IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 25.11.2021
COM(2021) 723 final
2021/0378(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SEC(2021) 572 final} - {SWD(2021) 344 final} - {SWD(2021) 345 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
L-istabbiliment ta’ Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) sal-2024 huwa azzjoni emblematika tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) adottat mill-Kummissjoni Ewropea f’Settembru tal-2020. L-ESAP se jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tas-CMU billi jipprovdi aċċess madwar l-UE għal attivitajiet ta’ informazzjoni u għal prodotti tad-diversi kategoriji ta’ entitajiet li huma meħtieġa jiddivulgaw tali informazzjoni, li hija rilevanti għas-swieq kapitali, għas-servizzi finanzjarji u għall-finanzjament sostenibbli. L-ESAP se jipprovdi aċċess għal din l-informazzjoni b’mod effiċjenti u mhux diskriminatorju.
L-informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-prodotti tal-entitajiet hija essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-fornituri tal-kapital. L-ESAP se jikkontribwixxi għal aktar integrazzjoni tas-servizzi finanzjarji u tas-swieq kapitali fis-suq uniku, għall-allokazzjoni tal-kapital b’mod aktar effiċjenti madwar l-UE u għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ swieq kapitali u ekonomiji nazzjonali iżgħar billi jagħtihom viżibbiltà akbar. L-ESAP se jippermetti wkoll li entitajiet mhux elenkati, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jagħmlu disponibbli informazzjoni fuq bażi volontarja. Dan se jiffaċilita l-aċċess tagħhom għall-kapital.
Din il-proposta tagħmel parti minn pakkett magħmul minn:
·proposta għal Regolament li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (din il-proposta);
·proposta għal Direttiva li temenda ċerti Direttivi; kif ukoll
·proposta għal Regolament li jemenda ċerti Regolamenti.
L-ESAP jagħmel parti mill-ispazji Ewropej tad-data finanzjarja ppreżentati fl-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-Finanzi Diġitali ppubblikata f’Settembru tal-2020. L-Istrateġija dwar il-Finanzi Diġitali tistabbilixxi l-objettiv li, sal-2024, l-informazzjoni ddivulgata lill-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji għandha tiġi ddivulgata f’formats standardizzati u li jinqraw mill-magni.
L-ESAP huwa mmirat primarjament lejn utenti bħal investituri, analisti finanzjarji u intermedjarji tas-suq, eż. maniġers tal-assi, konsulenti jew aggregaturi tad-data. Tipi oħrajn ta’ utenti — bħas-soċjetà ċivili, ir-regolaturi, u awtoritajiet pubbliċi oħrajn bħall-awtoritajiet tal-istatistika — jistgħu jaraw ukoll interess fl-aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ESAP.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din il-proposta tibni fuq ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tal-finanzjament sostenibbli. Sabiex is-swieq kapitali jiffunzjonaw b’mod effiċjenti, huwa essenzjali li jkun hemm fluss regolari ta’ informazzjoni rilevanti, affidabbli, kompluta, f’waqtha u kumparabbli tal-kumpaniji lejn il-parteċipanti fis-suq u partijiet ikkonċernati oħrajn. L-ESAP se jippromwovi l-effettività tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u tas-swieq kapitali.
Din il-proposta ma toħloqx obbligi ta’ rapportar ġodda f’termini ta’ kontenut, iżda minflok tibni fuq ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni eżistenti stabbiliti fl-atti legali tal-UE identifikati fl-Anness tal-proposta.
L-ESAP se jinbena separatament mis-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS) żviluppata f’konformità mad-Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji, li jippermetti liż-żewġ sistemi jsegwu l-istandards u l-objettivi tagħhom stess, abbażi tal-governanza rispettiva tagħhom stess. L-ESAP se jkun komplementari għall-BRIS, li tipprovdi lill-pubbliku b’informazzjoni dwar kumpaniji b’responsabbiltà limitata fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. Id-duplikazzjoni tad-data miġbura għall-finijiet tal-BRIS u tal-ESAP se tkun limitata għal ċerti dokumenti kontabilistiċi (rapporti finanzjarji, rapporti tal-awditjar, rapporti dwar il-ġestjoni, inkluż rapportar korporattiv sostenibbli, rapport għal kull pajjiż mill-industriji estrattivi).
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Din il-proposta hija konsistenti ma’ u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għad-data stipulata f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Frar tal-2020, billi l-ESAP jagħmel parti mill-ispazju komuni Ewropew tad-data finanzjarju mħabbar f’dik l-istrateġija.
Fl-Istrateġija tagħha għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli, il-Kummissjoni qiegħdet il-finanzjament sostenibbli fil-qalba tas-sistema finanzjarja u bħala prekundizzjoni sabiex jinħoloq qafas ta’ abilitazzjoni għall-investimenti privati fi proġetti u attivitajiet sostenibbli.
L-ESAP se jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew billi jagħmel faċilment disponibbli u użabbli informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-entitajiet Ewropej. Dan se jippermetti wkoll li l-awtoritajiet pubbliċi, il-partijiet ikkonċernati privati u s-soċjetà ċivili jivvalutaw aħjar is-sostenibbiltà tal-entitajiet Ewropej u, b’mod aktar ġenerali, il-progress lejn l-objettivi ta’ politika tal-UE relatati mal-iżvilupp sostenibbli, inkluża l-istrateġija u l-miri tal-UE dwar il-klima.
Fl-aħħar nett, l-ESAP huwa appoġġat mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) adottat f’Settembru tal-2020.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Intervent tal-UE sabiex titnaqqas il-frammentazzjoni permezz ta’ punt ta’ aċċess uniku kieku jikkontribwixxi aktar għall-integrazzjoni tas-suq uniku billi jiġu eliminati l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni fl-Unjoni. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkonferixxi fuq l-istituzzjonijiet Ewropej il-kompetenza li jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa li bħala l-objettiv tagħhom ikollhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern (l-Artikolu 114 TFUE).
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-objettivi ta’ din l-inizjattiva ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment. L-Istati Membri bħalissa għandhom ċerta flessibbiltà għat-tfassil ta’ regoli dwar il-mekkaniżmi u l-formats tal-obbligi ta’ rapportar korporattiv stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-UE, b’dipendenza qawwija fuq is-sistemi nazzjonali. Il-frammentazzjoni ġeografika u tematika li tirriżulta tal-mekkaniżmi u l-formats ta’ divulgazzjoni żżid il-kostijiet ta’ aċċess u pproċessar għall-utenti tal-informazzjoni korporattiva. Azzjonijiet individwali ulterjuri mill-Istati Membri ma jnaqsux din il-frammentazzjoni sakemm ma jmorrux fl-istess direzzjoni sabiex jibnu punt ta’ aċċess uniku u jindirizzaw numru ta’ ostakli, li ma huwiex probabbli mingħajr approċċ koordinat.
Meta jitqiesu l-iskala u l-effetti ta’ tali proġett, l-iffaċilitar ta’ aċċess aħjar għall-informazzjoni fil-livell tal-UE huwa objettiv li jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-tfassil ta’ formats xierqa, termini ta’ użu, speċifikazzjonijiet tal-lingwa, eċċ. jeħtieġ ċertu grad ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-UE, sabiex ikunu possibbli l-interoperabbiltà u l-aċċess u l-użu transfruntiera. Hemm appoġġ wiesa’ għal tali inizjattiva mill-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew, mir-regolaturi, mill-parteċipanti reġjonali jew nazzjonali fis-suq, mill-utenti, mis-soċjetà ċivili, eċċ. Għalhekk, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
•Proporzjonalità
F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, din l-inizjattiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din l-inizjattiva. Din il-proposta mhux se żżid jew timmodifika l-obbligi ta’ rapportar f’termini ta’ kontenut. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż fuq l-entitajiet u l-awtoritajiet nazzjonali, l-ESAP jibni kemm jista’ jkun fuq il-kanali u l-infrastruttura ta’ rapportar tad-data eżistenti.
•Għażla tal-istrument
Regolament jitqies bħala l-aktar strument legali xieraq sabiex jiġi stabbilit l-ESAP billi l-biċċa l-kbira mid-dispożizzjonijiet fih huma indirizzati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) li se tkun qiegħda tibni u tirregola l-pjattaforma, kif ukoll lill-korpi ta’ ġbir. L-ESMA hija awtorità indipendenti tal-Unjoni Ewropea li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-UE billi ssaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri u tippromwovi swieq finanzjarji stabbli u ordnati. F’dak il-kuntest, l-ESMA tingħata l-kompitu li tistabbilixxi u topera l-ESAP, billi b’mod partikolari jikkontribwixxi għall-iżgurar tal-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji.
Barra minn hekk, Regolament jelimina r-riskju ta’ diverġenzi kbar bejn il-liġijiet nazzjonali fir-rigward tal-karatteristiċi tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża u ssir aċċessibbli, kif ukoll il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-korpi ta’ ġbir.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tibni fuq - fost l-oħrajn - il-kontroll tal-idoneità tal-qafas tal-UE għar-rapportar pubbliku mill-entitajiet ippubblikat mill-Kummissjoni f’April tal-2021. Sejba ewlenija ta’ dan il-kontroll tal-idoneità hija l-ħtieġa li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-għodod diġitali sabiex jittejjeb l-aċċess għal, l-użu u l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni regolata ddivulgata mill-entitajiet. B’mod partikolari, il-kontroll tal-idoneità enfasizza n-nuqqas ta’ punt uniku ta’ aċċess madwar l-UE għal informazzjoni regolata u l-limiti fil-qari mill-magni tal-informazzjoni ddivulgata mill-entitajiet.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-proċess ta’ konsultazzjoni u l-konklużjonijiet ewlenin tiegħu li fuqhom hija bbażata din il-proposta huma miġbura fil-qosor fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Dawn kienu jinkludu konsultazzjoni online immirata, sessjonijiet ta’ ħidma ma’ diversi kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti, u input minn gruppi ta’ esperti rilevanti stabbiliti mill-Kummissjoni, b’mod partikolari l-Forum ta’ livell Għoli (HLF) dwar is-CMU.
B’mod ġenerali, il-gruppi tal-partijiet ikkonċernati kollha li ġew ikkonsultati laqgħu l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-ESAP u esprimew l-appoġġ tagħhom għal implimentazzjoni gradwali sabiex tingħata prijorità u ssir disponibbli l-informazzjoni dwar l-ESAP f’fażijiet differenti. Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll l-importanza li jintuża prinċipju ta’ “infilzar ta’ darba”. Dawk li jħejju l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata pubblikament u l-SMEs enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat li jinħolqu piżijiet amministrattivi addizzjonali, inkluż l-ebda obbligu ta’ rapportar ġdid introdott għall-entitajiet.
