IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 27.10.2021
COM(2021) 664 final
2021/0342(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operattiv, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SWD(2021) 320}
{SWD(2021) 321}
{SEC(2021) 380}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
L-emenda proposta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital jew Capital Requirements Regulation, CRR) hija parti minn pakkett leġiżlattiv li jinkludi wkoll emendi għad-Direttiva 2013/36/UE (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital jew id-DRK).
Bi tweġiba għall-Kriżi Finanzjarja l-Kbira tal-2008-09 (Great Financial Crisis, GFC), l-Unjoni implimentat riformi sostanzjali tal-qafas prudenzjali applikabbli għall-banek sabiex ittejjeb ir-reżiljenza tagħhom u, b’hekk, tgħin sabiex tiġi evitata r-rikorrenza ta’ kriżi simili. Dawn ir-riformi kienu fil-biċċa l-kbira bbażati fuq standards internazzjonali adottati mill-2010 mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee on Banking Supervision, BCBS). L-istandards huma kollettivament magħrufin bħala l-istandards ta’ Basel III, ir-riformi ta’ Basel III jew il-qafas ta’ Basel III.
L-istandards globali żviluppati mill-BCBS saru dejjem aktar importanti minħabba n-natura dejjem aktar globali u interkonnessa tas-settur bankarju. Filwaqt li settur bankarju globalizzat jiffaċilita l-kummerċ u l-investiment internazzjonali, huwa jiġġenera wkoll riskji finanzjarji aktar kumplessi. Mingħajr standards globali uniformi, il-banek jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu l-attivitajiet tagħhom fil-ġurisdizzjoni bl-aktar reġimi regolatorji u superviżorji laxki. Dan jista’ jwassal għal tellieqa regolatorja lejn il-qiegħ sabiex jiġu attirati n-negozji tal-banek, u fl-istess ħin jiżdied ir-riskju ta’ instabbiltà finanzjarja globali. Il-koordinazzjoni internazzjonali dwar l-istandards globali tillimita sostanzjalment dan it-tip ta’ kompetizzjoni riskjuża u hija kruċjali għaż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja f’dinja globalizzata. L-istandards globali jissimplifikaw ukoll il-ħajja ta’ banek attivi internazzjonalment – li fosthom hemm numru tajjeb ta’ banek tal-UE – billi jiggarantixxu li jiġu applikati regoli ġeneralment simili fl-aktar ċentri finanzjarji importanti madwar id-dinja.
L-UE kienet proponent ewlieni tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-regolamentazzjoni bankarja. L-ewwel sett ta’ riformi ta’ wara l-kriżi li huma parti mill-qafas ta’ Basel III ġew implimentati f’żewġ stadji:
·f’Ġunju 2013 bl-adozzjoni tas-CRR u tad-DRK IV;
·f’Mejju 2019, bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/876, magħruf ukoll bħala s-CRR II, u tad-Direttiva (UE) 2019/878, magħrufa wkoll bħala d-DRK V.
Ir-riformi implimentati s’issa ffokaw fuq iż-żieda tal-kwalità u tal-kwantità tal-kapital regolatorju li l-banek huma meħtieġa jżommu sabiex ikopru t-telf potenzjali. Barra minn hekk, kellhom l-għan li jnaqqsu l-ingranaġġ eċċessiv tal-banek, iżidu r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet għax-xokkijiet tal-likwidità fuq terminu qasir, inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq finanzjament fuq terminu qasir, inaqqsu r-riskju ta’ konċentrazzjoni tagħhom, u jindirizzaw problemi ta’ kbar wisq biex ifallu.
B’riżultat ta’ dan, ir-regoli l-ġodda saħħew il-kriterji għall-kapital regolatorju eliġibbli, żiedu r-rekwiżiti ta’ kapital minimi, u introduċew rekwiżiti ġodda għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu (credit valuation adjustment, CVA) u għall-iskoperturi għall-kontropartijiet ċentrali. Barra minn hekk, ġew introdotti diversi miżuri prudenzjali ġodda: rekwiżit ta’ proporzjon ta’ ingranaġġ minimu, proporzjon ta’ likwidità fuq terminu qasir (magħruf bħala l-proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità), proporzjon ta’ finanzjament stabbli fuq terminu itwal (magħruf bħala l-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett), limiti ta’ skopertura kbira u riżervi ta’ kapital makroprudenzjali.
Bis-saħħa ta’ dan l-ewwel sett ta’ riformi implimentati fl-Unjoni, is-settur bankarju tal-UE sar ferm aktar reżiljenti għax-xokkijiet ekonomiċi u daħal fil-kriżi tal-COVID-19 fuq pedament ferm aktar stabbli meta mqabbel mal-kundizzjoni tiegħu fil-bidu tal-GFC.
Barra minn hekk, fil-bidu tal-kriżi tal-COVID-19, is-superviżuri u l-leġiżlaturi ħadu miżuri temporanji ta’ salvataġġ. Fil-Komunikazzjoni Interpretattiva tagħha tat-28 ta’ April 2020 dwar l-applikazzjoni tal-oqfsa tal-kontabbiltà u prudenzjali għall-iffaċilitar tas-self mill-banek tal-UE: Is-sostenn lin-negozji u lill-unitajiet domestiċi waqt il-COVID-19, il-Kummissjoni kkonfermat il-flessibbiltà inkorporata fir-regoli prudenzjali u kontabilistiċi kif enfasizzat mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u mill-korpi internazzjonali. Fuq din il-bażi, f’Ġunju 2020, il-koleġiżlaturi adottaw emendi temporanji mmirati għal aspetti speċifiċi tal-qafas prudenzjali – l-hekk imsejjaħ pakkett ta’ “soluzzjoni rapida” tas-CRR. Flimkien ma’ miżuri ta’ politika monetarja u fiskali determinati, dan għen lill-istituzzjonijiet ikomplu jagħtu self lill-unitajiet domestiċi u lill-kumpaniji matul il-pandemija. Dan, min-naħa tiegħu, għen sabiex jittaffa x-xokk ekonomiku li jirriżulta mill-pandemija.
Filwaqt li, bħala medja, il-livell ġenerali ta’ kapital fis-sistema bankarja tal-UE issa huwa meqjus bħala sodisfaċenti, xi wħud mill-problemi li ġew identifikati mal-feġġa tal-GFC għadhom ma ġewx indirizzati. L-analiżijiet imwettqin mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) urew li r-rekwiżiti ta’ kapital ikkalkolati mill-istituzzjonijiet stabbiliti fl-UE bl-użu ta’ mudelli interni wrew livell sinifikanti ta’ varjabbiltà li ma kienx iġġustifikat minn differenzi fir-riskji sottostanti u li fl-aħħar mill-aħħar idgħajjef l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tal-proporzjonijiet tal-kapital tagħhom. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ sensittività għar-riskju fir-rekwiżiti ta’ kapital ikkalkolati bl-użu ta’ approċċi standardizzati jirriżulta f’rekwiżiti ta’ kapital insuffiċjenti jew għoljin b’mod mhux xieraq għal xi prodotti jew attivitajiet finanzjarji (u għalhekk għal mudelli ta’ negozju speċifiċi primarjament ibbażati fuqhom). F’Diċembru 2017, il-BCBS qabel dwar sett finali ta’ riformi għall-istandards internazzjonali sabiex jindirizza dawn il-problemi. F’Marzu 2018, il-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20 laqgħu dawn ir-riformi u kkonfermaw ripetutament l-impenn tagħhom għal implimentazzjoni sħiħa, puntwali u konsistenti. Fl-2019, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex timplimenta dawn ir-riformi fil-qafas prudenzjali tal-UE.
Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, il-ħidma preparatorja ta’ din il-proposta ġiet ittardjata. Id-dewmien kien jirrifletti d-deċiżjoni tal-BCBS tas-26 ta’ Marzu 2020 li jipposponi b’sena l-iskadenzi miftehmin minn qabel għall-implimentazzjoni għall-elementi finali tar-riforma ta’ Basel III.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, din l-inizjattiva leġiżlattiva għandha żewġ objettivi ġenerali: li tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja u li tikkontribwixxi għall-finanzjament stabbli tal-ekonomija fil-kuntest tal-irkupru ta’ wara l-kriżi tal-COVID-19. Dawn l-objettivi ġenerali jistgħu jinqasmu f’erba’ objettivi aktar speċifiċi:
(1)it-tisħiħ tal-qafas kapitali bbażat fuq ir-riskju, mingħajr żidiet sinifikanti fir-rekwiżiti ta’ kapital b’mod ġenerali;
(2)it-tisħiħ tal-enfasi fuq ir-riskji ESG fil-qafas prudenzjali;
(3)l-armonizzazzjoni ulterjuri tas-setgħat u tal-għodod superviżorji; u
(4)it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi tal-istituzzjonijiet relatati mal-iżvelar pubbliku u t-titjib tal-aċċess għad-data prudenzjali tal-istituzzjonijiet.
(1)It-tisħiħ tal-qafas tal-kapital ibbażat fuq ir-riskju
Il-kundizzjonijiet ekonomiċi taħt stress temporanju ma biddlux il-ħtieġa li titwettaq din ir-riforma strutturali. It-tlestija tar-riforma hija meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet pendenti u sabiex tissaħħaħ aktar is-solidità finanzjarja tal-istituzzjonijiet stabbiliti fl-UE, billi jitqiegħdu f’pożizzjoni aħjar sabiex jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku u jifilħu għal kriżijiet futuri potenzjali. L-implimentazzjoni tal-elementi pendenti tar-riforma ta’ Basel III hija neċessarja wkoll sabiex tipprovdi lill-istituzzjonijiet biċ-ċertezza regolatorja neċessarja, filwaqt li tlesti riforma twila 10 snin tal-qafas prudenzjali. Fl-aħħar nett, it-tlestija tar-riforma hija konformi mal-impenn tal-UE għal kooperazzjoni regolatorja internazzjonali u mal-azzjonijiet konkreti li xi wħud mis-sħab tagħha ħabbru jew diġà ħadu sabiex jimplimentaw ir-riforma puntwalment u fedelment.
(2)It-tisħiħ tal-enfasi fuq ir-riskji ESG fil-qafas prudenzjali
Ħtieġa oħra daqstant importanti għar-riforma tirriżulta mill-ħidma kontinwa tal-Kummissjoni dwar it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (European Green Deal , EGD) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kisba tal-mira klimatika tal-UE għall-2030 (“lesti għall-mira ta’ 55 %”) stabbilew b’mod ċar l-impenn tal-Kummissjoni li tittrasforma l-ekonomija tal-UE f’ekonomija sostenibbli, filwaqt li jiġu ttrattati wkoll il-konsegwenzi inevitabbli tat-tibdil fil-klima. Ħabbret ukoll Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli li tibni fuq inizjattivi u rapporti preċedenti, bħall-pjan ta’ azzjoni dwar il-finanzjament tat-tkabbir sostenibbli u r-rapporti tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi dwar il-Finanzi Sostenibbli, iżda ssaħħaħ l-isforzi tal-Kummissjoni f’dan il-qasam sabiex tallinjahom mal-għanijiet ambizzjużi tal-EGD.
L-intermedjazzjoni bbażata fuq il-banek se jkollha rwol kruċjali fil-finanzjament tat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli. Fl-istess ħin, it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli x’aktarx li tinvolvi riskji għall-isituzzjonijiet li se jkollhom bżonn jimmaniġġaw kif xieraq sabiex jiżguraw li r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja jiġu mminimizzati. Dan huwa fejn hija meħtieġa regolamentazzjoni prudenzjali u fejn jista’ jkollha rwol kruċjali. L-Istrateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli rrikonoxxiet dan u enfasizzat il-ħtieġa li tiġi inkluża integrazzjoni aħjar tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (environmental, social and governance, ESG) fil-qafas prudenzjali tal-UE billi r-rekwiżiti legali attwali waħedhom huma meqjusin insuffiċjenti sabiex jipprovdu inċentivi għal ġestjoni sistematika u konsistenti tar-riskji ESG mill-istituzzjonijiet.
(3)L-armonizzazzjoni ulterjuri tas-setgħat u tal-għodod superviżorji
Qasam ieħor ta’ fokus huwa l-infurzar xieraq tar-regoli prudenzjali. Is-superviżuri jeħtieġ li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-għodod u s-setgħat neċessarji għal dan l-għan (pereż. setgħat sabiex jawtorizzaw lill-isituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom, jivvalutaw l-adegwatezza tal-ġestjoni tagħhom, jew jissanzjonawhom f’każ li jiksru r-regoli). Filwaqt li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiżgura livell minimu ta’ armonizzazzjoni, is-sett ta’ għodod u l-proċeduri superviżorji jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri. Dan ix-xenarju regolatorju frammentat fid-definizzjoni ta’ ċerti setgħat u għodod disponibbli għas-superviżuri u l-applikazzjoni tagħhom madwar l-Istati Membri jimmina l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku u jqajjem dubji dwar il-ġestjoni soda u prudenti tal-istituzzjonijiet u s-superviżjoni tagħhom. Din il-problema hija partikolarment akuta fil-kuntest tal-Unjoni Bankarja. Id-differenzi bejn 21 ordinament ġuridiku differenti jipprevjenu lill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) milli jwettaq il-funzjonijiet superviżorji tiegħu b’mod effettiv u effiċjenti. Barra minn hekk, il-gruppi bankarji transfruntiera jridu jittrattaw numru ta’ proċeduri differenti għall-istess kwistjoni prudenzjali, u b’hekk jiżdiedu bla bżonn l-ispejjeż amministrattivi tagħhom.
Kwistjoni importanti oħra, jiġifieri n-nuqqas ta’ qafas robust tal-UE għal gruppi ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi bankarji fl-UE, ħadet dimensjoni ġdida wara l-Brexit. L-istabbiliment ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi (third country branches, TCBs) huwa primarjament soġġett għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u armonizzat sa ċertu punt limitat ħafna biss mid-DRK. Rapport riċenti mill-ABE juri li dan ix-xenarju prudenzjali mifrux jipprovdi lit-TCBs opportunitajiet sinifikanti għal arbitraġġ regolatorju u superviżorju sabiex iwettqu l-attivitajiet bankarji tagħhom minn naħa waħda, filwaqt li jwassal għal nuqqas ta’ sorveljanza superviżorja u għal riskji akbar għall-istabbiltà finanzjarja għall-UE, min-naħa l-oħra.
Is-superviżuri spiss ma jkollhomx l-informazzjoni u s-setgħat meħtieġa sabiex jindirizzaw dawk ir-riskji. In-nuqqas ta’ rapportar superviżorju dettaljat u l-iskambju insuffiċjenti ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet inkarigati mis-superviżjoni ta’ entitajiet/attivitajiet differenti ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi jħallu l-lakuni. L-UE hija l-unika ġurisdizzjoni ewlenija fejn is-superviżur konsolidanti ma jkollux l-istampa sħiħa tal-attivitajiet ta’ gruppi ta’ pajjiżi terzi li joperaw kemm permezz ta’ sussidjarji kif ukoll permezz ta’ fergħat. Dawn in-nuqqasijiet qed ikollhom impatt negattiv fuq il-kundizzjonijiet ekwi fost il-gruppi ta’ pajjiżi terzi li joperaw fi Stati Membri differenti, kif ukoll vis-à-vis l-istituzzjonijiet li għandhom il-kwartieri ġenerali fl-UE.
(4)It-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi tal-istituzzjonijiet relatati mal-iżvelar pubbliku u t-titjib tal-aċċess għad-data prudenzjali tal-istituzzjonijiet
Din il-proposta hija neċessarja wkoll sabiex tkompli tissaħħaħ id-dixxiplina fis-suq. Din hija għodda importanti oħra sabiex l-investituri jeżerċitaw ir-rwol tagħhom ta’ monitoraġġ tal-imġiba tal-istituzzjonijiet. Sabiex jagħmlu dan, jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-informazzjoni neċessarja. Id-diffikultajiet kurrenti relatati mal-aċċess għal informazzjoni prudenzjali jċaħħdu lill-parteċipanti fis-suq mill-informazzjoni li jeħtieġu dwar is-sitwazzjonijiet prudenzjali tal-istituzzjonijiet. Fl-aħħar mill-aħħar dan inaqqas l-effettività tal-qafas prudenzjali għall-istituzzjonijiet u potenzjalment iqajjem dubju dwar ir-reżiljenza tas-settur bankarju, speċjalment f’perjodi ta’ stress. Għal din ir-raġuni, il-proposta għandha l-għan li tiċċentralizza l-iżvelar ta’ informazzjoni prudenzjali bl-għan li żżid l-aċċess għad-data prudenzjali u l-komparabbiltà fl-industrija kollha. Iċ-ċentralizzazzjoni tal-iżvelar f’punt ta’ aċċess uniku stabbilit mill-ABE hija mmirata wkoll lejn it-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-istituzzjonijiet, speċjalment għal dawk żgħar u mhux kumplessi.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Diversi elementi tal-proposti li jemendaw is-CRR u d-DRK isegwu l-ħidma mwettqa fil-livell internazzjonali, jew mill-ABE, filwaqt li saru neċessarji adattamenti oħrajn tal-qafas prudenzjali minħabba l-esperjenza prattika miksuba mit-traspożizzjoni u mill-applikazzjoni nazzjonali tad-DRK, inkluż fil-kuntest tal-MSU.
Il-proposti jintroduċu emendi għal-leġiżlazzjoni eżistenti li huma kompletament konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali u tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet. Ir-rieżami tas-CRR u tad-DRK għandu l-għan li jiffinalizza l-implimentazzjoni tar-riforma ta’ Basel III fl-UE kif ukoll li jsaħħaħ u jarmonizza l-għodod u s-setgħat superviżorji. Dawn il-miżuri huma meħtieġa sabiex tissaħħaħ aktar ir-reżiljenza tas-settur bankarju.
•Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni
Għaddew kważi 10 snin minn meta l-Kapijiet ta’ Stat u tal-Gvernijiet Ewropej qablu li joħolqu Unjoni Bankarja. Hemm fis-seħħ żewġ pilastri tal-Unjoni Bankarja – is-superviżjoni unika u r-riżoluzzjoni unika – li jistrieħu fuq il-pedament solidu ta’ ġabra unika tar-regoli għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE.
Il-proposti għandhom l-għan li jiżguraw ġabra unika tar-regoli kontinwa għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE, kemm jekk fl-Unjoni Bankarja kif ukoll jekk barra minnha. L-objettivi ġenerali tal-inizjattiva, kif deskritti hawn fuq, huma konsistenti u koerenti għalkollox mal-għanijiet fundamentali tal-UE ta’ promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja, ta’ tnaqqis tal-probabbiltà u tal-firxa tal-appoġġ mill-kontribwenti f’każ li istituzzjoni tiġi riżoluta, kif ukoll ta’ kontribuzzjoni għal finanzjament armonjuż u sostenibbli tal-attività ekonomika, li jwassal għal livell għoli ta’ kompetittività u ta’ protezzjoni tal-konsumatur.
Fl-aħħar nett, billi tirrikonoxxi r-riskji relatati mal-ESG u tinkorpora elementi tal-ESG fil-qafas prudenzjali, din l-inizjattiva tikkomplementa l-istrateġija usa’ tal-UE għal sistema finanzjarja aktar sostenibbli u reżiljenti. Se tikkontribwixxi għall-objettiv tal-Patt Ekoloġiku Ewropew li r-riskji klimatiċi jiġu ġestiti u integrati fis-sistema finanzjarja u fl-oqsma strateġiċi ta’ azzjoni stabbiliti fir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-2021.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-proposta tqis azzjonijiet sabiex tinkwadra l-adozzjoni, it-twettiq u s-superviżjoni tan-negozju tal-istituzzjonijiet fl-Unjoni, bl-objettiv li tiġi żgurata l-istabbiltà tas-suq uniku. Is-settur bankarju bħalissa qed jipprovdi l-akbar parti tal-finanzjament fis-suq uniku, u b’hekk huwa wieħed mill-komponenti fundamentali tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. L-Unjoni għandha mandat ċar sabiex taġixxi fil-qasam tas-suq uniku u l-bażi ġuridika xierqa tikkonsisti fl-Artikoli rilevanti tat-Trattat li jirfdu l-kompetenzi tal-Unjoni f’dan il-qasam.
L-emendi proposti huma mibnijin fuq l-istess bażi ġuridika bħall-atti leġiżlattivi li qegħdin jiġu emendati, jiġifieri l-Artikolu 114 TFUE għall-proposta għal Regolament li jemenda s-CRR u l-Artikolu 53(1) TFUE għall-proposta għal Direttiva li temenda d-DRK.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet ikkunsidrati jirrappreżentaw aġġornamenti u emendi għad-dritt eżistenti tal-Unjoni u, għalhekk, jikkonċernaw oqsma li fihom l-Unjoni diġà eżerċitat il-kompetenza tagħha u ma għandhiex l-intenzjoni li tieqaf teżerċita tali kompetenza. Xi ftit azzjonijiet (b’mod partikolari dawk li jemendaw id-DRK) għandhom l-għan li jintroduċu grad addizzjonali ta’ armonizzazzjoni sabiex jintlaħqu b’mod konsistenti l-objettivi ddefiniti minn din id-Direttiva.
Billi l-objettivi fil-mira tal-miżuri proposti għandhom l-għan li jissupplimentaw il-leġiżlazzjoni diġà eżistenti tal-Unjoni u, għalhekk, jistgħu jinkisbu l-aħjar fil-livell tal-UE milli b’inizjattivi nazzjonali differenti. Il-miżuri nazzjonali mmirati, pereżempju, lejn regoli ta’ implimentazzjoni li għandhom impronta internazzjonali inerenti – bħal standard globali bħal Basel III jew li jindirizzaw aħjar ir-riskji relatati mal-ESG - fil-leġiżlazzjoni applikabbli ma jkunux effettivi sabiex jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja daqs ir-regoli tal-UE. F’termini ta’ għodod u ta’ setgħat superviżorji, ta’ żvelar u ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi, jekk l-inizjattiva titħalla tiġi indirizzata fil-livell nazzjonali biss, din tista’ tirriżulta fi trasparenza mnaqqsa u f’riskju akbar ta’ arbitraġġ, li jwasslu għal distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u jaffettwaw il-flussi ta’ kapital. Barra minn hekk, l-adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali tkun legalment diffiċli, minħabba li s-CRR diġà jirregola kwistjonijiet bankarji, inklużi l-piżijiet tar-riskji, ir-rapportar u l-iżvelar u rekwiżiti oħrajn relatati mas-CRR.
