja 2021, l-azzjoni 80.
(37)      Kontribut mill-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 8.
(38)      Il-Figura 30, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021. Il-metodoloġija tal-miżuri tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tkejjel l-investiment fis-Sistema ġudizzjarja bħala perċentwal tal-PDG.
(39)      Fit-tieni Rapport Interim tiegħu fir-Raba’ Ċiklu ta’ Evalwazzjoni, GRECO kkunsidra li r-rakkomandazzjoni dwar l-istituzzjonalizzazzjoni u l-għoti ta’ riżorsi adegwati għal taħriġ inizjali u waqt is-servizz għall-imħallfin, b'rispett lejn l-indipendenza tal-ġudikatura, kienet għadha ma ġietx osservata.
(40)      Kontribut mill-Irlanda għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 12.
(41)      Ibid.
(42)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, pp. 5-6.
(43)      Review Group Report on the Administration of Civil Justice, Chairperson: L-Onorevoli Imħallef Peter Kelly, Eks President tal-Qorti Superjuri.
(44)      Review of the Administration of Civil Justice, Report, p. 322.
(45)      Ireland, Justice Plan 2021, azzjoni 83.
(46)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, pp. 5-6.
(47)      L-Irlanda, Justice Plan 2021, azzjoni 88.
(48)      Kontribut mill-Kamra tal-Avukati għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 8.
(49)      Il-Figura 27, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021.
(50)      L-Awtorità Regolatorja tas-Servizzi Legali (2020), Greater than the Sum of Its Parts? Konsiderazzjoni tal-Unifikazzjoni tal-Professjoni tas-Solicitors u l-Professjoni tal-Barristers.
(51)      Awtorità Regolatorja tas-Servizzi Legali (2020), Setting Standards: Legal Practitioner Education and Training.
(52)      Awtorità Regolatorja tas-Servizzi Legali (2020), Stqarrija għall-Istampa— LSRA takes over the regulation of advertising by legal practitioners.
(53)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, pp. 6-7.
(54)      Irish Court Service (2020), The Courts Service Long-Term Strategic Vision to 2030: Supporting Access to Justice in a modern, digital Ireland.
(55)      Il-Figura 40, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021.
(56)      Il-Figura 41, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021.
(57)      Il-Figura 42, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021.
(58)      Il-Figura 5, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021.
(59)      Il-Figura 6, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2021.
(60)      Input tad-data tal-CEPEJ mit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE.
(61)      Il-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (2014), Concluding observations on the fourth periodic report of Ireland.
(62)      Irish Council for Civil Liberties (2020), Untenable in a democracy: ICCL renews call for abolition of Special Criminal Court.
(63)      Kontribut mill-Irlanda għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 17.
(64)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 7.
(65)      Kontribut mill-Irlanda għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 16.
(66)      Department of Justice (2020), Review of the Administration of Civil Justice, Report, pp. 398-399.
(67)      Abbozz ta’ Liġi dwar il-Proċedura Krminali tal-2021 (Criminal Procedure Bill 2021).
(68)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 8.
(69)      L-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni 2020 (2021) ta’ Transparency International, pp. 2-3. Il-livell ta’ perċezzjoni ta’ korruzzjoni huwa kkategorizzat kif ġej: baxx (il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju tal-punteġġ tal-korruzzjoni fis-settur pubbliku hija ogħla minn 79); relattivament baxx (punteġġ bejn 79 u 60), relattivament għoli (punteġġ bejn 59 u 50), għoli (punteġġ anqas minn 50).
(70)      Fl-2015 il-punteġġ kien ta’ 75, filwaqt li fl-2020, il-punteġġ kien ta’ 72. Il-punteġġ jiżdied/jonqos b’mod sinifikanti meta jinbidel b’aktar minn ħames punti; jitjieb/jiddeterjora (bidliet bejn 4 u 5 punti); huwa relattivament stabbli (bidliet minn 1 sa 3 punti) fl-aħħar ħames snin.
