Brussell, 1.12.2021

COM(2021) 757 final

2021/0393(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu

{SWD(2021) 391 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) tikkoordina l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta’ kriminalità transfruntiera serja fl-Ewropa u lil hinn minnha. Bħala ċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-Eurojust tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu ilha parti mill-mandat tal-Eurojust sa mill-ħolqien tagħha fl-2002 u tibqa’ waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha. Sabiex it-terroriżmu jiġi miġġieled b’mod effettiv, huwa kruċjali li l-awtoritajiet kompetenti jikkondividu b’mod effiċjenti l-informazzjoni rilevanti bejniethom u mal-aġenziji u l-korpi tal-UE għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi 1 tiddikjara li sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu, huwa essenzjali li jkun hemm l-aktar informazzjoni kompluta u aġġornata possibbli. Il-persistenza u l-kumplessità tat-theddida terroristika jagħtu lok għall-ħtieġa ta’ aktar kondiviżjoni ta’ informazzjoni.

F’dan l-isfond, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tipprevedi li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiġbru l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna investigazzjonijiet kriminali marbuta ma’ reati terroristiċi, li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar, u li tirriżulta minnhom, u jibagħtuha lill-Europol 2 . Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiġbru l-informazzjoni rilevanti kollha dwar prosekuzzjonijiet u kundanni għal reati terroristiċi, li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar u jibagħtuha lill-Eurojust. Kull Stat Membru jeħtieġlu wkoll jagħmel disponibbli l-informazzjoni rilevanti kollha miġbura mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu dwar proċedimenti kriminali konnessi ma’ reati terroristiċi. Din l-informazzjoni trid titpoġġa b’ħeffa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fejn l-informazzjoni tista’ tintuża għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi.

Mill-2005, l-importanza tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Europol u l-Eurojust saret biss aktar evidenti. Id-Direttiva (UE) 2017/541 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 3 emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, sabiex tiżgura li l-informazzjoni tiġi kondiviża bejn l-Istati Membri b’mod effettiv u f’waqtu, b’kont meħud tat-theddida serja minn reati terroristiċi.

Wieħed mill-aspetti ewlenin tal-ħidma tal-Eurojust f’dan il-qasam huwa r-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (CTR). Is-CTR tnieda f’Settembru 2019, abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI. Għas-CTR, l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw reati terroristiċi fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Din id-data tinħażen u tiġi kontroverifikata fis-sistema tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-Eurojust - is-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust (CMS) - bl-istess mod bħad-data operazzjonali relatata ma’ każijiet pendenti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja appoġġata mill-Eurojust. L-objettiv huwa li jiġu identifikati rabtiet potenzjali bejn il-proċedimenti ġudizzjarji kontra t-terroriżmu u l-ħtiġijiet possibbli ta’ koordinazzjoni li jirriżultaw minn dawn. Abbażi tas-sejbiet tal-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali 4 , it-titjib tal-funzjonament tas-CTR ġie identifikat bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-liġi kriminali Ewropea.

Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/1727 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali 5 (“ir-Regolament dwar l-Eurojust”) f’Diċembru 2019, l-Eurojust ingħatat qafas legali ġdid u nbidlet f’aġenzija tal-UE. Peress li r-Regolament dwar l-Eurojust ġie adottat qabel l-istabbiliment tas-CTR, is-CTR u l-funzjonijiet tiegħu ma kinux previsti fir-Regolament dwar l-Eurojust. Dan joħloq inċertezzi legali, speċjalment peress li r-relazzjoni bejn id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI u r-Regolament dwar l-Eurojust ma hijiex ċara.

Jeżistu aktar problemi rigward id-data li l-awtoritajiet nazzjonali jikkondividu mal-Eurojust. Attwalment, l-Eurojust spiss ma tirċevix id-data meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex twettaq kontroverifika tal-informazzjoni dwar każijiet ta’ terroriżmu f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI u dwar reati kriminali serji f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament dwar l-Eurojust. Ir-raġunijiet għal dan huma numerużi. L-ewwel nett, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI ma hijiex preċiża biżżejjed peress li kienet maħsuba li jkollha kamp ta’ applikazzjoni ferm usa’. Filwaqt li tipprovdi xi gwida dwar x’tip ta’ informazzjoni l-Istati Membri jeħtiġilhom jibagħtu lill-Eurojust, din għadha ma hijiex speċifika biżżejjed. Barra minn hekk, l-informazzjoni spiss ma tiġix kondiviża minħabba n-nuqqas ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri u l-piż amministrattiv ikkawżat mill-estrazzjoni manwali tal-informazzjoni, peress li skambji ta’ data aktar strutturati u awtomatizzati ma humiex possibbli mingħajr aktar diġitalizzazzjoni.

Barra minn hekk, is-CMS attwali u l-ambjent tal-ipproċessar tad-data qed jillimitaw ir-rwol aktar proattiv tal-Eurojust fil-kooperazzjoni ġudizzjarja diġitalizzata. Is-CMS tal-Eurojust teknikament skaduta ma tistax tintegra u tappoġġa b’mod xieraq għodda innovattiva li tirrikjedi skambju diġitali sigur u kontroverifika ta’ data bħas-CTR. Barra minn hekk, id-disinn tekniku tas-CMS huwa rifless fir-Regolament dwar l-Eurojust. Ir-Regolament dwar l-Eurojust jirrestrinġi l-istruttura tas-CMS għal fajls ta’ ħidma temporanji, bil-għan li jappoġġa s-segwitu amministrattiv fuq każijiet li jkunu għaddejjin, u indiċi 6 . Ma tipprevedix b’mod espliċitu li tiġi stabbilita bażi tad-data CTR addizzjonali fis-CMS. L-ipproċessar ta’ data personali barra s-CMS huwa pprojbit 7 . Għalhekk, l-istabbiliment ta’ bażi tad-data CTR addizzjonali barra s-CMS ukoll ma huwiex legalment possibbli.

Jeżistu wkoll sfidi prattiċi u legali fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Prosekuturi ta’ Kollegament (LPs) ta’ pajjiżi terzi. L-Eurojust ikkonkludiet ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ 12-il pajjiż terz 8 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-Eurojust. Dawn il-ftehimiet fihom dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tad-data, is-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data u l-kooperazzjoni prattika. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni, dawn jippermettu li l-LPs jiġu stazzjonati mal-Eurojust. Dawn l-LPs jaħdmu spalla ma’ spalla flimkien mal-kollegi tagħhom mill-Istati Membri tal-UE u jipprovdu appoġġ f’investigazzjonijiet transfruntiera li jinvolvu lil pajjiżhom f’konformità mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni applikabbli. Madankollu, ir-Regolament dwar l-Eurojust ma jsemmix lil dawn l-LPs jew l-aċċess tagħhom għas-CMS. Għalhekk, bħalissa ma huwiex ċar kif id-data, inkluża d-data personali, tista’ tiġi skambjata b’mod effiċjenti u sigur mal-LPs ta’ pajjiżi terzi f’konformità mar-Regolament dwar l-Eurojust.

Għal dak il-għan, din il-proposta tfittex li tippermetti lill-Eurojust twettaq ir-rwol aktar b’saħħtu u aktar proattiv tagħha previst fir-Regolament dwar l-Eurojust fl-appoġġ u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f’reati serji, b’mod partikolari reati terroristiċi, billi:

·tippermetti lill-Eurojust tidentifika rabtiet bejn investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transfruntiera paralleli fir-rigward ta’ reati terroristiċi b’mod aktar effiċjenti u tipprovdi feedback proattiv dwar dawn ir-rabtiet lill-Istati Membri;

·tirrendi l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri, l-Eurojust u pajjiżi terzi aktar effiċjenti u sigur.

Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, il-proposta għandha l-għan ukoll li tipprovdi ċertezza legali dwar il-kamp ta’ applikazzjoni preċiż tal-obbligu ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni f’każijiet ta’ terroriżmu u r-relazzjoni mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, li tirrikjedi emendi sostantivi għar-Regolament dwar l-Eurojust kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-politika

Il-proposta tħabbret fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-UE 9 bħala parti minn inizjattiva usa’ li tippermetti l-komunikazzjoni elettronika sigura u l-iskambju ta’ informazzjoni u dokumenti bejn il-qrati, l-awtoritajiet nazzjonali, u l-aġenziji tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. F’konformità mal-Komunikazzjoni, hija tibni fuq l-e-CODEX 10 bħala l-istandard tad-deheb għal komunikazzjoni diġitali sigura fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera. Bħala parti mill-pakkett dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja u flimkien mal-inizjattiva dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera u l-inizjattiva dwar il-pjattaforma ta’ kollaborazzjoni tal-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti, din hija waħda mill-proposti elenkati fil-pjan ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-2021 taħt l-intestatura “Spinta ġdida għad-demokrazija Ewropea” 11 .

Il-proposta tqis ukoll il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI sabiex tallinjaha mad-Direttiva (UE) 2016/680 13 (id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data – LED). Se tkun meħtieġa koordinazzjoni mill-qrib matul il-proċess leġiżlattiv kollu sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-emendi.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-importanza tat-titjib tal-iskambju diġitali tad-data dwar każijiet ta’ terroriżmu u tal-immodernizzar tas-CMS tal-Eurojust ġiet enfasizzata f’diversi dokumenti ta’ livell għoli, bħall-istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE 14 , l-aġenda Kontra t-Terroriżmu għall-UE 15 u l-istrateġija tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata 16 . F’din tal-aħħar, il-Kummissjoni ħabbret li se tappoġġa l-modernizzazzjoni tas-CMS tal-Eurojust sabiex tgħin lill-Eurojust tipprovdi feedback lill-awtoritajiet nazzjonali u tidentifika rabtiet ġudizzjarji bejn l-investigazzjonijiet pendenti.

Il-proposta tieħu kont sħiħ ukoll tal-mandat, li bih il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja aktar ftehimiet ta’ kooperazzjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-Eurojust u 13-il pajjiż terz ieħor 17 . 

Hija tqis ukoll il-kooperazzjoni tal-Eurojust ma’ korpi jew aġenziji oħra tal-UE, jiġifieri l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew 18 , l-Europol bħala l-aġenzija tal-UE għall-kooperazzjoni tal-pulizija 19 , l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) 20 , u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) 21 , u l-importanza ta’ skambju sigur ta’ data u l-istabbiliment ta’ konnessjonijiet hit/no-hit bejn xi wħud minnhom.

Fid-dawl tan-natura sensittiva għolja tal-iskambju tal-informazzjoni, huwa essenzjali li l-implimentazzjoni tal-approċċ tas-sett ta' għodod dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja, anki permezz ta’ din il-proposta, isseħħ b’mod li jiggarantixxi standards għoljin taċ-ċibersigurtà. Dan huwa konsistenti bl-approċċ spjegat fl-Istrateġija dwar iċ-Ċibersigurtà tal-UE 22 u l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha (NIS2) 23 , bil-għan li ttejjeb ulterjorment il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tal-entitajiet pubbliċi u privati, awtoritajiet kompetenti u l-Unjoni kumplessivament fil-qasam taċ-ċibersigurtà u l-ħarsien tal-infrastruttura kritika. Waqt li l-ġudikatura fl-Istati Membri mhix fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta NIS2, huwa essenzjali li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ miżuri nazzjonali li jiżguraw livell ta’ ċibersigurtà kumparabbli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għall-emendar tar-Regolament dwar l-Eurojust hija l-Artikolu 85 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Skont l-Artikolu 85 TFUE, l-istruttura, l-operat, il-qasam ta’ azzjoni u l-kompiti tal-Eurojust għandhom jiġu ddeterminati b’regolament. Dan jinkludi wkoll l-istabbiliment ta’ mezz(i) ta’ komunikazzjoni sigur(i) bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Eurojust kif ukoll il-kooperazzjoni tal-Eurojust ma’ LPs ta’ pajjiżi terzi sekondati mal-Eurojust.

Fir-rigward tal-emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI dwar il-konċessjoni ta’ referenzi għall-Eurojust, dawk l-emendi huma ta’ natura purament konsegwenzjali għall-emendi rigward ir-Regolament dwar l-Eurojust. Għalhekk, dawn jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq l-Artikolu 85 TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), azzjoni fil-livell tal-UE għandha tittieħed biss meta l-għanijiet ma jkunux jistgħu jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE. Hemm ukoll il-ħtieġa li n-natura u l-intensità ta’ miżura partikolari jitqabblu mal-problema identifikata.