Għalhekk, l-emendar tas-CRR u tad-DRK huwa meqjus bħala l-aħjar għażla. Isib il-bilanċ it-tajjeb bejn l-armonizzazzjoni tar-regoli u ż-żamma ta’ flessibbiltà finanzjarja, fejn hemm bżonnha, bla ma jxekkel il-ġabra unika tar-regoli. L-emendi jippromwovu aktar applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti prudenzjali, il-konverġenza ta’ prattiki superviżorji u jiżguraw kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku għas-servizzi bankarji. Dan huwa partikolarment importanti fis-settur bankarju fejn ħafna istituzzjonijiet joperaw madwar is-suq uniku tal-UE. Kooperazzjoni u fiduċja sħaħ fil-MSU u fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-awtoritajiet kompetenti barra l-MSU huma essenzjali sabiex tiġi żgurata s-superviżjoni effettiva tal-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata. Ir-regoli nazzjonali ma jistgħux jilħqu dawn l-objettivi.
•Proporzjonalità
Il-proporzjonalità kienet parti integrali mill-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta. L-emendi proposti f’oqsma regolatorji differenti ġew ivvalutati individwalment skont l-objettiv tal-proporzjonalità. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ proporzjonalità tar-regoli eżistenti ġie ppreżentat f’diversi oqsma u ġew analizzati għażliet speċifiċi bl-għan li jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż ta’ konformità għal istituzzjonijiet iżgħar. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, tal-miżuri fil-qasam tal-iżvelar, fejn il-piż regolatorju għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jitnaqqas b’mod sinifikanti, jekk saħansitra ma jiġix eliminat. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ żvelar relatati mal-iżvelar tar-riskji ESG li huma proposti li jiġu applikati għall-istituzzjonijiet kollha (jiġifieri lil hinn minn banek kbar u elenkati li għalihom ir-rekwiżit eżistenti se jibda japplika mill-2022), se jitfasslu f’termini ta’ perjodiċità u ta’ dettall skont id-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjonijiet, u b’hekk jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità.
•Għażla tal-istrument
Il-miżuri huma proposti sabiex jiġu implimentati bl-emendar tas-CRR u tad-DRK permezz ta’ Regolament u Direttiva, rispettivament. Tabilħaqq, il-miżuri proposti jirreferu għal jew jiżviluppaw aktar id-dispożizzjonijiet diġà eżistenti inkorporati f’dawk l-istrumenti legali (jiġifieri l-qafas għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital ibbażat fuq ir-riskju, is-setgħat u l-għodod magħmulin disponibbli għas-superviżuri madwar l-Unjoni).
Uħud mill-emendi proposti tad-DRK li jaffettwaw is-setgħat ta’ sanzjonar ikunu jħallu lill-Istati Membri ċertu grad ta’ flessibbiltà sabiex iżommu regoli differenti fl-istadju tat-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi nazzjonali.
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-Kummissjoni ħadet diversi passi u wettqet diversi inizjattivi sabiex tivvaluta jekk il-qafas prudenzjali bankarju kurrenti fl-UE u l-implimentazzjoni tal-elementi pendenti tar-riforma ta’ Basel III humiex adegwati sabiex jikkontribwixxu għall-iżgurar li s-sistema bankarja tal-UE tkun stabbli u reżiljenti għal xokkijiet ekonomiċi u tibqa’ sors sostenibbli ta’ finanzjament konsistenti għall-ekonomija tal-UE.
Il-Kummissjoni ġabret il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati dwar suġġetti speċifiċi fl-oqsma tar-riskju ta’ kreditu, tar-riskju operattiv, tar-riskju tas-suq, tar-riskju ta’ CVA, tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, kif ukoll fir-rigward tal-minimu tal-output. Minbarra dawn l-elementi relatati mal-implimentazzjoni ta’ Basel III, il-Kummissjoni kkonsultat ukoll dwar ċerti suġġetti oħrajn bil-ħsieb li tiżgura prattiki superviżorji konverġenti u konsistenti madwar l-Unjoni u ttaffi l-piż amministrattiv tal-istituzzjonijiet.
Konsultazzjoni pubblika li saret bejn Ottubru 2019 u l-bidu ta’ Jannar 2020 kienet ġiet ippreċeduta mill-ewwel konsultazzjoni esploratorja li saret fir-rebbiegħa tal-2018, li talbet l-ewwel fehmiet ta’ grupp immirat ta’ partijiet ikkonċernati dwar il-ftehim internazzjonali. Barra minn hekk, f’Novembru 2019 ġiet organizzata konferenza pubblika sabiex jiġu diskussi l-impatt u l-isfidi tal-implimentazzjoni tal-istandards iffinalizzati ta’ Basel III fl-UE. L-Anness 2 tal-valutazzjoni tal-impatt jipprovdi s-sommarji tal-konsultazzjoni u tal-konferenza pubblika.
Is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw ukoll ripetutament lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni mill-UE tal-elementi finali tar-riforma ta’ Basel III u reviżjonijiet possibbli oħrajn tas-CRR u tad-DRK fil-kuntest tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar is-Settur Bankarju, il-Pagamenti u l-Assigurazzjoni (Expert Group for Banking, Payment and Insuran, EGBPI).
Fl-aħħar nett, matul il-fażi preparatorja tal-leġiżlazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom ukoll mijiet ta’ laqgħat (fiżiċi u virtwali) ma’ rappreżentanti tal-industrija bankarja kif ukoll ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn.
Ir-riżultati tal-inizjattivi kollha msemmija hawn fuq iddaħħlu fit-tħejjija tal-inizjattiva leġiżlattiva li takkumpanja l-valutazzjoni tal-impatt. Ipprovdew evidenza ċara tal-ħtieġa li jiġu aġġornati u kompluti r-regoli attwali sabiex i) ikomplu jitnaqqsu r-riskji fis-settur bankarju, u ii) tissaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jgħaddu finanzjament adegwat lill-ekonomija.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Kummissjoni għamlet użu mill-għarfien espert tal-ABE, li ħejjiet analiżi tal-impatt dwar l-implimentazzjoni tal-elementi pendenti tar-riforma ta’ Basel III. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu użu mill-għarfien espert tal-BĊE, li ħejja analiżi makroekonomika tal-impatt tal-implimentazzjoni ta’ dawk l-elementi.
•Valutazzjoni tal-impatt
Għal kull waħda mill-problemi identifikati, il-valutazzjoni tal-impatt qieset firxa ta’ għażliet ta’ politika f’erba’ dimensjonijiet ta’ politika ewlenin, minbarra s-sitwazzjoni bażi li fiha ma tittieħed l-ebda azzjoni tal-Unjoni.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni ta’ Basel III, l-analiżi u l-immudellar makroekonomiku żviluppati fil-valutazzjoni tal-impatt juru li l-implimentazzjoni tal-għażliet ippreferuti u l-kunsiderazzjoni tal-miżuri kollha fil-proposta huma mistennijin li jwasslu għal żieda medja ppeżata ta’ 6,4 % sa 8,4 % fir-rekwiżiti ta’ kapital minimi tal-istituzzjonijiet fit-tul (sal-2030), wara l-perjodu tranżizzjonali previst. Fit-terminu medju (fl-2025), iż-żieda hija mistennija li tvarja bejn 0,7 % u 2,7 %.
Skont l-istimi pprovduti mill-ABE, dan l-impatt jista’ jwassal sabiex numru limitat ta’ istituzzjonijiet kbar (10 minn 99 istituzzjoni fil-kampjun tat-test) ikollhom jiġbru b’mod kollettiv ammonti ta’ kapital addizzjonali ta’ anqas minn EUR 27 biljun sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kapital minimi l-ġodda skont l-għażla ppreferuta. Sabiex dan l-ammont jitqiegħed f’perspettiva, id-99 istituzzjoni fil-kampjun (li jirrappreżentaw 75 % tal-assi bankarji tal-UE) kellhom ammont totali ta’ kapital regolatorju li jiswa EUR 1 414-il biljun fi tmiem l-2019 u kellhom profitti kkombinati ta’ EUR 99,8 biljun fl-2019.
B’mod aktar ġenerali, filwaqt li l-istituzzjonijiet ikollhom iġarrbu spejjeż amministrattivi u operattivi ta’ darba sabiex jimplimentaw il-bidliet proposti fir-regoli, ma hija mistennija l-ebda żieda sinifikanti fl-ispejjeż. Barra minn hekk, is-simplifikazzjonijiet implikati minn diversi għażliet ippreferuti (pereż. it-tneħħija ta’ approċċi mmudellati internament, żvelar ċentralizzat) huma mistennijin li jnaqqsu l-ispejjeż meta mqabblin mal-lum.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din l-inizjattiva għandha l-għan li tlesti l-implimentazzjoni mill-UE tal-istandards prudenzjali internazzjonali għall-banek miftehmin mill-BCBS bejn l-2017 u l-2020. Tkun tlesti l-implimentazzjoni mill-UE tar-riforma ta’ Basel III li tnediet mill-Kumitat ta’ Basel wara l-GFC. Dik ir-riforma minnha nnifisha kienet rieżami komprensiv tal-qafas prudenzjali li kien fis-seħħ qabel u matul il-GFC, jiġifieri l-qafas ta’ Basel II (fl-UE, dak il-qafas ġie implimentat permezz tad-Direttiva 2006/48/KE, jiġifieri d-DRK oriġinali). Il-Kummissjoni użat ir-riżultati tar-rieżami komprensiv mill-BCBS tal-qafas prudenzjali, flimkien mal-kontribut ipprovdut mill-ABE, mill-BĊE u minn partijiet ikkonċernati oħrajn, sabiex dawn jinformaw il-ħidma ta’ implimentazzjoni tagħha. Sakemm jiġu implimentati r-riformi finali ta’ Basel III fl-UE, għadu ma sarx kontroll tal-idoneità jew eżerċizzju ta’ analiżi tal-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni.
•Drittijiet fundamentali
L-UE hija impenjata li tilħaq standards għoljin ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u hija firmatarja għal sett wiesa’ ta’ konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem. F’dan il-kuntest, il-proposta aktarx li ma jkollhiex impatt dirett fuq dawn id-drittijiet, kif elenkati fil-konvenzjonijiet ewlenin tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li hija parti integrali mit-Trattati tal-UE u mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB).
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Huwa mistenni li l-emendi proposti se jibdew jidħlu fis-seħħ mhux qabel l-2023. L-emendi huma marbutin strettament ma’ dispożizzjonijiet oħrajn tas-CRR u tad-DRK li diġà huma fis-seħħ u li ilhom jiġu mmonitorjati mill-2014 u, fir-rigward tal-miżuri introdotti mill-pakkett dwar il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, mill-2019.
Il-BCBS u l-ABE se jkomplu jiġbru d-data neċessarja għall-monitoraġġ tal-metriċi ewlenin (proporzjonijiet ta’ kapital, proporzjon ta’ lieva finanzjarja, miżuri ta’ likwidità). Dan se jippermetti li fil-futur issir evalwazzjoni tal-impatt tal-għodod ta’ politika l-ġodda. Il-Proċess Superviżorju Regolari ta’ Reviżjoni u ta’ Evalwazzjoni (Supervisory Review and Evaluation Process, SREP) u l-eżerċizzji ta’ ttestjar għal stress se jgħinu wkoll fil-monitoraġġ tal-impatt tal-miżuri proposti l-ġodda fuq l-istituzzjonijiet affettwati u fil-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-flessibbiltà u tal-proporzjonalità pprovduti sabiex ikunu koperti l-ispeċifiċitajiet tal-istituzzjonijiet iżgħar. Barra minn hekk, l-ABE, flimkien mal-MSU u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, qiegħda tiżviluppa għodda integrata ta’ rapportar (EUCLID) li hija mistennija li tkun strument utli għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-impatt tar-riformi. Finalment, il-Kummissjoni se tkompli tieħu sehem fil-gruppi ta’ ħidma tal-BCBS u fit-task force konġunta stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mill-ABE, li jissorveljaw id-dinamika tal-fondi proprji u tal-pożizzjonijiet tal-likwidità tal-istituzzjonijiet, f’livell globali u fl-UE, rispettivament.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Definizzjonijiet imtejbin ta’ entitajiet li għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali
Avvenimenti riċenti enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar il-konsolidazzjoni prudenzjali sabiex jiġi żgurat li l-gruppi finanzjarji li jkunu mmexxijin minn kumpaniji ta’ teknoloġija finanzjarja jew li jinkludu, minbarra l-istituzzjonijiet, entitajiet oħrajn li jwettqu, direttament jew indirettament, attivitajiet finanzjarji, ikunu soġġetti għal superviżjoni konsolidata. Għal dak l-għan, l-Artikolu 4 huwa emendat sabiex jiċċara u jtejjeb id-definizzjonijiet tat-termini “impriża ta’ servizzi anċillari” (ancillary services undertaking, ASU), “kumpanija azzjonista finanzjarja” u “istituzzjoni finanzjarja”, li lkoll huma kunċetti importanti f’dan ir-rigward. Jenħtieġ li l-ASUs jitqiesu bħala istituzzjonijiet finanzjarji u, għalhekk, jiġu inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali.
Barra minn hekk, huwa propost ukoll li jiġu aġġornati d-definizzjonijiet tat-termini “impriża prinċipali” u “sussidjarja” f’konformità mal-istandards kontabilistiċi applikabbli, u li jiġu allinjati mal-kunċett ta’ “kontroll” diġà previst fis-CRR sabiex jiġu evitati applikazzjoni inkonsistenti tar-regoli u l-arbitraġġ regolatorju.
Fondi Proprji
Definizzjonijiet ta’ “holding indiretta” u ta’ “holding sintetika”
Skont l-Artikolu 72e(1) tas-CRR, l-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 92a tas-CRR huma meħtieġa jnaqqsu holdings indiretti u sintetiċi ta’ ċerti strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli. Madankollu, id-definizzjonijiet attwali tat-terminu “holding indiretta” u “holding sintetika”, rispettivament, ikopru holdings ta’ strumenti kapitali biss. Għalhekk, dawn id-definizzjonijiet huma emendati sabiex ikopru wkoll holdings ta’ obbligazzjonijiet rilevanti (il-punti (114) u (126) tal-Artikolu 4(1) tas-CRR).
Strumenti ta’ kapital ta’ soċjetajiet mutwali, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet ta’ tfaddil jew istituzzjonijiet simili
Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-punt (a)(v) tal-Artikolu 27(1) tas-CRR ma baqax rilevanti għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni (ġie introdott sabiex jindirizza l-ħtiġijiet ta’ istituzzjoni stabbilita fir-Renju Unit). Għalhekk, id-dispożizzjoni tħassret.
Livell limitu tal-eżenzjonijiet mit-tnaqqis minn elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ xi tnaqqis relatat mal-fondi proprji stabbilit fis-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ċerti livelli limitu li huma bbażati fuq l-elementi ta’ ta’ Ekwità Komuni Grad 1 (Common Equity Tier, CET1) tagħhom wara li japplikaw filtri prudenzjali u l-biċċa l-kbira tat-tnaqqis relatat mas-CET1. Sabiex il-kalkolu tal-livelli limitu rilevanti jinżamm koerenti, u sabiex tiġi evitata asimmetrija fit-trattament ta’ ċertu tnaqqis għal-livelli limitu, it-tnaqqis il-ġdid relatat mas-CET1 previst mir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mir-Regolament (UE) 2019/876 jeħtieġ li jitqies ukoll għall-kalkolu tal-elementi ta’ CET1 rilevanti. Għalhekk, ir-referenzi għall-punti (m) u (n) tal-Artikolu 36(1) tas-CRR jiżdiedu mal-Artikoli 46(1), 48(1), 60(1), 70(1), u 72i(1) tas-CRR. Fl-istess ħin, sabiex tiġi akkomodata t-tneħħija tat-tnaqqis tal-iskoperturi ta’ ekwità skont approċċ ta’ mudelli interni, ir-referenza għall-punt (k)(v) tal-Artikolu 36(1), titħassar minn dawk id-dispożizzjonijiet.
Interessi minoritarji fil-kuntest ta’ sussidjarji ta’ pajjiżi terzi
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar id-Ditti ta’ Investiment) ippreveda bidliet fit-termini “istituzzjoni” u “ditta ta’ investiment” (il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 4(1) tas-CRR). Jiddaħħal Artikolu 88b ġdid sabiex jiġi żgurat li s-sussidjarji li jinsabu f’pajjiż terz xorta waħda jkunu jistgħu jitqiesu għall-finijiet tat-Titolu II tal-Parti Tnejn tas-CRR (jiġifieri d-determinazzjoni ta’ interessi minoritarji), sakemm dawk is-sussidjarji ma jaqgħux taħt id-definizzjonijiet riveduti ta’ dawk it-termini li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni.
Xi bidliet addizzjonali huma applikati għall-Artikoli 84(1), 85(1), u 87(1) tas-CRR fil-kuntest ta’ sussidjarji ta’ pajjiżi terzi. Dawn il-bidliet ma jbiddlux il-kalkolu kurrenti tal-interessi minoritarji, iżda għandhom l-għan li jiċċaraw it-test legali bħala segwitu għat-tweġibiet riċenti pprovduti mill-Kummissjoni permezz tal-għodda ta’ Mistoqsijiet u Tweġiba dwar il-Ġabra Unika tar-Regoli tal-ABE.
Minimu tal-output (output floor, OF) għar-rekwiżiti ta’ kapital ibbażat fuq ir-riskju huwa introdott permezz ta’ emendi kemm għas-CRR kif ukoll għad-DRK. Jirrappreżenta waħda mill-miżuri ewlenin tar-riformi ta’ Basel III u għandu l-għan li jnaqqas il-varjabbiltà eċċessiva tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjonijiet ikkalkolati bl-użu ta’ mudelli interni, u b’hekk itejjeb il-komparabbiltà tal-proporzjonijiet ta’ kapital tal-istituzzjonijiet. Jistabbilixxi limitu aktar baxx għar-rekwiżiti ta’ kapital li huma prodotti mill-mudelli interni tal-istituzzjonijiet, għal 72,5 % tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji li jkunu japplikaw fuq il-bażi ta’ approċċi standardizzati. Id-deċiżjoni li jiġi introdott l-OF hija bbażata fuq analiżi li tiżvela li l-użu mill-istituzzjonijiet ta’ mudelli interni jagħmilhom suxxettibbli għal sottovalutazzjoni tar-riskji, u għalhekk tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
Il-kalkolu tal-assi ppeżati skont ir-riskju (risk-weighted assets, RWAs) b’minimu huwa stabbilit fl-Artikolu 92 tas-CRR. B’mod speċifiku, l-Artikolu 92(3) huwa emendat sabiex jispeċifika liema ammont totali tal-iskopertura għar-riskju (total risk exposure amount, TREA) – b’minimu u mingħajr minimu – għandu jintuża għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji minimi (l-hekk imsejħa tal-“Pilastru 1”).
It-TREA b’minimu, kif stabbilit fl-Artikolu 92(5), għandu jintuża biss mill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, mill-kumpanija azzjonista finanzjarja jew mill-kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta ta’ grupp bankarju għall-finijiet tal-proporzjon ta’ solvenza tal-grupp ikkalkolat fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-UE.
B’kuntrast ma’ dan, it-TREA mingħajr minimu jkompli japplika għal kwalunkwe entità tal-grupp għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fil-livell individwali, kif speċifikat aktar fl-Artikolu 92(4).
Kull istituzzjoni prinċipali, kumpanija azzjonista finanzjarja jew kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta fi Stat Membru (differenti minn fejn tinsab il-kumpanija prinċipali tal-UE) jeħtieġ li tikkalkola s-sehem tagħha tat-TREA b’minimu użat għar-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-grupp konsolidat billi timmoltiplika r-rekwiżit ta’ fondi proprji ta’ dak il-grupp konsolidat bil-proporzjon tal-RWAs subkonsolidati li huma attribwibbli għal dik l-entità u għas-sussidjarji tagħha fl-istess Stat Membru, kif applikabbli.
L-RWAs tal-grupp konsolidat li huma attribwibbli għal entità/għal sottogrupp għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 92(6) bħala l-RWAs tal-entità/tas-sottogrupp, daqslikieku l-OF ikun japplika għat-TREA tiegħu. Dan ikun jirrikonoxxi l-benefiċċji tad-diversifikazzjoni tar-riskju fil-mudelli ta’ negozju ta’ entitajiet differenti fl-istess grupp bankarju. Fl-istess ħin, kull żieda potenzjali fil-fondi proprji meħtieġa minħabba l-applikazzjoni tal-OF fil-livell konsolidat ikollha titqassam b’mod ġust fis-sottogruppi li jinsabu fi Stati Membri oħrajn minbarra l-kumpanija prinċipali, skont il-profil tar-riskju tagħhom.
L-Artikolu 92(7) jirreplika d-dispożizzjonijiet ta’ dak li qabel kien l-Artikolu 92(4), u jiċċara l-fatturi tal-kalkolu li għandhom jiġu applikati għad-diversi tipi ta’ riskju koperti mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
Qafas tar-riskju ta’ kreditu – approċċ standardizzat
L-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu (standardised approach for credit risk, SA-CR) jintuża mill-maġġoranza tal-istituzzjonijiet madwar l-UE sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi tagħhom għar-riskju ta’ kreditu. Barra minn hekk, l-SA-CR irid iservi bħala alternattiva kredibbli għall-approċċi tal-mudell intern u bħala garanzija ta’ kontinġenza effettiva għalihom. L-SA-CR kurrenti nstab li ma huwiex sensittiv biżżejjed għar-riskju f’numru ta’ oqsma, li xi drabi jwassal għal kejl mhux preċiż jew mhux xieraq tar-riskju ta’ kreditu (għoli wisq jew baxx wisq) u, għalhekk, għal kalkolu mhux preċiż jew mhux xieraq tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
Ir-reviżjoni tal-SA-CR iżżid is-sensittività għar-riskju ta’ dan l-approċċ fir-rigward ta’ diversi aspetti ewlenin.