(71)      Id-data tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni u l-esperjenza tal-korruzzjoni taċ-ċittadini u n-negozji kif irrappurtata s-sena l-oħra tiġi aġġornata kull sentejn. L-aħħar sett ta’ data huwa l-Ewrobarometru Speċjali 502(2020) u l-Ewrobarometru Flash 482 (2019).
(72)      L-Att tal-2018 dwar il-Ġustizzja Kriminali (Reati ta’ Korruzzjoni).
(73)      L-Att tal-2019 tal-Liġi Kriminali (Ġuriżdizzjoni Ekstraterritorjali), it-Taqsima 3.
(74)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 10.
(75)      Id-Dipartiment tal-Ġustizzja (2020), Review Group Report on structures and strategies to prevent, investigate and penalise economic crime and corruption.
(76)      Id-Dipartiment ta’ Taoiseach (2020), Programme for Government: Our Shared Future.
(77)      Id-Dipartiment tal-Ġustizzja (2021), Hamilton Review Group Implementation Plan. Pjan ta’ Implimentazzjoni biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ġie ppubblikat f’April 2021.
(78)      An Garda Síochána alloka baġit ta’ EUR 1,952 biljun għall-2021. Dan il-livell ta’ finanzjament qed jippermetti r-reklutaġġ kontinwu ta’ membri u persunal tal-Garda. B’riżultat ta’ dan, in-numri tal-Garda issa huma aktar minnn 14 600 membru tal-Garda u 3 000 persunal tal-Garda fil-pajjiż kollu. Il-Baġit 2021 jipprevedi r-reklutaġġ ta’ massimu ta’ 620 Gardaí ġdid u 500 impjegat ieħor tal-Garda.
(79)      Bħall Bureau tal-Assi Kriminali, il-Bureau Nazzjonali tal-Kriminalità Ċibernetika tal-Garda, il-Bureau Nazzjonali tal-Investigazzjoni Kriminali tal-Garda u l-Bureau Nazzjonali tad-Drogi u l-Kriminalità Organizzata tal-Garda. Id-ditektivs marbuta mal-Unità Kontra l-Korruzzjoni huma membri ta’ An Garda Síochána.
(80)      Id-Dipartiment tal-Ġustizzja (2020), Review Group Report on structures and strategies to prevent, investigate and penalise economic crime and corruption.
(81)      Kontribut bil-miktub li rċieva l-Bureau Nazzjonali tal-Kriminalità Ekonomika tal-Garda fil-kuntest taż-żjara tal-pajjż fl-Irlanda.
(82)      L-Att tal-1995 dwar l-Etika fil-Karigi Pubbliċi u l-Att tal-2001 dwar l-Istandards f’Karigi Pubbliċi huma kkwotati flimkien bħala l-Atti dwar l-Etika. Il-Ministru għan-Nefqa Pubblika u r-Riforma huwa responsabbli għal dawn l-Atti.
(83)      Informazzjoni pprovduta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fl-Irlanda.
(84)      Ir-Rieżami jinkludi għadd ta’ azzjonijiet ulterjuri rakkomandati li l-Kummissjoni dwar l-Istandards għandha tikkunsidra, li l-biċċa l-kbira minnhom huma relatati ma’ talbiet riċevuti għal aktar ċarezza, gwida u edukazzjoni. Id-Dipartiment tan-Nefqa Pubblika u r-Riforma (2020) It-Tieni Rieżami Statutorju tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Lobbying 2015. It-tielet rieżami statutorju tal-Att tal-2015 huwa meħtieġa li jibda sal-1 ta’ Settembru 2022.
(85)      Ara www.lobbying.ie.
(86)      Id-Dipartiment tan-Nefqa Pubblika u r-Riforma (2020) Second Statutory Review of the Regulation of Lobbying Act 2015.
(87)      L-Abbozz ta’ Liġi tal-2015 dwar l-Istandards tas-Settur Pubbliku.
(88)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 10.
(89)      GRECO Fourth Evaluation Round – Interim Complience Report, p. 9.