Peress li r-reati terroristiċi huma ta’ spiss ta’ natura transfruntiera, azzjoni fil-livell nazzjonali waħedha ma tistax tiġġieled kontrihom b’mod effettiv. Huwa għalhekk li l-Istati Membri jagħżlu li jaħdmu flimkien sabiex jindirizzaw it-theddid tat-terroriżmu. Huma jfittxu li jikkoordinaw ir-rispons ġudizzjarju tagħhom u jikkooperaw sabiex jindirizzaw sfidi komuni. Bħala l-aġenzija tal-UE għall-kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali, l-Eurojust hija espressjoni qawwija ta’ dan l-isforz mill-Istati Membri sabiex iżommu liċ-ċittadini tagħhom sikuri billi jaħdmu flimkien.

Hemm ħtieġa speċifika għal azzjoni tal-UE minħabba li l-miżuri previsti għandhom dimensjoni intrinsika tal-UE. Huma għandhom l-għan li jtejbu l-kapaċità tal-Eurojust li taġixxi. Hija l-missjoni tal-Eurojust li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali fir-rigward tal-kriminalità serja inkluż it-terroriżmu li jaffettwa żewġ Stati Membri jew aktar jew li jeħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Dan l-objettiv jista’ jintlaħaq biss fil-livell tal-UE, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-Istati Membri ma jistgħux joħolqu qafas legali aktar xieraq għall-funzjonament tas-CTR u li temenda d-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI biss. Għalhekk hija l-UE li għandha tistabbilixxi l-istrumenti legalment vinkolanti sabiex jinkisbu dawn ir-riżultati f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati tal-UE.

Proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5(4) tat-TUE, jeħtieġ li n-natura u l-intensità ta’ miżura partikolari jkunu jaqblu mal-problema identifikata. Il-problemi kollha indirizzati f’din il-proposta jitolbu appoġġ fil-livell tal-UE sabiex l-Istati Membri jindirizzaw dawn il-problemi b’mod effettiv.

L-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tal-proposta għandhom l-għan li jintegraw aħjar is-CTR fil-qafas legali u tekniku tal-Eurojust u jtejbu l-kooperazzjoni mal-LPs ta’ pajjiżi terzi. Mingħajr dawn l-emendi, l-Eurojust ma tistax tidentifika rabtiet bejn investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet simultanji. Hija ma tistax taqdi r-rwol kruċjali tagħha fl-appoġġ u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ forom serji ta’ kriminalità, speċjalment it-terroriżmu. Sabiex l-Eurojust tkun tista’ twettaq bis-sħiħ il-kompitu kruċjali tagħha, huwa meħtieġ li jiġi żgurat is-segwitu ġudizzjarju koordinat.

Minħabba n-natura transfruntiera dejjem tikber tal-kriminalità organizzata u tal-organizzazzjonijiet terroristiċi, iffaċilitati bl-użu ta’ għodod ta’ komunikazzjoni diġitali, huwa meħtieġ ukoll approċċ aktar ikkoordinat fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. L-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet spiss jinvolvu awtoritajiet minn barra l-UE. Għalhekk, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-objettiv.

Għażla tal-istrument

L-Artikolu 1 tal-proposta jemenda r-Regolament dwar l-Eurojust. L-Artikolu 85 tat-TFUE jipprovdi l-bażi ġuridika għar-Regolament dwar l-Eurojust. Dan jipprevedi li l-Eurojust tkun irregolata minn regolament li għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

L-Artikolu 2 tal-proposta għandu l-għan li jemenda Deċiżjoni tal-Kunsill, li ġiet adottata qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-2009. Peress li dawn l-emendi huma ta’ natura purament konsegwenzjali għall-emendi għar-Regolament dwar l-Eurojust, dawn jistgħu jiġu inklużi bħala kwistjoni anċillari fir-regolament li jemenda r-Regolament dwar l-Eurojust.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Saret konsultazzjoni mmirata estensiva sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fit-tħejjija tal-proposta. Il-konsultazzjonijiet inkludew kuntatti bilaterali, laqgħat mal-partijiet ikkonċernati u l-esperti, kontribuzzjoni bil-miktub u stħarriġ tal-prattikanti.

Il-Kummissjoni ġabret firxa wiesgħa u bbilanċjata ta’ fehmiet dwar din il-kwistjoni billi tat l-opportunità lill-partijiet rilevanti kollha sabiex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali bħall-korrispondenti nazzjonali għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu, il-prosekuturi u l-imħallfin, l-Eurojust, l-uffiċċji u l-amministrazzjoni nazzjonali tagħha, il-Koordinatur Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, l-Europol, l-akkademiċi, id-drittijiet fundamentali u l-partijiet ikkonċernati tal-protezzjoni tad-data ġew inklużi fil-proċess ta’ konsultazzjoni.

Barra minn hekk, fis-17 ta’ Ġunju 2021, il-kwistjoni ġiet diskussa fil-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Politika Kriminali tal-UE, li jikkonsisti minn akkademiċi u prattikanti fil-liġi kriminali tal-UE, u, fl-24 ta’ Ġunju 2021, il-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali tal-Kummissjoni, li jikkonsisti minn esperti mill-Istati Membri.

Il-partijiet ikkonċernati kollha laqgħu l-inizjattiva b’mod ġenerali u qablu mal-oqsma problematiċi identifikati. Il-partijiet ikkonċernati kienu pjuttost ċari dwar l-informazzjoni li għandha tiġi kondiviża mal-Eurojust: għandha tkun id-data meħtieġa sabiex jiġu identifikati s-suġġetti tal-investigazzjonijiet. B’mod ġenerali, ir-rispondenti kienu sodisfatti bil-firxa tad-data miġbura permezz tal-mudell attwali tal-Eurojust tas-CTR. 

Kien hemm appoġġ qawwi għall-introduzzjoni ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri bejn l-Istati Membri u l-Eurojust. L-Eurojust tippreferi kanali ta’ komunikazzjoni siguri għad-data personali operazzjonali kollha mibgħuta lill-Eurojust. Ħafna partijiet ikkonċernati enfasizzaw li s-CMS attwali mhux se jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti previsti għas-CTR.

Kien hemm qbil ġenerali li l-LPs għandu jkollhom aċċess operattiv għas-CMS. L-Istati Membri u l-prattikanti tal-Eurojust indikaw li pajjiżi terzi, li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni u għalhekk jistgħu jistazzjonaw Prosekutur ta’ Kollegament fil-Eurojust, għandhom ikunu jistgħu jiftħu u jagħlqu l-każijiet b’mod indipendenti.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-proposta hija bbażata fuq is-sejbiet tal-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali 24 . L-istudju wettaq rieżami tal-ħtiġijiet u tal-għażliet sabiex tinħoloq “Ġustizzja Kriminali Diġitali Transfruntiera”, infrastruttura tal-IT rapida, affidabbli u sigura sabiex l-awtoritajiet nazzjonali tal-prosekuzzjoni fl-Istati Membri jkunu jistgħu jinteraġixxu mal-kontropartijiet nazzjonali tagħhom, l-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI) u l-korpi tal-UE fil-qasam tal-ĠAI.

Valutazzjoni tal-impatt

Ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt, peress li l-proposta prinċipalment għandha l-għan li tistabbilixxi soluzzjoni teknika aġġornata għall-appoġġ tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Eurojust, mingħajr ma jinbidlu l-prinċipji ewlenin, li jirfdu l-qafas ta’ kooperazzjoni legali eżistenti.

Madankollu, id-dipartimenti tal-Kummissjoni ħejjew dokument analitiku ta’ appoġġ fil-forma ta’ dokument ta’ ħidma tal-persunal 25 , li jakkumpanja l-proposta. Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal fih deskrizzjoni dettaljata tal-problema, iħares lejn il-motivaturi sottostanti u jistabbilixxi l-objettivi tal-proposta. Dan janalizza s-soluzzjoni proposta fid-dawl tal-effikaċja, iżda wkoll l-impatti potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali.

Fid-dokument ta’ sostenn analitiku, il-problemi ewlenin identifikati kienu li l-Eurojust ma tirċevix informazzjoni komprensiva dwar każijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li s-CMS tal-Eurojust ma tappoġġax l-identifikazzjoni awtomatizzata tar-rabtiet u li l-kooperazzjoni mal-prosekuturi ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi ma hijiex effiċjenti. Bħala soluzzjoni huwa ssuġġerit li jiġi ċċarat u msaħħaħ l-obbligu li tiġi kondiviża l-informazzjoni dwar każijiet ta’ terroriżmu mal-Eurojust, li tiġi modernizzata s-CMS tal-Eurojust u li tittejjeb il-bażi ġuridika għall-kooperazzjoni mal-LPs ta’ pajjiżi terzi.

L-effiċjenza mtejba tal-iskambju tad-data bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Eurojust, inkluż l-użu ta’ kanal(i) ta’ komunikazzjoni sigur(i) hija mistennija li ttejjeb il-kapaċitajiet tal-Eurojust sabiex tidentifika rabtiet bejn il-proċedimenti pendenti u dawk konklużi b’mod sinifikanti. Il-modernizzazzjoni tal-ambjent tal-ipproċessar tad-data tal-Eurojust għandha l-istess objettiv. L-identifikazzjoni ta’ tali rabtiet hija mistennija li tgħin lill-awtoritajiet ġudizzjarji fi stadji differenti tal-proċedimenti nazzjonali sabiex jidentifikaw u jwettqu l-prosekuzzjoni b’suċċess ta’ persuni suspettati b’reati terroristiċi jew dawk involuti f’reati serji oħra u b’rabta ma’ tali suspettati. Li l-Eurojust tkun tista’ tappoġġa lill-Istati Membri bil-potenzjal sħiħ tagħha għandu jsaħħaħ b’mod sinifikanti r-rispons ġudizzjarju fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità serja.

Drittijiet fundamentali

Minħabba l-importanza tal-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi u l-attivitajiet ta’ appoġġ tal-Eurojust, il-proposta titfa’ dawl fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Dawn jinkludu d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali 26 u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata 27 . Dan huwa ta’ importanza partikolari peress li l-proposta tinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali sensittiva relatata ma’ investigazzjonijiet u kundanni kriminali kif ukoll data bijometrika. Peress li din hija waħda mill-objettivi ewlenin tal-proposta li tippermetti lill-Eurojust tistabbilixxi rabtiet bejn l-investigazzjonijiet tat-terroriżmu, u dan huwa possibbli biss meta l-Eurojust tirċievi biżżejjed informazzjoni, hemm il-ħtieġa li jiżdied l-ammont ta’ data mibgħuta lill-Eurojust. Għal din id-data, jeħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji suffiċjenti. Dan jinkludi limitazzjoni stretta tal-iskop, speċjalment meta din tikkonċerna data bijometrika. L-użu ta’ kanal(i) ta’ komunikazzjoni siguri u s-CMS modernizzata l-ġdida se jikkontribwixxu għal protezzjoni aħjar tad-data pproċessata mill-Eurojust. Fit-tfassil tas-CMS, se ssir enfasi fuq il-protezzjoni tad-data b’mod prestabbilit u mit-tfassil. Barra minn hekk, il-prinċipju sottostanti tal-kontroll tad-data mill-membri nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mhux se jinbidel. Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjah jivvaluta l-impatt tal-proposta fuq id-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji f’aktar dettall.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta jkollha impatt fuq il-baġit tal-Eurojust u l-ħtiġijiet tal-persunal tagħha. Huwa stmat li EUR 33 miljun oħra se jkunu meħtieġa skont id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta.

Abbażi tal-analiżi tal-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali, 28 il-kostijiet għal CMS imfassla mill-ġdid huma stmati għal EUR 31 miljun inklużi l-kostijiet tal-bini, l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni għal sentejn 29 . L-Eurojust diġà rċeviet EUR 9,5 miljun permezz ta’ trasferiment baġitarju mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) f’Ottubru 2021, liema fatt jispjega għaliex il-kostijiet pendenti għas-CMS huma stmati għal EUR 21,5 miljun. Barra minn hekk, madwar EUR 11,5 miljun se jkunu meħtieġa sabiex ikopru ħtiġijiet addizzjonali ta’ persunal għall-perjodu tal-bini u tal-operat ta’ erba’ snin. Dawn il-25 kariga addizzjonali jkunu postijiet permanenti sabiex jiġi żgurat li l-Eurojust ikollha r-riżorsi sabiex timplimenta l-kompiti tagħha.