Valur tal-iskopertura ta’ elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ
It-test rivedut tar-regoli ta’ Basel introduċa numru ta’ bidliet fil-mod kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u tal-impenji fuq elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.
L-Artikolu 5 huwa emendat sabiex jintroduċi d-definizzjoni tat-terminu “impenn” u d-deroga tal-arranġamenti kuntrattwali li jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi milli jiġu kklassifikati bħala impenji.
L-Artikolu 111 huwa emendat sabiex jallinja l-fatturi tal-konverżjoni ta’ kreditu (credit conversion factors, “CCFs”) applikabbli għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ mal-istandards ta’ Basel III, billi jintroduċi żewġ CCFs ġodda ta’ 40 % u ta’ 10 %, rispettivament, u jneħħi s-CCF ta’ 0 %. It-trattament tal-impenji fuq elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ huwa ċċarat ukoll fir-rigward tas-CCFs applikabbli sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-iskopertura tagħhom.
Madankollu, l-eżenzjoni introdotta fl-Artikolu 5, f’konformità mal-istandards ta’ Basel III, tippermetti lill-istituzzjonijiet ikomplu japplikaw CCF ta’ 0 % għal arranġamenti kuntrattwali speċifiċi għal impriżi, inklużi SMEs, li ma jkunux ikklassifikati bħala “impenji”. Barra minn hekk, l-Artikolu 495d jintroduċi perjodu tranżizzjonali li bih l-istituzzjonijiet jitħallew japplikaw CCF ta’ 0 % għal impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2029; wara din id-data, il-valur inkrimentali tas-CCF jiddaħħal gradwalment tul it-tliet snin segwenti, bil-valur tas-CCF fi tmiem il-perjodu ta’ introduzzjoni gradwali li jilħaq l-10 %. Dan il-perjodu tranżizzjonali se jippermetti lill-ABE tivvaluta jekk l-impatt ta’ CCF ta’ 10 % għal dawk l-impenji jwassalx għal konsegwenzi mhux intenzjonati għal ċerti tipi ta’ debituri li jiddependu fuq dak l-impenn bħala sors ta’ finanzjament flessibbli. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni se jkollha bżonn tiddeċiedi jekk tippreżentax lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sabiex temenda s-CCF li għandu jiġi applikat għal impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet.
Il-klassifikazzjoni ta’ elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fl-Anness I hija emendata f’konformità mal-istandards riveduti ta’ Basel III sabiex jiġu riflessi aħjar l-aggregazzjonijiet ta’ dawk l-elementi fit-taqsimiet fuq il-bażi tas-CCFs applikabbli.
L-Artikolu 111 huwa emendat ukoll sabiex jintroduċi mandat għall-ABE sabiex tispeċifika l-elementi tekniċi li jippermettu lill-istituzzjonijiet jassenjaw b’mod korrett l-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom għat-taqsimiet fl-Anness I, u għalhekk sabiex jikkalkolaw b’mod korrett il-valur tal-iskopertura għal dawn l-elementi.
L-iskoperturi għal istituzzjonijiet
L-istandards riveduti ta’ Basel III emendaw it-trattament kurrenti tal-iskoperturi għall-istituzzjonijiet, billi introduċew l-Approċċ Standardizzat tal-Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Kreditu (Standardised Credit Risk Assessment Approach, SCRA) flimkien mal-Approċċ eżistenti tal-Valutazzjoni Esterna tar-Riskju ta’ Kreditu (External Credit Risk Assessment Approach, ECRA). Filwaqt li l-ECRA jiddependi fuq valutazzjonijiet esterni tar-riskju ta’ kreditu (jiġifieri klassifikazzjonijiet tal-kreditu) ipprovduti minn istituzzjonijiet eliġibbli tal-valutazzjoni tal-kreditu (eligible credit assessment institutions, ECAI), sabiex jiġu ddeterminati l-piżijiet tar-riskju applikabbli, skont l-SCRA l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jikklassifikaw l-iskoperturi tagħhom għall-istituzzjonijiet f’waħda minn tliet taqsimiet (“gradi”).
L-Artikolu 120 huwa emendat f’konformità mal-istandards ta’ Basel III sabiex jitnaqqas il-piż tar-riskju applikabbli għal skoperturi għal istituzzjonijiet li għalihom hija disponibbli valutazzjoni tal-kreditu tal-iskala 2 tal-kwalità ta’ kreditu minn ECAI nominata, u sabiex jiġu inklużi fl-ambitu ta’ skoperturi ta’ terminu qasir dawk li jirriżultaw mill-moviment ta’ oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali b’maturità oriġinali ta’ sitt xhur jew anqas.
L-Artikolu 121 huwa emendat sabiex jintroduċi l-SCRA previst mill-istandards ta’ Basel III għal skoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata. Dan l-approċċ jeħtieġ li l-istituzzjonijiet jikklassifikaw l-iskoperturi tagħhom għal dawn l-istituzzjonijiet f’wieħed minn tliet gradi fuq il-bażi ta’ diversi kriterji kwantitattivi u kwalitattivi. Sabiex tiġi evitata applikazzjoni mekkanika tal-kriterji, l-istituzzjonijiet huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta stabbiliti fl-Artikolu 79 tad-DRK fir-rigward tal-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata meta jiġi assenjat il-piż tar-riskju applikabbli. Dan jiżgura li r-rekwiżiti ta’ fondi proprji jirriflettu b’mod xieraq u konservattiv l-affidabbiltà kreditizja tal-kontropartijiet tal-istituzzjonijiet irrispettivament minn jekk l-iskoperturi jkunux ikklassifikati esternament jew le. F’konformità mal-istandards ta’ Basel III, l-għażla kurrenti tal-iskoperturi ta’ ppeżar tar-riskju għall-istituzzjonijiet fuq il-bażi tal-klassifikazzjonijiet tas-sovrani tagħhom titneħħa sabiex tinqata’ r-rabta bejn l-istituzzjonijiet u s-sovrani tagħhom.
L-Artikolu 138 huwa emendat f’konformità mal-istandards ta’ Basel III sabiex titkisser ir-rabta bejn il-banek u s-sovrani wkoll għall-istituzzjonijiet ikklassifikati billi jipprojbixxi li l-valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominata jinkorporaw suppożizzjonijiet ta’ appoġġ impliċitu mill-gvern, sakemm il-klassifikazzjonijiet ma jirreferux għal istituzzjonijiet tas-settur pubbliku.
L-iskoperturi għal impriżi
L-Artikolu 122 huwa emendat f’konformità mal-istandards ta’ Basel III sabiex jitnaqqas il-piż tar-riskju applikabbli għal skoperturi għal impriżi li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu tal-iskala 3 tal-kwalità ta’ kreditu minn ECAI nominata.
Bl-implimentazzjoni tal-OF, l-istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi għal impriżi jkollhom japplikaw ukoll l-SA-CR li jibbaża fuq klassifikazzjonijiet esterni għad-determinazzjoni tal-kwalità ta’ kreditu tal-mutwatarju korporattiv. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-impriżi tal-UE tipikament ma jfittxux klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni, minħabba l-ispiża tal-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni u fatturi oħrajn. Minħabba li r-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolati skont l-SA-CR huma, bħala medja, aktar konservattivi għal impriżi mhux ikklassifikati milli għal korporattivi li jkollhom klassifikazzjoni, l-implimentazzjoni tal-OF tista’ tikkawża żidiet sostanzjali fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni. Sabiex jiġu evitati impatti ta’ tfixkil fuq is-self bankarju lil impriżi mhux ikklassifikati u jiġi pprovdut biżżejjed żmien sabiex jiġu stabbiliti inizjattivi pubbliċi u/jew privati mmirati sabiex tiżdied il-kopertura tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, l-Artikolu 465 huwa emendat sabiex jipprevedi arranġament tranżizzjonali speċifiku għal skoperturi għal impriżi mhux ikklassifikati meta jiġi kkalkolat l-OF. Matul il-perjodu tranżizzjonali, l-istituzzjonijiet jitħallew japplikaw piż tar-riskju preferenzjali ta’ 65 % għall-iskoperturi tagħhom għal impriżi li ma jkollhomx klassifikazzjoni esterna, dment li dawn l-iskoperturi jkollhom probabbiltà ta’ inadempjenza (PD) ta’ 0,5 % jew anqas (din tikkorrispondi għal klassifikazzjoni ta’ “grad ta’ investiment”). Dan it-trattament japplika għall-impriżi mhux ikklassifikati kollha, irrispettivament minn jekk ikunux elenkati jew le. L-ABE għandha timmonitorja l-użu tat-trattament tranżizzjonali u d-disponibbiltà ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati għall-iskoperturi għal impriżi. L-ABE se tkun meħtieġa timmonitorja l-użu tat-trattament tranżizzjonali u tħejji rapport dwar l-adegwatezza tal-kalibrazzjoni tiegħu. Fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk tippreżentax lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva dwar it-trattament ta’ skoperturi korporattivi mhux ikklassifikati bi kwalità ta’ kreditu għolja. .
Il-miżuri sabiex tittejjeb id-disponibbiltà tal-klassifikazzjonijiet esterni għal impriżi huma proposti permezz ta’ emendi għall-Artikolu 135.
Trattament ta’ skoperturi fuq self speċjalizzat
Il-promozzjoni ta’ proġetti infrastrutturali vijabbli u ta’ proġetti speċjalizzati oħrajn hija ta’ importanza vitali għat-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni. Is-self speċjalizzat mill-istituzzjonijiet huwa wkoll karatteristika li tiddefinixxi l-ekonomija tal-Unjoni, meta mqabbla ma’ ġurisdizzjonijiet oħrajn fejn proġetti bħal dawn huma ffinanzjati b’mod predominanti mis-swieq kapitali. Istituzzjonijiet kbar stabbiliti fl-UE huma fornituri ewlenin ta’ finanzjament għal proġetti speċjalizzati, ta’ finanzjament ta’ oġġetti u ta’ finanzjament ta’ komoditajiet, fl-Unjoni u globalment; għalhekk, żviluppaw livell għoli ta’ għarfien espert f’dawk l-oqsma. In-negozju jitwettaq prinċipalment ma’ entitajiet bi skop speċjali li tipikament iservu bħala entitajiet mutwatarji u li għalihom ir-redditu fuq l-investiment huwa s-sors primarju ta’ ripagament tal-finanzjament miksub.
F’konformità mal-istandards ta’ Basel III, klassi ta’ skoperturi speċjalizzati kif ukoll żewġ approċċi ġenerali sabiex jiġu ddeterminati l-piżijiet tar-riskju applikabbli għal skoperturi speċjalizzati, waħda għal skoperturi kklassifikati esternament u waħda għal skoperturi li ma humiex ikklassifikati esternament, huma introdotti taħt l-SA-CR fl-Artikolu 122a l-ġdid. Il-klassijiet ta’ skoperturi għal finanzjament ta’ proġetti, għal finanzjament ta’ oġġetti u għal finanzjament ta’ komoditajiet huma introdotti taħt l-SA-CR, f’konformità mal-istess tliet subkategoriji fl-approċċi bbażati fuq klassifikazzjonijiet interni (IRB).
Billi t-trattament standardizzat il-ġdid skont il-qafas ta’ Basel III għal skoperturi ta’ self speċjalizzat mhux ikklassifikati ma huwiex sensittiv biżżejjed għar-riskju sabiex jirrifletti l-effetti ta’ pakketti ta’ sigurtà komprensivi normalment assoċjati ma’ xi skoperturi għal finanzjament ta’ oġġetti fl-Unjoni, hija introdotta granularità addizzjonali fl-SA-CR għal dawn l-iskoperturi. Skoperturi għal finanzjament ta’ oġġetti mhux ikklassifikati li jibbenefikaw minn ġestjoni prudenti u konservattiva tar-riskji finanzjarji assoċjati billi jikkonformaw ma’ sett ta’ kriterji li kapaċi jbaxxu l-profil tar-riskju tagħhom għal standard ta’ “kwalità għolja” jibbenefikaw minn trattament kapitali favorevoli meta mqabbel mat-trattament ġenerali ta’ skoperturi għal finanzjamen tta’ oġġetti mhux ikklassifikati skont l-istandards ta’ Basel III. Id-determinazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi “kwalità għolja” għall-finanzjament ta’ oġġetti hija soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi ulterjuri li għandhom jiġu żviluppati mill-ABE permezz ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji.
It-trattament preferenzjali introdott fis-CRR II sabiex jitrawmu l-finanzjament bankarju u l-investiment privat fi proġetti infrastrutturali ta’ kwalità għolja (“fattur ta’ appoġġ għall-infrastruttura”) previst fl-Artikolu 501a jinżamm kemm taħt l-approċċi SA-CR kif ukoll IRB għar-riskju ta’ kreditu bi kjarifiki mmirati, li jirriżultaw f’rekwiżiti ta’ fondi proprji aktar baxxi għal proġetti infrastrutturali mit-trattament speċifiku pprovdut mill-istandards ta’ Basel III. Madankollu, it-trattament preferenzjali previst fl-Artikolu 122a il-ġdid għal skoperturi għal finanzjament ta’ proġetti ta’ “kwalità għolja” se japplika biss għal skoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet ma japplikawx diġà t-trattament tal-“fattur ta’ appoġġ għall-infrastruttura” skont l-Artikolu 501a sabiex jiġi evitat tnaqqis mhux iġġustifikat fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
Skoperturi fil-livell tal-konsumatur
L-Artikolu 123 huwa emendat sabiex tiġi allinjata aktar il-klassifikazzjoni tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-SA-CR mal-klassifikazzjoni skont l-approċċi IRB sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-piżijiet tar-riskju korrispondenti għall-istess sett ta’ skoperturi. L-Artikolu 123 huwa emendat ukoll sabiex jiġi introdott trattament preferenzjali tal-piż tar-riskju ta’ 45 % għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotattivi li jissodisfaw sett ta’ kundizzjonijiet ta’ ripagament jew użu li kapaċi jbaxxu l-profil tar-riskju tagħhom, li jiddefinixxuhom bħala skoperturi għal “tranżatturi”, f’konformità mal-istandards ta’ Basel III. L-iskoperturi għal persuna fiżika waħda jew aktar li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha sabiex jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu ppeżati skont ir-riskju b’100 %.
Skoperturi b’diskrepanza fil-muniti
Jiddaħħal l-Artikolu 123a ġdid sabiex jiġi introdott rekwiżit moltiplikatur tal-piż tar-riskju għal skoperturi mhux iħħeġġjati ta’ proprjetà immobbli fil-livell tal-konsumatur u residenzjali għal individwi meta jkun hemm diskrepanza bejn il-munita tad-denominazzjoni tas-self u dik tas-sors ta’ introjtu tad-debitur. Kif stabbilit fl-istandards finali ta’ Basel III, il-moltiplikatur huwa stabbilit fil-livell ta’ 1,5, soġġett għal limitu massimu ta’ 150 % għall-piż tar-riskju finali li jirriżulta. Meta l-munita tal-iskoperturi tkun differenti mill-munita domestika tal-pajjiż ta’ residenza tad-debitur, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-iskoperturi mhux iħħeġġjati kollha bħala indikatur.
Skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli
F’konformità mal-istandards finali ta’ Basel III, it-trattament tal-klassi tal-iskoperturi għall-proprjetà immobbli huwa emendat sabiex tiżdied aktar il-granularità fir-rigward tar-riskju inerenti ppreżentat minn tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet u ta’ self fuq proprjetà immobbli.
It-trattament il-ġdid tal-piż tar-riskju jżomm id-distinzjoni bejn ipoteki residenzjali u kummerċjali, iżda jżid aktar granularità skont it-tip ta’ finanzjament tal-iskopertura (dipendenti jew mhux fuq flussi ta’ introjtu ġġenerati mill-proprjetà kollateralizzata) u skont il-fażi li fiha tkun tinsab il-proprjetà (fażi ta’ kostruzzjoni vs. proprjetà ffinalizzata).
Novità minnhom hija l-introduzzjoni ta’ trattament speċifiku ta’ self ipotekarju għall-proprjetà immobbli li tipproduċi introjtu (IPRE), jiġifieri s-self ipotekarju li r-ripagament tiegħu jkun materjalment dipendenti fuq il-flussi ta’ flus iġġenerati mill-proprjetà li tiggarantixxi dak is-self. L-evidenza miġbura mill-Kumitat ta’ Basel turi li dak is-self għandu t-tendenza li jkun materjalment aktar riskjuż mis-self ipotekarju li r-ripagament tiegħu jiddependi materjalment fuq il-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jisservizzja s-self. Madankollu, skont l-SA-CR kurrenti, ma hemm l-ebda trattament speċifiku għal tali skoperturi aktar riskjużi, anki jekk din id-dipendenza fuq il-flussi ta’ flus iġġenerati mill-proprjetà li tiggarantixxi s-self hija motivatur importanti tar-riskju. In-nuqqas ta’ trattament speċifiku jista’ jirriżulta f’livelli insuffiċjenti ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji sabiex jiġi kopert telf mhux mistenni fuq dan it-tip ta’ skoperturi għall-proprjetà immobbli.
Fl-Artikolu 4, diversi definizzjonijiet huma emendati, mibdula jew imdaħħlin mill-ġdid sabiex tiġi ċċarata t-tifsira tad-diversi tipi ta’ skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli f’konformità mat-trattamenti riveduti fil-Parti III (il-punti minn (75) sa (75g)).
L-Artikolu 124 jinbidel sabiex jistabbilixxi fil-paragrafi 1minn sa 5 ir-rekwiżiti ġenerali u xi wħud speċifiċi għall-assenjazzjoni tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli residenzjali u fuq proprjetà immobbli kummerċjali, rispettivament, inkluż għal ipoteki (residenzjali u kummerċjali) IPRE. Il-paragrafi minn 6 sa 10 iżommu l-valutazzjoni perjodika kurrenti tal-idoneità tal-piżijiet tar-riskju standard u tal-proċess sabiex jiżdiedu fid-diskrezzjoni tal-awtorità nominata.
L-Artikolu 125 hu mibdul sabiex jiġi implimentat it-trattament rivedut ta’ Basel III għal skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali. Filwaqt li jinżamm l-approċċ tal-qsim tas-self, li jaqsam l-iskoperturi għall-ipoteki f’parti ggarantita u f’parti mhux iggarantita u jassenja l-piż tar-riskju korrispondenti għal kull waħda minn dawn iż-żewġ partijiet, il-kalibrazzjoni tiegħu hija aġġustata f’konformità mal-istandards ta’ Basel III li skont dawn il-parti ggarantita tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà tirċievi piż tar-riskju ta’ 20 %. Din il-kalibrazzjoni tal-piż tar-riskju għall-parti ggarantita tindirizza s-sitwazzjoni li fiha l-istituzzjoni tista’ ġġarrab telf mhux mistenni addizzjonali anki lil hinn mit-telf li diġà jiġi applikat għall-valur tal-proprjetà meta tinbiegħ f’każ ta’ inadempjenza tad-debitur. Barra minn hekk, l-Artikolu 125 jipprovdi trattament ta’ riżerva aktar sensittiv għar-riskju skont il-proporzjon bejn l-iskopertura u l-valur (exposure-to-value, ETV) għal ipoteki residenzjali meta l-proprjetà ma tkunx eliġibbli għall-qsim tas-self (pereż. minħabba li ma tkunx lesta).
L-Artikolu 125 emendat jistabbilixxi wkoll trattament iddedikat u aktar granulari tal-piż tar-riskju li japplika għall-iskoperturi residenzjali IPRE sakemm ma jiġix issodisfat l-hekk imsejjaħ “test iebes”: meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà li tiggarantixxi l-ipoteka tkun ippubblikat evidenza li turi li s-suq tal-proprjetà jkun żviluppat sew u stabbilit fit-tul b’rati ta’ telf annwali li ma jaqbżux ċerti livelli limitu, l-istess piżijiet tar-riskju preferenzjali jistgħu jiġu applikati għal skoperturi residenzjali IPRE bħal għal skoperturi residenzjali oħrajn fejn ir-riskju tal-mutwatarju ma jiddependix materjalment fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà.
L-Artikolu 126 huwa mibdult sabiex jiġi implimentat it-trattament rivedut ta’ Basel III għal skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali. B’mod kunċettwali, jirrifletti t-trattament għal skoperturi għal proprjetà immobbli residenzjali: jinżamm l-approċċ ta’ qsim tas-self ferm stabbilit u l-kalibrazzjoni tiegħu tiġi aġġustata f’konformità mal-istandards ta’ Basel III li skont dawn il-parti ggarantita tal-iskopertura sa valur ta’ 55 % tal-proprjetà tirċievi piż tar-riskju ta’ 60 %. Barra minn hekk, l-Artikolu 126 jipprovdi trattament ta’ riżerva aktar sensittiv għar-riskju skont il-proporzjon tal-ETV għal ipoteki kummerċjali meta l-proprjetà ma tkunx eliġibbli għall-qsim tas-self.
Trattament iddedikat u aktar granulari tal-piż tar-riskju għall-iskoperturi kummerċjali IPRE jiġi introdott permezz tal-emendi għall-Artikolu 126 filwaqt li jinżamm it-“test iebes”, li jippermetti lill-istituzzjonijiet japplikaw l-istess piżijiet tar-riskju preferenzjali għal skoperturi għal proprjetà immobbli kummerċjali li jipproduċu introjtu u għal skoperturi għal proprjetà immobbli kummerċjali oħrajn iggarantiti bi proprjetà li tinsab fi swieq fejn ir-rati ta’ telf annwali ma jaqbżux ċerti livelli limitu.