Il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati appoġġaw ambitu wiesa’ ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-ESAP, li jkopri kemm informazzjoni finanzjarja kif ukoll dik relatata mas-sostenibbiltà. Il-maġġoranza vasta tal-partijiet ikkonċernati kienu tal-fehma li l-istandardizzazzjoni tal-informazzjoni taħt qafas komuni ta’ rapportar bi skemi u metadata komuni tkun utli sabiex jiġu indirizzati l-isfidi rigward il-komparabbiltà, l-affidabbiltà, u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni. Huma semmew ukoll li n-nuqqas ta’ standards komuni bħal dawn huwa wieħed mill-ostakli ewlenin li jiffaċċjaw l-utenti u s-soċjetà meta jipproċessaw informazzjoni finanzjarja u ambjentali, soċjali u relatata mal-governanza (ESG).
Il-biċċa l-kbira mill-partijiet ikkonċernati għandhom fehmiet simili dwar id-dimensjoni tal-infrastruttura u dwar kif l-ESAP għandu jiġbor l-informazzjoni, u jissuġġerixxu li l-ESAP għandu jibni fuq il-kanali ta’ rapportar nazzjonali jew Ewropej eżistenti. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati talbu li l-informazzjoni ssir disponibbli permezz tal-ESAP fl-istess ħin li tiġi ppubblikata fi kwalunkwe mezz jew kanal ieħor.
B’mod ġenerali il-gruppi tal-partijiet ikkonċernati kollha jappoġġaw li l-ESAP għandu joffri aċċess liberu għall-informazzjoni u li l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mingħajr ma jkun meħtieġ ħlas. Anke jekk il-mudell ta’ data miftuħa/aċċess liberu kien irrakkomandat bil-qawwa, kien hemm xi partijiet ikkonċernati li appoġġaw l-idea li l-emittenti (meta jissottomettu l-informazzjoni) jew dawk li se jużaw l-informazzjoni jistgħu jħallsu xi tariffi (eż. abbonament annwali). Il-benefiċċju li l-ESAP kieku joħloq għal dawn il-fornituri jew l-utenti jista’ mbagħad jiġġustifika deċiżjoni sabiex jiġu applikati xi tip ta’ tariffi għal servizzi speċifiċi.
Maġġoranza ċara mill-partijiet ikkonċernati esprimew preferenza għal mudell pubbliku, pereżempju, taħt il-ġestjoni tal-ESMA, bl-involviment possibbli tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA).
•Ġbir u użu ta’ għarfien espert
Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tibni wkoll fuq id-data disponibbli mir-riċerka fl-uffiċċju u b’mod partikolari mill-istudji u l-għarfien espert li ġejjin:
·Studju dwar “Regulatory framework analysis for potential integration into the European Electronic Access Point (EEAP)” (Analiżi tal-qafas regolatorju għall-integrazzjoni potenzjali fil-Punt ta’ Aċċess Elettroniku Ewropew (EEAP));
·Studju dwar “Governance for a DLT / Blockchain enabled European Electronic Access Point (EEAP)” (Governanza għal Punt ta’ Aċċess Elettroniku Ewropew (EEAP) iffaċilitat mid-DLT / Blockchain);
·“Impact Assessment study on the list of High Value Datasets to be made available by the Member States under the Open Data Directive” (Studju ta’ Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-lista ta’ Settijiet ta’ Data ta’ Valur Għoli li għandhom isiru disponibbli mill-Istati Membri skont id-Direttiva dwar id-Data Miftuħa);
·Għarfien espert ipprovdut minn Business Reporting - Advisory Group (BR-AG), kumpanija kkuntrattata speċifikament sabiex tassisti lill-Kummissjoni għal din l-inizjattiva.
Il-materjal miġbur u użat sabiex jalimenta l-valutazzjoni tal-impatt kien ġeneralment fattwali jew inkella ġej minn sorsi b’reputazzjoni tajba u rikonoxxuti sew li jaġixxu bħala parametri referenzjarji u punti ta’ referenza għas-suġġett. Il-kontribut riċevut mill-partijiet ikkonċernati matul l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ġeneralment ġie ttrattat bħala opinjonijiet, dment li ma kienx ta’ natura fattwali.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta ġiet eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fit-22 ta’ Lulju 2021. Il-Bord ta opinjoni pożittiva li tipprovdi ftit kummenti, li ġew indirizzati mill-Kummissjoni fil-verżjoni finali tal-Valutazzjoni tal-Impatt (id-dettalji huma pprovduti fl-Anness 1 tiegħu).
Il-Valutazzjoni tal-Impatt tanalizza diversi għażliet ta’ politika sabiex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi li jippermettu aċċess mingħajr xkiel u integrat għall-informazzjoni pubblika tal-entitajiet rilevanti b’mod li tiżdied iċ-ċirkolazzjoni ta’ dik l-informazzjoni fl-Unjoni, u sabiex jiżdied l-użu diġitali (u l-użu mill-ġdid) ta’ tali informazzjoni. L-għażliet ta’ politika ġew identifikati abbażi tal-ħames dimensjonijiet ewlenin tal-ESAP li ġejjin: (1) l-ambitu tal-informazzjoni aċċessibbli permezz tal-ESAP; (2) il-format tal-informazzjoni aċċessibbli permezz tal-ESAP; (3) il-ġbir tal-informazzjoni aċċessibbli permezz tal-ESAP u l-interkonnessjoni tal-punti ta’ ġbir eżistenti; (4) data miftuħa u; (5) il-governanza. Dawn huma l-aspetti ewlenin f’termini tal-indirizzar tal-problemi identifikati, u huma wkoll id-determinanti ewlenin tal-kostijiet.
Ġew ivvalutati wkoll l-aspetti li ġejjin, għalkemm dawn jitqiesu bħala aktar tekniċi u anqas kruċjali għall-ilħuq tal-objettivi speċifiċi tal-ESAP: (i) funzjonalitajiet tal-ESAP; (ii) il-puntwalità tal-aċċessibbiltà tal-informazzjoni permezz tal-ESAP; (iii) l-iżgurar tal-integrità tad-data u l-kredibbiltà tas-sors; (iv) l-iżgurar tal-kwalità tad-data; (v) l-indirizzar tal-ostakli lingwistiċi; (vi) l-eliminazzjoni ta’ ċerti ostakli għall-aċċess; (vii) il-prinċipju ta’ iffajljar ta’ darba; (viii) klawżola ta’ anterjorità; (ix) il-perjodu taż-żamma; (x) xi prinċipji dwar “informazzjoni volontarja” li se jkunu aċċessibbli permezz tal-ESAP.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din l-inizjattiva tistipula r-regoli għall-istabbiliment tal-ESAP. Bis-simplifikazzjoni tal-kanali ta’ divulgazzjoni, l-ESAP se jissimplifika u jtejjeb l-effiċjenza prinċipalment min-naħa tad-domanda (l-utenti), b’kostijiet imnaqqsa ta’ tiftix u pproċessar, u sa ċertu punt għall-entitajiet f’termini tal-obbligi ta’ infilzar.
•Drittijiet fundamentali
Din il-proposta tirrispetta d-drittijiet findamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-ESAP se jtejjeb l-aċċess għall-informazzjoni li tinkludi data personali. Dan huwa meħtieġ sabiex tiġi promossa innovazzjoni mmotivata mid-data fil-finanzi, sabiex jiġu integrati s-swieq kapitali Ewropej, sabiex l-investimenti jiġu diretti lejn attivitajiet sostenibbli, u sabiex jinkisbu effiċjenzi għall-konsumaturi u għan-negozji. Fl-istess ħin, l-ESAP se jtejjeb l-aċċess biss għal dik id-data personali li trid tiġi pproċessata skont id-dritt tal-Unjoni jew xi bażi ġuridika oħra skont ir-Regolament (UE) 2016/679, billi din il-proposta ma tintroduċix rekwiżiti ġodda ta’ rapportar tad-data minbarra dawk li diġà jeżistu.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Sabiex jintlaħqu bl-aħjar mod l-objettivi ta’ din l-inizjattiva, din il-proposta għandha implikazzjonijiet f’termini ta’ kostijiet u piż amministrattiv għall-ESMA u għall-korpi ta’ ġbir nazzjonali u tal-UE, b’mod partikolari l-Mekkaniżmi Maħtura Uffiċjalment (Officially Appointed Mechanisms, OAMs), l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (National Competent Authorities, NCAs), l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Kumitat Konġunt tagħhom. Id-daqs u d-distribuzzjoni eżatti ta’ dawn il-kostijiet se jiddependu mill-ispeċifikazzjonijiet finali tal-infrastruttura tal-IT u mid-daqs u t-twaqqit tal-kompiti regolatorji, ta’ governanza u ta’ monitoraġġ relatati, li parzjalment jiddependu mid-deċiżjonijiet meħuda wara l-adozzjoni ta’ dan l-att.
Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva marbuta ma’ din l-inizjattiva tipprovdi stampa ġenerali dettaljata tal-kostijiet involuti għall-ESMA fir-rigward tal-governanza tal-ESAP. Għall-ESMA, tul iż-żmien l-inizjattiva se teħtieġ total ta’ tliet impjegati full-time (FTE) sabiex jieħdu l-kompiti ta’ sorveljanza u mmaniġġjar tal-iżvilupp u l-operazzjonijiet ta’ dan il-proġett. Ir-riżorsi finanzjarji totali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proposta fil-perjodu bejn l-2022 u l-2027 se jkunu sa EUR 16,5 miljun, inklużi EUR 2,3 miljun ta’ kostijiet amministrattivi u sa EUR 14,2 miljun f’nefqa operazzjonali, li minnhom l-UE kieku tappoġġa EUR 9,6 miljun skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali (2022-2027). Minn dan l-ammont, EUR 5 miljun ikunu koperti mill-Programm Ewropa Diġitali fis-snin 2022 u 2023. Matul il-perjodu bejn l-2024 u l-2027, il-kostijiet tal-ESMA relatati mal-ESAP kieku jammontaw għal EUR 11,5 miljun. Dawn il-kostijiet kieku jiġu ffinanzjati sa 40 % permezz tal-baġit tal-UE, li jirrappreżentaw EUR 4,6 miljun, u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti kieku jintalbu jiffinanzjaw EUR 6,9 miljun permezz tal-kontribuzzjoni tagħhom lill-ESMA.
Il-finanzjament se jappoġġa l-kostijiet marbuta mal-iżvilupp, iż-żamma, it-tħaddim u l-appoġġ tal-funzjonijiet u d-dmirijiet anċillari b’rabta mal-ESAP, inkluż it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ annwali.
Fir-rigward tal-attivitajiet regolatorji implikati mill-ESAP, se jkollu jiġi żviluppat numru ta’ atti ta’ implimentazzjoni. It-twassil tagħhom huwa organizzat fi stadji tul iż-żmien mir-Regolament. Għal ċerti atti, ir-Regolament jagħti mandat lill-Kumitat konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA) sabiex jibda jiżviluppahom. Barra minn hekk, l-EBA u l-EIOPA kieku jikkollaboraw mal-ESMA fit-twettiq ta’ ċerti kompiti b’rabta mal-funzjonament u l-monitoraġġ tal-ESAP. Fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti, l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA rispettivament se jkomplu jaħdmu sabiex jimmassimizzaw is-sinerġiji u t-titjib fl-effiċjenza, u jimmonitorjaw l-ammont ta’ xogħol addizzjonali u l-FTE assoċjati ma’ din il-proposta fil-kuntest tal-kompiti ġenerali tagħhom.