Il-kompiti msaħħa għall-Eurojust skont din il-proposta għalhekk ikunu jeħtieġu aktar riżorsi finanzjarji u umani meta mqabbla mar-riżorsi allokati fil-baġit tal-UE (QFP) 2021-2027.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-iskeda ta’ żmien sabiex tiġi implimentata CMS tal-Eurojust ġdida, kanali ta’ komunikazzjoni siguri u għodda ta’ komunikazzjoni għall-iskambju ta’ data b’mod strutturat huma bbażati fuq l-analiżi fl-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali 30 . Għas-CTR, wara fażi preparatorja ta’ sitt xhur, il-fażi tal-akkwist u l-implimentazzjoni tkun teħtieġ madwar 20 xahar. Għalhekk, is-soluzzjoni teknika l-ġdida għandha tkun operazzjonali fi żmien madwar sentejn wara l-adozzjoni tal-proposta. Għall-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri, huwa meħtieġ att ta’ implimentazzjoni.

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-ipproċessar tad-data tal-Eurojust se jkunu importanti sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħha u l-konformità tagħha mad-drittijiet fundamentali. Fil-biċċa l-kbira, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni se jitwettqu skont ir-Regolament dwar l-Eurojust fis-seħħ. Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Eurojust u l-attivitajiet tal-Eurojust sat-13 ta’ Diċembru 2024. L-evalwazzjoni se titwettaq kull ħames snin sabiex tivvaluta l-implimentazzjoni u l-impatt tar-Regolament u l-effettività u l-effiċjenza tal-Eurojust f’konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament dwar l-Eurojust.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tiddikjara li r-Regolament dwar l-Eurojust u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI għandhom jiġu emendati sabiex jiċċaraw u jsaħħu l-obbligu legali tal-Istati Membri li jikkondividu data dwar reati terroristiċi mal-Eurojust. Il-kondizzjonijiet li taħthom l-LPs ta’ pajjiżi terzi ssekondati mal-Eurojust jistgħu jiksbu aċċess għas-CMS f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data għandhom jiġu ċċarati wkoll. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll kanali ta’ komunikazzjoni siguri u ambjent tal-ipproċessar tad-data aktar flessibbli.

L-Artikolu 1 tar-Regolament jemenda r-Regolament dwar l-Eurojust:

Sabiex jiġi żgurat li l-Eurojust tkun tista’ taqdi r-rwol tagħha fil-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, l-Artikolu 1(1) tal-proposta jiċċara fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament dwar l-Eurojust li l-Eurojust tista’ tappoġġa wkoll każijiet bejn Stat Membru wieħed u pajjiż terz jew Stat Membru wieħed u organizzazzjoni internazzjonali. Din tal-aħħar tkun ta’ rilevanza partikolari għall-kooperazzjoni potenzjali mal-Interpol jew mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, eż. f’dak li għandu x’jaqsam ma’ evidenza mill-kamp tal-battalja.

L-Artikolu 1(2) tal-proposta jintroduċi obbligu tal-Istati Membri li jaħtru korrispondent nazzjonali wieħed jew aktar għat-terroriżmu u li jipprovdulhom setgħat suffiċjenti, preċedentement ibbażati fuq l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-Regolament dwar l-Eurojust, biż-żieda ta’ paragrafu 2a ġdid mal-Artikolu 20 tar-Regolament dwar l-Eurojust. L-Artikolu 1(3) huwa emenda konsegwenzjali, wara l-inklużjoni tal-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni f’każijiet ta’ terroriżmu fir-Regolament dwar l-Eurojust u li jiġi previst obbligu aktar ġenerali li tiġi pprovduta data b’mod strutturat lill-Eurojust fl-Artikolu 22a ġdid.

L-Artikolu 1(4) tal-proposta jintroduċi Artikolu 21a ġdid għar-Regolament dwar l-Eurojust. L-Artikolu 21a jiċċara u jsaħħaħ l-obbligu li tingħata informazzjoni dwar proċedimenti ta’ terroriżmu, preċedentement ibbażati fuq l-Artikolu 2(3) flimkien mal-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI. L-Artikolu 21a jistabbilixxi l-każijiet, li fihom l-Istati Membri huma obbligati jipprovdu informazzjoni dwar investigazzjonijiet kriminali u proċedimenti ġudizzjarji għal reati terroristiċi, b’mod aktar preċiż. Barra minn hekk, dan jidentifika l-istadju tal-investigazzjonijiet kriminali u tal-proċedimenti nazzjonali u t-tip ta’ informazzjoni b’mod aktar ċar.

L-Artikolu 1(5) tal-proposta jipprevedi, f’Artikolu 22a ġdid, l-istabbiliment u l-użu ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri bejn l-Istati Membri kollha u l-Eurojust meta jiskambjaw data sensittiva. L-Artikolu 22a jobbliga wkoll lill-Istati Membri jipprevedu aġġornament semiawtomatizzat ta’ data strutturata minn bażijiet ta’ data nazzjonali. Semiawtomatizzata tfisser modalità ta’ trażmissjoni, li hija parzjalment awtomatizzata u parzjalment ikkontrollata mill-bniedem. L-Artikolu 22b l-Artikolu 22c jistabbilixxu qafas għall-Kummissjoni sabiex tadotta atti ta’ implimentazzjoni.

L-emendi għall-Artikolu 23 tar-Regolament dwar l-Eurojust, li jinsabu fl-Artikolu 1(6) tal-proposta, għandhom l-għan li jagħmlu r-regoli dwar l-ipproċessar tad-data tar-Regolament dwar l-Eurojust ftit aktar flessibbli. Filwaqt li l-prinċipji ewlenin jibqgħu fis-seħħ, issa se jkun possibbli li tinħażen l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 21 dwar reati serji u skont l-Artikolu 21a dwar proċedimenti kontra t-terroriżmu fi struttura differenti u għal perjodu itwal minn dak fil-fajls ta’ ħidma temporanji attwali. Il-proposta tħassar id-dettalji tekniċi relatati mas-CMS, sabiex is-sistema tkun tista’ tiġi modernizzata. Minkejja dan, il-prinċipju tal-ħżin temporanju se jinżamm ukoll għal din id-data, anke jekk il-perjodi ta’ żamma huma kemxejn itwal għall-informazzjoni skont l-Artikolu 21a. L-Artikolu 23 rivedut jistabbilixxi l-għanijiet tas-CMS b’mod aktar ċar.

L-Artikolu 1(6) jemenda wkoll l-Artikolu 24 tar-Regolament dwar l-Eurojust, filwaqt li jżomm il-prinċipju attwali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fis-CMS. L-Artikolu 24(1) jenfasizza l-kontroll u r-responsabbiltà tal-membri nazzjonali għad-data fis-CMS. F’konformità mal-Artikolu 24(2), il-membri nazzjonali jkomplu jiddeċiedu d-drittijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni ġestita minnhom. L-Artikolu 24(3) jintroduċi bażi ġuridika għal segwitu aktar awtomatizzat dwar ir-retikolazzjonijiet, f’każ li l-awtoritajiet nazzjonali jawtorizzaw il-kondiviżjoni tad-data ma’ ċerti partijiet qabel ma jkun hemm detezzjoni ta’ rabta.

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 1(6) iġib miegħu emendi konsegwenzjali għall-Artikolu 25 tar-Regolament dwar l-Eurojust, li jirriżultaw mit-tħassir tad-dettalji tekniċi mill-Artikolu 23 tar-Regolament dwar l-Eurojust.

L-Artikolu 1(7) jemenda l-Artikolu 27 tar-Regolament dwar l-Eurojust, sabiex jippermetti t-trattament kontinwu ta’ data f’każijiet ta’ terroriżmu, li fihom il-każijiet ġew konklużi skont il-liġi nazzjonali. Sabiex tkun permessa d-detezzjoni b’mod effettiv tar-rabtiet bejn l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet, anke data dwar investigazzjonijiet preċedenti, inklużi dawk li spiċċaw b’liberazzjoni jew li ġew konklużi b’xi mod ieħor, jistgħu jkomplu jiġu pproċessati għal ċertu ammont ta’ żmien.

L-Artikolu 1(8) jintroduċi perjodi ta’ żamma ġodda u itwal għad-data previsti fl-Artikolu 21a tar-Regolament dwar l-Eurojust sabiex jiġi żgurat li d-data tinħażen għal żmien twil biżżejjed sabiex jippermetti d-detezzjoni aktar effettiva ta’ retikolazzjonijiet f’każijiet ta’ terroriżmu. Id-data f’każijiet li ma rriżultawx f’kundanna, għandhom perjodi ta’ żamma iqsar sabiex jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Sabiex tiġi ċċarata l-kooperazzjoni mal-LPs ta’ pajjiżi terzi fil-Eurojust, l-Artikolu 1(9) tal-proposta jipprevedi l-Artikolu 54a ġdid tar-Regolament dwar l-Eurojust, li jagħti aċċess lill-LPs ta’ pajjiżi terzi għas-CMS. Madankollu, id-dispożizzjoni ma tistabbilixxix bażi ġuridika għall-kondiviżjoni tad-data. It-trasferiment ta’ data lil Prosekutur ta’ Kollegament huwa trasferiment ta’ data lejn pajjiż terz u għalhekk dejjem irid jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 56 tar-Regolament dwar l-Eurojust.

L-Artikolu 1(10) jemenda l-Artikolu 80 tar-Regolament dwar l-Eurojust. Fih dispożizzjonijiet tranżizzjonali, li jieħdu inkunsiderazzjoni li se jieħu ċertu ammont ta’ żmien sakemm l-infrastruttura teknika meħtieġa tkun fis-seħħ.

L-Artikolu 1(11) jintroduċi Anness III ġdid, li jistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Eurojust skont l-Artikolu 21a tar-Regolament dwar l-Eurojust. Il-lista tinkludi data bijometrika, marki tas-swaba’ u ritratti sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni affidabbli ta’ persuni suspettati, b’kont meħud tan-nuqqas ta’ affidabbiltà ta’ informazzjoni alfanumerika, speċjalment dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Fi proċedimenti ta’ terroriżmu, ritratt spiss ikun l-unika rabta mas-suspettati fil-fażi investigattiva, u huwa għalhekk li r-rikonoxximent tal-wiċċ għandu jiġi inkluż ukoll. Din l-informazzjoni għandha tingħata biss jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali jkollhom aċċess għaliha.

L-Artikolu 2 jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI dwar il-punti li ġejjin:

Sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI u r-Regolament dwar l-Eurojust, ġew imnaqqxa r-referenzi għall-Eurojust fid-Deċiżjoni tal-Kunsill. L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 2(2)(a) u (c) tar-Regolament propost iħassru l-Artikolu 1(c) u l-Artikolu 2(2) u (5) mid-Deċiżjoni. Fl-Artikolu 2(2)(b), il-proposta tneħħi r-referenza għall-Eurojust mill-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni. 

2021/0393 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 85 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja 31 ,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32   stabbilixxa l-Eurojust u jistabbilixxi l-kompiti, il-kompetenza u l-funzjonijiet tagħha.

(2)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI 33 tistabbilixxi li sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu huwa essenzjali li jkun hemm l-aktar informazzjoni sħiħa u aġġornata possibbli. Dan jobbliga lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri sabiex jipprovdu lill-Eurojust b’informazzjoni dwar prosekuzzjonijiet u kundanni għal reati terroristiċi, li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar.

(3)L-inkonsistenzi fl-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI jikkawżaw li l-informazzjoni ma tiġix kondiviża fil-ħin opportun, li l-informazzjoni li tiġi kondiviża ma tkunx dik xierqa jew l-informazzjoni sempliċiment ma tiġix kondiviża. L-Eurojust teħtieġ li tirċievi biżżejjed informazzjoni sabiex tidentifika rabtiet bejn investigazzjonijiet transfruntiera.

(4)L-assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-aħjar koordinazzjoni possibbli ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet, inkluża l-identifikazzjoni ta’ rabtiet, hija kompitu importanti tal-Eurojust skont ir-Regolament (UE) 2018/1727. Dan jippermetti lill-Eurojust tieħu approċċ aktar proattiv u tipprovdi servizzi aħjar lill-Istati Membri, pereżempju tissuġġerixxi l-bidu ta’ investigazzjonijiet, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ koordinazzjoni, każijiet potenzjali ta’ ne bis in idem u lakuni fil-prosekuzzjoni.

(5)F’Settembru 2019, l-Eurojust stabbiliet ir-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu bbażat fuq id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI bl-objettiv speċifiku li jiġu identifikati rabtiet potenzjali bejn il-proċedimenti ġudizzjarji kontra s-suspettati ta’ reati terroristiċi u l-ħtiġijiet possibbli ta’ koordinazzjoni li jirriżultaw minn dawn.

(6)Peress li r-reġistru ġie stabbilit wara li r-Regolament (UE) 2018/1727 kien diġà ġie adottat, ir-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu la huwa teknikament integrat tajjeb fil-Eurojust u lanqas integrat legalment tajjeb fir-Regolament (UE) 2018/1727. Għalhekk, jeħtieġ li dan jiġi rrimedjat.