Self li jiffinanzja l-akkwist, l-iżvilupp jew il-kostruzzjoni ta’ art (acquisition, development or construction, ADC) ta’ kwalunkwe proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali jġarrab riskju akbar. Dan ir-riskju akbar huwa dovut għall-fatt li s-sors tar-ripagament fil-bidu tas-self ikun bejgħ ippjanat, iżda inċert tal-proprjetà, jew inkella flussi ta’ flus sostanzjalment inċerti. It-trattament kurrenti tal-finanzjament spekulattiv ta’ proprjetà immobbli huwa bbażat biss fuq l-intenzjoni tal-mutwatarju li jbigħ mill-ġdid il-proprjetà għal profitt, mingħajr ma jitqies sa liema punt ir-ripagament ikun ċert. Għalhekk, fl-Artikolu 4 ġiet introdotta definizzjoni ġdida u jiddaħħal Artikolu 126a ġdid sabiex jiġi introdott it-trattament speċifiku tal-piż tar-riskju ta’ 150 % previst mill-istandards ta’ Basel III għal self lil kumpaniji jew lil veikoli bi skop speċjali li jiffinanzjaw l-ADC ta’ kwalunkwe proprjetà residenzjali jew kummerċjali. Min-naħa l-oħra, it-trattament kurrenti tal-piż tar-riskju ta’ 150 % għal “finanzjament spekulattiv tal-proprjetà immobbli” jitneħħa billi huwa bbażat biss fuq l-intenzjoni tal-mutwatarju li jerġa’ jbigħ il-proprjetà għal profitt, mingħajr ma jitqies sa liema punt ir-ripagament ikun inċert. F’konformità mal-istandards ta’ Basel III, l-Artikolu 126a jippermetti li jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 100 % għall-iskoperturi residenzjali tal-ADC bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskju (f’termini ta’ standards ta’ sottoskrizzjoni, ta’ proporzjon ta’ kuntratti ta’ qabel il-bejgħ jew ta’ qabel il-lokazzjoni u ta’ ekwità f’riskju).
Sabiex jitnaqqas l-impatt tal-effetti ċikliċi fuq il-valwazzjoni tal-proprjetà li tiggarantixxi self u sabiex ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-ipoteki jinżammu aktar stabbli, l-istandards finali ta’ Basel III jillimitaw il-valur tal-proprjetà rikonoxxuta għal skopijiet prudenzjali bil-valur imkejjel fil-bidu tas-self, sakemm il-modifiki ma jżidux il-valur tal-proprjetà “b’mod inekwivoku”. Fl-istess ħin, l-istandards ma jobbligaw lill-banek jimmonitorjaw l-iżvilupp tal-valuri tal-proprjetà. Minflok, jeħtieġu aġġustamenti f’każ ta’ avvenimenti straordinarji biss. B’kuntrast ma’ dan, l-SA-CR kurrenti applikabbli fl-UE jeħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw regolarment il-valur tal-proprjetà mirhuna bħala kollateral. Fuq il-bażi ta’ dan il-monitoraġġ, l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jagħmlu aġġustamenti ’l fuq jew ’l isfel għall-proprjetà (irrispettivament mill-valur tal-proprjetà fil-bidu tas-self). L-Artikolu 208 huwa emendat sabiex jitnaqqas l-impatt tal-effetti ċikliċi fuq il-valwazzjoni tal-proprjetà li tiggarantixxi s-self u sabiex ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-ipoteki jinżammu aktar stabbli. B’mod partikolari, jinżamm ir-rekwiżit kurrenti għal monitoraġġ frekwenti tal-valuri tal-proprjetà, li jippermetti aġġustament ’il fuq lil hinn mill-valur fil-bidu tas-self (għall-kuntrarju tal-istandards ta’ Basel III), iżda biss sal-valur medju matul l-aħħar tliet snin fil-każ ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u matul l-aħħar sitt snin fil-każ ta’ proprjetà immobbli residenzjali. Għal proprjetà immobbli li tikkollateralizza bonds koperti, huwa ċċarat fl-Artikolu 129 li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw il-valur tas-suq jew il-valur tas-self ipotekarju mingħajr ma jillimitaw iż-żidiet fil-valur tal-proprjetà bħala medja matul l-aħħar tliet snin jew sitt snin, rispettivament. Barra minn hekk, fl-Artikolu 208 huwa ċċarat li l-modifiki magħmulin fil-proprjetà li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-bini jew tal-unità tal-abitazzjoni jridu jitqiesu bħala li jżidu b’mod ċar il-valur tagħha. Fl-aħħar nett, l-istituzzjonijiet jitħallew iwettqu l-valwazzjoni u r-rivalwazzjoni tal-proprjetajiet permezz ta’ metodi statistiċi avvanzati jew matematiċi oħrajn, żviluppati indipendentement mill-proċess tad-deċiżjoni ta’ kreditu, soġġetti għall-issodisfar ta’ numru ta’ kundizzjonijiet, li huma bbażati fuq il-Linji Gwida tal-ABE dwar il-bidu u l-monitoraġġ tas-self (EBA/GL/2020/06), u soġġetti għall-approvazzjoni superviżorja.
L-Artikolu 465 huwa emendat sabiex jipprovdi għal arranġament tranżizzjonali speċifiku għal skoperturi b’riskju baxx iggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali meta jiġi kkalkolat il-minimu tal-output. Matul il-perjodu tranżizzjonali, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet japplikaw piż tar-riskju preferenzjali ta’ 10 % għall-parti ggarantita tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà, u piż tar-riskju ta’ 45 % għall-parti li jifdal tal-iskopertura sa 80 % tal-valur tal-proprjetà, dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet li għandhom l-għan li jiżguraw li jkunu ta’ riskju baxx, u vverifikati mill-awtorità kompetenti. L-ABE se tkun meħtieġa timmonitorja l-użu tat-trattament tranżizzjonali u tħejji rapport dwar l-adegwatezza tal-kalibrazzjoni tiegħu. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk tippreżentax lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva dwar skoperturi b’riskju baxx iggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali.
Skoperturi għal dejn subordinat
L-Artikolu 128 huwa mibdul sabiex jiġi implimentat it-trattament rivedut għall-iskoperturi għal dejn subordinat ipprovdut mill-istandards finali ta’ Basel III (jiġifieri piż tar-riskju ta’ 150 %).
Skoperturi ta’ ekwità
L-Artikolu 133 huwa mibdul sabiex jiġi implimentat it-trattament rivedut għall-iskoperturi ta’ ekwità skont l-istandards finali ta’ Basel III. L-ambitu tal-klassi tal-iskopertura ta’ ekwità huwa ċċarat billi tiġi pprovduta definizzjoni ta’ skoperturi ta’ ekwità u jiġi speċifikat liema strumenti oħrajn għandhom jiġu kkategorizzati bħala skoperturi ta’ ekwità għall-fini tal-kalkolu tal-assi ppeżati skont ir-riskju għar-riskju ta’ kreditu.
Sabiex tiżdied is-sensittività għar-riskju tal-SA-CR, il-piżijiet tar-riskju riveduti jirriflettu r-riskju ogħla ta’ telf ta’ ekwità meta mqabblin mal-iskoperturi tad-dejn permezz ta’ piż tar-riskju ta’ 250 % u jiddifferenzjaw bejn investimenti spekulattivi fit-tul u aktar riskjużi li jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 400 %. Sabiex tiġi evitata kumplessità mhux ġustifikata, il-klassifikazzjoni ta’ skoperturi fit-tul tirreferi għall-perjodu ta’ holding approvat mill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni bħala kriterju ċentrali.
L-iskoperturi ta’ ekwità mġarrbin skont programmi leġiżlattivi għall-promozzjoni ta’ setturi speċifiċi tal-ekonomija li jipprovdu sussidji sinifikanti għall-investiment lill-istituzzjoni u jinvolvu xi forma ta’ sorveljanza tal-gvern jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 % soġġetti għal limitu ta’ 10 % tal-fondi proprji tal-istituzzjoni u għal approvazzjoni superviżorja. Tali sussidji jistgħu jkunu wkoll fil-forma ta’ garanziji ġenerali minn banek multilaterali tal-iżvilupp, minn istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku u minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Dan sabiex jiġi rifless il-fatt li l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, il-banek multilaterali tal-iżvilupp, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku u l-Istati Membri qed jistabbilixxu “programmi leġiżlattivi” bħal dawn, spiss ibbażati fuq garanziji pubbliċi ġenerali u marbutin ma’ pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza finanzjarji, sabiex jimmobilizzaw il-kapital privat, inkluż sabiex jappoġġaw negozji strateġiċi.
L-iskoperturi ta’ ekwità għall-banek ċentrali għadhom soġġetti għal piż tar-riskju ta’ 100 %.
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 133 jipprovdi minimu għall-iskoperturi ta’ ekwità li huma rreġistrati bħala self iżda li jirriżultaw minn konverżjoni ta’ dejn f’ekwità magħmula bħala parti mir-realizzazzjoni jew mir-ristrutturar ordnat tad-dejn: f’konformità mal-istandard ta’ Basel III, il-piż tar-riskju applikabbli ma jridx ikun anqas mill-piż tar-riskju li jkun japplika jekk il-holdings jibqgħu fil-portafoll tad-dejn.
Ħafna banek tal-UE għandhom parteċipazzjonijiet ta’ ekwità strateġiċi u dejjiema f’impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji. L-istandards ta’ Basel III jżidu l-RWs għat-tipi kollha ta’ skoperturi ta’ ekwità fuq perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin mingħajr ma jipprovdu trattament speċifiku għall-investimenti strateġiċi ta’ ekwità. L-applikazzjoni tal-approċċ aktar konservattiv inkorporat fl-istandards ta’ Basel III għall-istokk kollu ta’ holdings eżistenti tista’ tipperikola l-vijabbiltà ekonomika tar-relazzjonijiet strateġiċi eżistenti.
Fid-dawl ta’ dan, l-Artikolu 49 huwa emendat sabiex jistabbilixxi l-piż tar-riskju applikabbli għal skoperturi ta’ ekwità għal entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi fl-istess ambitu ta’ konsolidazzjoni (grupp) prudenzjali jew – soġġetti għal approvazzjoni superviżorja – għal istituzzjonijiet li jaqgħu fl-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali b’100 % u b’hekk jinżamm it-trattament attwali għal dawn ħafna mill-entitajiet ikkonċernati.
Barra minn hekk, jiddaħħal Artikolu 495a ġdid sabiex tiġi stabbilita introduzzjoni gradwali tal-piżijiet tar-riskju l-ġodda applikabbli għall-iskoperturi ta’ ekwità. Barra minn hekk, l-Artikolu l-ġdid jipprevedi l-anterjorità tat-trattament kurrenti tal-investimenti storiċi u strateġiċi ta’ ekwità li jkunu miżmumin minn istituzzjoni matul l-aħħar 10 snin f’entitajiet, inkluż f’impriżi tal-assigurazzjoni, li fuqhom tkun teżerċita influwenza sinifikanti.
Skoperturi inadempjenti
L-Artikolu 127 huwa emendat sabiex jiċċara t-trattament tal-piż tar-riskju ta’ skonti fuq ix-xiri ta’ skoperturi improduttivi (non-performing exposures, NPEs), kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar “L-indirizzar ta’ self improduttiv wara l-pandemija tal-COVID-19”. Għal dan il-għan, il-proposta tiċċara li l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu l-iskont fuq assi inadempjenti mixtrijin meta jiddeterminaw il-piż tar-riskju xieraq li għandu jiġi applikat għal skopertura inadempjenti. Din tikkomplementa l-ħidma kontinwa tal-ABE mmirata lejn l-emendar tal-RTS dwar l-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu.
Aktar emendi għall-Artikolu 127 jallinjaw il-lingwaġġ ma’ dak użat fl-istandards riveduti ta’ Basel III.
Użu ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu minn Istituzzjonijiet Esterni tal-Valutazzjoni tal-Kreditu u l-immappjar
Sabiex jinforma xi inizjattiva futura dwar l-istabbiliment ta’ skemi ta’ klassifikazzjoni pubbliċi jew privati, l-Artikolu 135 huwa emendat sabiex jagħti mandat lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) sabiex iħejju rapport dwar l-impedimenti għad-disponibbiltà ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu esterni minn ECAIs, b’mod partikolari għall-impriżi, u dwar miżuri possibbli sabiex dawn jiġu indirizzati.
Qafas tar-riskju ta’ kreditu – approċċi interni bbażati fuq klassifikazzjonijiet
Tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-approċċi bbażati fuq klassifikazzjonijiet interni
Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu li huma bbażati fuq il-mudelli interni tal-istituzzjonijiet għandhom benefiċċji importanti f’termini ta’ sensittività għar-riskju, tal-fehim tal-istituzzjonijiet tar-riskji tagħhom kif ukoll tal-kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet madwar l-Unjoni. Madankollu, il-kriżi finanzjarja enfasizzat nuqqasijiet importanti fl-approċċi IRB. Firxa ta’ studji mwettqin kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE sabu varjazzjoni wiesgħa b’mod inaċċettabbli fir-rekwiżiti ta’ kapital fost l-istituzzjonijiet li ma tistax tiġi spjegata biss mid-differenzi fil-medda ta’ riskji tal-portafolli tal-istituzzjonijiet. Dan ifixkel il-komparabbiltà tal-proporzjonijiet ta’ kapital u għandu impatt fuq il-kundizzjonijiet ekwi fost l-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, il-kriżi żvelat każijiet li fihom it-telf imġarrab mill-istituzzjonijiet fuq xi portafolli kien ogħla b’mod sinifikanti mill-previżjonijiet tal-mudelli, li rriżulta f’livelli insuffiċjenti ta’ kapital miżmum minn istituzzjonijiet individwali.
L-istituzzjonijiet għamlu dan minħabba li l-qafas applikabbli kien fih limiti insuffiċjenti fir-rigward tad-disponibbiltà tal-approċċi IRB għal klassijiet ta’ skoperturi li huma diffiċli li jiġu mmudellati, u minħabba li l-qafas fil-prinċipju ġiegħel lil dawk l-istituzzjonijiet li kellhom l-għan li jużaw l-approċċ IRB għal xi wħud mill-iskoperturi tagħhom sabiex ivarawh fl-iskoperturi kollha
L-Artikoli 150 u 151(8) huma emendati sabiex jillimitaw il-klassijiet ta’ skoperturi li għalihom jistgħu jintużaw mudelli interni sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu, li jimplimentaw l-istandards ta’ Basel III. B’mod speċifiku, l-użu tal-approċċ IRB avvanzat (advanced IRB, A-IRB), li jippermetti l-immudellar tal-parametri tar-riskju kollha, huwa permess biss għal dawk il-klassijiet ta’ skoperturi li għalihom huwa possibbli mmudellar robust filwaqt li klassijiet oħrajn ta’ skoperturi huma “migrati” għal approċċi anqas sofistikati:
·għal skoperturi għal impriżi b’bejgħ annwali konsolidat totali ta’ aktar minn EUR 500 miljun jew li jappartjenu għal grupp li fih il-bejgħ annwali totali għall-grupp konsolidat ikun ta’ aktar minn EUR 500 miljun (“impriżi kbar”), għal skoperturi għal istituzzjonijiet u għal entitajiet oħrajn tas-settur finanzjarju (inklużi dawk ittrattati bħala impriżi), l-użu tal-approċċ IRB avvanzat ma għadux disponibbli – għal dawk l-iskoperturi, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-approċċ IRB ta’ fondazzjoni (foundation IRB, F-IRB) u, għalhekk, jimmudellaw biss il-PD;
·għal skoperturi ta’ ekwità, l-approċċ IRB ma għadux disponibbli - għal dawk l-iskoperturi, l-istituzzjonijiet iridu jużaw l-SA-CR.
Il-limitazzjoni tal-użu ta’ approċċi avvanzati ta’ mmudellar hija mistennija li tneħħi sors importanti ta’ varjabbiltà bla bżonn fl-RWAs u, b’hekk, ittejjeb il-komparabbiltà tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. Barra minn hekk, se tneħħi sors ta’ kumplessità bla bżonn mill-qafas.
Klassi ġdida ta’ skoperturi għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali kif ukoll għal entitajiet tas-settur pubbliku
Bħalissa, l-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku (public sector entities, PSEs) u għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali (regional governments and local authorities, RGLAs) jistgħu jiġu ttrattati jew bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew bħala skoperturi għal istituzzjonijiet. Dawk ittrattati bħala skoperturi għal istituzzjonijiet ikollhom bżonn jiġu ttrasferiti għall-approċċ F-IRB skont l-istandards riveduti ta’ Basel III u, għalhekk, ikunu soġġetti għal-limitazzjonijiet tal-immudellar, filwaqt li skoperturi ttrattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali ma jkunux. Sabiex titnaqqas il-kumplessità bla bżonn fil-qafas, jiġi żgurat trattament konsistenti tal-iskoperturi għal PSEs u għal RGLAs u tiġi evitata varjabbiltà mhux intenzjonata fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati, huwa propost li tinħoloq klassi ġdida ta’ skoperturi “PES-RGLA” fl-Artikolu 147(2), li għaliha jiġu assenjati l-iskoperturi kollha għal dawk l-entitajiet (irrispettivament mit-trattament kurrenti tagħhom bħala skoperturi sovrani jew bħala skoperturi għal istituzzjoni), u sabiex li għal din il-klassi ta’ skoperturi l-ġdida jiġu applikati l-istess regoli li huma applikabbli għall-klassi ta’ skoperturi għal impriżi ġenerali, kif previst fl-Artikolu 151(11) il-ġdid. B’mod partikolari, il-minimi tal-input applikabbli għal skoperturi għal impriżi jkunu japplikaw bl-istess mod għal skoperturi li jappartjenu għall-iskopertura għal PES-RGLA tal-klassi ta’ Basel III.
Minimi tal-input skont l-approċċ A-IRB
L-Artikoli 160(1), 161(4), 164(4), u 166(8c) huma emendati sabiex jiġu introdotti valuri minimi għall-istimi proprji tal-istituzzjonijiet tal-parametri IRB li jintużaw bħala inputs għall-kalkolu tal-RWAs (“minimi tal-input”). Dawn il-minimi tal-input jaġixxu bħala salvagwardji sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti ta’ fondi proprji ma jaqgħux taħt livelli prudenti biżżejjed, jimmitigaw ir-riskju tal-mudell, l-iżball fil-kejl, il-limitazzjonijiet tad-data, u jtejbu l-komparabbiltà tal-proporzjonijiet ta’ kapital fost l-istituzzjonijiet.
Fir-rigward tal-parametru tar-riskju tal-PD, il-minimi tal-input eżistenti jiżdiedu bi ftit (minn 0,03 % skont Basel II għal 0,05 % skont Basel III). Għall-parametri tar-riskju tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza (loss given default, LGD) u tas-CCF, min-naħa l-oħra, il-minimi tal-input huma rekwiżiti ġodda, ikkalibrati b’mod prudenti. Il-minimu tal-input tal-LGD għal skoperturi għal impriżi mhux iggarantiti huwa stabbilit għal 25 %, u għal skoperturi ġenerali mhux iggarantiti fil-livell tal-konsumatur għal 30 %. Formula li tinkludi telf konservattiv skont it-tip ta’ kollateral hija pprovduta għal skoperturi ggarantiti, filwaqt li l-minimu tal-input tas-CCF speċifiku għall-IRB huwa stabbilit skont il-50 % tas-CCF tal-approċċ standardizzat applikabbli.
Trattament ta’ skoperturi sovrani
Jiżdied l-Artikolu 159a ġdid sabiex jispeċifika f’konformità mal-istandards ta’ Basel III li l-minimi tal-input il-ġodda (deskritti fit-taqsima preċedenti) applikabbli għall-istimi proprji tal-PD, tal-LGD u tas-CCF tal-istituzzjonijiet ma humiex applikabbli għal skoperturi sovrani.
Tħassir tal-“fattur ta’ gradazzjoni ta’ 1,06” fil-formula tal-piż tar-riskju
F’konformità mal-istandards ta’ Basel III, l-Artikoli 153(1) u 154(1) huma emendati sabiex jitħassar il-“fattur ta’ gradazzjoni ta’ 1,06” li japplika għall-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal riskju ta’ kreditu skont l-approċċi IRB u b’hekk jiġi ssimplifikat il-kalkolu u tiġi kkanċellata ż-żieda ta’ kalibrazzjoni ta’ 6 % fil-piżijiet tar-riskju tal-IRB li japplikaw taħt il-qafas kurrenti.
Tneħħija tat-trattament ta’ “inadempjenza doppja”
L-Artikoli 153(3), 154(2), 202 u 217 huma emendati sabiex jitneħħa l-metodu ta’ inadempjenza doppja applikabbli għal xi skoperturi ggarantiti, u titħalla biss formula ġenerali waħda għall-kalkolu tal-piżijiet tar-riskju u għas-simplifikazzjoni tal-qafas, kif previst mill-istandards ta’ Basel III. B’anqas għażliet inkorporati, il-kalkolu rivedut jiżgura komparabbiltà akbar tal-RWAs bejn l-istituzzjonijiet u tnaqqis tal-varjabbiltà mhux dovuta.
Introduzzjoni tal-approċċi IRB u tal-użu parzjali permanenti
Skont l-istandards finali ta’ Basel III, l-adozzjoni tal-approċċi IRB għal klassi waħda ta’ skoperturi minn istituzzjoni ma għadhiex ikkundizzjonata għall-fatt li jenħtieġ li l-klassijiet kollha ta’ skoperturi tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħha eventwalment jiġu ttrattati skont l-approċċ IRB (“introduzzjoni tal-IRB”) ħlief għal dawk l-iskoperturi li għalihom użu parzjali permanenti (PPU) tal-SA-CR huwa permess mir-regoli u approvat mill-awtorità kompetenti. Dan il-prinċipju l-ġdid huwa implimentat fl-Artikoli 148 u 150, li jippermettu lill-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċi IRB b’mod selettiv.
Sabiex jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwi bejn dawk l-istituzzjonijiet li bħalissa qed jittrattaw l-iskoperturi tagħhom skont wieħed mill-approċċi IRB u dawk li mhumiex, l-arranġamenti tranżizzjonali huma stabbiliti f’Artikolu 494d ġdid li jippermetti lill-istituzzjonijiet jerġgħu lura għall-SA-CR matul perjodu ta’ tliet snin soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti skont proċedura simplifikata.