Għall-korpi ta’ ġbir, huwa stmat li l-kostijiet għall-interkonnessjoni tal-korpi ta’ ġbir tal-UE/nazzjonali mal-ESAP (prinċipalment abbażi tal-iżvilupp tal-Interfaċċi għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet) huma madwar EUR 50 800 fil-livell individwali (ta’ darba), filwaqt li l-kostijiet rikorrenti annwali jkunu madwar EUR 6 500 fil-livell individwali. F’xi każijiet, hemm sinerġiji qawwija mal-kompiti eżistenti mwettqa jew mal-proġetti diġà ppjanati mill-korpi ta’ ġbir, bħall-proposta reċenti sabiex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex l-EBA tingħata s-setgħa li tiċċentralizza l-pubblikazzjoni tad-divulgazzjonijiet prudenzjali annwali, semiannwali u trimestrali tal-istituzzjonijiet. L-EBA se taġixxi bħala l-korp ta’ ġbir għal din l-informazzjoni fil-kuntest tal-ESAP. Din il-proposta tibni wkoll fuq l-OAMs eżistentili bħalissa jiġbru informazzjoni regolata mill-emittenti ta’ titoli trasferibbli elenkati fis-swieq regolati tal-UE skont id-Direttiva dwar it-Trasparenza.
Il-Kummissjoni tipprovdi għarfien espert imfassal apposta permezz tal-Inizjattiva ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) sabiex tgħin lill-Istati Membri tal-UE jfasslu u jimplimentaw riformi li jsaħħu t-tkabbir f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika. Il-programm TSI tal-Kummissjoni jista’ jiffinanzja parzjalment l-appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tal-ESAP mill-NCAs, fuq talba tagħhom. Permezz tal-programm TSI, il-Kummissjoni se tipprovdi wkoll input dwar l-aspetti prattiċi tar-riformi. Dan jista’ jieħu l-għamla ta’ parir strateġiku jew legali, studji, taħriġ u missjonijiet fil-pajjiżi minn esperti. Il-finanzjament ipprovdut permezz tat-TSI huwa bbażat fuq sessjonijiet ta’ talbiet annwali.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Din il-proposta ma teħtieġx pjan ta’ implimentazzjoni, iżda tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex l-ESMA timmonitorja l-implimentazzjoni u l-effettività tal-ESAP.
Il-proposta tinkludi rekwiżit li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat u l-funzjonament tal-ESAP mhux aktar tard minn ħames (5) snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-ESAP. Meta tevalwa din l-inizjattiva, il-Kummissjoni se toqgħod fuq konsultazzjoni pubblika u diskussjonijiet mal-ESMA, mal-EBA, mal-EIOPA u mal-korpi ta’ ġbir. L-evalwazzjoni għandha ssir skont il-linji gwida tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-Artikolu 1 jagħti mandat lill-ESMA sabiex, sal-31 ta’ Diċembru 2024, tistabbilixxi l-ESAP sabiex jipprovdi aċċess pubbliku għall-informazzjoni li l-entitajiet iridu jiddivulgaw lill-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll għal kategoriji addizzjonali ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni finanzjarja jew relatata mas-sostenibbiltà li l-entitajiet jiddeċiedu li jinkludu fuq bażi volontarja fl-ESAP.
L-Artikolu 2 jistipula d-definizzjonijiet għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
L-Artikolu 3 jistipula l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom l-entitajiet, fuq bażi volontarja, jistgħu jissottomettu informazzjoni li se ssir aċċessibbli permezz tal-ESAP.
L-Artikolu 4 jeħtieġ li l-ESMA żżomm lista aġġornata tal-korpi ta’ ġbir responsabbli għall-aċċettazzjoni ta’ informazzjoni ddivulgata mill-entitajiet, li tippubblika din il-lista fuq il-portal web tal-ESAP u li tinnotifikaha lill-Kummissjoni.
L-Artikolu 5 jistabbilixxi r-rwoli u l-kompiti tal-korpi ta’ ġbir, inklużi l-istandards tekniċi li għandhom japplikaw sabiex jivvalidaw jekk l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet tikkonformax mal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament u mill-emendi li jakkumpanjaw il-leġiżlazzjoni settorjali. Dan jistabbilixxi wkoll il-perjodu ta’ żamma għall-informazzjoni aċċessibbli permezz tal-ESAP, li għandu jkun ta’ għaxar (10) snin dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att legali applikabbli tal-UE mill-Anness. L-artikolu jinkludi wkoll dispożizzjoni speċifika sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali.
L-Artikolu 6 jeħtieġ li l-ESMA tiżviluppa politika effettiva ta’ sigurtà tal-IT għall-ESAP.
L-Artikolu 7 jistipula l-funzjonalitajiet tal-ESAP li permezz tagħhom l-utenti jistgħu jaċċessaw u jfittxu l-informazzjoni.
L-Artikolu 8 jistipula l-kundizzjonijiet li taħthom l-utenti se jkollhom aċċess għall-informazzjoni disponibbli fuq l-ESAP, li normalment għandha tkun mingħajr ħlas. L-ESMA tista’ titlob tariffi lill-utenti li jeħtieġu volumi kbar ħafna ta’ data jew informazzjoni aġġornata ta’ spiss. Madankollu, l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni, u firxa ta’ korpi nazzjonali u awtoritajiet kompetenti, dejjem għandu jkollhom aċċess dirett u immedjat mingħajr ħlas għall-ESAP sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-responsabbiltajiet, il-mandati u l-obbligi rispettivi tagħhom.
L-Artikolu 9 jeħtieġ li l-ESMA tiżgura li l-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP ma jiksrux id-drittijiet sui generis tal-bażi tad-data u ma jkunux suġġetti għal xi kundizzjonijiet għall-użu u l-użu mill-ġdid, dment li ma jiġux issodisfati ċerti kundizzjonijiet.
L-Artikolu 10 jeħtieġ li l-ESMA twettaq ċerti validazzjonijiet awtomatizzati sabiex tivverifika l-konformità tal-informazzjoni li tirċievi mill-korpi ta’ ġbir mar-rekwiżiti tar-Regolament u tal-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli msemmija fl-Anness.
L-Artikolu 11 jispeċifika l-kompiti tal-ESMA, li taġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, sabiex timmaniġġja l-ESAP.
L-Artikolu 12 jistabbilixxi r-rekwiżiti li l-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA u mal-EIOPA, għandha timplimenta sabiex timmonitorja l-funzjonament tal-ESAP, abbażi ta’ ċerti indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi. Dan jeħtieġ ukoll li l-ESMA, f’konsultazzjoni mal-EBA u mal-EIOPA, tippubblika rapport annwali dwar l-ESAP. Dan l-artikolu jipprevedi wkoll il-konsultazzjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq tal-ESMA dwar ir-rapport annwali.
L-Artikolu 13 jistipula li l-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament u l-effettività tal-ESAP ħames (5) snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
L-Artikolu 14 jiddikjara li dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Sabiex tiġi stabbilita pjattaforma tal-ESAP soda u effiċjenti li se tkopri l-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar is-servizzi finanzjarji pprovduti fl-Unjoni, is-swieq kapitali tal-Unjoni u s-sostenibbiltà, għadd ta’ Direttivi u Regolamenti f’dawk l-oqsma se jiġu emendati permezz ta’ Direttiva Omnibus u Regolament Omnibus biex tiżdied dispożizzjoni awtonoma tal-ESAP dwar il-format tal-informazzjoni u s-sottomissjoni tagħha lil korp tal-ġbir. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ESAP jeħtieġ li jinbena b’mod proporzjonat u gradwali mill-2024 sal-2026, li jinvolvi żieda tranżitorja tal-ġbir u s-sottomissjoni tal-informazzjoni fuq il-pjattaforma tiegħu. L-eżitu tal-konsultazzjoni mmirata tal-ESAP enfasizza bħala xprun kruċjali li tal-inqas l-informazzjoni ESG - bħal dik li ġejja mir-Regolament dwar it-Tassonomija - u l-informazzjoni pprovduta mill-emittenti tat-titoli fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trasparenza u r-Regolament dwar il-Prospett għandhom ikunu aċċessibbli fuq l-ESAP hekk kif jiġi stabbilit. Dan ġie rifless fil-proposta tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi li tibda wkoll bil-ġbir u s-sottomissjoni fuq l-ESAP ta’ biċċiet ta’ informazzjoni li — abbażi tal-leġiżlazzjoni settorjali — diġà huma disponibbli f’format li jinqara mill-magni. Formati li jinqraw mill-magni se jiġu estiżi għal informazzjoni addizzjonali skont id-deċiżjonijiet futuri tal-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati fuq bażi ta’ każ b’każ.
2021/0378 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU), il-Kummissjoni pproponiet li jitjieb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja tal-entitajiet billi jinħoloq Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP). L-Istrateġija għall-Finanzi Diġitali tal-Kummissjoni stipulat linji ġenerali dwar kif l-Ewropa tista’ tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-finanzi fis-snin li ġejjin, u b’mod partikolari sabiex tippromwovi finanzjament immotivat mid-data. Fl-Istrateġija Mġedda għall-Finanzi Sostenibbli, il-Kummissjoni qiegħdet il-finanzjament sostenibbli fil-qalba tas-sistema finanzjarja bħala mezz ewlieni sabiex tinkiseb it-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija tal-Unjoni, bħala parti mill-Patt Ekoloġiku.
(2)L-aċċess faċli għad-data huwa importanti sabiex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-ekonomija u fis-soċjetà jieħdu deċiżjonijiet sodi li jservu l-funzjonament effiċjenti tas-suq. L-introduzzjoni ta’ spazji komuni Ewropej tad-data f’setturi kruċjali, inkluż is-settur finanzjarju, isservi dak l-għan. Is-settur finanzjarju għaddej minn trasformazzjoni diġitali, li hija mistennija li tkompli fis-snin li ġejjin, u l-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa dik it-trasformazzjoni, b’mod partikolari billi tippromwovi finanzjament immotivat mid-data. Barra minn hekk, it-tqegħid tal-finanzjament sostenibbli fil-qalba tas-sistema finanzjarja huwa mezz ewlieni kif tista’ tinkiseb tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija tal-Unjoni. Sabiex it-tranżizzjoni ekoloġika tirnexxi permezz ta’ finanzjament sostenibbli, huwa essenzjali li l-informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà tan-negozji tkun faċilment aċċessibbli għall-investituri, sabiex ikunu infurmati aħjar meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investimenti. Għal dawk il-finijiet, jeħtieġ li jitjieb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni tal-entitajiet, bħall-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja ta’ kumpaniji, negozji u istituzzjonijiet finanzjarji. Mezz effiċjenti sabiex dan isir fil-livell tal-Unjoni huwa li tiġi stabbilita pjattaforma ċentralizzata, punt ta’ aċċess uniku Ewropew (“ESAP”), li jagħti aċċess elettroniku għall-informazzjoni rilevanti kollha.