(7)Sabiex it-terroriżmu jiġi miġġieled b’mod effettiv, l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-aġenziji tal-Unjoni huwa kruċjali. Huwa essenzjali li jkun hemm l-aktar informazzjoni kompluta u aġġornata possibbli. Il-persistenza tat-theddida terroristika u l-kumplessità tal-fenomenu jqajmu l-ħtieġa għal skambju dejjem akbar ta’ informazzjoni.

(8)Peress li l-organizzazzjonijiet terroristiċi huma dejjem aktar involuti f’forom oħra ta’ reati serji, bħat-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tad-drogi jew il-ħasil tal-flus, huwa meħtieġ ukoll li l-proċedimenti ġudizzjarji kontra reati serji bħal dawn jiġu kontroverifikati.

(9)Sabiex l-Eurojust tkun tista’ tidentifika retikolazzjonijiet bejn proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera kontra persuni suspettati b’ reati terroristiċi kif ukoll retikolazzjonijiet bejn proċedimenti ġudizzjarji kontra persuni suspettati b’reati terroristiċi u informazzjoni pproċessata fil-Eurojust relatata ma’ każijiet oħra ta’ reati serji, huwa essenzjali li l-Eurojust tirċievi informazzjoni suffiċjenti sabiex tippermetti lill-Eurojust tivverifika din id-data.

(10)L-awtoritajiet kompetenti jeħtieġ li jkunu jafu eżattament x’tip ta’ informazzjoni għandhom jittrażmettu lill-Eurojust, f’liema stadju tal-proċedimenti nazzjonali u f’liema każijiet, sabiex jipprovdu tali data. Dan huwa mistenni li jżid b’mod sinifikanti l-informazzjoni li tirċievi l-Eurojust.

(11)Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 hija l-punt ta’ referenza għall-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiddefinixxu r-reati terroristiċi kif implimentati fil-liġi nazzjonali.

(12)Għall-identifikazzjoni ta’ retikolazzjonijiet bejn investigazzjonijiet ta’ terroriżmu u proċedimenti ġudizzjarji kontra suspettati ta’ reati terroristiċi, huwa kruċjali li jkun hemm data ta’ identifikazzjoni affidabbli. Minħabba l-inċertezzi rigward id-data alfanumerika speċjalment għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għandu jkun possibbli li jsir skambju ta’ data bijometrika. Minħabba n-natura sensittiva tad-data bijometrika u l-impatt li l-ipproċessar tad-data bijometrika għandu fuq ir-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni tad-data personali, kif minquxa fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, f’kull każ għandu jiġi applikat test strett tan-neċessità mill-awtoritajiet kompetenti u mill-Eurojust.

(13)Peress li l-informazzjoni dwar retikolazzjonijiet eżistenti ma’ proċeduri ġudizzjarji oħra hija l-aktar utli fi stadju bikri tal-investigazzjoni, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu informazzjoni lill-Eurojust hekk kif l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu involuti. Jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu diġà konxji ta’ retikolazzjonijiet, huma għandhom jinfurmaw lill-Eurojust b’dan.

(14)Sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni tad-data fir-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, sabiex jiġu identifikati retikolazzjonijiet kmieni u sabiex jiġi żgurat li l-limiti ta’ żmien jiġu rispettati, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaġġornaw l-informazzjoni pprovduta regolarment. Tali aġġornamenti għandhom jinkludu informazzjoni ġdida relatata mal-persuna taħt investigazzjoni, deċiżjonijiet ġudizzjarji bħal arrest preventiv jew il-ftuħ tal-proċedimenti ġudizzjarji u talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja jew rabtiet identifikati ma’ ġuriżdizzjonijiet oħra.

(15)Minħabba n-natura sensittiva tal-proċedimenti ġudizzjarji kontra s-suspettati ta’ reati terroristiċi, ma huwiex dejjem possibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jikkondividu l-informazzjoni dwar reati terroristiċi fl-aktar stadju bikri. Tali derogi mill-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni għandhom jibqgħu eċċezzjoni.

(16)Għall-finijiet tal-iskambju u l-ipproċessar ta’ data sensittiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Eurojust għall-protezzjoni ta’ tali data kontra divulgazzjoni mhux awtorizzata u attakki ċibernetiċi, u mingħajr preġudizzju għal żviluppi teknoloġiċi futuri, għandhom jintużaw kanali ta’ komunikazzjoni siguri, bħall-konnessjonijiet ta’ komunikazzjoni siguri msemmija fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI 35 jew is-sistema tal-IT deċentralizzata kif definita fir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 [ir-Regolament dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja]. Sabiex id-data tiġi skambjata b’mod sigur u tiġi protetta l-integrità tal-komunikazzjoni u l-iskambju tad-data, is-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet għandha tkun konnessa ma’ tali sistemi ta’ komunikazzjoni siguri u tissodisfa standards għolja taċ-ċibersigurtà.

(17)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-istabbiliment u l-użu tas-sistema tal-IT deċentralizzata għall-każijiet mhux koperti mir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 [ir-Regolament dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja], il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 .

(18)It-trażmissjoni ta’ data mhux strutturata toħloq il-ħtieġa ta’ intervent manwali, toħloq piż amministrattiv addizzjonali, u tnaqqas il-kwalità tar-riżultati tal-kontroverifika. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jittrażmettu d-data b’mod strutturat filwaqt li jirrispettaw ir-rekwiżiti minimi tal-interoperabbiltà kif definiti fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà 39 . Barra minn hekk, it-trasferiment tad-data għandu jiġi awtomatizzat kemm jista’ jkun sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-awtoritajiet nazzjonali u sabiex jiġi żgurat li d-data meħtieġa tiġi pprovduta regolarment u malajr.

(19)Sistema modernizzata ta’ ġestjoni tal-każijiet hija meħtieġa għall-Eurojust sabiex tipproċessa d-data personali sensittiva b’mod sigur. Jeħtieġ li s-sistema l-ġdida tintegra u tippermetti l-funzjonalitajiet tar-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u ttejjeb il-kapaċitajiet tal-Eurojust fir-rigward tad-detezzjoni tar-rabta.

(20)Huwa importanti li jinżammu l-kontroll u r-responsabbiltà tal-membri nazzjonali għad-data, li huma jirċievu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-ebda data personali operazzjonali ma għandha tiġi kondiviża ma’ Stat Membru ieħor b’mod awtomatiku. Id-data personali operazzjonali għandha tiġi kondiviża biss sakemm l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jawtorizzaw l-iskambju tad-data. Sabiex jiġi diġitalizzat u mħaffef is-segwitu tar-rabtiet potenzjali filwaqt li jiġi żgurat kontroll sħiħ fuq id-data, għandhom jiġu introdotti kodiċijiet ta’ ġestjoni.

(21)L-attivitajiet terroristiċi spiss jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar. It-terroriżmu diġà kellu komponent transfruntier b’saħħtu fil-passat. Madankollu, bl-użu u d-disponibbiltà tal-komunikazzjoni elettronika, il-kollaborazzjoni transfruntiera bejn it-trasgressuri terroristiċi żdiedet b’mod sinifikanti. Għalhekk, ir-reati terroristiċi għandhom jitqiesu minnhom infushom transfruntiera fin-natura tagħhom, jekk iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ ma jindikawx b’mod ċar karattru purament nazzjonali.

(22)L-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet f’każijiet ta’ terroriżmu spiss jiġu mxekkla min-nuqqas ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni. Sabiex l-investigazzjonijiet terroristiċi ġodda jkunu jistgħu jiġu kontroverifikati wkoll mal-investigazzjonijiet preċedenti u jiġu stabbiliti rabtiet potenzjali, huwa meħtieġ li tinħażen id-data dwar kwalunkwe investigazzjoni preċedenti, mhux biss dwar kundanni u li jiġu estiżi l-limiti ta’ żmien għall-ħżin tad-data fir-Reġistru Ġudizzjarju Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li tali data tiġi pproċessata għal finijiet ta’ prosekuzzjoni biss. L-informazzjoni ma tista’ tintuża għall-ebda ħaġa oħra minbarra għall-identifikazzjoni ta’ rabtiet ma’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet pendenti u għall-appoġġ ta’ dawk l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet.

(23)L-Eurojust ikkonkludiet tnax-il ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, li jippermettu t-trasferiment ta’ data personali operazzjonali u l-issekondar ta’ prosekutur ta’ kollegament ta’ pajjiż terz lill-Eurojust. Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit 40 jippermetti l-issekondar ta’ prosekutur ta’ kollegament. F’Marzu 2021, il-Kunsill ikkonċeda mandat 41 lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja aktar ftehimiet ta’ kooperazzjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-Eurojust u tlettax-il stat terz ieħor.

(24)Filwaqt li r-Regolament (UE) 2018/1727 jipprovdi bażi ġuridika għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ data ma’ pajjiżi terzi, ma fih l-ebda regola dwar l-aspetti formali u tekniċi tal-kooperazzjoni mal-prosekuturi ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi ssekondati lill-Eurojust, b’mod partikolari l-aċċess tagħhom għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet. Fl-interess taċ-ċertezza legali, ir-Regolament (UE) 2018/1727 għandu jipprovdi bażi ġuridika espliċita għall-kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-prosekuturi ta’ kollegament tal-pajjiżi terzi u l-aċċess tagħhom għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust. L-Eurojust għandha tiżgura salvagwardji u miżuri ta’ sigurtà adegwati għall-protezzjoni tad-data u tad-drittijiet fundamentali permezz tal-istruttura teknika u r-regoli interni.

(25)Fl-interess taċ-ċarezza, ir-relazzjoni bejn l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar każijiet ta’ terroriżmu mal-Eurojust skont id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI u r-Regolament (UE) 2018/1727 għandha tiġi ċċarata. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom jitħassru mid-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI u jiżdiedu mar-Regolament (UE) 2018/1727.

(26)Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ xi Stati Membri diġà huma konnessi ma’ konnessjoni tat-telekomunikazzjoni sigura kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI 42 , ħafna awtoritajiet kompetenti għadhom ma humiex konnessi ma’ konnessjoni tat-telekomunikazzjoni sigura jew kanali ta’ komunikazzjoni siguri. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien sabiex jipprovdu tali konnessjoni għall-awtoritajiet kompetenti, għandu jingħata perjodu tranżizzjonali għall-implimentazzjoni.

(27)[F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.] JEW [F’konformità mal-Artikolu 3 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda innotifikat [, b’ittra ta’ …,] ix-xewqa tagħha li ma tiħux sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.]

(28)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma hijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament u ma hijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(29)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 u ħareġ opinjoni fil-XX/XX 20XX,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1727

Ir-Regolament (UE) 2017/1727 huwa emendat kif ġej:

(1)l-Artikolu 3(5) huwa sostitwit b’dan li ġej: 

“5. L-Eurojust tista’ tassisti wkoll f’investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw biss Stat Membru u pajjiż terz jew Stat Membru u organizzazzjoni internazzjonali, dment li jkun ġie konkluż ftehim jew arranġament ta’ kooperazzjoni li jistabbilixxi kooperazzjoni skont l-Artikolu 52 ma’ dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali, jew dment li f’każ speċifiku jkun hemm interess essenzjali fl-għoti ta’ tali assistenza.”;

(2)fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti bħala korrispondent nazzjonali tal-Eurojust għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu. Dan il-korrispondent nazzjonali għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu għandu jkun awtorità ġudizzjarja jew awtorità kompetenti oħra. Fejn teħtieġ is-sistema legali nazzjonali, tista’ tinħatar aktar minn awtorità waħda. Il-korrispondent nazzjonali għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha f’konformità mal-Artikolu 21a(1). Hija għandha tkun kompetenti sabiex tiġbor tali informazzjoni u tibgħatha lill-Eurojust.”;

(3)L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9. Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa obbligi oħra rigward it-trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-Eurojust.”;

(b)jitħassar il-paragrafu 10;

(4)jiddaħħal l-Artikolu 21a li ġej:

Artikolu 21a

Skambju ta’ informazzjoni dwar każijiet ta’ terroriżmu

1.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-membri nazzjonali tagħhom dwar kwalunkwe investigazzjoni kriminali pendenti jew konkluża taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, il-prosekuzzjonijiet, il-proċedimenti ġudizzjarji u d-deċiżjonijiet tal-qorti dwar reati terroristiċi hekk kif l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu involuti.

2.Ir-reati terroristiċi għall-fini ta’ dan l-artikolu huma r-reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għar-reati terroristiċi kollha irrispettivament minn jekk hemmx rabta magħrufa ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, sakemm il-każ, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tiegħu, ma jaffettwax b’mod ċar lil Stat Membru wieħed biss. 