(90)      Il-Kostituzzjoni Irlandiża, l-Artikolu 40.
(91)      Id-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu. L-Irlanda ġiet ikklassifikata fit-tnax-il post fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2021 (is-seba’ post fost l-Istati Membri tal-UE), post aktar ’il fuq meta mqabbel mal-2020, meta ġiet ikklassifikata fit-tlettax-il post. Reporters mingħajr fruntieri, l-Irlanda.
(92)      L-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Regolamentazzjoni tas-Sikurezza Online u l-Media se jkollu l-għan li jittrasponi d-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.
(93)      Il-persunal u l-funzjonijiet attwali tal-BAI se jiġu ssorveljati mill-Kummissarju għax-Xandir.
(94)      Sabiex jappoġġa s-settur tal-media tal-aħbarijiet matul il-pandemija tal-COVID 19, il-Ministru għall-Komunikazzjoni, l-Azzjoni Klimatika u l-Ambjent talab lill-BAI tikkunsidra li tneħħi l-imposta fuq l-istazzjonijiet tar-radju indipendenti għall-ewwel sitt xhur tal-2020. Skont ir-Rapport Annwali tal-2019, il-BAI aċċetta din it-talba, filwaqt li segwa għadd ta’ strateġiji tal-ġestjoni tal-flussi tal-flus u baġitarji.
(95) L-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media tal-2021, rapport tal-pajjiż dwar l-Irlanda, p. 10.
(96)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 12.
(97) Ir-Rapport Annwali tal-2020 tal-Kunsill tal-Istampa.
(98)      Ibid.
(99)      Il-Kunsill tal-Istampa tal-Irlanda, Deċiżjoni tal-Ombudsman tal-Istampa.
(100)      Kif stipulat fit-Taqsima 25 tal-Att tal-2009 dwar ix-Xandir. Dan il-prinċipju huwa mistenni li jiġi kkonfermat fl-Abbozz ta’ Liġi li jmiss dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar is-Sikurezza Online u r-Regolamentazzjoni tal-Media – il-Kapitolu 10. 
(101)  Il-bażi tad-data ġiet iddiżinjata u miżmuma mill-persunal tal-Iskola tal-Komunikazzjonijiet tad-DCU. Il-proġett huwa inizjattiva tal-BAI fil-kuntest tar-rekwiżit statutorju tiegħu li jwettaq riċerka relatata mal-pluralità tal-media fl-Irlanda. Il-bażi tad-data tista’ tiġi kkonsultata hawn: mediaownership.ie
(102)      Fil-perjodu tal-2018-20, ġew approvati l-fużjonijiet kollha tal-media proposti. Ara: gov.ie - Media Mergers (www.gov.ie)
(103) Skont l-Att tal-2014 dwar il-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, rapport bħal dan għandu jiddeskrivi l-arranġamenti tas-sjieda u tal-kontroll għal impriżi li jwettqu negozju tal-media fl-Irlanda, jiddeskrivi l-bidliet fl-arranġamenti tas-sjieda u tal-kontroll ta’ tali impriżi matul l-aħħar tliet snin, u janalizza l-effetti ta’ tali bidliet fuq il-pluralità tal-media fl-Irlanda.
(104)      Kif irrappurtat fl-Istudju dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda fid-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva fl-Irlanda, id-deċiżjonijiet dwar fużjonijiet tal-media u d-deċiżjonijiet l-oħra kollha dwar is-sjieda tal-media huma rrappurtati pubblikament mill-korpi rilevanti, kemm jekk id-Dipartiment tal-Komunikazzjoni (BAI) kif ukoll il-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni u huma rrappurtati fil-media nazzjonali u reġjonali.
(105) Skont Reporters mingħajr fruntieri – l-Irlanda “Independent News and Media (INM) kienet tikkontrolla parti mis-suq tal-gazzetti ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, filwaqt li x-xandir kompla jkun iddominat mill-kumpanija semistatali RTE - li min-naħa tagħha trid taffaċċja piżijiet finanzjarji li jheddu l-istabbiltà kontinwa tagħha”.