(3)L-ESAP għandu jipprovdi lill-pubbliku aċċess ċentralizzat faċli għall-informazzjoni dwar l-entitajiet u l-prodotti tagħhom li jsir pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà. L-ESAP jenħtieġ li jipprovdi wkoll aċċess għall-informazzjoni rilevanti għas-servizzi finanzjarji u għas-swieq kapitali li tiġi ppubblikata fuq bażi volontarja minn kwalunkwe entità rregolata mid-dritt ta’ Stat Membru, fejn tali entità tagħżel li tagħmel dik l-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP. Kif ippreżentat fl-Istrateġija għall-Finanzi Diġitali, l-ESAP jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-2024.
(4)L-informazzjoni li għandha ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP jenħtieġ li tinġabar mill-korpi ta’ ġbir maħtura għall-fini tal-ġbir tal-informazzjoni li l-entitajiet huma obbligati jippubblikaw. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti tal-ESAP, il-korpi ta’ ġbir jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-ESAP b’modi awtomatizzati permezz ta’ interfaċċa unika għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet. Sabiex l-informazzjoni tkun tista’ tintuża b’mod diġitali, l-entitajiet jenħtieġ li jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli f’format ta’ data li tista’ tiġi estratta jew, fejn meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni. Bi tqabbil ma’ formats ta’ data li tista’ tiġi estratta, formats li jinqraw mill-magni huma formats ta’ fajl strutturati b’mod li l-applikazzjonijiet tas-software ikunu jistgħu jidentifikaw, jagħrfu u jisiltu data speċifika faċilment, inklużi dikjarazzjonijiet individwali tal-fatti, u l-istruttura interna tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet jissottomettu l-informazzjoni fil-format korrett u sabiex jindirizzaw kwistjonijiet tekniċi possibbli li jiltaqgħu magħhom l-entitajiet, il-korpi ta’ ġbir jenħtieġ li jipprovdu assistenza lil dawk l-entitajiet.
(5)Minbarra l-informazzjoni b’rabta mas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà li għandha tiġi ppubblikata skont id-dritt tal-Unjoni, l-investituri, il-parteċipanti fis-suq, il-konsulenti u l-pubbliku inġenerali jista’ jkollhom interess jiksbu informazzjoni oħra li entità tkun trid tagħmel aċċessibbli. Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jistgħu jkunu jridu jagħmlu aktar informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku sabiex isiru aktar viżibbli għal investituri potenzjali, u b’hekk iżidu l-finanzjament u jiddiversifikaw l-opportunitajiet ta’ finanzjament. Barra minn hekk, il-parteċipanti fis-suq jistgħu jkunu jixtiequ jipprovdu aktar informazzjoni minn dik meħtieġa bil-liġi, jew inkella jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa mid-dritt nazzjonali iżda mhux disponibbli fil-livell tal-Unjoni, sabiex jikkomplementaw l-informazzjoni pprovduta lill-pubbliku fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, entità jenħtieġ li titħalla tagħmel informazzjoni finanzjarja, relatata mas-sostenibbiltà u informazzjoni rilevanti oħra aċċessibbli fuq l-ESAP. Skont il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, l-entitajiet jenħtieġ li jiżguraw li ma tiġi inkluża l-ebda data personali, għajr fejn dik id-data tikkostitwixxi element meħtieġ tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, inkluż meta l-isem tal-entità jikkoinċidi mal-isem is-sid. Fejn tali informazzjoni tinkludi data personali, l-entitajiet jenħtieġ li jiżguraw li jistgħu joqogħdu fuq din id-divulgazzjoni fuq waħda mir-raġunijiet legali tal-ipproċessar stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(6)L-objettiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) huwa li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, għaċ-ċittadini u għan-negozji tagħha. F’dak il-kuntest, l-ESMA għandha tikkontribwixxi b’mod partikolari sabiex tiżgura l-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji. Fost oħrajn, għandha l-kompitu li ttejjeb il-protezzjoni tal-investituri. Minħabba dawk ir-raġunijiet, l-ESMA jenħtieġ li tingħata l-kompitu li tistabbilixxi u topera l-ESAP.
(7)Sabiex l-entitajiet u l-pubbliku jkunu jistgħu jidentifikaw il-korpi ta’ ġbir li jipprovdu informazzjoni lill-ESAP, l-ESMA jenħtieġ li tippubblika lista tal-korpi ta’ ġbir fuq is-sit web tagħha u żżommha aġġornata.
(8)L-ESAP tirriskja li tkun suġġetta għal ksur ta’ kunfidenzjalità, riskji ta’ integrità jew riskji dwar id-disponibbiltà tas-sistema u dwar l-informazzjoni pproċessata fiha. Dan it-theddid jinkludi inċidenti, żbalji u attakki deliberati u avvenimenti naturali, u jrid jiġi rikonoxxut bħala riskji operazzjonali. L-ESMA jenħtieġ li timplimenta politiki xierqa u proporzjonati sabiex jiġi żgurat li l-ESAP jipproteġi l-informazzjoni pproċessata u l-funzjonijiet kif meħtieġ.
(9)Sabiex jiġu ffaċilitati t-tiftix, is-sejba, l-irkupru u l-użu tad-data, l-ESMA jenħtieġ li tiżgura li l-ESAP joffri sett ta’ funzjonalitajiet, inklużi funzjoni ta’ tiftix, traduzzjoni awtomatika u possibbiltajiet sabiex tiġi estratta l-informazzjoni. Il-funzjonijiet ta’ tiftix jenħtieġ li jiġu offruti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u għandhom jibnu fuq mill-anqas il-metadata pprovduta skont id-direttivi u r-regolamenti elenkati fl-Anness. Sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-ESMA jenħtieġ li tiżgura li l-ESAP jipprovdi lill-utenti b’sett minimu ta’ funzjonalitajiet, li għandu jitlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
(10)L-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni li hija disponibbli fuq l-ESAP jista’ jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern u jippromwovi l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda li jikkombinaw u jagħmlu użu minn tali informazzjoni. Għalhekk, fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ objettiv ta’ interess pubbliku, huwa meħtieġ li l-informazzjoni li tkun disponibbli fuq l-ESAP tkun tista’ tintuża mill-ġdid għal skopijiet oħrajn għajr dawk li għalihom tkun tfasslet l-informazzjoni. Madankollu, l-użu u l-użu mill-ġdid ta’ dik l-informazzjoni jenħtieġ li jkunu suġġetti għal kundizzjonijiet oġġettivi, proporzjonati u mhux diskriminatorji. Għal dak il-għan, jenħtieġ li japplikaw kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk stabbiliti f’liċenzji miftuħa u standard skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. It-termini ta’ liċenzjar ta’ dawk il-liċenzji standard jenħtieġ li jippermettu li d-data u l-kontenut ikunu aċċessibbli, użati, modifikati u kondiviżi liberament minn kwalunkwe persuna għal kwalunkwe skop. L-ESMA jenħtieġ li ma ġġarrabx responsabbiltà għall-użu u l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP. Is-sottomissjoni ta’ informazzjoni mill-korpi ta’ ġbir jenħtieġ li la tkun suġġetta għal kundizzjonijiet u lanqas tkun suġġetta għal liċenzja standard miftuħa li tippermetti t-termini ta’ liċenzjar li japplikaw għall-informazzjoni aċċessibbli fl-ESAP.
(11)L-informazzjoni disponibbli dwar l-ESAP jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-pubbliku fil-ħin. F’dak ir-rigward, iż-żmien bejn il-ġbir tal-informazzjoni u l-aċċessibbiltà tagħha għall-pubbliku jenħtieġ li jkun raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, qasir kemm jista’ jkun teknikament possibbli. Sabiex tiġi żgurata kwalità uniformi tal-informazzjoni, il-korpi ta’ ġbir jenħtieġ li jwettqu validazzjonijiet awtomatizzati u jirrifjutaw informazzjoni invalida.
(12)L-ESAP jenħtieġ li jipprovdi lill-utenti b’aċċess għall-informazzjoni mingħajr ħlas u mingħajr diskriminazzjoni, u jenħtieġ li jagħmilha possibbli għal dawk l-utenti li jfittxu, jaċċessaw u jniżżlu l-informazzjoni permezz tal-ESAP. Madankollu, bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-ħtieġa li l-ESMA tiġi protetta minn piż finanzjarju eċċessiv b’rabta mal-kostijiet imġarrba sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ utenti intensivi, jekk ikun hemm, l-ESMA jenħtieġ li jkollha l-kapaċità li tiġġenera dħul. Għalhekk, b’deroga mill-prinċipju li l-informazzjoni jenħtieġ li tkun aċċessibbli mingħajr ħlas, l-ESMA jenħtieġ li titħalla timponi tariffi għal dawk is-servizzi speċifiċi, inkluż għal servizzi b’kostijiet ta’ manutenzjoni għoljin minħabba tiftix għal volumi kbar ħafna ta’ informazzjoni jew minħabba aċċess frekwenti għall-ESAP. Madankollu, kwalunkwe tariffa imposta jenħtieġ li ma taqbiżx il-kost tas-servizz ipprovdut.
(13)Sabiex tiġi promossa l-innovazzjoni mmotivata mid-data fil-finanzi, sabiex is-swieq kapitali jiġu megħjuna jintegraw fl-Unjoni Ewropea, sabiex l-investimenti jiġu diretti lejn attivitajiet sostenibbli, u sabiex jinkisbu effiċjenzi għall-konsumaturi u n-negozji, l-ESAP jenħtieġ li jtejjeb l-aċċess għall-informazzjoni li tinkludi data personali. Madankollu, l-ESAP jenħtieġ li jtejjeb biss l-aċċess għal dik id-data personali li għandha tiġi pproċessata skont id-dritt tal-Unjoni, jew li tiġi pproċessata volontarjament dment li jkun hemm raġuni legali għal tali pproċessar skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal kwalunkwe pproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-għoti ta’ informazzjoni permezz tal-ESAP, il-korpi ta’ ġbir u l-ESMA fil-kapaċità tagħha bħala operatur tal-ESAP jenħtieġ li jiżguraw il-konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(14)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fil-[daħħal id-data].
(15)Sabiex tinbena u tinżamm il-fiduċja pubblika fl-ESAP u sabiex kull entità tiġi protetta minn tibdil mhux dovut tal-informazzjoni tagħha, l-ESAP jenħtieġ li jiżgura l-integrità tad-data u l-kredibbiltà tas-sors tal-informazzjoni sottomessa lill-korpi ta’ ġbir. Għalhekk, l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet jenħtieġ li tinkludi siġill elettroniku kwalifikat mehmuż mal-informazzjoni sottomessa, kif definit fl-Artikolu 3(20) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Identifikatur speċifiku ta’ entità ġuridika jista’ jkun attribut obbligatorju ta’ dak iċ-ċertifikat. Dak is-siġill jew il-firma miksuba mill-ESAP jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-utenti.