3.L-informazzjoni trażmessa f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi d-data personali operazzjonali u d-data mhux personali elenkati fl-Anness III.

4.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-membru nazzjonali tagħhom mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla rilevanti fil-proċedimenti nazzjonali.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirreżaminaw u jipprovdu aġġornament dwar l-informazzjoni trażmessa skont il-paragrafu 1 mill-inqas kull tliet xhur.

5.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni tkun tipperikola l-investigazzjonijiet attwali jew is-sikurezza ta’ individwu, jew meta din tmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru kkonċernat.

____________

* Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).”;

(5)l-Artikoli 22a, 22b u 22c li ġejjin huma inseriti:

“Artikolu 22 a

Komunikazzjoni diġitali sigura u skambju ta’ data bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Eurojust

1.Il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Eurojust skont dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata kif definita fir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [Ir-Regolament dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja].

2.Fejn l-iskambju ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ma jkunx possibbli minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, dan għandu jitwettaq bl-aktar mezz alternattiv rapidu u xieraq. L-Istati Membri u l-Eurojust għandhom jiżguraw li l-mezzi alternattivi ta’ komunikazzjoni jkunu affidabbli u jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sigurtà.

3.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni f’konformità mal-Artikoli 21 u 21a lill-Eurojust b’mod semiawtomatizzat mir-reġistri nazzjonali u b’mod strutturat determinat mill-Eurojust.

__________

* [Ir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja] (ĠU L...).

Artikolu 22b

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment u l-użu tas-sistema tal-IT deċentralizzata għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament, li jistabbilixxu dan li ġej:

(a)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jiddefinixxu l-metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi għall-finijiet tas-sistema tal-IT deċentralizzata;

(b)l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-protokolli ta’ komunikazzjoni;

(c)l-objettivi tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-miżuri tekniċi rilevanti li jiżguraw l-istandards minimi ta’ sigurtà tal-informazzjoni u livell għoli ta’ ċibersigurtà għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fis-sistema tal-IT deċentralizzata;

(d)l-objettivi ta’ disponibbiltà minima u r-rekwiżiti tekniċi relatati possibbli għas-servizzi pprovduti mis-sistema tal-IT deċentralizzata;

(e)l-istabbiliment ta’ kumitat ta’ tmexxija li fih rappreżentanti tal-Istati Membri biex jiġu żgurati t-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

2.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ] f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22c(2).

Artikolu 22c

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

__________

* Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;

(6)L-Artikoli 23, 24 u 25 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Sistema għall-Ġestjoni tal-Każijiet

1.L-Eurojust għandha tistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet għall-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali elenkata fl-Anness II, id-data elenkata fl-Anness III u d-data mhux personali.

2.L-għanijiet tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet għandhom ikunu li:

(a)tappoġġa l-ġestjoni u l-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li għalihom l-Eurojust qed tipprovdi assistenza;

(b)tiżgura aċċess sigur għal informazzjoni dwar investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet pendenti u l-iskambju tagħha;

(c)tippermetti l-kontroverifika tal-informazzjoni u tistabbilixxi retikolazzjonijiet;

(d)tippermetti l-estrazzjoni ta’ data għal finijiet operazzjonali u statistiċi;

(e)tiffaċilita l-monitoraġġ sabiex tiżgura li l-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali jkun legali u jikkonforma ma’ dan ir-regolament u mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

3.Is-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tista’ tkun marbuta mal-konnessjoni tat-telekomunikazzjoni sigura msemmija fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI* u kanal(i) ta’ komunikazzjoni siguri oħra f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.

4.Fil-qadi ta’ dmirijiethom, il-membri nazzjonali jistgħu jipproċessaw data personali dwar il-każijiet individwali, li jkunu qed jaħdmu fuqhom, f’konformità ma’ dan ir-regolament jew ma’ strumenti applikabbli oħra.

Huma għandhom jippermettu lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jkollu aċċess għad-data personali pproċessata fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet.

5.Għall-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali, l-Eurojust ma tista’ tistabbilixxi l-ebda fajl ta’ data awtomatizzat għajr is-sistema ta’ ġestjoni ta’ każijiet.

Il-membri nazzjonali jistgħu, madankollu, jaħżnu u janalizzaw temporanjament data personali għall-fini li jiġi ddeterminat jekk tali data hijiex rilevanti għall-kompiti tal-Eurojust u tistax tiġi inkluża fis-sistema ta’ ġestjoni tad-data operazzjonali. Dik id-data tista’ tinżamm sa tliet xhur.

Artikolu 24

Ġestjoni tal-informazzjoni fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet

1.Il-membru nazzjonali għandu jaħżen l-informazzjoni trażmessa lilu f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew strumenti oħra applikabbli fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet.

Il-membru nazzjonali għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tad-data pproċessata minn dak il-membru nazzjonali.

2.Il-membru nazzjonali għandu jiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk għandux iżomm l-aċċess għall-informazzjoni ristretta jew jagħtix aċċess għaliha jew għal partijiet minnha lil membri nazzjonali oħra, lill-prosekuturi ta’ kollegament issekondati lill-Eurojust, lill-persunal awtorizzat tal-Eurojust jew lil kwalunkwe persuna oħra li taħdem f’isem l-Eurojust li tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni meħtieġa mingħand id-Direttur Amministrattiv.

3.Il-membru nazzjonali għandu jindika, f’termini ġenerali jew speċifiċi, kwalunkwe restrizzjoni fuq it-trattament, l-aċċess u t-trasferiment ulterjuri tal-informazzjoni jekk tkun ġiet identifikata retikolazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(2)(c).

Artikolu 25

Aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet fil-livell nazzjonali

1.Dment li huma konnessi mas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet, il-persuni msemmija fl-Artikolu 20(3) għandu jkollhom aċċess biss għal:

(a)data kkontrollata mill-membru nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom, sakemm il-membru nazzjonali, li jkun iddeċieda li jintroduċi d-data fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet, ma ċaħadx espressament tali aċċess;

(b)data kkontrollata minn membri nazzjonali ta’ Stati Membri oħra u li għaliha l-membru nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom ikun irċieva aċċess, sakemm il-membru nazzjonali li jikkontrolla d-data ma jkunx espressament ċaħad tali aċċess.

2.Il-membru nazzjonali għandu, fil-limitazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, jiddeċiedi dwar il-limitu tal-aċċess, li jingħata fl-Istat Membru tiegħu lill-persuni msemmija fl-Artikolu 20(3) sa fejn dawn ikunu konnessi mas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet.

3.Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-membru nazzjonali tiegħu, dwar il-grad tal-aċċess, li jingħata f’dak l-Istat Membru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 20(3) sa fejn dawn ikunu konnessi mas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Eurojust u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom rigward l-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

___________

* Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130).” ;

(7)L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4. L-Eurojust tista’ tipproċessa kategoriji speċjali ta’ data personali operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Fejn tali data oħra tirreferi għal xhieda jew vittmi fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, id-deċiżjoni li din tiġi pproċessata għandha tittieħed mill-membri nazzjonali kkonċernati.”;

(b)jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5. Meta data personali operazzjonali tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 21a, l-Eurojust tista’ tipproċessa d-data personali operazzjonali elenkata fl-Anness III tal-persuni li ġejjin:

(a)persuni li għalihom, f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, hemm raġunijiet serji sabiex wieħed jemmen li huma wettqu jew waslu sabiex iwettqu reat kriminali li fir-rigward tiegħu l-Eurojust hija kompetenti;

(b)persuni li ġew ikkundannati għal tali reat.

L-Eurojust tista’ tkompli tipproċessa d-data personali operazzjonali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu anke wara li l-proċedimenti jkunu ġew konklużi skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, anke f’każ ta’ liberazzjoni. Fejn il-proċedimenti ma rriżultawx f’kundanna, l-ipproċessar tad-data personali jista’ jsir biss sabiex jiġu identifikati rabtiet ma’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet oħra pendenti jew konklużi kif imsemmi fl-Artikolu 23(2)(c).”;

(8)L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1 a. L-Eurojust ma għandhiex taħżen data personali operazzjonali trażmessa f’konformità mal-Artikolu 21a lil hinn mill-ewwel data applikabbli fost id-dati li ġejjin:

(a)id-data li fiha l-prosekuzzjoni tkun preskritta skont l-istatut tal-preskrizzjoni tal-Istati Membri kollha kkonċernati bl-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet;

(b)ħames snin wara d-data li fiha d-deċiżjoni ġudizzjarja tal-aħħar Stat Membru kkonċernat mill-investigazzjoni jew mill-prosekuzzjoni saret finali, tliet snin f’każ ta’ liberazzjoni.”;

(b)il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“2. L-osservanza tal-iskadenzi għall-ħżin imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a ta’ dan l-artikolu għandha tiġi rieżaminata b’mod kostanti permezz ta’ pproċessar awtomatizzat xieraq imwettaq mill-Eurojust, b’mod partikolari mill-mument li fih l-Eurojust ma tibqax tipprovdi appoġġ.

Għandu jsir ukoll rieżami tal-ħtieġa li tinħażen id-data kull tliet snin wara li tiddaħħal.

Jekk id-data personali operazzjonali msemmija fl-Artikolu 27(4) tinħażen għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin, il-KEPD għandu jiġi infurmat b’dan.

3. Qabel ma tiskadi waħda mill-iskadenzi għall-ħżin imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a, l-Eurojust għandha tirrieżamina l-ħtieġa li d-data personali operazzjonali tkompli tinħażen fejn u sakemm dan ikun meħtieġ sabiex twettaq il-kompiti tagħha.

Hija tista’, permezz ta’ deroga, tiddeċiedi li taħżen dik id-data sar-rieżami li jmiss. Ir-raġunijiet għat-tkomplija tal-ħżin għandhom jiġu ġġustifikati u rreġistrati. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar il-ħażna kontinwa ta’ data personali operazzjonali fil-mument tar-rieżami, dik id-data għandha titħassar awtomatikament.”;

(9)fit-Taqsima III, jiddaħħal l-Artikolu 54a li ġej:

Artikolu 54 a

Prosekuturi ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi

1.Il-prosekutur ta’ kollegament minn pajjiż terz jista’ jiġi ssekondat lill-Eurojust abbażi ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż qabel it-12 ta’ Diċembru 2019 bejn l-Eurojust u dak il-pajjiż terz jew ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz skont l-Artikolu 218 TFUE li jippermetti l-issekondar ta’ prosekutur ta’ kollegament.

2.Id-drittijiet u l-obbligi tal-prosekutur ta’ kollegament għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni jew fil-ftehim internazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 jew fl-arranġament ta’ ħidma konkluż f’konformità mal-Artikolu 47(3).

3.Il-prosekuturi ta’ kollegament issekondati mal-Eurojust għandhom jingħataw aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet għall-iskambju sigur tad-data.

It-trasferimenti ta’ data personali operazzjonali lil prosekuturi ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet jistgħu jsiru biss skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-regolament, il-ftehim mal-pajjiż rispettiv jew strumenti legali applikabbli oħra.

It-tieni sentenza tal-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(2) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prosekuturi ta’ kollegament.

Il-Kulleġġ għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet dettaljati ta’ aċċess.”;

(10)Fl-Artikolu 80, il-paragrafi 8, 9 u 10 li ġejjin huma miżjuda:

“8. L-Eurojust tista’ tkompli tuża s-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet magħmula minn fajls ta’ ħidma temporanji u minn indiċi sa [l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament], jekk is-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni tal-każijiet għadha ma daħlitx fis-seħħ.

9. L-awtoritajiet kompetenti u l-Eurojust jistgħu jkomplu jużaw kanali ta’ komunikazzjoni oħrajn minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 22a(1) sa[l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 22b ta’dan ir-regolament], jekk dawk il-kanali ta’ komunikazzjoni jkun għadhom ma humiex disponibbli għal skambju dirett bejniethom.

10. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu jipprovdu informazzjoni b’modi oħra li ma humiex semiawtomatiċi f’konformità mal-Artikolu 22a(3) sa[l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 22b ta’ dan ir-regolament], jekk ir-rekwiżiti tekniċi jkunu għadhom ma humiex fis-seħħ.”;

(11)jiżdied l-Anness III li ġej:

“Anness III:

(a)informazzjoni sabiex tiġi identifikata l-persuna suspettata, akkużata, ikkundannata jew illiberata:

il-kunjom (isem il-familja);

ismijiet (isem mogħti, psewdonimu);

id-data tat-twelid;

il-post tat-twelid (belt u pajjiż);

in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet;

dokument ta’ identifikazzjoni,

ġeneru;

(b)informazzjoni dwar ir-reat terroristiku:

kwalifika legali tar-reat skont il-liġi nazzjonali;

il-forma applikabbli ta’ reat serju mil-lista msemmija fl-Anness I;

affiljazzjoni ma’ grupp terroristiku;

it-tip ta’ terroriżmu, bħall-ġiħadisti, is-separatisti, ix-xellug, il-lemin;

sommarju qasir tal-każ;

(c)informazzjoni dwar il-proċedimenti nazzjonali:

l-istatus tal-proċedimenti nazzjonali;

l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku responsabbli;

in-numru tal-każ;

id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ġudizzjarji formali;

rabtiet ma’ każijiet rilevanti oħra;

(d)informazzjoni sabiex jiġi identifikat is-suspettat, fejn disponibbli, għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

id-data tal-marki tas-swaba’ li tkun inġabret f’konformità mal-liġi nazzjonali matul proċedimenti kriminali;

ritratti.”.

Artikolu 2

Emendi għad-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI

Id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI hija emendata kif ġej:

(1)l-Artikolu 1 jitħassar il-punt (c).

(2)L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)jitħassar il-paragrafu 2;

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 dwar investigazzjonijiet kriminali għal reati terroristiċi li jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar, miġbura mill-awtorità rilevanti, tiġi trażmessa lill-Europol, f’konformità mal-liġi nazzjonali u mar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *.

_____________

* Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).”;

(c)jitħassar il-paragrafu 5.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Werrej

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u s-sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.L-impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul



1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1727 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’każijiet ta’ terroriżmu

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Qasam ta’ politika: Il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali

Attività: Investiment fin-nies, koeżjoni soċjali u valuri

071007: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 43  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-Eurojust ġiet stabbilita bħala korp intergovernattiv sabiex jikkoordina investigazzjonijiet ta’ kriminalità transfruntiera serja fl-Ewropa u lil hinn minnha bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI. It-Trattat ta’ Lisbona abolixxa l-istruttura tal-pilastri tal-Unjoni Ewropea u allinja l-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja mal-acquis communautaire. Bir-Regolament (UE) 2017/1727 ġie stabbilit qafas legali ġdid għal Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), kif meħtieġ skont l-Artikolu 85 tat-TFUE.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu ilha fil-mandat tal-Eurojust sa minn meta twaqqfet fl-2002. Wieħed mill-elementi ewlenin tal-ħidma tal-Eurojust f’dan il-qasam kien il-ħolqien ta’ Reġistru Ġudizzjarju Ewropew Kontra t-Terroriżmu (CTR) f’Settembru 2019. Il-bażi ġuridika għas-CTR hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI. Peress li r-Regolament dwar l-Eurojust kien maħsub u maqbul qabel l-istabbiliment tas-CTR, is-CTR u l-funzjonijiet tiegħu ma kinux previsti fir-Regolament dwar l-Eurojust. Barra minn hekk, is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet (CMS) tal-Eurojust teknikament skaduta ma hijiex kapaċi tintegra u tappoġġa għodda proattiva bħas-CTR.

Bi tweġiba għal din il-ħtieġa operazzjonali urġenti, il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2020 ħabbar inizjattiva leġiżlattiva dwar l-iskambju ta’ informazzjoni diġitali dwar każijiet ta’ terroriżmu transfruntier bħala parti mill-pakkett ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja diġitali.

L-objettiv ġenerali huwa li l-Eurojust tkun tista’ twettaq ir-rwol aktar b’saħħtu u proattiv tagħha billi tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fl-investigazzjonijiet tagħhom, speċjalment f’każijiet ta’ terroriżmu, f’konformità mal-missjoni tal-Eurojust li tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward tal-kriminalità serja.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

L-objettivi speċifiċi jirriżultaw mill-objettiv ġenerali kif deskritt hawn fuq:

Objettiv speċifiku Nru 1:

Sabiex l-Eurojust tkun tista’ tidentifika r-rabtiet b’mod aktar effiċjenti u tipprovdi feedback proattiv lill-Istati Membri.

Objettiv speċifiku Nru 2:

Sabiex l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri, l-Eurojust u l-pajjiżi terzi isir aktar effiċjenti u sigur.



1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-inizjattiva hija mistennija li tintegra legalment u teknikament is-CTR fis-CMS fil-Eurojust sabiex tippermetti lill-Eurojust tidentifika rabtiet bejn proċedimenti transfruntiera paralleli f’każijiet ta’ terroriżmu u każijiet oħra ta’ kriminalità serja u tagħti feedback lill-Istati Membri.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-ammont ta’ informazzjoni mibgħuta minn kull Stat Membru għas-CTR b’rabta mal-volum u l-kwalità ġenerali tal-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri;

In-numru ta’ rabtiet stabbiliti f’każijiet ta’ ġlieda kontra t-terroriżmu u każijiet ta’ kriminalità serja;

In-numru ta’ feedback mibgħut mill-Eurojust lill-Istati Membri;

In-numru ta’ każijiet operattivi appoġġati bl-involviment ta’ stati terzi;

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-eżekuzzjoni tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva leġiżlattiva teħtieġ miżuri tekniċi u proċedurali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, li għandhom jibdew meta tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni riveduta.

Ir-rekwiżiti ewlenin wara d-dħul fis-seħħ tal-proposta huma kif ġej:

L-Eurojust timplimenta CMS tal-Eurojust moderna ġdida, li tintegra s-CTR u tiżgura l-kapaċità ta’ konnessjoni ma’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri u l-ipproċessar ta’ data strutturata.

L-Eurojust u l-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri.

L-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà tal-infrastruttura meħtieġa sabiex id-data tittella’ semiawtomatikament u strutturata.

Abbażi tas-sejbiet tal-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali u minħabba l-urġenza tat-tiġdid ta’ CMS ġdida, l-Eurojust diġà ħadet l-ewwel passi preliminari għat-tiġdid. Hija tat mandat għal studju ta’ analiżi tas-suq, fejn stħarrġet fil-fond l-aktar soluzzjoni xierqa.

Fi tmiem l-2021, l-Eurojust ġiet attribwita EUR 9,5 miljun ta’ fondi mhux minfuqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), li se jintużaw sabiex jitħejja aktar l-iżvilupp tas-CMS. L-Eurojust se tagħti mandat lis-servizzi ta’ konsulenza sabiex jappoġġaw il-fażi ta’ analiżi, ta’ tfassil u ta’ żvilupp. Għal dawn is-servizzi, l-Eurojust tantiċipa nfiq ta’ EUR 2,3 miljun. Għax-xiri li ġej ta’ servizzi ta’ infrastruttura u ta’ installazzjoni u servizzi ta’ installazzjoni, huma antiċipati EUR 5,2 miljun. Fl-aħħar nett, l-Eurojust stmat li tonfoq EUR 2 miljun fuq servizzi ta’ konsulenza sabiex tipprovdi ġestjoni ta’ programmi u proġetti, bidliet amministrattivi u governanza.

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

L-attivitajiet tal-kriminali saru aktar kumplessi, diversifikati u internazzjonali minn qatt qabel. Networks terroristiċi u kriminali fuq skala kbira huma ta’ theddida sinifikanti għas-sigurtà interna tal-UE u ċ-ċittadini tagħha. L-attivitajiet kriminali saru dejjem aktar polikriminali u transfruntiera fin-natura tagħhom. L-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ma jistgħux jaħdmu aktar f’iżolament iżda jeħtieġ li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Eurojust.

Għall-prosekuzzjoni tat-terroriżmu, l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-aġenziji tal-Unjoni, huwa kruċjali. Biż-żieda l-ġdida ta’ ġellieda terroristi barranin, l-importanza tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Eurojust saret biss aktar evidenti.

L-iskonnessjoni attwali bejn il-każijiet tal-Eurojust u l-informazzjoni riċevuta permezz tas-CTR jipprevjeni lill-Eurojust milli tipprovdi feedback f’waqtu u proattiv lill-awtoritajiet nazzjonali f’każijiet ta’ terroriżmu transfruntier, u b’hekk titlef konnessjonijiet potenzjali u l-identifikazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet duplikati li għandhom ikunu konnessi. Tali skonnessjoni tista’ xxekkel ukoll l-isforzi tal-Eurojust sabiex tipprevjeni konflitti ta’ ġuriżdizzjoni u każijiet ta’ ne bis in idem.

L-inizjattiva hija mistennija li tippermetti lill-Eurojust tidentifika u ssegwi r-rabtiet bejn każijiet ta’ terroriżmu b’mod aktar proattiv u tagħti feedback f’waqtu lill-Istati Membri. Dawn il-kompiti u s-servizzi jistgħu jitwettqu biss fil-livell tal-UE minħabba n-natura transfruntiera tagħhom. B’hekk, flimkien mal-Istat Membru u s-sħab internazzjonali tiegħu, l-Eurojust se tagħmel l-Ewropa post aktar sikur għaċ-ċittadini kollha tagħha.

Il-proposta tibni fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi għas-sigurtà tranżnazzjonali li qed jevolvu kontinwament lil hinn mil-livell nazzjonali. Il-prattika wriet li għal ġustizzja kriminali effettiva, l-iskambju rapidu u sigur tad-data huwa kruċjali. Mingħajr l-infrastruttura adegwata tal-IT la huwa possibbli l-iskambju sigur u strutturali tad-data, u lanqas il-kontroverifika xierqa tad-data. Għalhekk, l-identifikazzjoni strutturata ta’ rabtiet bejn każijiet transfruntiera lanqas ma hija possibbli mingħajr mezzi ta’ komunikazzjoni siguri u Sistema moderna ta’ Ġestjoni tal-Każijiet. Din il-proposta tibni wkoll fuq it-tagħlimiet meħuda u l-progress miksub sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-Eurojust tal-2019. Din taffettwa l-aktar ir-rwol dejjem aktar importanti li l-Eurojust għandha bħala interlokutur bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-kooperazzjoni ġudizzjarja.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-proposta tibni fuq il-ħtieġa li jiġi kkoordinat ir-rispons ġudizzjarju għall-kriminalità transfruntiera li qed tevolvi kontinwament lil hinn mil-livell nazzjonali biss.

L-Ewropa qed taffaċċja sitwazzjoni ta’ sigurtà li ma tiqafx tinbidel, b’theddidiet għas-sigurtà li jevolvu dejjem aktar u dejjem aktar kumplessi. Il-kriminali jisfruttaw il-vantaġġi li jġibu magħhom it-trasformazzjoni diġitali, it-teknoloġiji l-ġodda, il-globalizzazzjoni u l-mobbiltà, inklużi l-interkonnettività u n-nuqqas ta’ ċarezza tal-konfini bejn id-dinja fiżika u diġitali. Il-kriżi tal-COVID-19 kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni, hekk kif il-kriminali malajr ħatfu l-opportunitajiet sabiex jisfruttaw il-kriżi billi jadattaw il-modi ta’ operazzjoni tagħhom jew billi jiżviluppaw attivitajiet kriminali ġodda.

Il-pandemija wriet l-importanza ġenerali tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja għall-funzjonament tal-ġudikatura. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni ġudizzjarja ma’ pajjiżi terzi f’investigazzjonijiet kriminali għal reati terroristiċi u reati internazzjonali oħrajn ewlenin

saret aktar rilevanti, speċjalment fir-rigward tar-reati mwettqa minn Daesh.

L-attivitajiet kriminali li qed jevolvu jitolbu appoġġ effettiv fil-livell tal-UE għall-ħidma tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet ġudizzjarji tal-liġi tal-Istati Membri għamlu dejjem aktar użu mill-appoġġ u l-għarfien espert li l-Eurojust toffri sabiex tiġġieled il-kriminalità serja u t-terroriżmu. Din il-proposta tibni wkoll fuq it-tagħlimiet meħuda u l-progress miksub mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-Eurojust tal-2018 u l-istabbiliment tas-CTR. Ir-rwol li kellhom il-pajjiżi terzi ma kienx prevedibbli meta l-koleġiżlaturi nnegozjaw ir-Regolament attwali dwar l-Eurojust.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u s-sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali huwa parti kruċjali mill-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja.

It-titjib tal-iskambju diġitali tad-data dwar każijiet ta’ terroriżmu u l-modernizzazzjoni tas-CMS tal-Eurojust huwa konformi mal-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà 44 , l-Aġenda Kontra t-Terroriżmu għall-UE, 45 , il-Komunikazzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Ġustizzja 46 u l-Istrateġija tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata 47 .