Parametru tar-riskju rivedut skont l-approċċi IRB ta’ fondazzjoni
L-Artikolu 161(1) huwa emendat sabiex jimplimenta l-valuri tal-LGD kalibrati mill-ġdid għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti għal impriżi (LGD ta’ 40 % minflok 45 %). Il-valur tal-LGD għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrijin huwa emendat ukoll sabiex jiġi allinjat mat-trattament ta’ Basel.
Ambitu u metodi ta’ kalkolu riveduti għall-istimi proprji tal-fatturi tal-konverżjoni ta’ kreditu
L-Artikolu 166(8), (8a), (8b) u (8b) u l-Artikolu 182 huma emendati sabiex jiġu riveduti l-ambitu u l-metodi ta’ kalkolu għall-komputazzjoni tal-istimi proprji tas-CCFs li jintużaw sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-iskopertura ta’ elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr il-kuntratti tad-derivati. B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet il-ġodda jeħtieġu l-użu ta’ perjodu fiss ta’ 12-il xahar qabel l-inadempjenza sabiex jiġu stmati l-istimi proprji tas-CCFs, u jippermettu l-użu ta’ stimi proprji biss għal impenji speċifiċi li għalihom is-CCF standardizzat korrispondenti jkun anqas minn 100 %.
Garanziji pprovduti minn fornituri ta’ protezzjoni ttrattati b’approċċ anqas sofistikat
L-istandards ta’ Basel III irrevedew b’mod sinifikanti l-metodoloġiji li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw sabiex jirrikonoxxu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-garanziji eliġibbli bil-għan li, fost l-oħrajn, jillimitaw il-medda ta’ approċċi u, għalhekk, inaqqsu l-varjabbiltà tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. Għal dan il-għan, l-istandards ta’ Basel III ġeneralment jipprevedu li l-piż tar-riskju li għandu jiġi applikat għall-parti ggarantita tal-iskopertura jkun dak li jenħtieġ li jiġi kkalkolat skont l-approċċ applikat għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni. Meta skopertura ttrattata skont l-approċċ A-IRB tkun iggarantita minn garanti li jkun ittrattat skont l-approċċ F-IRB jew l-SA-CR, ir-rikonoxximent ta’ dik il-garanzija jwassal sabiex l-iskopertura ggarantita tiġi ttrattata skont l-F-IRB jew l-SA-CR, rispettivament. Ir-rikonoxximent tal-garanziji fl-approċċ A-IRB se jkollu jsir permezz tal-użu ta’ wieħed mill-approċċi li ġejjin:
·il-bidla tal-approċċ tal-piż tar-riskju, il-bidla tal-piż tar-riskju tad-debitur bil-piż tar-riskju tal-garanti jekk skoperturi diretti komparabbli lejn il-garanti jiġu ttrattati skont l-SA-CR (l-Artikolu 235a);
·l-approċċ tal-bidla tal-parametri tar-riskju, li tbiddel il-parametri tar-riskju tad-debitur bil-parametri tar-riskju assoċjati ma’ skoperturi diretti komparabbli għall-garanti jekk skoperturi diretti komparabbli lejn il-garanti jiġu ttrattati skont l-approċċ IRB (l-Artikolu 236a); jew
·l-aġġustament tal-LGD jew tal-istimi kemm tal-PD kif ukoll tal-LGD (l-Artikolu 183); skont dan l-approċċ, il-proposta tiċċara li jenħtieġ li r-rikonoxximent ta’ garanzija qatt ma jwassal għal piż tar-riskju applikabbli għall-iskopertura ggarantita, li jkun anqas minn dak ta’ skopertura diretta għall-garanti ta’ approċċ komparabbli. Dan huwa maħsub sabiex jissalvagwardja l-konsistenza tal-qafas f’termini ta’ valutazzjoni tar-riskju, filwaqt li jevita s-sitwazzjoni li skopertura indiretta għal fornitur ta’ protezzjoni partikolari tista’ tibbenefika minn piż tar-riskju aktar baxx minn skopertura diretta komparabbli meta dak l-istess fornitur ta’ protezzjoni jkun id-debitur.
Skoperturi fuq self speċjalizzat skont l-approċċ A-IRB
Ir-restrizzjonijiet il-ġodda ta’ mmudellar skont l-istandards ta’ Basel III huma relattivament limitati fir-rigward tat-trattament ta’ skoperturi fuq self speċjalizzat skont l-approċċi IRB. Filwaqt li japplikaw minimi tal-parametri, l-approċċ A-IRB għadu disponibbli indipendentement mid-daqs tad-debitur, għall-kuntrarju tat-trattament applikabbli għal skoperturi korporattivi oħrajn. Madankollu, il-minimi tal-parametri l-ġodda applikabbli għall-iskoperturi korporattivi japplikaw ukoll għal skoperturi fuq self speċjalizzat mingħajr ma jingħata rikonoxximent lill-prattiki speċifiċi ta’ self li jinvolvu arranġamenti ta’ sigurtà sabiex jiġi mmitigat ir-riskju ta’ kreditu.
Għalhekk, jiddaħħal Artikolu 495b ġdid sabiex jiddaħħlu gradwalment il-minimi l-ġodda, minn fattur ta’ skont ta’ 50 % li jiżdied gradwalment għal 100 % fuq perjodu ta’ 5 snin. Barra minn hekk, l-Artikolu jagħti mandat lill-ABE sabiex tivvaluta l-adegwatezza tal-minimi tal-input tal-PD u tal-LGD applikabbli għal skoperturi fuq self speċjalizzat u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-parametri permezz ta’ att delegat ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-ABE.
Klawżoli ta’ abilitazzjoni għall-iskoperturi ta’ kiri u għall-assigurazzjoni ta’ kreditu
Ġie żviluppat livell għoli ta’ għarfien espert u ta’ ġestjoni tar-riskju mill-istituzzjonijiet fl-UE fil-qasam tal-kiri, kif ukoll fl-użu tal-assigurazzjoni tal-kreditu, b’mod partikolari għal finijiet ta’ finanzjament tan-negozju. Fin-nuqqas ta’ data suffiċjenti, għadu ma huwiex ċar jekk il-parametri l-ġodda tar-riskju humiex ikkalibrati b’mod xieraq sabiex jirriflettu l-effett ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kiri tal-kollateral u, rispettivament, liema karatteristiċi l-poloz tal-assigurazzjoni tal-kreditu jrid ikollhom sabiex jiġu rrikonoxxuti bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli.
Għalhekk, jiddaħħal Artikolu 495c ġdid li jagħti mandat lill-ABE tivvaluta l-adegwatezza tal-kalibrazzjoni tar-riskju ta’ Basel III tal-parametri applikabbli għall-iskoperturi ta’ kiri, b’mod partikolari t-telf il-ġdid tal-kollateral (“aġġustamenti għall-volatilità”) u l-valuri regolatorji għall-LGD garantit. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tirrevedi l-kalibrazzjoni permezz ta’ att delegat, jekk ikun xieraq, filwaqt li tqis ir-rapport tal-ABE. Sadanittant, introduzzjoni gradwali fuq 5 snin tapplika għall-parametri l-ġodda tar-riskju skont l-approċċ A-IRB.
Barra minn hekk, jiddaħħal Artikolu 495d ġdid li jagħti mandat lill-ABE sabiex tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà u l-użu tal-assigurazzjoni tal-kreditu bħala teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u dwar il-parametri tar-riskju xierqa li jenħtieġ li jkunu assoċjati magħhom skont l-approċċi SA-CR u IRB ta’ fondazzjoni. Fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni hija meħtieġa tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva dwar l-użu tal-assigurazzjoni tal-kreditu bħala teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu.
Qafas tar-riskju tal-kreditu – tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu
L-Artikoli minn 224 sa 230 huma emendati sabiex jimplimentaw ir-regoli u l-metodi ta’ Basel III sabiex iqisu l-kollateral u l-garanziji kemm skont l-approċċ SA-CR kif ukoll skont l-approċċ F-IRB. B’mod partikolari, it-telf superviżorju applikabbli għall-kollateral finanzjarju skont il-metodu komprensiv tal-kollateral finanzjarju ġie rivedut, u hekk ukoll il-valuri tal-LGDs garantiti u tat-telf tal-kollateral applikabbli għall-iskoperturi ttrattati skont l-F-IRB.
Il-punt (c)(iii) tal-Artikolu 213(1), u l-Artikolu 215(2) huma emendati sabiex jiċċaraw il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-garanziji u, rispettivament, għall-garanziji pprovduti fil-kuntest ta’ skemi ta’ garanzija reċiproka jew ipprovduti minn jew kontrogarantiti minn xi entitajiet. Jenħtieġ li dawn il-kjarifiki b’mod partikolari jipprovdu aktar ċarezza dwar l-eliġibbiltà bħala tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu ta’ skemi pubbliċi ta’ garanzija stabbiliti fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19.
Qafas tar-riskju tas-suq
Fl-2016, il-BCBS ippubblika l-ewwel sett ta’ standards riveduti tar-riskju tas-suq, magħruf bħala r-rieżami fundamentali tal-portafoll tan-negozjar (fundamental review of the trading book, FRTB) sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati tal-qafas tar-rekwiżiti ta’ kapital tar-riskju tas-suq għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar. Matul il-monitoraġġ tal-impatt tal-istandards tal-FRTB, il-BCBS identifika numru ta’ problemi fl-istandards tal-FRTB u, b’riżultat ta’ dan, ippubblika standards tal-FRTB riveduti f’Jannar 2019.
F’Novembru 2016, il-Kummissjoni oriġinarjament ipproponiet li tintroduċi rekwiżiti vinkolanti ta’ fondi proprji bbażati fuq l-istandards tal-FRTB bħala parti mis-CRR II sabiex tindirizza n-nuqqasijiet tal-qafas tar-riskju tas-suq. Madankollu, minħabba d-deċiżjoni sussegwenti tal-BCBS li jirrevedi dawk l-istandards, bi skedi ta’ żmien inkompatibbli mal-objettivi intermedji fil-proċess ta’ negozjar tas-CRR II, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jimplimentaw l-istandards tal-FRTB fis-CRR II biss għal finijiet ta’ rapportar. L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji bbażati fuq l-istandards tal-FRTB tħalliet għal aktar tard, permezz tal-adozzjoni ta’ proposta leġiżlattiva separata.
Sabiex jiġu introdotti rekwiżiti vinkolanti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq f’konformità mal-istandards riveduti tal-FRTB, isiru diversi emendi għas-CRR.
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
L-Artikolu 4 huwa emendat sabiex jiċċara d-definizzjoni tal-post tan-negozjar.
Elementi ta’ fondi proprji
L-Artikolu 34 huwa emendat sabiex jinkludi deroga li tippermetti lill-istituzzjonijiet inaqqsu l-aġġustamenti tal-valur addizzjonali totali f’ċirkostanzi straordinarji, fuq il-bażi ta’ opinjoni pprovduta mill-ABE, sabiex tiġi indirizzata l-proċikliċità inkorporata fl-aġġustamenti addizzjonali tal-valur mnaqqsin mill-kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni.
Rekwiżiti ġenerali, valwazzjoni u rapportar
L-Artikolu 102 huwa emendat sabiex jintroduċi l-approċċi tal-FRTB għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. L-Artikolu 104 huwa mibdul sabiex jirrevedi l-kriterji użati sabiex jiġu assenjati pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar jew fil-portafoll mhux tan-negozjar (jiġifieri l-portafoll bankarju); jintroduċi wkoll deroga li tippermetti lil istituzzjoni tassenja strumenti speċifiċi għall-portafoll mhux tan-negozjar li, kieku, jiġu assenjati fil-portafoll tan-negozjar; id-deroga hija soġġetta għal kundizzjonijiet stretti ħafna u għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni. L-Artikolu 104a huwa emendat sabiex jispeċifika aktar il-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jintużaw għar-riklassifikazzjoni ta’ strument bejn iż-żewġ portafolli. L-Artikolu 104b huwa emendat sabiex jintroduċi deroga li tippermetti lill-istituzzjonijiet joħolqu postijiet tan-negozjar iddedikati li lilhom l-istituzzjonijiet jistgħu jallokaw esklussivament pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għal riskju tal-kambju u għal riskju tal-komoditajiet. L-Artikolu 104c huwa introdott sabiex jispeċifika t-trattament ta’ ħħeġġjar ta’ riskju tal-kambju fi proporzjonijiet kapitali, li jippermetti lill-istituzzjonijiet jeskludu, taħt ċerti kundizzjonijiet, xi pożizzjonijiet mill-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju. L-Artikolu 106 huwa emendat sabiex jiċċara d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-trasferimenti interni tar-riskju.
Dispożizzjonijiet ġenerali
L-Artikolu 325 huwa emendat sabiex jintroduċi rekwiżiti vinkolanti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq fuq il-bażi tal-approċċi tal-FRTB stabbiliti fil-Kapitoli 1a (approċċ standardizzat alternattiv jew A-SA), 1b (approċċ ta’ mudell intern alternattiv jew A-IMA) u minn 2 sa 4 (approċċ standardizzat simplifikat jew SSA), kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom u l-frekwenza tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. Hija introdotta wkoll deroga għall-istituzzjonijiet mill-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju tal-kambju li jitnaqqsu mill-fondi proprji tagħhom.
L-Artikolu 325a huwa emendat sabiex jintroduċi l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-użu tal-SSA.
L-Artikolu 325b jiċċara l-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq fuq bażi konsolidata.
L-approċċ standardizzat alternattiv
L-Artikolu 325c huwa emendat sabiex jintroduċi rekwiżiti kwalitattivi addizzjonali relatati mal-validazzjoni, mad-dokumentazzjoni u mal-governanza tal-A-SA.
L-Artikolu 325j huwa emendat sabiex jiċċara ċerti elementi tal-istandards finali tal-FRTB fir-rigward tat-trattament tal-investimenti fil-fondi (jiġifieri impriżi ta’ investiment kollettiv jew collective investment undertakings, CIUs) u sabiex jiġu introdotti xi aġġustamenti mmirati għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal dawn il-pożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li t-trattament tas-CIUs skont l-approċċ standardizzat ma jżidx b’mod sproporzjonat il-kumplessità tal-kalkolu u jkun anqas ppenalizzanti, minħabba li s-CIUs għandhom rwol kruċjali fl-iffaċilitar tal-akkumulazzjoni tat-tfaddil personali, kemm għal investimenti kbar kif ukoll għall-irtirar. Dawn l-objettivi huma indirizzati billi jiġi speċifikat li l-istituzzjonijiet jenħtieġ li japplikaw l-approċċ ta’ trasparenza bi frekwenza ta’ kull xahar għal dawk il-pożizzjonijiet fis-CIUs ikkonċernati minn dak l-approċċ, u billi jippermettu lill-istituzzjonijiet, f’kundizzjonijiet speċifiċi, jużaw data pprovduta minn terzi persuni rilevanti fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-approċċ ta’ trasparenza. Barra minn hekk, skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat, l-Artikolu 325j jintroduċi mandat għall-ABE sabiex tispeċifika aktar l-elementi tekniċi li l-istituzzjonijiet iridu jużaw sabiex jibnu l-portafoll ipotetiku użat fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
L-Artikolu 325q huwa emendat sabiex jiċċara t-trattament tal-fatturi ta’ riskju tal-kambju vega.
L-Artikolu 325s huwa emendat sabiex tiġi aġġustata l-formula għas-sensittivitajiet tar-riskju vega.
L-Artikolu 325t huwa emendat sabiex jallinja aktar is-sensittivitajiet użati għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji ma’ dawk użati għall-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni.
Dispożizzjoni relatata ma’ derivattivi ta’ kreditu u ta’ ekwità nnegozjati mhux ta’ titolizzazzjoni tmexxiet mill-Artikolu 325ab għall-Artikolu 325v li huwa aktar rilevanti.
L-Artikoli 325y, 325am, 325ah u 325ak huma emendati bl-istess mod sabiex tiġi ċċarata l-assenjazzjoni tal-kategoriji tal-kwalità ta’ kreditu skont l-A-SA.
L-Artikolu 325ae huwa mmodifikat sabiex jiċċara t-trattament tal-fattur tar-riskju tal-inflazzjoni u tal-fatturi tar-riskju ta’ bażi bejn muniti differenti.
L-Artikoli 325ah u 325ak huma emendati sabiex jiġu ċċarati l-piżijiet tar-riskju ta’ bonds koperti (kemm ikklassifikati esternament kif ukoll mhux ikklassifikati).
L-Artikolu 325ai u 325aj huma emendati sabiex jiġi ċċarat il-valur tal-parametri ta’ korrelazzjoni.
L-Artikolu 325as huwa mmodifikat sabiex jintroduċi piż tar-riskju aktar baxx għall-fattur tar-riskju delta tal-komoditajiet relatat mal-emissjonijiet tal-iskambju tal-karbonju. Skont l-istandards finali ta’ Basel III, il-kwoti tal-emissjonijiet huma assimilati ma’ kuntratti tal-elettriku, li jistgħu jitqiesu bħala konservattivi wisq fid-dawl tad-data storika rilevanti għas-suq tal-UE għall-kwoti tal-emissjonijiet. Il-ħolqien tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq mill-Kummissjoni fl-2015 stabbilizza l-volatilità tal-prezz tal-kwoti tal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS). Dan jiġġustifika l-ħolqien ta’ kategorija speċifika ta’ riskju għall-kwoti tal-ETS skont l-A-SA, distinta mill-elettriku, b’piż tar-riskju aktar baxx ugwali għal 40 % sabiex tiġi riflessa aħjar il-volatilità attwali tal-prezz ta’ dan il-prodott speċifiku għall-UE.
L-Artikolu 325ax huwa emendat sabiex jiċċara l-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi tar-riskju vega.
L-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudelli interni
L-Artikolu 325az huwa emendat sabiex jiċċara l-kundizzjonijiet li l-istituzzjonijiet iridu jikkonformaw magħhom sabiex jingħataw il-permess li jużaw l-A-IMA għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq.
L-Artikolu 325ba huwa emendat sabiex jintroduċi l-formula għall-aggregazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolati skont l-A-IMA.
L-Artikolu 325bc huwa emendat sabiex jintroduċi mandat tal-RTS għall-ABE sabiex tispeċifika l-kriterji għall-użu tal-inputs tad-data fil-mudell għall-kalkolu tar-riskju.
L-Artikolu 325be huwa emendat sabiex jiġu speċifikati setgħat ġodda għall-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-valutazzjoni tal-mudellabilità tal-fatturi ta’ riskju mwettqin mill-istituzzjonijiet li jużaw l-A-IMA.
L-Artikolu 325bf huwa emendat sabiex jintroduċi setgħat ġodda għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-mudell u fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv imwettin mill-istituzzjonijiet li jużaw l-A-IMA.
L-Artikolu 325bg huwa emendat sabiex jintroduċi rekwiżiti vinkolanti dwar l-attribuzzjoni tal-P&L imwettqa mill-istituzzjonijiet li jużaw l-A-IMA.
L-Artikolu 325bh huwa emendat sabiex jintroduċi aġġustamenti għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet tas-CIUs skont l-A-IMA, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat li aktar CIUs ikunu jistgħu jkunu eliġibbli skont l-approċċ. B’mod simili għall-emendi li saru għat-trattament tas-CIUs skont l-A-SA, l-istituzzjonijiet għandhom permess, taħt il-kundizzjonijiet speċifiċi, li jużaw data pprovduta minn terzi persuni rilevanti fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-approċċ ta’ trasparenza, u huma meħtieġa japplikaw l-approċċ ta’ trasparenza bi frekwenza minima ta’ kull ġimgħa.
L-Artikolu 325bi huwa emendat sabiex jiċċara r-responsabbiltajiet tal-unità ta’ kontroll tar-riskju u tal-unità ta’ validazzjoni fir-rigward tas-sistema tal-ġestjoni tar-riskji.
L-Artikolu 325bp huwa emendat sabiex jiċċara aktar is-sitwazzjonijiet li fihom l-istituzzjonijiet jitħallew jużaw mudell tal-IRB sabiex jistmaw il-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u t-telf fil-każ ta’ inadempjenza għall-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza.
L-Artikolu 337, l-Artikolu 338, l-Artikolu 352 u l-Artikolu 361 huma emendati sabiex jibdlu, jew iħassru, id-dispożizzjonijiet li ma għadhomx rilevanti għall-użu tal-SSA.
Użu ta’ mudelli interni sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji
Il-Kapitolu 5 jitħassar billi l-approċċ kurrenti bbażat fuq mudelli interni (internal model approach, IMA) użat sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq jinbidel bl-A-IMA stabbilit fil-Kapitolu 1b.
Atti delegati u ta’ implimentazzjoni
Minħabba l-inċertezza ta’ jekk ġurisdizzjonijiet ewlenin humiex se jiddevjaw mill-istandards finali ta’ Basel III fl-implimentazzjoni tagħhom tal-FRTB u l-importanza li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-prattika bejn l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni u l-pari internazzjonali tagħhom, l-Artikolu 461a jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati sabiex temenda l-approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq, u sabiex temenda d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn l-approċċi sabiex tallinjahom mal-iżviluppi internazzjonali.
Qafas tar-riskju tal-aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu (CVA)
L-aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu (credit valuation adjustment, CVA) huwa aġġustament tal-kontabilità fuq il-bażi tal-valur ġust għall-prezz ta’ tranżazzjoni ta’ derivattivi, bil-għan ta’ provvediment kontra telf potenzjali minħabba d-deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-kontroparti għal din it-tranżazzjoni. Matul il-GFC, numru ta’ banek sistemikament importanti ġarrbu telf sinifikanti ta’ CVA fuq il-portafolli tad-derivattivi tagħhom minħabba d-deterjorament ta’ ħafna mill-affidabbiltà kreditizja tal-kontropartijiet tagħhom fl-istess ħin. B’riżultat ta’ dan, fl-2011 il-BCBS introduċa, bħala parti mill-ewwel sett ta’ riformi ta’ Basel III, standards ġodda sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju ta’ CVA sabiex jiġi żgurat li r-riskju tas-CVA tal-banek ikun kopert b’kapital suffiċjenti fil-futur. Dawn l-istandards ta’ Basel ġew trasposti fid-dritt tal-Unjoni fl-2013 permezz tas-CRR.