(16)Sabiex l-informazzjoni tkun komparabbli tul iż-żmien, l-utenti jenħtieġ li jkollhom aċċess għal informazzjoni tal-passat. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-ESAP jintalab jipprovdi aċċess għall-informazzjoni għal perjodu ta’ żmien raġonevoli, sa fejn ikun kompatibbli ma’ dispożizzjonijiet applikabbli oħrajn tad-dritt tal-Unjoni. Għal dak il-għan, l-ESMA jenħtieġ li tiżgura li l-ebda data personali ma ssir aċċessibbli għal aktar żmien milli meħtieġ, kif previst skont id-dritt tal-Unjoni. Sabiex l-ESMA u l-korpi ta’ ġbir ikunu jistgħu jħejju t-tħaddim tal-ESAP, l-ESAP jenħtieġ li jipprovdi biss aċċess għall-informazzjoni sottomessa mill-1 ta’ Jannar 2024.
(17)Sabiex jiġi żgurat ipproċessar mingħajr xkiel tal-informazzjoni riċevuta jew imfassla mill-korpi ta’ ġbir u magħmula disponibbli għall-ESAP, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti li jispeċifikaw il-format u l-metadata ta’ dik l-informazzjoni u liema korpi ta’ ġbir jenħtieġ li jiġbru tali informazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-informazzjoni sottomessa lill-ESAP mill-korpi ta’ ġbir, huwa meħtieġ ukoll li jiġu ddefiniti l-karatteristiċi tal-validazzjonijiet awtomatizzati li għandhom jitwettqu fuq kull informazzjoni li tasal għand il-korpi ta’ ġbir, u l-karatteristiċi tas-siġill elettroniku kwalifikat li għandu jiġi mehmuż ma’ dik l-informazzjoni mill-entitajiet. Sabiex jiġi żgurat l-użu u l-użu mill-ġdid tad-data dwar l-ESAP, għandha tiġi ddefinita lista tal-liċenzji standard miftuħa magħżula. Sabiex jiġu ffaċilitati t-tiftix, is-sejba, l-irkupru tad-data fil-ħin, huwa meħtieġ ukoll li jitfasslu l-karatteristiċi tal-interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet u tal-metadata li għandha tiġi implimentata. Għandhom jiġu implimentati rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta’ funzjonijiet ta’ tiftix effiċjenti, bħall-identifikatur speċifiku tal-entità ġuridika, il-klassifikazzjoni tat-tip ta’ informazzjoni, u l-kategoriji tad-daqs tal-entitajiet. Għal dak il-għan, il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jenħtieġ li jiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina n-natura u l-firxa tas-servizzi speċifiċi li għalihom jistgħu jintalbu tariffi kif ukoll l-istruttura tat-tariffi assoċjata. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(18)L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tas-servizzi finanzjarji u s-swieq kapitali Ewropej billi jipprovdi aċċess ċentralizzat faċli għall-informazzjoni pubblika dwar l-entitajiet u l-prodotti tagħhom. Minħabba li dak l-objettiv ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)
1.Sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għandha tistabbilixxi u topera punt ta’ aċċess uniku Ewropew (“ESAP”) li jipprovdi aċċess elettroniku ċentralizzat għall-informazzjoni li ġejja:
(a)informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fid-direttivi u r-regolamenti elenkati fl-Anness u skont kwalunkwe att tal-Unjoni legalment vinkolanti ieħor li jipprevedi aċċess elettroniku ċentralizzat għall-informazzjoni permezz tal-ESAP;
(b)informazzjoni oħra ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji pprovduti fl-Unjoni jew għas-swieq kapitali tal-Unjoni jew li tikkonċerna s-sostenibbiltà li l-entitajiet jixtiequ jagħmlu aċċessibbli fuq l-ESAP fuq bażi volontarja dwar l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 3(1).
2.L-ESAP ma għandux jipprovdi aċċess għall-informazzjoni sottomessa qabel l-1 ta’ Jannar 2024.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“entità” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li hija meħtieġa tagħmel l-informazzjoni pubblika skont kwalunkwe wieħed mill-atti legali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tissottometti lil korp ta’ ġbir l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) fuq bażi volontarja f’konformità mal-Artikolu 3(1) sabiex l-informazzjoni ssir aċċessibbli fuq l-ESAP;
(2)“korp ta’ ġbir” tfisser kwalunkwe korp jew awtorità tal-Unjoni jew nazzjonali jew reġistru maħtur bħala tali skont kwalunkwe wieħed mill-atti legali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) jew mill-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2);
(3) “format ta’ data li tista’ tiġi estratta” tfisser kwalunkwe format elettroniku miftuħ kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 li jintuża b’mod wiesa’ jew li huwa meħtieġ bil-liġi, li jippermetti l-estrazzjoni ta’ data minn magna, u li ma jkunx jista’ jinqara biss mill-bniedem;
(4)“format li jinqara mill-magni” tfisser format kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024;
(5)“siġill elettroniku kwalifikat” tfisser siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(6)“interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet” (“API”) tfisser sett ta’ funzjonijiet, proċeduri, definizzjonijiet u protokolli għall-komunikazzjoni bejn magna u oħra u l-iskambju ta’ data mingħajr xkiel;
(7)“metadata” tfisser informazzjoni strutturata li tagħmilha aktar faċli sabiex tiġi rkuprata, użata jew immaniġġjata riżorsa ta’ informazzjoni, inkluż billi tiddeskrivi, tispjega jew tillokalizza dik ir-riżorsa ta’ informazzjoni.
Artikolu 3
Sottomissjoni volontarja ta’ informazzjoni għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP
1.Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tissottometti lil korp ta’ ġbir l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) sabiex dik l-informazzjoni ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Meta tissottometti dik l-informazzjoni, il-persuna fiżika jew ġuridika għandha:
(a)tipprovdi lill-korp ta’ ġbir metadata dwar l-informazzjoni sottomessa;
(b)tipprovdi lill-korp ta’ ġbir l-identifikatur tal-entità ġuridika tagħha kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4);
(c)tuża format ta’ data li tista’ tiġi estratta għat-tfassil ta’ dik l-informazzjoni;
(d)tiżguraw li ma tiġi inkluża l-ebda data personali, għajr fejn id-data personali tikkostitwixxi element meħtieġ tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet ekonomiċi tagħha.
2.Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jispeċifika dan kollu li ġej:
(a)il-metadata li għandha tiġi pprovduta dwar l-informazzjoni sottomessa;
(b)il-formats speċifiċi li għandhom jintużaw għat-tfassil tal-informazzjoni;
(c)il-ħatra tal-korpi ta’ ġbir li lilhom tiġi sottomessa l-informazzjoni.
Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [PO:please insert tliet snin wara d-dħul fis-seħħ].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
3.Fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi data personali, l-entitajiet għandhom jiżguraw li l-ipproċessar joqgħod fuq waħda mir-raġunijiet legali tal-ipproċessar elenkati fil-punt (1) tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ir-Regolament ma joħloqx bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ data personali minn dawk l-entitajiet.
Artikolu 4
Lista ta’ korpi ta’ ġbir
Fuq il-portal web imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1), l-ESMA għandha tippubblika lista tal-korpi ta’ ġbir b’informazzjoni dwar il-Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (URL) ta’ kull korp ta’ ġbir.
L-ESMA għandha tiżgura li l-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu tinżamm aġġornata u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla f’dik il-lista.
Artikolu 5
Kompiti tal-korpi ta’ ġbir
1.Il-korpi ta’ ġbir għandhom:
(a)jiġbru u jaħżnu l-informazzjoni sottomessa mill-entitajiet;
(b)iwettqu validazzjonijiet awtomatizzati fuq l-informazzjoni sottomessa sabiex jivverifikaw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)l-informazzjoni tkun ġiet sottomessa bl-użu ta’ format ta’ data li tista’ tiġi estratta jew, fejn xieraq, il-format li jinqara mill-magni speċifikat fi kwalunkwe wieħed mill-atti legali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) li skonthom tiġi sottomessa l-informazzjoni, jew fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2);
(ii)il-metadata kif speċifikata skont il-punt (d) tal-paragrafu 6 tkun disponibbli u kompluta;
(iii)l-informazzjoni tkun tinkludi siġill elettroniku kwalifikat;
(c)jiżguraw li l-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni pprovduta lill-ESAP jew ma tkunx suġġetta għal kundizzjonijiet, jew inkella tkun suġġetta għal liċenzji standard miftuħa li jkunu ekwivalenti għat-termini ta’ liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 9;
(d)jimplimentaw l-API u, mingħajr ħlas u fil-limiti ta’ żmien applikabbli, jipprovdu lill-ESAP l-informazzjoni, il-metadata għal dik l-informazzjoni u, fejn rilevanti, is-siġill elettroniku kwalifikat;
(e)jipprovdu assistenza teknika lill-entitajiet li jissottomettu l-informazzjoni;
(f)jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) tibqa’ disponibbli għall-ESAP għal mill-anqas għaxar (10) snin, dment li ma jkunx iddikjarat mod ieħor fl-atti legali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1). Id-data personali fl-informazzjoni sottomessa skont l-Artikolu 1(1) ma għandhiex tinżamm u ssir disponibbli għal aktar minn ħames (5) snin, dment li ma jkunx iddikjarat mod ieħor fl-atti legali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1).
Għall-finijiet tal-punt (f), il-korpi ta’ ġbir għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa sabiex jiżguraw li l-informazzjoni ma tinżammx jew issir disponibbli għal aktar żmien minn dak previst f’dak il-punt (f).
2.Il-korpi ta’ ġbir għandhom jirrifjutaw informazzjoni sottomessa mill-entitajiet f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)fejn il-validazzjonijiet awtomatizzati msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jiżvelaw li l-informazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-punt (b);
(b)fejn l-informazzjoni tkun manifestament mhux xierqa, abbużiva, jew b’mod ċar barra mill-ambitu tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1).
3.L-entitajiet jistgħu jissottomettu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) darba biss lil wieħed mill-korpi ta’ ġbir rilevanti.
4.L-entitajiet għandhom jiżguraw il-preċiżjoni tal-informazzjoni li jissottomettu lill-korpi ta’ ġbir.
5.Rigward l-informazzjoni li taqa’ taħt dan ir-Regolament, il-korpi ta’ ġbir ma għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta’ min jagħmel il-bażi tad-data, kif imsemmi u previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jipprevjenu jew jillimitaw l-użu mill-ġdid tal-kontenut tal-bażi tad-data jew li jillimitaw l-użu mill-ġdid ta’ dak il-kontenut.
6.Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifika dan kollu li ġej:
(a)kif għandhom jitwettqu l-validazzjonijiet awtomatizzati msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għal kull tip ta’ informazzjoni sottomessa mill-entitajiet;
(b)il-karatteristiċi tas-siġill elettroniku kwalifikat imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1;
(c)il-liċenzji standard miftuħa msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1;
(d)il-karatteristiċi tal-API li għandhom jiġu implimentati skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 u l-metadata msemmija f’dak il-punt;
(e)il-limiti ta’ żmien imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1.
Il-Kumitat Konġunt għandu jissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-punti (b), (c) u (d) sa [PO: please insertsena wara d-dħul fis-seħħ] u fir-rigward tal-punti (a) u(e) sa [PO: please insertsentejn wara d-dħul fis-seħħ].