(106) In-nuqqas ta’ data dwar id-dħul u l-konċentrazzjoni tal-udjenza għas-swieq tal-media kollha jidher li huwa problema. Ara l-Media Pluralism Monitor, ir-rapport tal-pajjiż għall-Irlanda, p. 11.
(107) Reporters Mingħajr Fruntieri – l-Irlanda “Independent News and Media (INM) kienet tikkontrolla parti mis-suq tal-gazzetti ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, filwaqt li x-xandir kompla jkun iddominat mill-kumpanija semistatali RTE - li min-naħa tagħha trid taffaċċja piżijiet finanzjarji li jheddu l-istabbiltà kontinwa tagħha”..
(108)      Media Pluralism Monitor tal-2021, rapport għall-pajjiż tal-Irlanda, p. 8.
(109) Il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti (2020), COVID-19: X’appoġġ finanzjarju rċevew il-media u l-ġurnalisti fl-Ewropa?.
(110)      Il-Kummissjoni hija magħmula minn 10 membri, magħżula fuq il-bażi tal-għarfien espert u l-esperjenza fil-media. 
(111)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 13.
(112)      Reporters Mingħajr Fruntieri.
(113) Ir-rapport ma ġiex indirizzat mill-awtoritajiet Irlandiżi.
(114)

 Ir-Rapport ta’ Murray tal-2017 ivvaluta r-reġim taż-żamma tad-data tal-att bħala li ma jissalvagwardjax biżżejjed il-prinċipju tal-protezzjoni tas-sorsi ġurnalistiċi.

(115)

Programm leġiżlattiv tal-ħarifa.

(116)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 14. Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tipprevedi sorveljanza statutorja disponibbli għall-Oireachtas.
(117)      Fil-bidu tal-pandemija f’Marzu, l-Oireachtas għadda l-Att tal-2020 dwar is-Saħħa (Preservazzjoni u protezzjoni u Miżuri oħra ta’ Emerġenza fl-Interess Pubbliku). Ġew awtorizzati miżuri ta’ infurzar anċillari fl-Att tal-2020 dwar il-Ġustizzja Kriminali (Setgħat ta’ Infurzar) (COVID-19) (Settembru), u l-Att dwar is-Saħħa (Emenda) tal-2020 (Ottubru). F’Marzu wkoll, l-Oireachtas ippromulgat l-Att tal-2020 dwar il-Miżuri ta’ Emerġenza fl-Interess Pubbliku (COVID-19) li pprovda setgħat statutorji wesgħin biex jiġu indirizzati l-effetti ekonomiċi u soċjali ħorox tal-pandemija, kif ukoll biddel il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tad-detenzjoni skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali tal-2001.
(118)      Il-Kummissjoni Irlandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza (2021) Ireland’s Emergency Powers During the Covid-19 Pandemic, p. 27.
(119)      Ibid.
(120)      Ir-Rapport tal-IHREC ikkritika wkoll l-ambitu limitat għas-sorveljanza parlamentari tal-leġiżlazzjoni sekondarja li saret mill-Ministru għas-Saħħa minħabba n-nuqqas ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-promulgazzjoni ma’ kwalunkwe kumitat tal-Kmamar jew ta’ skrutinju minnu, flimkien mal-iskrutinju ex post limitat. Tħassib ieħor huwa relatat man-nuqqas ta’ divżjoni ċara bejn ir-rekwiżiti legali u l-linji gwida dwar is-saħħa, l-applikazzjoni retroattiva tar-Regolamenti u n-nuqqas ta’ pubblikazzjoni immedjata tar-Regolamenti.
(121)      Kontribut mill-Kunsill Irlandiż għal-Libertajiet Ċivili għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 12.
(122) L-Att tal-2021 dwar is-Saħħa u l-Ġustizzja Kriminali (COVID-19) (Amendment).