Madankollu, tqajjem tħassib mill-banek u mis-superviżuri li l-istandards tal-2011 ma kinux ikopru b’mod xieraq ir-riskju attwali ta’ CVA li l-banek kienu skopert għalih. B’mod partikolari, tqajmu tliet aspetti kkritikati speċifiċi fir-rigward ta’ dawn l-istandards: i) li l-approċċi stabbiliti f’dawn l-istandards ma għandhomx sensittività għar-riskju, ii) li ma jirrikonoxxux il-mudelli tas-CVA żviluppati mill-banek għal skopijiet kontabilistiċi, u iii) li l-approċċi stabbiliti f’dawk l-istandards ma jkoprux ir-riskju tas-suq inkorporat fit-tranżazzjonijiet ta’ derivati mal-kontroparti. Sabiex jittratta dan it-tħassib, il-BCBS ippubblika standards riveduti f’Diċembru 2017, bħala parti mir-riformi finali ta’ Basel III, u kompla jaġġusta l-kalibrazzjoni tagħhom f’pubblikazzjoni riveduta f’Lulju 2020. Sabiex jiġi allinjat mal-istandards tal-BCBS tal-2020, isiru diversi emendi fis-CRR.
Fl-Artikolu 381, hija introdotta definizzjoni tat-tifsira tar-riskju ta’ CVA sabiex tkopri kemm ir-riskju ta’ firxiet tal-kreditu ta’ kontroparti ta’ istituzzjoni kif ukoll ir-riskju tas-suq tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet innegozjati minn dik l-istituzzjoni ma’ din il-kontroparti.
L-Artikolu 382 huwa emendat sabiex jiċċara liema tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA. Barra minn hekk, ġiet introdotta dispożizzjoni ġdida li tirrikjedi li l-istituzzjonijiet jirrapportaw ir-riżultati tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għat-tranżazzjonijiet eżentati f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Huwa speċifikat ukoll li l-istituzzjonijiet li jiħħeġġjaw ir-riskju ta’ CVA ta’ dawn it-tranżazzjonijiet eżentati għandhom id-diskrezzjoni li jikkalkolaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għal dawn it-tranżazzjonijiet, filwaqt li jqisu l-iħħeġġjar eliġibbli kkonċernat. Fl-aħħar nett, ġew introdotti mandati ġodda għall-ABE sabiex tiżviluppa linji gwida bil-għan li tgħin lis-superviżuri jidentifikaw riskju eċċessiv ta’ CVA u sabiex tiżviluppa RTS bil-għan li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-iskoperturi għar-riskju ta’ CVA li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli b’valur ġust.
Jiddaħħal l-Artikolu 382a sabiex jistabbilixxi l-approċċi l-ġodda li l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jużaw sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom għar-riskju ta’ CVA, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ taħlita ta’ dawn l-approċċi.
L-Artikolu 383 huwa mibdul bl-introduzzjoni tar-rekwiżiti ġenerali għall-użu tal-approċċ standardizzat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA, kif ukoll id-definizzjoni ta’ CVA regolatorju għal dan il-għan. Jiddaħħlu l-Artikoli minn 383a sa 383x sabiex jispeċifikaw aktar l-elementi tekniċi tal-approċċ standardizzat.
L-Artikolu 384 huwa mibdul bl-introduzzjoni tal-approċċ bażiku għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA, f’konformità mal-istandards ta’ Basel III.
L-Artikolu 385 huwa mibdul bl-introduzzjoni tal-approċċ simplifikat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA, kif ukoll il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-użu ta’ approċċ simplifikat.
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 386 huwa emendat sabiex jirrifletti r-rekwiżiti l-ġodda applikabbli għall-iħħeġġjar eliġibbli għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA.
Qafas minimu ta’ marġni ta’ telf għall-SFTs
It-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (securities financing transactions, SFTs) għandhom rwol essenzjali fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni billi jippermettu lill-istituzzjonijiet finanzjarji jimmaniġġaw il-pożizzjoni ta’ likwidità tagħhom stess u jappoġġaw l-attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq tat-titoli tagħhom. L-SFTs huma importanti wkoll għall-banek ċentrali billi dawn it-tranżazzjonijiet jippermettulhom jittrażmettu, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, il-pjanijiet tal-politika monetarja tagħhom lill-ekonomija reali. Madankollu, l-SFTs jistgħu jippermettu wkoll lill-parteċipanti fis-suq sabiex b’mod rikorrenti jingranaw il-pożizzjonijiet tagħhom billi jinvestu mill-ġdid kollateral fi flus u jużaw mill-ġdid kollateral mhux fi flus, rispettivament. Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ akkumulazzjoni ta’ lieva finanzjarja eċċessiva barra mis-settur bankarju, fl-2013 il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (Financial Stability Board, FSB) ippubblika rakkomandazzjoni lill-ġurisdizzjonijiet membri tiegħu sabiex jintroduċi telf minimu ta’ kollateral għal xi SFTs mhux ikklerjati ċentralment innegozjati bejn banek u mhux banek. Skont din ir-rakkomandazzjoni, jenħtieġ li jiġi introdott dan it-telf minimu ta’ kollateral, fid-diskrezzjoni ta’ kull ġurisdizzjoni, jew direttament permezz ta’ regolamentazzjoni tas-suq, jew indirettament permezz ta’ rekwiżit ta’ kapital aktar punittiv; dan tal-aħħar ġie żviluppat mill-BCBS fl-2017 bħala parti mir-riformi finali ta’ Basel III.
Madankollu, ir-rakkomandazzjonijiet tal-ABE fir-rapport iddedikat tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ minimi tat-telf għall-SFTs fid-dritt tal-Unjoni u tal-AETS fir-rapport tagħha dwar l-SFTs u l-lieva finanzjarja fl-UE indikaw li ma kienx ċar x’impatt ikollha l-applikazzjoni ta’ tali qafas fuq l-istituzzjonijiet. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet esprimew ukoll tħassib li l-applikazzjoni ta’ dan il-qafas għal ċerti tipi ta’ SFTs tista’ toħloq konsegwenzi mhux mixtieqa għal dawk l-attivitajiet finanzjarji. Barra minn hekk, għadu ma huwiex ċar jekk ikunx aktar xieraq li l-qafas jiġi applikat għall-istituzzjonijiet bħala rekwiżit ta’ fondi proprji aktar punittiv, jew aktar bħala regolamentazzjoni tas-suq. L-applikazzjoni tal-qafas għall-istituzzjonijiet bħala rekwiżit ta’ fondi proprji aktar punittivi tippermetti lill-istituzzjonijiet li ma jikkonformawx ma’ dawk il-minimi ta’ telf sabiex isegwu dawk l-attivitajiet finanzjarji, soġġetti għal penali. Inkella, l-applikazzjoni tal-qafas bħala regolamentazzjoni tas-suq tkun tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti kollha fis-suq jekk l-Unjoni tiddeċiedi li tintroduċi regolamentazzjoni tas-suq simili għal SFTs rilevanti bejn entitajiet mhux banek, kif rakkomandat ukoll mill-FSB fir-rapport tal-2013 imsemmi aktar ’il fuq.
F’dan l-isfond, l-Artikolu 519c jintroduċi mandat għall-ABE sabiex tirrapporta, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-AETS, lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-implimentazzjoni fl-Unjoni tal-qafas ta’ minimi tat-telf applikabbli għall-SFTs. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Riskju operattiv
Approċċ standardizzat ġdid sabiex jinbidlu l-approċċi eżistenti kollha għar-riskju operattiv
Il-BCBS irreveda l-istandard internazzjonali dwar ir-riskju operattiv sabiex jindirizza d-dgħufijiet li feġġew mal-kriżi finanzjarja tal-2008-2009. Minbarra n-nuqqas ta’ sensittività għar-riskju fl-approċċi standardizzati, ġie identifikat nuqqas ta’ komparabbiltà li jirriżulta minn firxa wiesgħa ta’ prattiki interni ta’ mmudellar skont l-approċċi avvanzati ta’ kalkolu (advanced measurement approaches, AMA). F’dan l-isfond, u sabiex tittejjeb is-sempliċità tal-qafas, l-approċċi eżistenti kollha għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv in bidlu b’approċċ wieħed mhux ibbażat fuq mudell li għandu jintuża mill-istituzzjonijiet kollha. Għalkemm l-użu ta’ mudelli, bħal dawk żviluppati taħt l-AMA, ma għadux possibbli taħt dan il-qafas il-ġdid sabiex jiġu ddeterminati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv, l-istituzzjonijiet xorta se jkollhom id-diskrezzjoni li jużaw dawk il-mudelli għall-fini tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern (internal capital adequacy assessment process, ICAAP).
L-approċċ standardizzat il-ġdid huwa implimentat fl-Unjoni billi jieħdu post it-Titolu III tal-Parti Tlieta tas-CRR. Barra minn hekk, isiru aġġustamenti ulterjuri għal diversi Artikoli oħrajn fis-CRR, prinċipalment i) sabiex jiġu introdotti definizzjonijiet ċari u armonizzati relatati mar-riskju operattiv (il-punti (52a), (52b), u (52c) tal-Artikolu 4(1)), kif irrakkomandat mill-ABE fit-tweġiba tagħha għas-Sejħa għal Pariri tal-Kummissjoni għall-2019, u ii) sabiex tiġi riflessa l-bidla tat-Titolu III fis-CRR kollu (pereżempju, jitħassru r-referenzi preċedenti għat-Titolu III fl-Artikolu 20). Fl-aħħar nett, l-ABE għandha l-mandat li tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-assigurazzjoni fil-kuntest tal-qafas tar-riskju operattiv rivedut (l-Artikolu 519d). Dan ir-rapport huwa meħtieġ billi fil-komunità superviżorja ħareġ xi tħassib dwar jekk l-approċċ standardizzat il-ġdid għar-riskju operattiv jistax jippermetti arbitraġġ regolatorju permezz tal-użu tal-assigurazzjoni.
Kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv
Skont l-istandards finali ta’ Basel III, l-approċċ standardizzat il-ġdid jgħaqqad indikatur li jiddependi fuq id-daqs tan-negozju ta’ istituzzjoni (Komponent tal-Indikatur tan-Negozju jew il-BIC, Business Indicator Component) ma’ indikatur li jqis l-istorja tat-telf ta’ din l-istituzzjoni. L-istandard rivedut ta’ Basel jipprevedi numru ta’ diskrezzjonijiet dwar kif jista’ jiġi implimentat l-indikatur imsemmi l-aħħar. Il-ġurisdizzjonijiet jistgħu jinjoraw it-telf storiku għall-kalkolu tal-kapital tar-riskju operattiv għall-istituzzjonijiet rilevanti kollha, jew jistgħu jqisu b’mod addizzjonali wkoll id-data storika dwar it-telf għall-istituzzjonijiet taħt ċertu daqs tan-negozju. Għall-kalkolu tar-rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni u sabiex jiġi ssimplifikat il-kalkolu tal-kapital tar-riskju operattiv, dawn id-diskrezzjonijiet jiġu eżerċitati b’mod armonizzat billi tiġi injorata d-data storika dwar it-telf operatorju għall-istituzzjonijiet kollha.
Il-kalkolu tal-BIC huwa stabbilit fil-Kapitolu 1 il-ġdid tat-Titolu III (l-Artikoli minn 312 sa 315 il-ġodda). Fl-Unjoni, ir-rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv se jkunu bbażati biss fuq il-BIC (l-Artikolu 312). Il-kalkolu tal-BIC, li huwa bbażat fuq l-hekk imsejjaħ indikatur tan-negozju, huwa stabbilit fl-Artikolu 313, filwaqt li d-determinazzjoni tal-indikatur tan-negozju, inklużi l-komponenti tiegħu u l-aġġustamenti possibbli minħabba fużjonijiet, akkwiżizzjonijiet jew ċessjonijiet, hija stabbilita fl-Artikoli 314 u 315.
Ġbir u governanza tad-data
Il-Kapitolu 2 il-ġdid (l-Artikoli minn 316 sa 323 il-ġodda) jipprevedi r-regoli dwar il-ġbir u l-governanza tad-data. Bħala kwistjoni ta’ proporzjonalità, dawk ir-rekwiżiti jinqasmu f’regoli li japplikaw għall-istituzzjonijiet kollha, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju operattiv (l-Artikolu 323), u f’regoli li huma rilevanti biss għall-istituzzjonijiet li jridu jiddikjaraw ukoll id-data storika dwar it-telf (l-Artikolu 446(2)) u li, għalhekk, iridu jżommu sett ta’ data dwar it-telf (l-Artikolu 317). Fl-Unjoni, f’konformità mat-tweġiba tal-ABE għas-Sejħa għal Pariri tal-Kummissjoni tal-2019, l-istituzzjonijiet kollha b’indikatur tan-negozju ta’ EUR 750 miljun jew aktar se jkunu meħtieġa jżommu sett ta’ data dwar it-telf u jikkalkolaw it-telf tar-riskju operattiv annwali tagħhom għal finijiet ta’ divulgazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-qafas il-ġdid jibqa’ proporzjonat, l-awtoritajiet kompetenti se jkunu jistgħu jagħtu eżenzjoni minn dak ir-rekwiżit, sakemm l-indikatur tan-negozju ta’ istituzzjoni ma jaqbiżx il-EUR 1 biljun (l-Artikolu 316). Bil-għan li tiġi żgurata ċerta stabbiltà tul iż-żmien, b’mod partikolari sabiex jiġi evitat li t-tnaqqis temporanju fid-daqs tal-indikatur tan-negozju jaffettwa b’mod mhux xieraq din il-valutazzjoni, l-indikatur tan-negozju rilevanti se jkun l-ogħla indikatur tan-negozju rrapportat matul l-aħħar sentejn.
L-elementi li huma rilevanti għall-kalkolu tat-telf tar-riskju operattiv annwali huma speċifikati aktar fl-Artikoli minn 318 sa 321. L-Artikolu 318 jistabbilixxi d-determinazzjoni tat-“telf gross” u tat-“telf nett” u l-Artikolu 319 fih il-limiti rilevanti tad-data dwar it-telf ta’ EUR 20 000 u ta’ EUR 100 000. Ċerti avvenimenti eċċezzjonali ta’ riskju operattiv li ma għadhomx rilevanti għall-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni jistgħu jiġu injorati, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet relatati kollha u s-superviżur tal-istituzzjoni jkun ta l-permess li jsir hekk (l-Artikolu 320). Fuq l-istess nota, istituzzjoni jista’ jkollha tinkludi telf addizzjonali, pereżempju, relatat ma’ entitajiet akkwiżiti jew fużi (l-Artikolu 321).
L-akkuratezza u l-komprensività tad-data dwar it-telf tal-istituzzjonijiet huma essenzjali. Għalhekk, is-superviżuri jkollhom jirrevedu perjodikament il-kwalità tad-data dwar it-telf (l-Artikolu 322).
Proporzjon ta’ lieva finanzjarja
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi
Sa mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/876, il-BCBS kompla jirrevedi aspett speċifiku wieħed tal-qafas tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja tiegħu. Sabiex jiġi ffaċilitat il-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti, it-trattament ta’ derivattivi kklerjati għall-klijent għal skopijiet ta’ proporzjon ta’ lieva finanzjarja ġie emendat f’Ġunju 2019. Skont ir-regoli riveduti, it-trattament ta’ dawk id-derivattivi huwa ġeneralment allinjat mat-trattament previst skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti (SA-CCR) fil-qafas ibbażat fuq ir-riskju. Fir-rapport tagħha ta’ Frar 2021 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien xieraq li jiġi aġġustat il-kalkolu tal-iskopertura totali sabiex it-trattament tad-derivattivi kklerjati mill-klijent jiġi allinjat mal-istandards miftiehma internazzjonalment. Għalhekk, l-Artikolu 429c huwa emendat kif xieraq.
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta’ elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ
Fid-dawl tal-emendi proposti għall-Artikoli 4 u 111(1) tas-CRR, ma hemmx bżonn li jiġi stabbilit aktar fattur ta’ konverżjoni minimu ta’ 10 % għal ċerti elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fil-qafas tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja. Għalhekk, titħassar id-deroga stabbilita fl-Artikolu 429f(3).
Xiri u bejgħ imħallsin fi żmien regolari li qed jistennew saldu
Id-dispożizzjonijiet relatati max-xiri u mal-bejgħ imħallsin fi żmien regolari li qed jistennew saldu huma emendati sabiex dawk ir-regoli jiġu allinjati aħjar mal-istandards ta’ Basel III, b’mod partikolari billi jiġi ċċarat li dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-assi finanzjarji, u mhux għat-titoli biss. L-Artikoli 429(6) u 429g(1) tas-CRR huma emendati kif xieraq.
Riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (riskji ESG)
L-istituzzjonijiet għandhom rwol strumentali fl-ambizzjoni tal-Unjoni li tippromwovi tranżizzjoni fit-tul għall-iżvilupp sostenibbli b’mod ġenerali u, b’mod partikolari, li tappoġġa tranżizzjoni ġusta lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra żero netti fl-ekonomija tal-Unjoni sal-2050. Din it-tranżizzjoni tinvolvi riskji ġodda li jeħtieġ li jinftiehmu u jiġu ġestiti b’mod xieraq fil-livelli kollha.
It-tranżizzjoni aċċellerata lejn ekonomija aktar sostenibbli jista’ jkollha impatt konsiderevoli fuq il-kumpaniji, u b’hekk iżżid ir-riskji għall-istituzzjonijiet individwalment u għall-istabbiltà finanzjarja ġenerali. L-impatti tal-imġiba tal-bniedem fuq il-klima, bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, jew il-kontinwazzjoni ta’ prattiki ekonomiċi mhux sostenibbli, huma fatturi ewlenin tar-riskji fiżiċi li potenzjalment jaggravaw il-probabbiltà ta’ perikli ambjentali u l-impatti soċjoekonomiċi tagħhom. L-istituzzjonijiet huma skoperti wkoll għal dawk ir-riskji fiżiċi, li għandhom relazzjoni ta’ kompromess mar-riskji ta’ tranżizzjoni, billi, jekk mill-bqija kollox jibqa’ l-istess, ir-riskji fiżiċi huma mistennijin li jonqsu meta jiġu implimentati l-politiki ta’ tranżizzjoni. Madankollu, l-oppost jista’ jseħħ meta ma tittieħed l-ebda azzjoni, jiġifieri, meta r-riskju ta’ tranżizzjoni jkun baxx u l-implimentazzjoni ta’ politiki relatati mat-tranżizzjoni tieħu aktar żmien, aktar jiżdiedu r-riskji fiżiċi.
Sabiex jippromwovu fehim u ġestjoni adegwati tar-riskji għas-sostenibbiltà, komunement imsejħin riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (environmental, social and governance, ESG), l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jeħtieġ li jidentifikaw, jiddikjaraw u jimmaniġġaw b’mod sistematiku dawk ir-riskji fil-livell individwali tagħhom. In-novità relattiva tar-riskji ESG u l-ispeċifiċitajiet tagħhom ifissru li l-fehim ta’ dawk ir-riskji jista’ jvarja b’mod sinifikanti fost l-istituzzjonijiet.
Għalhekk, l-Artikolu 4 huwa emendat sabiex jintroduċi definizzjonijiet armonizzati ġodda tat-tipi differenti ta’ riskji fl-univers tar-riskji ESG (il-punti minn 52d sa 52i tal-Artikolu 4(1)). Id-definizzjonijiet huma allinjati ma’ dawk proposti mill-ABE fir-rapport tagħha ddedikat għar-riskji ESG.
Sabiex tkun tista’ ssir superviżjoni aħjar tar-riskji ESG, l-Artikolu 430 huwa emendat sabiex jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jirrapportaw l-iskopertura tagħhom għar-riskji ESG lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
Fl-aħħar nett, sabiex l-iskedi ta’ żmien ta’ kwalunkwe bidla jiġu allinjati aħjar mar-regoli prudenzjali li jistgħu jkunu meħtieġa, l-Artikolu 501c huwa emendat bil-għan li l-iskadenza sabiex l-ABE tforni r-rapport tagħha dwar it-trattament prudenzjali ta’ dawn l-iskoperturi titmexxa lura mill-2025 għall-2023. Fil-mandat fl-Artikolu 501c, jenħtieġ li l-ABE tivvaluta l-iskoperturi għall-assi u għall-attivitajiet fis-setturi tal-effiċjenza enerġetika u fir-riżorsi, kif ukoll fis-setturi tal-infrastruttura u tal-flotot tat-trasport. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tkopri wkoll il-possibbiltà ta’ kalibrazzjoni mmirata ta’ piżijiet tar-riskju għal elementi assoċjati ma’ skopertura partikolarment għolja għar-riskju klimatiku, inklużi assi jew attivitajiet fis-settur tal-fjuwils fossili u f’setturi b’impatt klimatiku għoli. Jekk jinstab li huwa ġġustifikat, jenħtieġ li r-rapport mill-ABE jiddeskrivi firxa ta’ għażliet għall-applikazzjoni ta’ trattament prudenzjali ddedikat ta’ skoperturi soġġetti għal impatti minn fatturi ambjentali u soċjali.
Sistema integrata ta’ rapportar superviżorju u kondiviżjoni tad-data
Mill-2018, l-ABE, f’kooperazzjoni mal-BĊE u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kienet qed taħdem fuq il-ħolqien tal-Infrastruttura Ċentralizzata Ewropea għad-Data Superviżorja (European Centralised Infrastructure for Supervisory Data, EUCLID) sabiex tiġbor f’sistema integrata ċentralizzata l-informazzjoni ta’ rapportar kondiviża mis-superviżuri dwar l-akbar istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni. Din is-sistema se tkun partikolarment utli sabiex tipprovdi rapporti u analiżi pubbliċi b’data u b’indikaturi tar-riskju aggregati dwar is-settur bankarju ġenerali tal-UE. L-Artikolu 430c bħalissa jagħti mandat lill-ABE sabiex tħejji studju ta’ fattibbiltà għall-iżvilupp ta’ sistema konsistenti u integrata għall-ġbir ta’ data statistika, ta’ riżoluzzjoni u prudenzjali, kif ukoll sabiex tinvolvi lill-awtoritajiet rilevanti fit-tħejjija tal-istudju. F’Marzu 2021, l-ABE ppubblikat dokument ta’ diskussjoni dwar dan l-istudju ta’ fattibbiltà, li fittex il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati sal-11 ta’ Ġunju 2021. F’konformità mal-Artikolu 430c(3), ladarba l-istudju ta’ fattibbiltà jiġi ffinalizzat mill-ABE, il-Kummissjoni tivvaluta jekk tintroduċix fi stadju aktar tard emendi potenzjali għar-rekwiżiti ta’ rapportar obbligatorji fil-Parti Sebgħa A tas-CRR.