Is-setgħa hija konċessa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 6
Iċ-Ċibersigurtà
L-ESMA għandha tistabbilixxi politika ta’ sigurtà tal-IT effettiva u proporzjonata għall-ESAP u għandha tiżgura livelli xierqa ta’ awtentiċità, disponibbiltà, integrità u nonripudju tal-informazzjoni magħmula aċċessibbli fuq l-ESAP, kif ukoll ta’ protezzjoni tad-data personali.
Artikolu 7
Funzjonalitajiet tal-ESAP
1.L-ESMA għandha tiżgura li l-ESAP tipprovdi mill-anqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:
(a)portal web b’interfaċċa faċli għall-utent fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni sabiex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni fl-ESAP;
(b)API li tippermetti aċċess faċli għall-informazzjoni fl-ESAP;
(c)funzjoni ta’ tiftix fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
(d)mod ta’ wiri tal-informazzjoni;
(e)servizz ta’ traduzzjoni awtomatika għall-informazzjoni rkuprata;
(f)servizz ta’ tniżżil mill-internet, inkluż għat-tniżżil ta’ kwantitajiet kbar ta’ data;
(g)servizz ta’ notifika li jinforma lill-utenti dwar kwalunkwe informazzjoni ġdida fl-ESAP.
2.L-ESMA għandha tiżgura li l-ESAP jipprevedi l-funzjonalitajiet imsemmija fil-punt (e) u (g) tal-paragrafu 1 sal-31 ta’ Diċembru 2025.
3.Il-funzjoni ta’ tiftix imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tippermetti tfittxija abbażi tal-metadata li ġejja:
(a)l-isem tal-entità li tkun issottomettiet l-informazzjoni;
(b)l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-entità li tkun issottomettiet l-informazzjoni;
(c)it-tip ta’ informazzjoni sottomessa mill-entità li tkun issottomettiet l-informazzjoni;
(d)is-sena u x-xahar li fihom l-informazzjoni tkun ġiet sottomessa mill-entità li tkun issottomettiet l-informazzjoni;
(e)id-daqs tal-entità li tkun issottomettiet l-informazzjoni;
(f)is-sors tal-informazzjoni sottomessa.
4.Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw dan kollu li ġej:
(a)il-karatteristiċi tal-API imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;
(b)l-identifikatur tal-entità ġuridika speċifiku msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b);
(c)klassifikazzjoni tat-tipi ta’ informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3;
(d)il-kategoriji tad-daqs tal-entitajiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 3;
Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [PO:please insert sena snin wara d-dħul fis-seħħ].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 8
Aċċess għall-informazzjoni disponibbli fuq l-ESAP
1.L-ESMA għandha tiżgura li l-aċċess għall-ESAP jiġi pprovdut mingħajr diskriminazzjoni.
2.L-ESMA għandha tiżgura li kulħadd ikollu aċċess dirett u immedjat mingħajr ħlas għall-informazzjoni disponibbli fuq l-ESAP.
Madankollu, l-ESMA tista’ titlob tariffi għal servizzi speċifiċi li jinvolvu tiftix għal volum kbir ħafna ta’ informazzjoni jew għal informazzjoni aġġornata ta’ spiss. Dawk it-tariffi ma għandhomx jaqbżu l-kost mġarrab mill-ESMA għall-forniment tas-servizz.
3.Minkejja t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-ESMA għandha tippermetti li l-entitajiet kollha li ġejjin ikollhom aċċess dirett u immedjat għall-ESAP mingħajr ħlas sa fejn ikun meħtieġ sabiex dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-responsabbiltajiet, il-mandati u l-obbligi rispettivi tagħhom:
(a)kwalunkwe istituzzjoni, aġenzija jew korp ieħor tal-Unjoni;
(b)kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti maħtura minn Stat Membru skont l-atti legali msemmija fl-punt (a) tal-Artikolu 1(1);
(c)kwalunkwe membru tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(d)kwalunkwe membru tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali;
(e)l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
4.Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina n-natura u l-firxa tas-servizzi speċifiċi li għalihom jistgħu jintalbu tariffi u sabiex tiddetermina l-istruttura tat-tariffi assoċjata.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 9
L-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP
L-ESMA għandha tiżgura li l-użu u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni aċċessibbli fuq l-ESAP ma jiksrux id-drittijiet sui generis tal-bażi tad-data skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, u li ma jkunux suġġetti għall-ebda kundizzjoni dment li dawk il-kundizzjonijiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)il-kundizzjonijiet ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji;
(b)il-kundizzjonijiet ikunu ġġustifikati abbażi ta’ objettiv ta’ interess pubbliku;
(c)il-kundizzjonijiet jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’liċenzji standard miftuħa skont it-tifsira tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva (UE) 2019/1024, li jippermettu l-użu, il-modifika u l-kondiviżjoni mingħajr ħlas ta’ dik l-informazzjoni minn kulħadd u għal kwalunkwe għan.
Artikolu 10
Il-kwalità tal-informazzjoni
1.L-ESMA għandha twettaq validazzjonijiet awtomatizzati sabiex tivverifika l-konformità tal-informazzjoni sottomessa mill-korpi ta’ ġbir mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1).
2.L-ESMA għandha timplimenta proċessi tekniċi xierqa sabiex tinnotifika awtomatikament lil korp ta’ ġbir li l-informazzjonippreżentata ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1).
Artikolu 11
Kompiti tal-ESMA
1.F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), l-ESMA għandha:
(a)tiżgura li l-informazzjoni riċevuta mill-korpi ta’ ġbir tkun disponibbli fil-ħin fuq l-ESAP;
(b)tipprovdi appoġġ ta’ servizz lill-korpi ta’ ġbir;
(c)tiżgura li l-ESAP ikun aċċessibbli mill-anqas 95 % tal-ħin fix-xahar;
(d)tikkonsulta kif xieraq mal-korpi ta’ ġbir sabiex tindirizza kwistjonijiet komuni u prinċipji ta’ kondotta komuni, u b’mod partikolari sabiex tiddiskuti:
(i)il-ġestjoni ta’ kuljum tal-ESAP;
(ii)l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika dwar il-kwalità u, fejn xieraq, ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz bejn l-ESMA u l-korpi ta’ ġbir;
(iii)il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tal-ESAP, inkluż f’liema sitwazzjonijiet jistgħu jiġu imposti t-tariffi u l-kalkolu ta’ dawk it-tariffi;
(iv)theddid b’rabta maċ-ċibersigurtà.
(e)timmonitorja l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP kif speċifikat fl-Artikolu 12, u tirrapporta kull sena dwar dan lill-Kummissjoni.
2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
3.L-ESMA ma għandhiex taħżen informazzjoni li tinkludi data personali għajr għall-ipproċessar awtomatiku, intermedju u tranżizzjonali, inkluż il-ħżin ta’ dik l-informazzjoni sa fejn ikun strettament meħtieġ għall-fini li jingħata aċċess għall-informazzjoni pprovduta mill-korpi ta’ ġbir.
Artikolu 12
Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-ESAP
1.L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha timmonitorja l-funzjonament tal-ESAP abbażi ta’ mill-anqas l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi stabbiliti fil-paragrafu 2, u għandha tippubblika rapport annwali dwar il-funzjonament tal-ESAP.
2.L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:
(a)in-numru ta’ viżitaturi u tfittxijiet;
(b)il-perċentwal ta’ tfittxijiet li jwasslu għal viżjoni jew għal tniżżil;
(c)in-numru u l-perċentwal ta’ informazzjoni li tinqara mill-magni aċċessibbli fuq l-ESAP u n-numru u l-perċentwal ta’ viżjonijiet u tniżżil li jinqraw mill-magni;
(d)il-proporzjon ta’ rifjut skont il-validazzjonijiet awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 10;
(e)kwalunkwe ħsara jew inċident sinifikanti;
(f)valutazzjoni tal-aċċessibbiltà, tal-kwalità, tal-utilizzabbiltà u tal-puntwalità tal-informazzjoni fl-ESAP;
(g)valutazzjoni ta’ jekk l-ESAP jissodisfax l-objettivi tiegħu, bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-użu tiegħu u tal-flussi ta’ informazzjoni fl-Unjoni;
(h)valutazzjoni tas-sodisfazzjon tal-utent finali;
(i)tqabbil ma’ sistemi simili f’pajjiżi terzi.
3.L-ESMA għandha tikkonsulta lill-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 qabel ma tissottometti r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 13
Rieżami
Sa [PO, jekk jogħġbok daħħal data ħames (5) snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-funzjonament tal-ESAP u tivvaluta l-effettività tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ dan ir-rieżami.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
F’isem il-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku ta’ relevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Qasam ta’ politika: Stabbiltà finanzjarja, servizzi finanzjarji u l-unjoni tas-swieq kapitali
Attività: Ekonomija għas-servizz tan-nies
1.3.Il-proposta tirrigwarda
☑azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
L-objettivi ġenerali huma li jkomplu jiġu integrati s-swieq kapitali Ewropej, u li tkun possibbli allokazzjoni aktar effiċjenti tal-kapital madwar l-UE.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru 1
L-ewwel objettiv speċifiku huwa li jiġi permess aċċess mingħajr xkiel u integrat għad-data ppubblikata minn entitajiet suġġetti għal obbligi ta’ divulgazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u tas-swieq kapitali, inkluża data relatata mas-sostenibbiltà, filwaqt li jiġu evitati kostijiet amministrattivi sproporzjonati għall-entitajiet. Għalhekk, l-ESAP se jżid il-flussi ta’ informazzjoni kemm fl-Istati Membri kif ukoll transfruntiera.
Objettiv speċifiku Nru 2
It-tieni objettiv speċifiku huwa li jiżdied l-użu (u l-użu mill-ġdid) diġitali tad-data.
Mill-angolu tal-użu diġitali, l-ESAP jenħtieġ li jfittex li jistandardizza l-mod li bih titfassal l-informazzjoni, sabiex ikun aktar faċli li din tinstab, titqabbel u tiġi analizzata, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet tat-tiftix u tal-ipproċessar għall-utenti. Dan ifisser it-titjib tat-traċċabbiltà tad-data u tal-estrattabbiltà tad-data (fir-rigward tal-metadata, l-istrutturar tad-data u l-formats tal-IT u, jekk possibbli, fir-rigward tal-faċilità ta’ qari mill-magni), l-iżgurar tal-kwalità tad-data, l-eliminazzjoni ta’ restrizzjonijiet bla bżonn għal informazzjoni f’waqtha, u possibbilment l-indirizzar tal-integrità tad-data u tal-kredibbiltà tas-sorsi. Dan jenħtieġ li jkun konsistenti ma’ azzjonijiet li jiffaċilitaw l-użu tad-data fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Minn perspettiva ekonomika, l-ESAP se jżid iċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni, kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejn il-fruntieri, bis-saħħa tal-aċċess liberu. Dan se jżid l-użu diġitali ta’ din l-informazzjoni bis-saħħa ta’ termini ta’ użu miftuħa u ta’ formats ta’ data li tista’ tiġi estratta użati b’mod wiesa’. L-inizjattiva kieku trawwem ukoll il-possibbiltà ta’ qari mill-magni fuq terminu twil. Dan se jirriżulta f’viżibbiltà ogħla, ugwali u indiskriminata ta’ kwalunkwe parteċipant fis-suq u infilzatur volontarju, indipendentement mid-daqs tiegħu jew mid-daqs tas-suq tiegħu, għall-investituri, l-analisti, l-intermedjarji, ir-riċerkaturi jew fondi. Din il-viżibbiltà se tiftaħ opportunitajiet ta’ finanzjament, tiżgura allokazzjoni aħjar tal-kapital, u b’hekk tikkontribwixxi għal kost aktar baxx tal-kapital u aktar reżiljenza tas-suq intern.