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, ippubblikata f’Lulju 2020, issottolinjat il-konnessjoni bejn is-sigurtà interna u esterna u l-importanza tal-kooperazzjoni sabiex id-drittijiet taċ-ċittadini jiġu protetti b’mod effettiv. L-Aġenda reċenti Kontra t-Terroriżmu għall-UE kkonfermat li r-reati terroristiċi għadhom sfida ewlenija għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-prosekuzzjoni tal-Istati Membri, li jeħtieġu aktar sforzi sabiex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejniethom, appoġġata mill-Europol u mill-Eurojust. Fil-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-Kriminalità organizzata, il-Kummissjoni esprimiet l-appoġġ tagħha għall-immodernizzar tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust sabiex tgħin lill-Eurojust tipprovdi feedback lill-awtoritajiet nazzjonali u tiżviluppa rabtiet ġudizzjarji bejn l-investigazzjonijiet pendenti.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja tirreferi għal din il-proposta bħala parti mill-istrumentarju kumplessiv ta’ opportunitajiet għal diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-ġustizzja. Din il-proposta hija inkluża fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021. Il-proposta hija relatata wkoll mal-proposta attwali tal-Kummissjoni għal Regolament dwar sistema kompjuterizzata għall-komunikazzjoni fi proċedimenti ċivili u kriminali transfruntiera (e-CODEX) u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726, li bħalissa qed jiġi nnegozjat bejn il-koleġiżlaturi.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament dwar l-Eurojust, ix-xejra kienet lejn tkabbir tal-flussi tad-data tal-aġenzija u tad-domanda fuq is-servizzi tagħha. Madankollu, il-baġits tal-passat qatt ma inkludew riżorsi finanzjarji għat-tiġdid tas-CMS skaduta tal-Eurojust.

Il-proposta se tintroduċi kompiti ġodda fir-Regolament dwar l-Eurojust u se tiċċara wkoll kompiti oħra, bil-għan li l-Eurojust tkun adattata għall-era diġitali. L-implimentazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mhux se tkun possibbli li tiġi implimentata mingħajr CMS ġdida, appoġġata minn rinforzi finanzjarji u umani. 

Fi tmiem l-2021, l-Eurojust ġiet attribwita EUR 9,5 miljun ta’ fondi mhux minfuqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), għat-tħejjija tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-CMS il-ġdida. Il-bqija tan-nefqa se tiġi ffinanzjata mill-marġni taħt l-intestatura 2b tal-QFP.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 48   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

   aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

☑ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu nkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

Iċ-ċifri dwar ir-riżorsi finanzjarji u umani jikkombinaw l-ammont totali previst għall-implimentazzjoni tas-CTR, is-CMS il-ġdida u rekwiżiti oħra li jirriżultaw mill-Ġustizzja Kriminali Diġitali ppjanata għall-perjodu bejn l-2024 u l-2027, bit-tnaqqis ta’ EUR 9,5 miljun diġà allokati lill-Eurojust fit-tieni nofs tal-2021. Dan jinkludi ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali għall-implimentazzjoni teknika (inklużi kostijiet operattivi u ta’ manutenzjoni) kif ukoll rekwiżiti tal-persunal. Il-kostijiet għas-CMS jinkludu s-CTR minħabba li s-CTR għandu jkun parti integrali mis-CMS. Din l-integrazzjoni teknika tas-CTR hija waħda mill-objettivi tal-inizjattiva. Barra minn hekk, is-CMS il-ġdida suppost tinkludi pereżempju saff ta’ integrazzjoni, li jiżgura l-interoperabbiltà kif meħtieġ fl-istudju dwar il-Ġustizzja Kriminali Diġitali.

   

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-diġitalizzazzjoni tal-iskambju tad-data tal-aġenzija se jkunu importanti sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Eurojust. Il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-proposta se jsegwu l-prinċipji deskritti fir-Regolament dwar l-Eurojust 49 u f’konformità mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati 50 .

Minbarra r-regoli ta’ governanza orizzontali applikabbli għall-aġenziji, l-Eurojust jeħtiġilha tibgħat b’mod partikolari kull sena lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni (SPD) li jkun fih programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali u l-ipprogrammar tar-riżorsi. L-SPD jistabbilixxi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-kisba tal-objettivi u tar-riżultati.

L-Eurojust tirrapporta wkoll dwar il-ħidma tagħha f’rapport annwali elaborat. L-Eurojust tibgħat dan ir-rapport annwali lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali. Barra minn hekk, l-Eurojust tinforma lill-parlament u lill-parlamenti nazzjonali dwar l-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ partijiet terzi.

Il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni indipendenti esterna tal-implimentazzjoni tar-Regolament u l-attivitajiet tal-Eurojust sat-13 ta’ Diċembru 2024 u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem sabiex tevalwa l-implimentazzjoni u l-impatt tar-Regolament u l-effettività u l-effiċjenza tal-Eurojust, l-Artikolu 69(1) tar-Regolament dwar l-Eurojust.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

B’kont meħud tal-fatt li l-proposta għandha impatt fuq il-kontribuzzjoni annwali tal-UE lill-Eurojust, il-baġit tal-UE se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni indiretta.

Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit tal-Eurojust għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti.

Rigward il-kontrolli ex-post, l-Eurojust, bħala aġenzija deċentralizzata, hija notevolment soġġetta għal:

awditu intern mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni;

rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jipprovdu dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

il-kwittanza annwali mogħtija mill-Parlament Ewropew;

investigazzjonijiet possibbli mwettqa mill-OLAF sabiex jiżgura, b’mod partikolari, li r-riżorsi allokati lill-aġenziji jintużaw kif suppost;

fl-aħħar nett, l-Ombudsman Ewropew jipprovdi saff ieħor ta’ kontroll u obbligu ta’ rendikont fil-Eurojust.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

F’dan l-istadju ma ġie identifikat ebda riskju speċifiku fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. L-Eurojust hija soġġetta għal kontrolli amministrattivi inkluż il-kontroll baġitarju, l-awditjar intern, ir-rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-kwittanza annwali għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE kif stabbilit hawn fuq.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-proporzjon ta’ “kostijiet ta’ kontroll/pagament tal-fondi relatati ġestiti” huwa rrappurtat mill-Kummissjoni. Ir-RAA tal-2020 tad-DĠ JUST jirrapporta 0,74 % għal dan il-proporzjon fir-rigward tal-Entitajiet Fdati u l-Aġenziji Deċentralizzati tal-Maniġment Indirett, inkluża l-Eurojust.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ikkonfermat il-legalità u r-regolarità tal-kontijiet annwali tal-Eurojust għall-2019, li jimplika rata ta’ żball ta’ inqas minn 2 %. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li r-rata ta’ żball se tmur għall-agħar fis-snin li ġejjin. Għall-2020 huwa wkoll ikkonfermat proviżorjament abbażi tal-verifika tal-kontijiet annwali tal-Eurojust minn awditur estern indipendenti. L-opinjoni tal-QEA dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet hija soġġetta għall-konferma mill-QEA tal-affidabbiltà tar-riżultati tal-awditur indipendenti u għadha pendenti.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-miżuri relatati mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra huma deskritti, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 75 tar-Regolament dwar l-Eurojust. L-Eurojust għandha tipparteċipa b’mod partikolari fl-attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta’ frodi preżunta u irregolaritajiet finanzjarji oħra.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff. 51 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 52

mill-pajjiżi kandidati 53

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2b

071007

Diff./Mhux diff.

LE

LE

IVA

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.L-impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

Intestatura 7-Investiment fin-Nies, fil-Koeżjoni Soċjali u fil-Valuri

[Korp]: L-Eurojust

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Titolu 1 Infiq tal-persunal

Impenji

(1)

1,125

2,683

3,376

3,981

11,165

Pagamenti

(2)

1,125

2,683

3,376

3,981

11,165

Titolu 2: Infiq infrastrutturali u operatorju

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2 a)

Titolu 3: Nefqiet operazzjonali 54

Impenji

(3 a)

1,033

8,128

7,027

5,390

21,577

Pagamenti

(3b)

0,578

4,780

6,458

9,771

21,577

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għall-Eurojust

Impenji

= 1 + 1a + 3a

2,158

10,811

10,403

9,371

32,743

Pagamenti

= 2 + 2a

+ 3b

1,693

7,463

9,834

13,752

32,743



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

   miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

DĠ: JUST

• Riżorsi umani

0,238

0,238

0,238

0,238

0,952

• Nefqa amministrattiva oħra

0

0

0

0

0

TOTAL DĠ JUST

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,238

0,238

0,238

0,238

0,952

   miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2024 55

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

2,396

11,049

10,641

9,609

33,695

Pagamenti

1,931

7,701

10,072

13,99

33,695

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Tip 56

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 57

Sabiex l-Eurojust tkun tista’ tidentifika rabtiet bejn investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transfruntiera paralleli fir-rigward ta’ reati terroristiċi b’mod aktar effiċjenti u sabiex tipprovdi feedback dwar dawn ir-rabtiet lill-Istati Membri

- Output

Identifikazzjoni ta’ rabtiet bejn każijiet transfruntiera stabbiliti mill-Eurojust

1,835

9,190

8,843

7,965

27,832

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2

Sabiex l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri, l-Eurojust u l-pajjiżi terzi isir aktar effiċjenti u sigur.

- Output

Data personali riċevuta b’mod sigur mill-Istati Membri lill-Eurojust

0,108

0,541

0,520

0,469

1,637

- Output

Data personali trasferita b’mod strutturat, semiawtomatizzat

0,108

0,541

0,520

0,469

1,637

- Output

Informazzjoni skambjata ma’ pajjiżi terzi

0,108

0,541

0,520

0,469

1,637

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

0,324

1,622

1,560

1,406

4,911

KOSTIJIET TOTALI

2,158

10,811

10,403

9,371

32,743

   

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt 58 :

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

0,952

2,337

2,943

3,289

9,521

Aġenti temporanji (gradi AST)

0,173

0,346

0,433

0,692

1,644

Persunal bil-kuntratt

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

1,125

2,683

3,376

3,981

11,165

-Rekwiżiti tal-Persunal 59 (FTE):

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

11

16

18

20

20

Aġenti temporanji (gradi AST)

2

2

3

5

5

Persunal bil-kuntratt

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

13

18

21

25

25

Id-dati ta’ reklutaġġ huma ppjanati għal nofs is-sena. Għal kull sena ġdida, ġew stmati 50 % tal-kostijiet tal-persunal reklutati ġodda. Ma saru l-ebda suppożizzjonijiet għal żieda potenzjali fl-indiċjar tas-salarji jew il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għan-Netherlands.

Dettalji taż-żieda fil-persunal:

Objettiv speċifiku

Persunal addizzjonali

Objettiv speċifiku nru 1: Sabiex l-Eurojust tkun tista’ tidentifika r-rabtiet b’mod aktar effiċjenti u tipprovdi feedback proattiv lill-Istati Membri.