Divulgazzjoni
Trasparenza u proporzjonalità mtejbin fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni
Fid-dawl tal-bidliet li saru fis-CRR sabiex jiġu implimentati l-istandards finali ta’ Basel III, kif ukoll tal-ħtieġa li jkomplu jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi relatati mad-divulgazzjonijiet u sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni ddikjarata mill-istituzzjonijiet, isiru diversi bidliet fil-Parti Tmienja tas-CRR.
L-Artikolu 433 huwa emendat sabiex jagħti s-setgħa lill-ABE sabiex tiċċentralizza l-pubblikazzjoni tad-divulgazzjonijiet prudenzjali annwali, semiannwali u trimestrali tal-istituzzjonijiet. Din il-proposta għandha l-għan li tagħmel l-informazzjoni prudenzjali disponibbli faċilment permezz ta’ punt uniku ta’ aċċess elettroniku, u b’hekk tindirizza l-frammentazzjoni attwali bl-għan li żżid it-trasparenza u l-komparabbiltà tad-divulgazzjonijiet għall-benefiċċju tal-parteċipanti kollha fis-suq. Il-pubblikazzjoni ċentralizzata tal-ABE tkun isseħħ fl-istess ħin li l-istituzzjonijiet jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji jew ir-rapporti tagħhom, jew mill-aktar fis possibbli wara dan. Din il-proposta hija konsistenti bis-sħiħ mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u hija pass intermedjarju lejn l-iżvilupp futur ta’ punt ta’ aċċess uniku għall-UE kollha għall-informazzjoni relatata mal-investimenti finanzjarji u sostenibbli tal-kumpaniji.
L-Artikolu 434 huwa emendat sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mad-divulgazzjonijiet, speċjalment għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. Ir-raġuni fundamentali ta’ din id-dispożizzjoni hija msejsa fuq il-progress li sar mill-ABE u mill-awtoritajiet kompetenti fil-ħolqien ta’ infrastruttura li taggrega r-rapportar superviżorju (EUCLID). Il-proposta ttejjeb il-proporzjonalità li tippermetti lill-ABE tippubblika divulgazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi fuq il-bażi ta’ informazzjoni dwar ir-rapportar superviżorju. B’dan il-mod, l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jkunu meħtieġa biss jirrapportaw lis-superviżuri tagħhom, u mhux jippubblikaw id-divulgazzjonijiet rilevanti.
L-Artikoli 438 u 447 huma emendati sabiex jinkludu obbligi ta’ divulgazzjonijiet għall-istituzzjonijiet li jużaw mudell intern u, għalhekk, li jeħtieġ li jiddikjaraw l-ammonti totali tal-iskoperturi għar-riskju kkalkolati skont l-approċċ standardizzat sħiħ meta mqabblin mal-assi attwali peżati għar-riskju fil-livell tar-riskju, u għar-riskju ta’ kreditu fil-livell tal-klassi tal-assi u tal-klassi tas-subassi. Dan jimplimenta l-istandard rilevanti ta’ Basel III li jirrikjedi li l-banek iqabblu l-RWA mmudellat u standardizzat fil-livell tar-riskju. L-Artikoli 433a, 433b u 433c dwar il-frekwenza tad-divulgazzjonijiet huma emendati kif xieraq.
L-Artikoli 433b u 433c huma emendati sabiex jinkludu l-obbligu għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, kif ukoll għal istituzzjonijiet mhux elenkati oħrajn, li jiddikjaraw fuq bażi annwali informazzjoni dwar l-ammont u l-kwalità tal-iskoperturi produttivi, improduttivi u mrażżnin għal self, għal titoli ta’ dejn u għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, u informazzjoni dwar skoperturi wara d-data tal-għeluq. L-emendi proposti huma allinjati mal-pjan ta’ azzjoni tal-Kunsill tal-2017 dwar l-NPLs, li stieden lill-ABE timplimenta sa tmiem l-2018 rekwiżiti ta’ divulgazzjoni mtejba dwar il-kwalità tal-assi u s-self improduttiv għall-istituzzjonijiet kollha. Barra minn hekk, il-bidliet ikunu jiżguraw konsistenza sħiħa mal-Komunikazzjoni dwar “L-indirizzar ta’ self improduttiv wara l-pandemija tal-COVID-19”. L-estensjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 442 għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi u għal istituzzjonijiet oħrajn mhux elenkati ma toħloq l-ebda piż addizzjonali għal dawn l-istituzzjonijiet għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, dawn l-istituzzjonijiet diġà qed jiddikjaraw informazzjoni relatata mal-NPLs ibbażata fuq il-Linji Gwida tal-ABE dwar id-divulgazzjoni tal-NPLs, li segwew il-pjan ta’ azzjoni tal-Kunsill tal-2017 u, bħalissa, huma riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/637 tal-15 ta’ Marzu 2021. It-tieni nett, ladarba ċ-ċentralizzazzjoni tad-divulgazzjonijiet permezz tal-pjattaforma fuq il-web tal-ABE tkun implimentata, l-informazzjoni dwar l-NPLs tista’ tiġi estratta mir-rapportar superviżorju, u b’hekk jitnaqqas il-piż għall-istituzzjonijiet kollha u jiġi eliminat kwalunkwe piż għal dawk żgħar u mhux kumplessi.
L-Artikoli 445 u 455 jintroduċu rekwiżiti ġodda ta’ divulgazzjoni li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq billi jużaw wieħed mill-approċċi standardizzati u, rispettivament, l-A-IMA, jeħtieġ li jikkonformaw magħhom.
Jiddaħħal l-Artikolu 445a sabiex jiġu introdotti rekwiżiti ġodda ta’ divulgazzjoni għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA.
L-Artikolu 446 huwa emendat sabiex jintroduċi r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni riveduti għar-riskju operattiv.
Fil-qasam tad-divulgazzjonijiet, is-CRR II diġà introduċa dispożizzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-qbid tar-riskji ESG. F’dan ir-rigward, istituzzjonijiet kbar bi ħruġ elenkat pubblikament se jibdew jiddikjaraw informazzjoni dwar ir-riskji ESG minn Ġunju 2022 ’il quddiem. Madankollu, l-effettività immedjata ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija limitata, billi numru kbir ta’ istituzzjonijiet għadhom barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar id-divulgazzjoni tas-CRR. Għalhekk, l-Artikolu 449a huwa emendat sabiex jestendi r-rekwiżiti relatati mad-divulgazzjoni tar-riskji ESG għall-istituzzjonijiet kollha, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Għoti tas-setgħa lill-ABE
Il-proposta tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat eżistenti tal-ABE skont l-Artikolu 434a. Minbarra li tistabbilixxi u tiżviluppa formati uniformi ta’ divulgazzjoni, l-emendi proposti għall-Artikolu 434a jeħtieġu li l-ABE tistabbilixxi politika dwar ir-risottomissjonijiet tad-divulgazzjonijiet u dwar is-soluzzjonijiet tal-IT neċessarji għaċ-ċentralizzazzjoni tad-divulgazzjonijiet.
Definizzjoni ta’ “istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa”
Il-proposta temenda d-definizzjoni tat-terminu “istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa”, stabbilita fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1), billi tippermetti lill-istituzzjonijiet jeskludu tranżazzjonijiet ta’ derivati konklużi ma’ klijenti mhux finanzjarji u tranżazzjonijiet ta’ derivati użati għall-iħħeġġjar ta’ dawk it-tranżazzjonijiet, soġġetti għal limitu.
CIUs b’portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-Żona tal-Euro
L-Artikolu 506a tar-Regolament (UE) 2021/558 ta mandat lill-Kummissjoni sabiex tippubblika sal-31 ta’ Diċembru 2021 rapport li jivvaluta humiex neċessarji bidliet fil-qafas regolatorju “biex jiġi promoss is-suq, u x-xiri mill-banek, tal-iskoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew ishma f’CIUs b’portafoll sottostanti li jikkonsisti esklussivament f’bonds sovrani tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, meta l-piż relattiv tal-bonds sovrani ta’ kull Stat Membru fil-portafoll totali tas-CIU jkun ugwali għall-piż relattiv tal-kontribuzzjoni kapitali ta’ kull Stat Membru lill-BĊE”.
L-Artikolu 132(4) tas-CRR jipprevedi “approċċ ta’ trasparenza”, li bih l-istituzzjoni investitriċi tista’ “tinvestiga l-iskoperturi sottostanti ta’ [CIU] sabiex tikkalkula l-piż medju tar-riskju għall-iskoperturi tagħha fil-forma ta’ unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs” f’konformità mal-metodi stabbiliti fis-CRR. Dan huwa soġġett għall-kundizzjoni li l-istituzzjoni investitriċi tkun “konxja” mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU.
Għalhekk, ir-reġim regolatorju kurrenti jippermetti lill-istituzzjonijiet investituri japplikaw għall-unitajiet jew għall-ishma fis-CIU l-istess piżijiet tar-riskju li jkunu japplikaw għal investiment dirett fil-bonds sovrani tal-Istati Membri. Minħabba li tali skoperturi sovrani diġà jattiraw trattament tal-kapital regolatorju ta’ benefiċċju, ma jidhirx li huwa neċessarju li jsiru bidliet fil-qafas prudenzjali sabiex jiġi promoss is-suq għas-CIUs b’dan it-tip ta’ sottostanti jew, b’mod partikolari, sabiex tiġi akkomodata l-istruttura speċifika msemmija fl-Artikolu 506a tar-Regolament (UE) 2021/558.
Barra minn hekk, bil-ħruġ riċenti u ppjanat ta’ bonds taħt il-programm NextGenerationEU, jidher li ma għadx hemm ħtieġa immedjata għall-ħolqien tal-istruttura msemmija aktar ’il fuq.
Setgħat superviżorji addizzjonali sabiex jiġu imposti restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet
Skont l-Artikolu 518b, il-Kummissjoni hija meħtieġa tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2021 dwar jekk ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkawżaw disturb ekonomiku serju fil-funzjonament ordnat u fl-integrità tas-swieq finanzjarji jiġġustifikawx, matul tali perjodi, l-għoti ta’ setgħat vinkolanti addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jimponu restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet.
Bi tweġiba għad-diffikultà ekonomika u finanzjarja kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni, l-ABE, il-BĊE, il-BERS u l-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ħeġġew lill-istituzzjonijiet sabiex iżommu lura mid-distribuzzjoni tad-dividendi jew mix-xiri lura tal-ishma u sabiex jadottaw approċċ konservattiv għar-rimunerazzjonijiet varjabbli. Il-preservazzjoni tar-riżorsi kapitali sabiex tiġi appoġġata l-ekonomija reali u jiġi assorbit it-telf kienet l-objettiv komuni matul iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fl-2020 u fl-2021.
Ir-rakkomandazzjonijiet maħruġin mill-awtoritajiet madwar l-Istati Membri f’konformità mal-pożizzjonijiet miftehmin tal-UE wasslu għall-effetti mixtieqa u allokaw ir-riżorsi ta’ kapital b’modi li jgħinu lis-sistema bankarja tappoġġa l-ekonomija reali, kif jissuġġerixxu analiżi riċenti mill-BĊE u rendikont mill-ABE. Konsegwentement, meta ġew mistoqsija dwar jekk jikkunsidrawx li jkunu jeħtieġu setgħat addizzjonali fir-restrizzjonijiet taż-żona fuq id-distribuzzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti kienu tal-fehma li s-setgħat li għandhom bħalissa għad-dispożizzjoni tagħhom huma biżżejjed.
Għalhekk, fl-istadju attwali, il-Kummissjoni ma tarax il-ħtieġa li jingħataw setgħat superviżorji addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jimponu restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-kwistjoni tas-sorveljanza u tal-koordinazzjoni makroprudenzjali ta’ tali restrizzjonijiet f’ċirkostanzi eċċezzjonali fil-futur se tiġi kkunsidrata fir-rieżami li jmiss tal-qafas makroprudenzjali.
Trattament prudenzjali tal-kriptoassi
F’dawn l-aħħar snin, is-swieq finanzjarji raw żieda rapida fl-attività relatata mal-hekk imsejħin kriptoassi u involviment dejjem akbar tal-istituzzjonijiet f’din l-attività. Filwaqt li l-kriptoassi għandhom ċerti karatteristiċi komuni ma’ assi finanzjarji aktar tradizzjonali, uħud mill-karatteristiċi tagħhom huma differenti b’mod sinifikanti. B’konsegwenza ta’ dan, ma huwiex ċar jekk ir-regoli prudenzjali eżistenti jkoprux b’mod adegwat ir-riskji inerenti f’dawk l-assi. Billi l-BCBS dan l-aħħar beda jesplora l-kwistjoni ta’ jekk jenħtieġx li jiġi żviluppat trattament iddedikat għal dawk l-assi, u jekk iva, x’jenħtieġ li jkun dak it-trattament, ma kienx possibbli li jiġu inklużi miżuri speċifiċi dwar dan is-suġġett f’din il-proposta. Minflok, il-Kummissjoni hija mitluba tirrieżamina jekk ikunx meħtieġ trattament prudenzjali ddedikat għall-kriptoassi u tadotta, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva għal dan l-għan, filwaqt li tqis il-ħidma mwettqa mill-BCBS.
2021/0342 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, għar-riskju ta’ aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu, għar-riskju operattiv, għar-riskju tas-suq u għall-minimu tal-output
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li aġixxew skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)B’reazzjoni għall-kriżi finanzjarja globali, l-Unjoni bdiet riforma wiesgħa tal-qafas prudenzjali għall-istituzzjonijiet bl-għan li tiżdied ir-reżiljenza tas-settur bankarju tal-UE. Wieħed mill-elementi ewlenin tar-riforma kien jikkonsisti fl-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali miftehmin mill-Kumitat ta’ Basel għas-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee for Banking Supervision, BCBS), speċifikament l-hekk imsejħa “riforma ta’ Basel III”. Bis-saħħa ta’ din ir-riforma, is-settur bankarju tal-UE daħal fil-kriżi tal-COVID-19 fuq pedament reżiljenti. Madankollu, filwaqt li, bħala medja, il-livell ġenerali ta’ kapital fl-istituzzjonijiet tal-UE issa huwa sodisfaċenti, xi wħud mill-problemi li ġew identifikati mal-feġġa tal-kriżi finanzjarja globali għadhom ma ġewx indirizzati.
(2)Sabiex jiġu indirizzati dawk il-problemi, sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali u sabiex jiġi indikat l-impenn tagħna quddiem is-sħab internazzjonali tagħna fil-G20, huwa ta’ importanza kbira li jiġu implimentati b’fedeltà l-elementi pendenti tar-riforma ta’ Basel III. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tevita żieda sinifikanti fir-rekwiżiti ta’ kapital ġenerali għas-sistema bankarja tal-UE kollha kemm hi u tqis l-ispeċifiċitajiet tal-ekonomija tal-UE. Meta jkun possibbli, jenħtieġ li l-aġġustamenti għall-istandards internazzjonali jiġu applikati fuq bażi tranżizzjonali. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tgħin sabiex jiġu evitati żvantaġġi kompetittivi għall-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari fil-qasam tal-attivitajiet kummerċjali, fejn l-istituzzjonijiet tal-UE jikkompetu direttament mal-pari internazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-approċċ propost ikun koerenti mal-loġika tal-Unjoni Bankarja u jevita aktar frammentazzjoni tas-Suq Uniku għall-banek. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jiżgura l-proporzjonalità tar-regoli u jimmira li jkompli jnaqqas l-ispejjeż tal-konformità, b’mod partikolari għal istituzzjonijiet iżgħar, mingħajr ma jiġu llaxkati l-istandards prudenzjali.
(3)Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermetti lill-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ kapital tagħhom jew billi jużaw approċċi standardizzati, jew billi jużaw approċċi bbażati fuq mudelli interni. L-approċċi bbażati fuq mudelli interni jippermettu lill-istituzzjonijiet jistmaw il-biċċa l-kbira tal-parametri meħtieġa sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ kapital waħedhom, filwaqt li l-approċċi standardizzati jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ kapital bl-użu ta’ parametri fissi, li huma bbażati fuq suppożizzjonijiet relattivament konservattivi u stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. F’Diċembru 2017, il-Kumitat ta’ Basel iddeċieda li jintroduċi minimu aggregat tal-output. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq analiżi mwettqa malli feġġet il-kriżi finanzjarja tal-2008-2009, li żvelat li l-mudelli interni għandhom it-tendenza li jissottovalutaw ir-riskji li l-istituzzjonijiet ikunu skoperti għalihom, speċjalment għal ċerti tipi ta’ skoperturi u ta’ riskji, u għalhekk, għandhom it-tendenza li jirriżultaw f’rekwiżiti ta’ kapital insuffiċjenti. Meta mqabblin mar-rekwiżiti ta’ kapital ikkalkolati bl-użu tal-approċċi standardizzati, il-mudelli interni jipproduċu, bħala medja, rekwiżiti ta’ kapital aktar baxxi għall-istess skoperturi.
(4)Il-minimu tal-output jirrappreżenta waħda mill-miżuri ewlenin tar-riformi ta’ Basel III. Għandu l-għan li jillimita l-varjabbiltà mhux ġustifikata fir-rekwiżiti ta’ kapital regolatorji prodotti minn mudelli interni u t-tnaqqis eċċessiv fil-kapital li istituzzjoni li tuża mudelli interni tista’ tikseb b’mod relattiv għal istituzzjoni li tuża l-approċċi standardizzati riveduti. Dawn l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu dan billi jistabbilixxu limitu aktar baxx għar-rekwiżiti ta’ kapital li huma prodotti mill-mudelli interni tal-istituzzjonijiet għal 72,5 % tar-rekwiżiti ta’ kapital li jkunu japplikaw li kieku jintużaw approċċi standardizzati minn dawk l-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-minimu tal-output iżżid b’fedeltà l-komparabbiltà tal-proporzjonijiet kapitali tal-istituzzjonijiet, tirrestawra l-kredibbiltà tal-mudelli interni u tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet li jużaw approċċi differenti għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital.
(5)Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern għall-banek, jenħtieġ li l-approċċ għall-minimu tal-output ikun koerenti mal-prinċipju tal-aggregazzjoni tar-riskju fost entitajiet differenti fl-istess grupp bankarju u l-loġika ta’ superviżjoni konsolidata. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-minimu tal-output jindirizza r-riskji li jirriżultaw minn mudelli interni kemm fl-Istati Membri domiċiljari kif ukoll f’dawk ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-minimu tal-output jiġi kkalkolat fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Unjoni, filwaqt li sussidjarji li jinsabu fi Stati Membri oħrajn għajr il-kumpanija prinċipali tal-UE jenħtieġ li jikkalkolaw, fuq bażi subkonsolidata, il-kontribuzzjoni tagħhom għar-rekwiżit tal-minimu tal-output tal-grupp bankarju kollu. Jenħtieġ li dak l-approċċ jevita impatti mhux intenzjonati u jiżgura distribuzzjoni ġusta tal-kapital addizzjonali meħtieġ mill-applikazzjoni tal-minimu tal-output bejn l-entitajiet tal-grupp fl-Istati Membri domiċiljari u ospitanti skont il-profil tar-riskju tagħhom.
(6)Il-Kumitat ta’ Basel sab li l-approċċ standardizzat attwali għar-riskju ta’ kreditu (SA-CR) ma huwiex sensittiv biżżejjed għar-riskju f’numru ta’ oqsma, li jwassal għal kalkolu mhux preċiż jew mhux xieraq – jew għoli wisq jew baxx wisq – tar-riskju ta’ kreditu u, għalhekk, tar-rekwiżiti ta’ kapital. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar l-SA-CR jiġu riveduti sabiex tiżdied is-sensittività għar-riskju ta’ dak l-approċċ fir-rigward ta’ diversi aspetti ewlenin.
(7)Għall-iskoperturi klassifikati għal istituzzjonijiet oħrajn, jenħtieġ li wħud mill-piżijiet tar-riskju jiġu rrikalibrati f’konformità mal-istandards ta’ Basel III. Barra minn hekk, jenħtieġ li t-trattament tal-piż tar-riskju għal skoperturi mhux ikklassifikati għall-istituzzjonijiet isir aktar granulari u diżakkoppjat mill-piż tar-riskju applikabbli għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-bank, billi ma jiġi preżunt l-ebda appoġġ impliċitu tal-gvern għall-istituzzjonijiet.
(8)Għal skoperturi ta’ dejn subordinat u ta’ ekwità, huwa neċessarju trattament aktar granulari u strett tal-piż tar-riskju sabiex jiġi rifless ir-riskju ogħla ta’ telf ta’ skoperturi ta’ dejn subordinat u ta’ ekwità meta mqabblin ma’ skoperturi ta’ dejn, u sabiex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju bejn il-portafoll bankarju u l-portafoll tan-negozjar. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom investimenti ta’ ekwità strateġiċi u fit-tul f’impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji. Billi l-piż tar-riskju standard għall-iskoperturi ta’ ekwità jiżdied fuq perjodu tranżizzjonali ta’ ħames snin, jenħtieġ li l-holdings ta’ ekwità strateġiċi eżistenti f’impriżi u f’impriżi tal-assigurazzjoni taħt influwenza sinifikanti tal-istituzzjoni jiġu anterjorati sabiex jiġu evitati effetti ta’ tfixkil u sabiex jiġi ppreservat ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni bħala investituri ta’ ekwità dejjiema u strateġiċi. Madankollu, minħabba s-salvagwardji prudenzjali u s-sorveljanza superviżorja sabiex titrawwem l-integrazzjoni finanzjarja tas-settur finanzjarju, għall-holdings ta’ ekwità f’istituzzjonijiet oħrajn fl-istess grupp jew koperti bl-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, jenħtieġ li jinżamm ir-reġim attwali. Barra minn hekk, sabiex jissaħħu l-inizjattivi privati u pubbliċi bil-għan li tiġi pprovduta ekwità fit-tul lill-impriżi tal-UE, kemm jekk elenkati kif ukoll jekk mhux elenkati, jenħtieġ li l-investimenti ma jitqisux bħala spekulattivi meta jsiru bl-intenzjoni soda tal-maniġment superjuri tal-istituzzjoni li jinżammu għal tliet snin jew aktar.