Minn perspettiva ta’ investitur, l-ESAP se jiżgura aċċess faċli għal firxa usa’ ta’ informazzjoni b’mod f’waqtu u effiċjenti, u b’hekk jiftaħ opportunitajiet ġodda. L-investituri se jiffrankaw ukoll il-ħin u r-riżorsi għat-tiftix u l-ipproċessar tal-informazzjoni. L-ESAP se jgħin sabiex tiġi indirizzata ħtieġa dejjem akbar għal data relatata mas-sostenibbiltà mill-kumpaniji, u b’hekk jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ finanzjament sostenibbli u tal-Patt Ekoloġiku.
Huwa se jaqdi l-ħtiġijiet ta’ utenti oħra tad-data, inklużi investituri fil-livell tal-konsumatur u konsulenti finanzjarji, amministrazzjonijiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili, riċerkaturi u akkademiċi.
L-ESAP se jippermetti li jiġu offruti servizzi innovattivi fil-qasam finanzjarju abbażi tal-analitika, il-big data jew l-intelliġenza artifiċjali/it-tagħlim awtomatiku, kif ukoll aċċess u użu fuq apparat elettroniku.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Ġew identifikati l-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin:
Objettiv Nru 1
Numru ta’ tfittxijiet, viżjonijiet u tniżżil fis-sena
Proporzjon ta’ korrezzjonijiet meħtieġa minħabba l-kontrolli ta’ validazzjoni fis-sena
L-evoluzzjoni tal-użu, inkluż l-aċċess transfruntier
Objettiv Nru 2
Numru ta’ settijiet ta’ data li jinqraw mill-magni disponibbli mill-ESAP
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-istabbiliment ta’ punt ta’ aċċess uniku huwa punt ta’ azzjoni ewlieni tal-Pjan ta’ Azzjoni tas-CMU ta’ Settembru tal-2020. Is-settur finanzjarju jiddependi b’mod estensiv mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT).
Jenħtieġ li jiġi stabbilit prodott vijabbli minimu sa tmiem l-2024. L-intervent jenħtieġ li jiżgura wkoll li dawn il-miżuri jippermettu li l-qafas tal-UE jibqa’ dinamiku sabiex ikun jista’ jakkomoda l-progress teknoloġiku futur u jibqa’ evoluzzjonarju.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)
Il-frammentazzjoni ġeografika u tematika attwali tal-mekkaniżmi ta’ divulgazzjoni u l-formats ta’ informazzjoni li hija rilevanti għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq u għas-sostenibbiltà hija mifruxa fl-Unjoni, u żżid l-kostijiet għall-aċċess u l-użu għall-utenti ta’ dik l-informazzjoni. L-informazzjoni spiss tkun tista’ tiġi mfittxija jew tkun disponibbli fil-lingwi lokali biss, li huwa ostaklu ewlieni li jiskoraġġixxi lill-investituri. Azzjonijiet individwali ulterjuri mill-Istati Membri ma jnaqqsux din il-frammentazzjoni, dment li ma jkunux orjentati fl-istess direzzjoni sabiex jinbena punt ta’ aċċess uniku, li ma huwiex probabbli mingħajr approċċ koordinat.
Il-valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)
L-intervent tal-Unjoni kieku jżid b’mod sinifikanti l-effettività tal-politika, filwaqt li jnaqqas ukoll il-kumplessità u jħaffef il-piż finanzjarju u amministrattiv fuq il-parteċipanti kollha fis-suq.
L-objettiv ta’ din l-inizjattiva (jiġifieri l-integrazzjoni tal-informazzjoni madwar l-Unjoni u l-użu diġitali tagħha) ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment. Bħalissa, il-biċċa l-kbira mir-regoli li jappartjenu għall-kanali u l-formats tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni tar-rapportar korporattiv huma stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Meta wieħed iqis l-iskala u l-effetti tal-istabbiliment ta’ punt ta’ aċċess uniku Ewropew, l-indirizzar ta’ dawn il-kwistjonijiet jista’ jinkiseb b’mod aktar effiċjenti fil-livell tal-Unjoni.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
L-Ewropa trid issaħħaħ is-sovranità diġitali tagħha u tistabbilixxi l-istandards tagħha stess, b’fokus fuq id-data, it-teknoloġija u l-infrastruttura. L-għoti ta’ setgħa lin-negozji f’futur diġitali sostenibbli u aktar prosperuż se jinkludi d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u t-trasformazzjoni diġitali tan-negozji.
Fl-Istrateġija Ewropea għad-Data tagħha, il-Kummissjoni trid tagħmel aktar data disponibbli għall-użu fl-ekonomija u fis-soċjetà, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ spazji komuni tad-data. L-Istrateġija għall-Finanzi Diġitali tal-Kummissjoni ppubblikata f’Settembru tal-2020 tistabbilixxi linji ġenerali dwar kif l-Ewropa tista’ tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-finanzi fis-snin li ġejjin, u b’mod partikolari sabiex tippromwovi finanzjament immotivat mid-data inkluż permezz ta’ aċċess u użu aħjar tad-data. It-tnedija ta’ spazju komuni tad-data bħall-ESAP tikkontribwixxi għal dawn l-istrateġiji.
Il-Kummissjoni hija impenjata wkoll sabiex tikseb tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija tal-UE, kif stipulat fil-komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ta’ Diċembru tal-2019 u fl-Istrateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli. F’dan ir-rigward, l-ESAP se jikkontribwixxi għal din l-aġenda billi jiffaċilita l-investimenti privati fi proġetti u attivitajiet sostenibbli.
Fl-aħħar nett, l-ESAP huwa appoġġat mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) adottat f’Settembru tal-2020.
Din il-proposta leġiżlattiva hija kompatibbli bis-sħiħ mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Tqiesu bosta għażliet ta’ finanzjament, inkluż l-ambitu tar-riallokazzjoni, u diversi taħlitiet ta’ fondi u/jew baġit tal-UE.
Fl-għażla finali miżmuma, il-proposta jkollha impatt limitat fuq il-QFP, billi tipprevedi kontribuzzjoni addizzjonali tal-Unjoni lill-ESMA li tirriżulta mit-tliet (3) FTEs addizzjonali li l-Awtorità tkun teħtieġ sabiex tissodisfa l-kompiti addizzjonali kkonferiti mil-leġiżlaturi fir-rigward tal-governanza tal-ESAP.
Dan isarraf fi proposta sabiex jiżdied il-persunal awtorizzat tal-aġenzija matul il-proċedura baġitarja annwali fil-futur. Barra minn hekk, madwar EUR 3,74 miljun ta’ finanzjament tal-Unjoni se jiġu pprovduti lill-ESMA għall-kostijiet operazzjonali (it-Titolu 3) assoċjati mal-iżvilupp u l-istabbiliment tal-ESAP.
Il-finanzjament ipprovdut lill-ESMA (kemm għall-kostijiet amministrattivi kif ukoll dawk operazzjonali) wara d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni se jkun ikkofinanzjat mill-Unjoni u mill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti, f’konformità mal-formula ta’ finanzjament standard prevista fil-premessa 68 tar-Regolament ta’ twaqqif tal-ESMA 1095/2010, jiġifieri 40 % mill-fondi tal-unjoni u 60 % permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti tal-Istati Membri.
Fir-rigward tal-attivitajiet regolatorji implikati mill-ESAP, se jkollu jiġi żviluppat numru ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dan il-kompitu huwa organizzat fi stadji tul iż-żmien mir-Regolament. Għal ċerti atti, ir-Regolament jagħti mandat lill-Kumitat konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA) sabiex jibda jiżviluppahom. Fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti, l-EBA u l-EIOPA jikkollaboraw ukoll mal-ESMA fit-twettiq ta’ ċerti kompiti b’rabta mal-funzjonament u l-monitoraġġ tal-ESAP. L-ESMA, l-EBA u l-EIOPA rispettivament se jkomplu jaħdmu sabiex jimmassimizzaw is-sinerġiji u t-titjib fl-effiċjenza, kif ukoll jimmonitorjaw l-ammont ta’ xogħol addizzjonali u l-FTE assoċjati ma’ din il-proposta fil-kuntest tal-kompiti ġenerali tagħhom.
Sabiex it-tħejjija ta’ din l-inizjattiva importanti tibda mill-aktar fis possibbli, ġew previsti EUR 2 miljun taħt l-ewwel Programm ta’ Ħidma Pluriennali għall-Programm Ewropa Diġitali (2021-2022), li għandu jiġi implimentat permezz tal-akkwist. Kontribuzzjoni addizzjonali ta’ EUR 3 miljun mill-Programm Ewropa Diġitali se titqies fil-kuntest tat-tħejjija tal-Programm ta’ Ħidma sussegwenti (2023-2024). L-allokazzjoni aħħarija tagħha se tkun suġġetta għall-prijoritizzazzjoni għall-finanzjament fil-kuntest tal-proċedura ta’ adozzjoni sottostanti u l-qbil tal-Kumitat tal-Programm rispettiv. Dan il-finanzjament addizzjonali jippermetti li jitkompla l-iżvilupp tal-ESAP sakemm il-leġiżlazzjoni tal-UE taħtar uffiċjalment lill-ESMA bħala sid l-ESAP. Sabiex tiġi prevista tranżizzjoni mingħajr xkiel, u dment li dan l-ammont jiġi finalment allokat fil-Programm ta’ Ħidma tal-Ewropa Diġitali li jmiss, l-implimentazzjoni tagħha tiġi fdata lill-ESMA permezz ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni.