Żewġ (2)* Analisti tad-Data tal-Każ huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità tas-CMS mar-Regolament u l-ftehimiet tal-Eurojust (mal-Istati Membri, il-Pajjiżi Terzi, l-Aġenziji) u l-qafas legali eżistenti tal-UE dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-interoperabbiltà

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2024: +1; 2025: +1

Żewġ (2)* Uffiċjali tal-Ġestjoni tad-Data huma meħtieġa sabiex jipparteċipaw fl-evalwazzjoni u l-għażla tas-CMS, sabiex jassistu fit-trasformazzjoni tan-negozju, il-fażijiet tal-analiżi u tat-tfassil tar-rekwiżiti, l-implimentazzjoni u l-aċċettazzjoni tas-CMS il-ġdida u l-integrazzjoni ma’ sistemi oħra (eż. Hit/No-Hit), proġetti (eż. e-CODEX, e-EDES) u l-Proġetti Qafas tal-Interoperabbiltà (SIS II, eċċ.) u sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti politiki u proċeduri korretti sabiex jirregolaw id-data maħluqa bl-implimentazzjoni ta’ sistemi ġodda

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2024: +1; 2025: +1

Żewġ (2)* Assistenti tal-Appoġġ tal-Każijiet huma meħtieġa sabiex jiġġestixxu ż-żieda sinifikanti fil-volum tad-data mistennija, sabiex iwettqu pproċessar tad-data operazzjonali fis-CMS (inklużi traduzzjonijiet), sabiex jiġġestixxu ħarsa ġenerali lejn iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ każijiet miftuħa u sabiex jipproduċu rapporti ad hoc u regolari (ta’ kull xahar, annwali) u statistiċi

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2026: +1; 2027: +1

Uffiċjal tal-Ġestjoni tad-Data wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex iwettaq proċessi ta’ rieżami tal-kwalità tad-data bil-għan li jiżgura li d-data tal-Eurojust tkun ta’ kwalità għolja, attwali, kompluta, mifhuma b’mod mhux ambigwu, konsistenti u disponibbli meta jkun meħtieġ

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2026: +1

Analist tad-Data tal-Każ wieħed (1)* huwa meħtieġ minħabba ż-żieda mistennija ta’ notifiki mibgħuta lill-Eurojust sabiex jiġu identifikati rabtiet fost il-proċedimenti ġudizzjarji pendenti abbażi tal-analiżi tal-informazzjoni li l-Eurojust tirċievi mill-Europol, mill-OLAF, mill-UPPE u mill-awtoritajiet nazzjonali u sabiex jiġi analizzat sett kbir ta’ data għall-finijiet ta’ koordinazzjoni ġudizzjarja

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2026: +1

Analist tad-Data tal-Każ wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jabbozza talbiet (konġunti) indirizzati lill-Istati Membri abbażi tal-analiżi tal-informazzjoni skambjata li tkopri l-funzjonijiet operazzjonali kollha elenkati fl-Artikolu 4(2) tal-Eurojust, sabiex jidentifika kwistjonijiet rikorrenti fl-użu ta’ għodod ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja, sabiex jabbozza suġġerimenti biex il-każijiet jiġu estiżi għal Stati Membri oħra u opinjonijiet dwar rifjuti jew diffikultajiet rikorrenti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja u dwar l-aħjar post għall-prosekuzzjoni

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2027: +1

Maniġer tal-Programm wieħed (1)* u Maniġer tal-Proġett wieħed (1)* huma meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-governanza u l-ġestjoni tal-programm (inklużi l-komunikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-progress lill-bord tal-programm u lill-partijiet ikkonċernati) mill-istabbiliment sal-għeluq u sabiex tiġi appoġġata l-manutenzjoni preventiva u evalwattiva tas-sistema l-ġdida

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2024: +2

Arkitett tal-IT wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jiddefinixxi l-arkitettura ta’ livell għoli, ifassal u jistabbilixxi l-infrastruttura għall-implimentazzjoni tas-CMS il-ġdida u sabiex iżomm l-arkitettura teknika, il-konnessjonijiet u s-sistemi li jappoġġaw is-CMS il-ġdida

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2024: +1

Analist tan-Negozju wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex iwettaq l-analiżi tar-rekwiżiti, inkluża prova tal-kunċett għal kull soluzzjoni teknika u sabiex jappoġġa l-manutenzjoni preventiva u evalwattiva tas-sistema l-ġdida 

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2024: +1

Uffiċjal tas-Sigurtà tal-ICT wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jiżgura d-disinn, l-implimentazzjoni u l-operazzjoni sikuri tas-CMS u l-iskambju sigur tad-data ma’ sistemi esterni

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2024: +1

Speċjalist tal-Protezzjoni tad-Data wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jiżgura l-protezzjoni tad-data mit-tfassil u li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data jiġu applikati għad-data operazzjonali

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2024: +1

Tlett (3)* Uffiċjali tal-Operazzjonijiet tal-ICT huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-politika tal-applikazzjonijiet u tal-IT, għat-trasformazzjoni tan-negozju tal-proċessi tal-Eurojust, sabiex iħejju manwali (inkluż l-għoti ta’ taħriġ lill-utenti) u sabiex jamministraw in-networks, il-bażijiet tad-data, is-sistemi, il-pjattaformi u l-applikazzjonijiet ta’ virtwalizzazzjoni tal-Eurojust

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2024: +1; 2025: +2

Żewġ (2)* membri tal-persunal amministrattiv huma meħtieġa sabiex iħejju deskrizzjonijiet tal-impjiegi, jagħmlu għażliet u jiġġestixxu l-onboarding, il-ħtiġijiet ta’ taħriġ u l-intitolamenti ta’ persunal ġdid u sabiex jiġġestixxu l-proċeduri tal-offerti u jiżguraw l-eżekuzzjoni tal-baġit, il-kontroll u r-rappurtar dwar il-fondi riċevuti

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2024: +2

Objettiv speċifiku nru2: Sabiex l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri, l-Eurojust u l-pajjiżi terzi isir aktar effiċjenti u sigur.

Assistent għall-Appoġġ tal-Każijiet wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jiġġestixxi ż-żieda sinifikanti tal-volum tad-data mistenni, sabiex iwettaq ipproċessar tad-data operazzjonali fis-CMS (inklużi traduzzjonijiet), sabiex jiġġestixxi ħarsa ġenerali lejn iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ każijiet miftuħa u sabiex jipproduċi rapporti ad hoc u regolari (ta’ kull xahar, annwali) u statistiċi

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2027: +1;

Uffiċjal tal-Ġestjoni tad-Data wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex iwettaq proċessi ta’ rieżami tal-kwalità tad-data bil-għan li jiżgura li d-data tal-Eurojust tkun ta’ kwalità għolja, attwali, kompluta, mifhuma b’mod mhux ambigwu, konsistenti u disponibbli meta jkun meħtieġ

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2027: +1

Uffiċjal Legali wieħed (1)* u Uffiċjal tal-Politika wieħed (1)* huma meħtieġa sabiex jipparteċipaw fin-negozjati mill-Kummissjoni ta’ ftehimiet internazzjonali u sabiex jinnegozjaw u jabbozzaw arranġamenti ta’ ħidma strateġiċi u/jew implimentattivi ma’ pajjiżi terzi

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2024: +2;

Uffiċjal Legali wieħed (1)* huwa meħtieġ sabiex jinnegozja, jabbozza, jevalwa u jirreżamina l-istrumenti ta’ kooperazzjoni/ftehimiet ta’ kooperazzjoni/MtQ ma’ aġenziji u korpi sħab

FTEs stmati meħtieġa – FTEs addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati kull sena (mhux kumulattivi):

2025: +1

   

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar għal pożizzjoni deċimali waħda)

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 u 20 01 02 02 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1

1

1

1

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti ta' ingaġġ Full-Time: FTE) 60

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

1

1

1

1

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)

Linja(i) baġitarja(i) (speċifika)  61

- fil-Kwartieri Ġenerali 62  

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

2

2

2

2

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Jirrappreżentaw lill-Kummissjoni fil-Bord Eżekuttiv tal-Aġenzija. Ifasslu opinjoni tal-kummissjoni dwar il-programm ta’ ħidma annwali u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu. Iwettqu monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-baġit. Jassistu lill-Aġenzija fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha f’konformità mal-politiki tal-UE, inkluż bil-parteċipazzjoni f’laqgħat tal-esperti.

Persunal estern

SNE wieħed se jappoġġa l-uffiċjali u l-persunal temporanju fil-kompiti ta’ hawn fuq u jassisti lill-Aġenzija fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha f’konformità mal-politiki tal-UE, inkluż billi jipparteċipa f’laqgħat tal-esperti

Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet FTE jenħtieġ li tiġi inkluża fit-Taqsima 3 tal-Anness V.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

Il-proposta teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura 2b tal-QFP kif ġej: dwar il-linja baġitarja 07.1007 – Eurojust – fl-2024 – EUR 2,158 miljun, fl-2025 EUR 10,811 miljun, fl-2026 – EUR 10,403 miljun u fl-2027 EUR 9,371 miljun.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

  indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

 

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 63

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodu sabiex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

[…]

 

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, p. 22).
(2)    L-Europol hija l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tal-UE. L-Europol tappoġġa lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-UE kollha fir-rigward ta’ attivitajiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità fl-oqsma kollha tal-mandat tagħha.
(3)    Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(4)    Cross-border digital criminal justice, Final Report, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/e38795b5-f633-11ea-991b-01aa75ed71a1/language-en .
(5)    Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).
(6)    Ara l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar l-Eurojust.
(7)    Ara l-Artikolu 23(6) tar-Regolament dwar l-Eurojust.
(8)    Jeżistu ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova, in-Norveġja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna u l-Istati Uniti tal-Amerka. L-Eurojust ikkonkludiet ftehim ta’ kooperazzjoni ieħor mad-Danimarka, li ma hijiex membru tal-Eurojust f’konformità mal-Protokoll 22 tat-Trattat ta’ Lisbona. It-Titolu IV tat-Tielet Parti tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fiha wkoll dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni futura bejn l-awtoritajiet nazzjonali tar-Renju Unit u l-Eurojust.
(9)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea - Strumentarju ta’ opportunitajiet, COM(2020) 710 final, 2.12.2020.
(10)    L-e-CODEX huwa pakkett ta’ software li jippermetti konnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali, li tippermetti lill-utenti, bħall-awtoritajiet ġudizzjarji, il-prattikanti legali u l-membri tal-pubbliku, li jibagħtu u jirċievu dokumenti, formoli legali, evidenza u informazzjoni oħra b’mod rapidu u sikur. L-e-CODEX diġà jintuża mis-sistema ta’ skambju diġitali ta’ evidenza elettronika (eEDES) u ċerti proġetti pilota. Sabiex tiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tagħha, il-Kummissjoni adottat proposta sabiex tafda l-iżvilupp u l-manutenzjoni ulterjuri tagħha lill-Aġenzija tal-UE għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.
(11)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2021, Unjoni ta’ vitalità f’dinja ta’ fraġilità, COM (2020) 690 final.
(12)    Id-Direttiva (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali (ĠU L...).
(13)    Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(14)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, COM (2020) 605 final.
(15)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda kontra t-Terroriżmu għall-UE, COM (2020) 795 final.
(16)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata 2021–2025, COM (2021) 170 final.
(17)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/7072 tas-16 ta’ Marzu 2021.
(18)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(19)    Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(20)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(21)    Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(22)    JOIN/2020/18 final.
(23)    COM 2020/823 final.
(24)    Cross-border digital criminal justice, Final Report, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/e38795b5-f633-11ea-991b-01aa75ed71a1/language-en .
(25)    SWD(2021) 391.
(26)    L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (aktar ’il quddiem “il-Karta”).
(27)    L-Artikolu 7 tal-Karta.
(28)    Cross-border digital criminal justice, Final Report, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/e38795b5-f633-11ea-991b-01aa75ed71a1/language-en , p. 244.
(29)    L-istudju assuma perjodu ta’ manutenzjoni u ammont totali ta’ EUR 39 miljun. Peress li l-baġit attwali tal-UE (il-qafas finanzjarju pluriennali, il-QFP) ikopri biss il-perjodu sal-2027, il-kostijiet ta’ manutenzjoni għas-snin 2028 u 2029 tnaqqsu minn dan l-ammont.
(30)    Cross-border digital criminal justice, Final Report, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/e38795b5-f633-11ea-991b-01aa75ed71a1/language-en , p. 265 ff.
(31)    [….].
(32)    Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).
(33)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.09.2005, p. 22).
(34)    Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(35)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130).    
(36)    Ir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’kawżi tal-liġi ċivili, kummerċjali u kriminali (ĠU L...).
(37)    Ir-Regolament (UE) [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’kawżi tal-liġi ċivili, kummerċjali u kriminali (ĠU L...).
(38)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal‑eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(39)    https://joinup.ec.europa.eu/collection/nifo-national-interoperability-framework-observatory/european-interoperability-framework.
(40)    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10).
(41)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/7072 tas-16 ta’ Marzu 2021.
(42)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130).
(43)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(44)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, COM (2020) 605 final.
(45)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda kontra t-Terroriżmu għall-UE, COM (2020) 795 final
(46)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea - Strumentarju ta’ opportunitajiet, COM(2020) 710 final, 2.12.2020.
(47)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata 2021–2025, COM (2021) 170 final.
(48)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb:: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(49)    Ir-Regolament (UE) 2017/1727.
(50)     https://europa.eu/european-union/sites/default/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_en.pdf .
(51)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(52)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(53)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(54)    Il-kostijiet tekniċi taħt it-Titolu 3 jinkludu kostijiet operatorji u ta’ manutenzjoni peress li l-kostijiet kollha relatati mas-CMS bħalissa huma previsti taħt it-Titolu 3.
(55)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(56)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(57)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi”.
(58)    L-istimi tal-kostijiet għall-persunal huma kumulattivi u saru abbażi tal-kostijiet medji għall-persunal temporanju u kuntrattwali, indiċjati mal-koeffiċjent tal-korrezzjoni applikabbli għan-Netherlands sa minn 07/2020 (113,9 %).
(59)    Kumulattiv. In-numru indikat taħt kull sena huwa n-numru ta’ persunal antik mis-sena/snin preċedenti u l-persunal reklutat ġdid. In-numru totali ta’ persunal ġdid (25) se jintlaħaq fl-2027.
(60)    AC= Persunal b’Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(61)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(62)    Prinċipalment għall-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).
(63)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.