(123) Skont l-Ordni Permanenti tad-Dáil 173(1), il-Kumitat tan-Negozju, li huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Gvern u tal-Partiti kollha tal-Oppożizzjoni, jista’ jneħħi r-rekwiżit għal skrutinju preleġiżlattiv b'talba minn membru tal-Gvern.
(124) Mit-32, 15 mill-Abbozzi ta’ Liġi kienu ffukati fuq l-introduzzjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet u miżuri biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19.
(125)      "Early Signature Motion" - L-Artikolu 25 (2)(1) tal-Kostituzzjoni jistipula li meta Abbozz ikun għadda mill-istadji kollha fiż-żewġ Kmamar, huwa jintbagħat għand Taoiseach, li jippreżentah lill-President. Il-President imbagħad iqis li l-Abbozz ta’ Liġi u l-President għandhom jiffirmaw l-Abbozz ta’ Liġi “mhux aktar kmieni mill-ħames jum u mhux aktar tard mis-seba’ jum wara li jkun ġie ppreżentat lilu”. Is-Subtaqsima 2 tal-istess artikolu tal-Kostituzzjoni tippermetti li “b'talba tal-Gvern, bil-kunsens minn qabel ta’ Seanad Éireann, il-President jista’ jiffirma” l-Abbozz ta’ Liġi qabel il-ħames jum. Dan isir permezz ta’ Mozzjoni fis-Seanad (ippreżentata wara li s-Seanad ikun lesta l-kunsiderazzjoni tiegħu tal-Abbozz), u s-Seanad jintalab jaqbel mal-Gvern biex jitlob lill-President jiffirma l-Abbozz qabel ħamest ijiem.
(126)      Il-kontribut mill-ENNHRI għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 217 u informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż fl-Irlanda.
(127)      Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 15.
(128) Il-Kummissjoni Irlandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza (2021), Ireland’s Emergency Powers During the COVID-19 Pandemic. 
(129) Ir-rapport mill-IHREC ma jkoprix il-miżura introdotta fir-rebbiegħa 2021 mill-Gvern Irlandiż għal sistema obbligatorja ta’ kwarantina f’lukandi għal vjaġġaturi li jaslu fl-Irlanda minn għadd ta’ pajjiżi deżinjati. Is-sistema kienet soġġetta għal kritika; Ara pereżempju ICCL 2021, l-ICCL jitlobn għal tmiem tal-kwarantina mandatorja jekk il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ma jiġux indirizzati, id-19 ta’ April 2021.
(130) Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 15.
(131) Il-Fond jiffoka fuq organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ u servizzi fis-setturi li ġejjin: is-saħħa u l-kura soċjali (inklużi d-dipendenza, id-diżabbiltà u s-saħħa mentali); servizzi tat-tfal u tal-familja (inkluż counselling/terapiji); vjolenza domestika/sesswali/fuq il-bażi tal-ġeneru; akkomodazzjoni/problema ta’ persuni mingħajr dar; servizzi tal-komunità (eżempju meals on wheels/servizzi ta’ ħbiberija/servizzi ta’ appoġġ għall-anzajni/gruppi ta’ appoġġ ta’ persuni vulnerabbli, eċċ.); u settur tal-edukazzjoni tal-komunità.
(132) Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, kapitolu għall-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Irlanda, p. 15. Ara wkoll il-komunikazzjoni mir-Relatur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà ta’ għaqda speċifika u ta’ assoċjazzjoni u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-10 ta’ Diċembru 2020.
(133) Skont l-Att Elettorali tal-1997, id-donazzjonijiet jistgħu jaslu għand terzi persuni sa limitu ta’ EUR 2 500 mingħand donatur fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari.
(134) Is-SIPO interpretat il-leġiżlazzjoni rilvevanti bħala li tkopri wkoll ċerti attivitajiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħall-ħidma ta’ promozzjoni anki barra l-perjodi elettorali.
(135)      SIPO (2020), Rapport Annwali 2019, pp. 27-28.
(136)      Skema Ġenerali tal-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Riforma Elettorali tal-2020.