Filwaqt li l-ESMA għandha tiżgura li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jkollha aċċess għall-informazzjoni disponibbli fuq l-ESAP mingħajr ħlas, hija tingħata s-setgħa permezz ta’ deroga li timponi tariffi għal servizzi speċifiċi, speċjalment f’każijiet li jinvolvu volum kbir ħafna ta’ informazzjoni aġġornata ta’ spiss. Dawk it-tariffi ma għandhomx jaqbżu l-kost mġarrab mill-ESMA għall-forniment tas-servizz speċifiku. Dan is-servizz, il-kostijiet u t-tariffi tal-iżvilupp assoċjati, kif ukoll id-daqs tagħhom, jiddependu minn deċiżjonijiet futuri. B’riżultat ta’ dan, dan ma għandu l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni preżenti tal-implikazzjonijiet baġitarji.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ durata limitata
◻
Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS
☑ durata mhux limitata
Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2022 sal-2026,
segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i
◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’
◻
aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
☑ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
☑ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;
◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
◻ lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
F’konformità mal-arranġamenti li diġà jeżistu, l-ASE jħejju rapporti regolari dwar l-attività tagħhom (inklużi r-rapportar intern lill-Maniġment Superjuri, ir-rapportar lill-Bordijiet u l-produzzjoni tar-rapport annwali) u jkunu suġġetti għal awditi mill-Qorti tal-Awdituri u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar l-użu tar-riżorsi u l-prestazzjoni tagħhom. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-azzjonijiet inklużi fil-proposta jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti li diġà jeżistu, kif ukoll ma’ kwalunkwe rekwiżit ġdid li jirriżulta minn din il-proposta.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) se timmaniġġja l-ESAP.
Fir-rigward tal-istrateġija ta’ kontroll, l-ESMA taħdem mill-qrib mas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni sabiex tiżgura li jintlaħqu standards xierqa fl-oqsma kollha tal-qafas ta’ kontroll intern. Dawk l-arranġamenti se japplikaw ukoll għar-rwol tal-Aġenziji fir-rigward tal-proposta attwali.
Barra minn hekk, kull sena finanzjarja, il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill, u filwaqt li jqis il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jikkunsidra jekk jagħtix kwittanza lill-Aġenziji għall-implimentazzjoni tagħhom tal-baġit.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
B’rabta mal-użu legali, ekonomiku, effiċjenti u effettiv tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-ASE fil-kuntest ta’ din il-proposta, din l-inizjattiva ma tiġġenerax riskji sinifikanti ġodda li ma jkunux koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti. L-azzjonijiet li għandhom jitwettqu fil-kuntest ta’ din il-proposta se jibdew fl-2022, u se jkomplu wara.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll huma pprovduti fir-Regolamenti li attwalment jirregolaw il-funzjonament tal-ASE u huma meqjusa bħala kosteffettivi. Ir-Regolament jiġi rrieżaminat regolarment. Huwa mistenni li r-riskji ta’ żball ikunu baxxi.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom japplikaw għall-ESMA mingħajr restrizzjonijiet.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
1
|
DĠ CNECT: <02.04.03>
|
Diff.
|
IVA
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
1
|
ESMA: <03.10.04>
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
Mhux applikabbli
|
|
|
|
|
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru
|
Intestatura 1 : Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
|
|
ESMA: <03.10.04>
|
|
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
Titolu 1:
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
0.096
|
0.195
|
0.199
|
0.203
|
0.693
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
|
0.096
|
0.195
|
0.199
|
0.203
|
0.693
|
|
Titolu 2:
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
0.017
|
0.035
|
0.036
|
0.036
|
0.124
|
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
|
|
0.017
|
0.035
|
0.036
|
0.036
|
0.124
|
|
Titolu 3:
|
Impenji
|
(3 a)
|
|
|
0.894
|
0.849
|
1.159
|
0.838
|
3.740
|
|
|
Pagamenti
|
(3b)
|
|
|
0.894
|
0.849
|
1.159
|
0.838
|
3.740
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
għall-ESMA: <03.10.04>
|
Impenji
|
=1+1a +3a
|
|
|
1.007
|
1.079
|
1.394
|
1.077
|
4.557
|
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3b
|
|
|
1.007
|
1.079
|
1.394
|
1.077
|
4.557
|
|
DĠ CNECT: <02.04>
|
|
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
·Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
Linja baġitarja: <02.04.03>
|
Impenji
|
(1a)
|
2.000
|
3.000
|
|
|
|
|
5.000
|
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
0.500
|
4.500
|
|
|
|
|
5.000
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ EAC <02.04>
|
Impenji
|
=1a+1b +3
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b
+3
|
|
|
|
|
|
|
|
|
·TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
2.000
|
3.000
|
|
|
|
|
5.000
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0.500
|
4.500
|
|
|
|
|
5.000
|
|
·TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 1
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
2.000
|
3.000
|
1.007
|
1.079
|
1.394
|
1.077
|
9.557
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
0.500
|
4.500
|
1.007
|
1.079
|
1.394
|
1.077
|
9.557
|
|
·TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
2.000
|
3.000
|
1.007
|
1.079
|
1.394
|
1.077
|
9.557
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0.500
|
4.500
|
1.007
|
1.079
|
1.394
|
1.077
|
9.557
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI 1 sa 6
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
2.000
|
3.000
|
1.007
|
1.079
|
1.394
|
1.077
|
9.557
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
0.500
|
4.500
|
1.007
|
1.079
|
1.394
|
1.077
|
9.557
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
DĠ: <…….>
|
|
• Riżorsi Umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL TAD-DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
|
|
|
|
|
|
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI minn 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
2.000
|
3.000
|
1.007
|
1.079
|
1.394
|
1.077
|
9.557
|
|
|
Pagamenti
|
0.500
|
4.500
|
1.007
|
1.079
|
1.394
|
1.077
|
9.557
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-ESMA
◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1: Stabbiliment tal-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
Sistema tal-IT
|
3.489
|
|
|
|
|
1
|
0.894
|
1
|
0.849
|
1
|
1.159
|
1
|
0.838
|
1
|
3.740
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
1
|
0.894
|
1
|
0.849
|
1
|
1.159
|
1
|
0.838
|
1
|
3.740
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
|
1
|
0.894
|
1
|
0.849
|
1
|
1.159
|
1
|
0.838
|
1
|
3.740
|
3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-ESMA
3.2.3.1.Sommarju
◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
Persunal temporanju (Gradi ta’ AD)
|
|
|
0.096
|
0.195
|
0.199
|
0.203
|
0.693
|
|
Persunal temporanju (Gradi ta’ AST)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Persunal bil-Kuntratt
|
|
0.210
|
|
|
|
|
0.210
|
|
Esperti Nazzjonali Sekondati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
0.210
|
0.096
|
0.195
|
0.199
|
0.203
|
0.903
|
Rekwiżiti tal-persunal (FTE):
|
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
TOTAL
|
|
Persunal temporanju (Gradi ta’ AD)
|
|
|
3
|
3
|
3
|
3
|
3
|
|
Persunal temporanju (Gradi ta’ AST)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Persunal bil-Kuntratt
|
|
3
|
|
|
|
|
3
|
|
Esperti Nazzjonali Sekondati
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali
☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar għal pożizzjoni deċimali waħda)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 01 02 01 u 20 01 02 02 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità ta’ Ekwivalenti Full-Time: FTE)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linja/i baġitarja/i (speċifika)
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
|
|
Persunal estern
|
|
Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet FTE jenħtieġ li tiġi inkluża fit-taqsima 3 tal-Anness V.
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
◻
Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
Se jkun meħtieġ rikors żgħir għall-marġni taħt l-Intestatura 1 sabiex il-programmazzjoni għall-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni għal-<Linja baġitarja 03.10.04> tal-ESMA tiżdied b’EUR 4.557 miljun (fi prezzijiet attwali) matul il-QFP bejn l-2021-2027, li jikkonsisti minn EUR 1.007 miljun fl-2024, EUR 1.079 miljun fl-2025, EUR 1.394 miljun fl-2026 u EUR 1.077 miljun fl-2027.
◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
[…]
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Total
|
|
Il-kontribuzzjonijiet tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti f’konformità mal-formula ta’ finanzjament standard għall-ESMA, kif stipulat fil-premessa 68 tar-Regolament ta’ twaqqif 1095/2010
|
|
|
1.528
|
1.656
|
2.128
|
1.536
|
6.848
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
1.528
|
1.656
|
2.128
|
1.536
|
6.848
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
◻
fuq ir-riżorsi proprji
◻
fuq dħul ieħor
◻
jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.
Anness għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
L-impatt previst fuq il-baġit tal-Unjoni wara d-dħul fis-seħħ preżunt tal-leġiżlazzjoni proposta fil-bidu tal-2024 ġie stmat fuq il-bażi li ġejja:
Titolu I – Nefqa fuq il-Persunal
It-tliet aġenti temporanji addizzjonali li huwa stmat li l-ESMA jkollha bżonn sabiex tissorvelja l-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-ESAP għandhom jiġu rreklutati fil-grad tad-dħul AD5. Huwa preżunt (bħala medja) li se jibdew il-kariga fil-bidu ta’ Lulju, u konsegwentement huma bbaġitjati għal sitt (6) xhur fl-2024 u għal snin sħaħ wara dan.
Il-kost stmat ta’ kull Aġent Temporanju ġie kkalkolat bħala l-kost medju standard tal-Aġenti Temporanji li għandu jintuża fl-istimi tal-kostijiet tal-persunal fir-Rapporti Finanzjarji Leġiżlattivi mħejjija fl-2021 (EUR 152 000) wara li titnaqqas l-allowance standard (EUR 25 000) għall-kostijiet tal-bini u tal-IT (“habillage”), inkluż f’dak il-kost medju standard (jiġifieri EUR 127 000) aġġustat bil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għal Pariġi (120,5) u aġġustat għal inflazzjoni preżunta ta’ 2 % wara l-2022.
Titolu II – Nefqa infrastrutturali u operatorja
Il-kostijiet ġew stmati billi n-numru ta’ persunal ġie mmultiplikat bil-proporzjon tas-sena f’impjieg u bil-kost standard għall-“habillage”, jiġifieri EUR 25 000 flimkien ma’ EUR 2 500 għal kull membru tal-persunal sabiex jiġu koperti kostijiet amministrattivi oħra, bit-tnejn li huma aġġustati għal inflazzjoni preżunta ta’ 2 % wara l-2022.
Titolu III – Nefqa operazzjonali
In-nefqiet jikkorrispondu għal infrastruttura li jenħtieġ li tippermetti l-funzjonalitajiet u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni għall-ESAP, kif ukoll tiżgura l-interoperabbiltà teknika tas-sistema. Dan jenħtieġ li jiżgura kwalità tas-servizz għolja u mingħajr xkiel, sigurtà tal-ħżin u komunikazzjoni, aċċess affidabbli, eċċ. Id-disinn tekniku tal-infrastruttura se jkun prerogattiva tal-korp governattiv tal-ESAP, u għalhekk dan l-Anness jipprovdi xi perkorsi realistiċi ssuġġeriti, li jinżammu bħala bażi għas-suppożizzjonijiet tal-kostijiet.
Il-kostijiet indikattivi huma dawk f’ħames (5) fażijiet li għandhom jiġu implimentati minn nofs l-2022 sal-2027, inklużi: Prova tal-Kunċett, Ħidma fuq l-iżvilupp tal-funzjonalitajiet u tal-kapaċitajiet, Tariffi tal-liċenzji, manutenzjoni tas-sistema, kostijiet tal-Cloud computing / tal-ħżin / tan-network.
Il-kostijiet stmati ġew aġġustati għal inflazzjoni preżunta ta’ 2 % wara l-2022.