(9)Sabiex jiġu promossi ċerti setturi tal-ekonomija, l-istandards ta’ Basel III jipprevedu diskrezzjoni superviżorja li tippermetti lill-istituzzjonijiet jassenjaw, f’ċerti limiti, trattament preferenzjali għal holdings ta’ ekwità magħmulin skont “programmi leġiżlattivi” li jinvolvu sussidji sinifikanti għall-investiment u jinvolvu sorveljanza governattiva u restrizzjonijiet fuq l-investimenti ta’ ekwità. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ dik id-diskrezzjoni fl-Unjoni tgħin ukoll fit-trawwim ta’ investimenti ta’ ekwità fit-tul.
(10)Is-self korporattiv fl-Unjoni huwa pprovdut b’mod predominanti minn istituzzjonijiet li jużaw l-approċċi bbażati fuq klassifikazzjonijiet interni (internal ratings based, IRB) għar-riskju ta’ kreditu sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ kapital tagħhom. Bl-implimentazzjoni tal-minimu tal-output, dawk l-istituzzjonijiet se jkollhom japplikaw ukoll l-SA-CR, li jiddependi fuq valutazzjonijiet tal-kreditu minn istituzzjonijiet tal-valutazzjoni tal-kreditu esterna (external credit assessment institutions, “ECAI”) sabiex tiġi ddeterminata l-kwalità tal-kreditu tal-mutwatarju korporattiv. Jenħtieġ li l-immappjar bejn il-klassifikazzjonijiet esterni u l-piżijiet tar-riskju applikabbli għal impriżi kklassifikati jkun aktar granulari, sabiex tali mmappjar isir konformi mal-istandards internazzjonali dwar din il-kwistjoni.
(11)Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-impriżi tal-UE ma jfittxux klassifikazzjonijiet ta’ kreditu esterni, b’mod partikolari minħabba kunsiderazzjonijiet relatati mal-ispiża. Sabiex jiġu evitati impatti ta’ tfixkil fuq is-self bankarju lil impriżi mhux ikklassifikati u sabiex jiġi pprovdut biżżejjed żmien sabiex jiġu stabbiliti inizjattivi pubbliċi jew privati mmirati lejn iż-żieda fil-kopertura tal-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu esterni, huwa neċessarju li jiġi pprovdut perjodu tranżizzjonali għal tali żieda fil-kopertura. Matul dan il-perjodu tranżizzjonali, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċi IRB ikunu jistgħu japplikaw trattament favorevoli meta jikkalkolaw il-minimu tal-output tagħhom għal skoperturi tal-grad ta’ investiment għal korporattivi mhux ikklassifikati, filwaqt li jenħtieġ li jiġu stabbiliti inizjattivi sabiex jitrawwem l-użu mifrux tal-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu. Jenħtieġ li dan l-arranġament tranżizzjonali jkun akkumpanjat minn rapport imħejji mill-Awtorità Bankarja Ewropea (“ABE”). Wara l-perjodu tranżizzjonali, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jirreferu għall-valutazzjonijiet ta’ kreditu mill-ECAIs sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ kapital għall-biċċa l-kbira tal-iskoperturi korporattivi tagħhom. Sabiex tiġi informata kwalunkwe inizjattiva futura dwar l-istabbiliment ta’ skemi ta’ klassifikazzjoni pubbliċi jew privati, jenħtieġ li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) jintalbu jħejju rapport dwar l-impedimenti għad-disponibbiltà ta’ klassifikazzjonijiet ta’ kreditu esterni mill-ECAIs, b’mod partikolari għall-impriżi, u dwar miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati dawn l-impedimenti. Sadanittant, il-Kummissjoni Ewropea tinsab lesta li tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku tagħha f’dan il-qasam, pereż. sabiex jifformulaw strateġiji dwar iż-żieda tal-penetrazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-impriżi mhux elenkati tagħhom jew sabiex jesploraw l-aħjar prattiki dwar l-istabbiliment ta’ entitajiet li kapaċi jipprovdu klassifikazzjonijiet jew jipprovdu gwida relatata lill-impriżi.
(12)Kemm għall-iskoperturi tal-proprjetà immobbli residenzjali kif ukoll għal dawk kummerċjali, ġew żviluppati approċċi aktar sensittivi għar-riskju mill-Kumitat ta’ Basel sabiex jirriflettu aħjar il-mudelli u l-istadji differenti ta’ finanzjament fil-proċess tal-kostruzzjoni.
(13)Il-kriżi finanzjarja tal-2008-2009 żvelat numru ta’ nuqqasijiet tat-trattament standardizzat kurrenti tal-iskoperturi tal-proprjetà immobbli. Dawn in-nuqqasijiet ġew indirizzati fl-istandards ta’ Basel III. L-istandards ta’ Basel III introduċew skoperturi għall-proprjetà immobbli li tipproduċi introjtu (income producing real estate, “IPRE”) bħala subkategorija ġdida tal-klassi tal-iskopertura korporattiva li hija soġġetta għal trattament iddedikat tal-piż tar-riskju sabiex jiġi rifless b’mod aktar akkurat ir-riskju assoċjat ma’ dawk l-iskoperturi, iżda wkoll sabiex tittejjeb il-konsistenza mat-trattament tal-IPRE skont l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni (Internal Rating Based Approach, “IRBA”) imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti III tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
(14)Għall-iskoperturi tal-proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali ġenerali, jenħtieġ li jinżamm l-approċċ tal-qsim tas-self fl-Artikoli 124-126 tar-Regolament, billi dan l-approċċ huwa sensittiv għat-tip ta’ mutwatarju u jirrifletti l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kollateral immobiljari fil-piżijiet tar-riskju applikabbli, anki fil-każ ta’ proporzjonijiet għoljin “bejn is-self u l-valur” (loan-to-value, LTV). Madankollu, jenħtieġ li l-kalibrazzjoni tiegħu tiġi aġġustata f’konformità mal-istandards ta’ Basel III billi nstab li huwa konservattiv wisq għall-ipoteki bi proporzjonijiet ta’ LTV baxxi ħafna.
(15)Sabiex jiġi żgurat li l-impatti tal-minimu tal-output fuq is-self ipotekarju residenzjali b’riskju baxx mill-istituzzjonijiet li jużaw approċċi tal-IRB jinfirxu fuq perjodu twil biżżejjed u b’hekk jiġi evitat tfixkil għal dan it-tip ta’ self li jista’ jiġi kkawżat minn żidiet f’daqqa fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, huwa neċessarju li jiġi previst arranġament tranżizzjonali speċifiku. Għal kemm idum l-arranġament, meta jiġi kkalkolat il-minimu tal-output, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-IRB ikunu jistgħu japplikaw piż tar-riskju aktar baxx għall-parti tal-iskoperturi tal-ipoteki residenzjali tagħhom li titqies iggarantita minn proprjetà residenzjali skont l-SA-CR rivedut. Sabiex jiġi żgurat li l-arranġament tranżizzjonali jkun disponibbli biss għal skoperturi tal-ipoteki b’riskju baxx, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji xierqa ta’ eliġibbiltà, ibbażati fuq kunċetti stabbiliti użati fl-SA-CR. Jenħtieġ li l-konformità ma’ dawk il-kriterji tiġi vverifikata mill-awtoritajiet kompetenti. Minħabba li s-swieq tal-proprjetà immobbli residenzjali jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar jekk l-arranġament tranżizzjonali għandux jiġi attivat titħalla f’idejn l-Istati Membri individwali. Jenħtieġ li l-użu tal-arranġament tranżizzjonali jiġi mmonitorjat mill-ABE.
(16)Bħala riżultat tan-nuqqas ta’ ċarezza u ta’ sensittività għar-riskju tat-trattament kurrenti tal-finanzjament spekulattiv ta’ proprjetà immobbli, ir-rekwiżiti ta’ kapital għal dawk l-iskoperturi bħalissa spiss jitqiesu li huma għoljin wisq jew baxxi wisq. Għalhekk, jenħtieġ li dan it-trattament jinbidel bi trattament dedikat għall-iskoperturi tal-ADC, li jinkludi self lil kumpaniji jew lil veikoli bi skop speċjali li jiffinanzjaw kwalunkwe akkwist tal-art għal skopijiet ta’ żvilupp u ta’ kostruzzjoni, jew l-iżvilupp u l-kostruzzjoni ta’ kwalunkwe proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali.
(17)Huwa importanti li jitnaqqas l-impatt tal-effetti ċikliċi fuq il-valwazzjoni tal-proprjetà li tiggarantixxi self u li r-rekwiżiti ta’ kapital għall-ipoteki jinżammu aktar stabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-valur tal-proprjetà rikonoxxut għal finijiet prudenzjali ma jaqbiżx il-valur medju ta’ proprjetà komparabbli mkejla fuq perjodu ta’ monitoraġġ twil biżżejjed, sakemm il-modifiki għal dik il-proprjetà ma jżidux b’mod ċar il-valur tagħha. Sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati għall-funzjonament tas-swieq tal-bonds koperti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jivvalutaw mill-ġdid il-proprjetà immobbli fuq bażi regolari mingħajr ma japplikaw dawk il-limiti għal żidiet fil-valur. Jenħtieġ li l-modifiki li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-bini u tal-unitajiet tad-djar jitqiesu bħala żieda fil-valur.
(18)In-negozju tas-self speċjalizzat jitwettaq b’veikoli bi skop speċjali li tipikament iservu bħala entitajiet mutwatarji, li għalihom ir-redditu fuq l-investiment huwa s-sors primarju tar-ripagament tal-finanzjament miksub. L-arranġamenti kuntrattwali tal-mudell ta’ self speċjalizzat jipprovdu lill-mutwanti bi grad sostanzjali ta’ kontroll fuq l-assi u s-sors primarju ta’ ripagament tal-obbligu huwa l-introjtu ġġenerat mill-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati. Għalhekk, sabiex jiġi rifless ir-riskju assoċjat b’mod aktar akkurat, jenħtieġ li dawk l-arranġamenti kuntrattwali jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapital speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu. F’konformità mal-istandards ta’ Basel III maqbulin internazzjonalment dwar l-assenjazzjoni tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ta’ self speċjalizzati, jenħtieġ li tiġi introdotta klassi ddedikata ta’ skoperturi speċjalizzati skont l-SA-CR, u b’hekk tittejjeb il-konsistenza mat-trattament speċifiku diġà eżistenti ta’ self speċjalizzat skont l-approċċi IRB. Jenħtieġ li jiġi introdott trattament speċifiku għal skoperturi ta’ self speċjalizzati, li fih jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn “finanzjament ta’ proġett”, “finanzjament ta’ oġġetti” u “finanzjament ta’ komoditajiet” sabiex jiġu riflessi aħjar ir-riskji inerenti ta’ dawk is-subklassijiet tal-klassi ta’ skoperturi speċjalizzati. Bħal fil-każ ta’ skoperturi għal impriżi, jenħtieġ li jiġu implimentati żewġ approċċi sabiex jiġu assenjati l-piżijiet tar-riskju, wieħed għall-ġurisdizzjonijiet li jippermetti l-użu ta’ klassifikazzjonijiet esterni għal skopijiet regolatorji u wieħed għall-ġurisdizzjonijiet li ma jippermettux dan.
(19)Filwaqt li t-trattament standardizzat il-ġdid għal skoperturi ta’ għoti ta’ self speċjalizzat mhux ikklassifikati stabbilit fl-istandards ta’ Basel III huwa aktar granulari mit-trattament standardizzat attwali tal-iskoperturi għal impriżi skont dan ir-Regolament, tal-ewwel ma huwiex sensittiv biżżejjed għar-riskju sabiex jirrifletti l-effetti ta’ pakketti ta’ titoli u ta’ ipotekazzjonijiet komprensivi normalment assoċjati ma’ dawn l-iskoperturi fl-Unjoni, li jippermettu lill-mutwanti jikkontrollaw il-flussi ta’ flus futuri li għandhom jiġu ġġenerati matul il-ħajja tal-proġett jew tal-assi. Minħabba n-nuqqas ta’ kopertura tal-klassifikazzjoni esterna ta’ skoperturi speċjalizzati ta’ self fl-Unjoni, it-trattament għal skoperturi ta’ self speċjalizzat mhux ikklassifikati stabbiliti fl-istandards ta’ Basel III jista’ joħloq ukoll inċentivi għall-istituzzjonijiet sabiex iwaqqfu l-finanzjament ta’ ċerti proġetti jew jieħdu riskji ogħla fi skoperturi ttrattati b’mod simili li jkollhom profili ta’ riskju differenti. Billi l-iskoperturi speċjalizzati ta’ self huma ffinanzjati l-aktar minn istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ IRB li għandhom mudelli interni fis-seħħ għal dawn l-iskoperturi, l-impatt jista’ jkun partikolarment sinifikanti fil-każ ta’ skoperturi ta’ “finanzjament ta’ oġġetti”, li jistgħu jkunu f’riskju għal waqfien tal-attivitajiet, fil-kuntest partikolari tal-applikazzjoni tal-minimu tal-output. Sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati tan-nuqqas ta’ sensittività għar-riskju tat-trattament ta’ Basel għal skoperturi ta’ finanzjament ta’ oġġetti mhux ikklassifikati, jenħtieġ li skoperturi ta’ finanzjament ta’ oġġetti li jikkonformaw ma’ sett ta’ kriterji li kapaċi jbaxxu l-profil tar-riskju tagħhom għal standards ta’ “kwalità għolja” kompatibbli ma’ ġestjoni prudenti u konservattiva tar-riskji finanzjarji, jibbenefikaw minn piż tar-riskju mnaqqas. L-ABE għandha tiġi inkarigata sabiex tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-istituzzjonijiet sabiex jassenjaw skopertura ta’ self speċjalizzat għall-finanzjament ta’ oġġetti għall-kategorija ta’ “kwalità għolja” b’piż tar-riskju simili għall-iskoperturi ta’ finanzjament tal-proġetti ta’ “kwalità għolja” skont l-SA-CR. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet stabbiliti f’ġurisdizzjonijiet li jippermettu l-użu ta’ klassifikazzjonijiet esterni jassenjaw għall-iskoperturi ta’ self speċjalizzati tagħhom il-piżijiet tar-riskju ddeterminati biss mill-klassifikazzjonijiet esterni speċifiċi għall-ħruġ, kif previst mill-qafas ta’ Basel III.
(20)Jenħtieġ li l-klassifikazzjoni tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-approċċi SA-CR u IRB tiġi allinjata aktar sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-piżijiet tar-riskju korrispondenti għall-istess sett ta’ skoperturi. F’konformità mal-istandards ta’ Basel III, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għal trattament differenzjat ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotattivi li jissodisfaw sett ta’ kundizzjonijiet ta’ ripagament jew ta’ użu li kapaċi jbaxxu l-profil tar-riskju tagħhom. Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu definiti bħala skoperturi għal “tranżatturi”. Jenħtieġ li l-iskoperturi għal persuna fiżika waħda jew aktar li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha sabiex jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur jiġu ppeżati skont ir-riskju b’100 % skont l-SA-CR.
(21)L-istandards ta’ Basel III jintroduċu fattur tal-konverżjoni ta’ kreditu ta’ 10 % għal impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet (“UCC”) fl-SA-CR. Dan x’aktarx li jirriżulta f’impatt sinifikanti fuq id-debituri li jiddependu fuq in-natura flessibbli tal-UCC sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom meta jittrattaw il-fluttwazzjonijiet staġjonali fin-negozji tagħhom jew meta jimmaniġġaw bidliet mhux mistennijin għal terminu qasir fil-ħtiġijiet tal-kapital operatorju, speċjalment matul l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19. Għalhekk huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali li matulu l-istituzzjonijiet jkomplu japplikaw fattur tal-konverżjoni ta’ kreditu null għall-UCC tagħhom, u, wara, sabiex jiġi vvalutat jekk żieda gradwali potenzjali tal-fatturi tal-konverżjoni ta’ kreditu applikabbli tkunx iġġustifikata sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jaġġustaw il-prattiki operattivi u l-prodotti tagħhom mingħajr ma jfixklu d-disponibbiltà tal-kreditu għad-debituri tal-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li dak l-arranġament tranżizzjonali jkun akkumpanjat minn rapport imħejji mill-ABE.
(22)Il-kriżi finanzjarja tal-2008-2009 żvelat li, f’xi każijiet, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu użaw ukoll approċċi IRB fuq portafolli mhux xierqa għall-immudellar minħabba data insuffiċjenti, li kellha konsegwenzi detrimentali għar-robustezza tar-riżultati u għalhekk, għall-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, huwa xieraq li l-istituzzjonijiet ma jiġux obbligati jużaw l-approċċi IRB għall-iskoperturi kollha tagħhom u li japplikaw ir-rekwiżit ta’ tnedija fil-livell tal-klassijiet tal-iskoperturi. Huwa xieraq ukoll li jiġi ristrett l-użu tal-approċċi IRB għall-klassijiet ta’ skoperturi fejn l-immudellar robust huwa aktar diffiċli sabiex jiżdiedu l-komparabbiltà u r-robustezza tar-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju ta’ kreditu skont l-approċċi IRB.
(23)L-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għal istituzzjonijiet oħrajn, għal entitajiet oħrajn tas-settur finanzjarju u għal impriżi kbar tipikament juru livelli baxxi ta’ inadempjenza. Għal tali portafolli b’inadempjenza baxxa, intwera li huwa diffiċli għall-istituzzjonijiet li jiksbu stimi affidabbli ta’ parametru tar-riskju ewlieni tal-approċċ IRB, tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza (loss given default, “LGD”), minħabba numru insuffiċjenti ta’ inadempjenzi osservati f’dawk il-portafolli. Din id-diffikultà rriżultat f’livell mhux mixtieq ta’ dispersjoni fost l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-livell ta’ riskju stmat. Għalhekk, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw valuri regolatorji tal-LGD aktar milli stimi interni tal-LGD għal dawk il-portafolli b’inadempjenza baxxa.
(24)L-istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni sabiex jistmaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu għall-iskoperturi ta’ ekwità tipikament jibbażaw il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom fuq data disponibbli pubblikament, li għaliha l-istituzzjonijiet kollha jistgħu jiġu preżunti li għandhom aċċess identiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, id-differenzi fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji ma jistgħux jiġu ġġustifikati. Barra minn hekk, l-iskoperturi ta’ ekwità miżmumin fil-portafoll bankarju jifformaw komponent żgħir ħafna tal-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet. Għalhekk, sabiex tiżdied il-komparabbiltà tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjonijiet u sabiex jiġi ssimplifikat il-qafas regolatorju, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom għar-riskju ta’ kreditu għall-iskoperturi ta’ ekwità bl-użu tal-SA-CR, u jenħtieġ li l-approċċ IRB ma jkunx permess għal dan il-għan.
(25)Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-istimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza (probability of default, “PD”), tal-LGD u tal-fatturi tal-konverżjoni ta’ kreditu (credit conversion factors, “CCF”) ta’ skoperturi individwali ta’ istituzzjonijiet li jitħallew jużaw mudelli interni sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju ta’ kreditu ma jilħqux livelli baxxi mhux xierqa. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu introdotti valuri minimi għall-istimi proprji u li l-istituzzjonijiet jiġu obbligati jużaw l-ogħla waħda mill-istimi proprji tagħhom tal-parametri tar-riskju u ta’ dawk il-valuri minimi. Jenħtieġ li t-tali parametri tar-riskju” “minimi tal-input” jikkostitwixxu salvagwardja sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ kapital ma jaqgħux taħt livelli prudenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jimmitigaw ir-riskju tal-mudell minħabba fatturi bħal speċifikazzjoni tal-mudell mhux korretta, żball fil-kejl u limitazzjonijiet tad-data. Ikunu jtejbu wkoll il-komparabbiltà tal-proporzjonijiet kapitali fost l-istituzzjonijiet. Sabiex jinkisbu dawk ir-riżultati, jenħtieġ li l-minimi tal-input jiġu kkalibrati b’mod konservattiv biżżejjed.
(26)Il-minimi tal-parametri tar-riskju li jiġu kkalibrati b’mod konservattiv wisq jistgħu jiskoraġġixxu lill-istituzzjonijiet milli jadottaw l-approċċi IRB u l-istandards tal-ġestjoni tar-riskju assoċjati. L-istituzzjonijiet jistgħu jingħataw inċentivi wkoll sabiex imexxu l-portafolli tagħhom għal skoperturi ta’ riskju ogħla sabiex jevitaw ir-restrizzjoni imposta mill-minimi tal-parametri tar-riskju. Sabiex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati bħal dawn, jenħtieġ li l-minimi tal-parametri tar-riskju jirriflettu b’mod xieraq ċerti karatteristiċi tar-riskju tal-iskoperturi sottostanti, b’mod partikolari billi jieħdu valuri differenti għal tipi differenti ta’ skoperturi, fejn xieraq.
(27)Skoperturi ta’ self speċjalizzat għandhom karatteristiċi ta’ riskju li jvarjaw minn skoperturi korporattivi ġenerali. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali li matulu jitnaqqas il-minimu tal-input tal-LGD applikabbli għal skoperturi fuq self speċjalizzat.
(28)F’konformità mal-istandards ta’ Basel III, jenħtieġ li t-trattament tal-IRB għall-klassi ta’ skoperturi sovrani jibqa’ fil-biċċa l-kbira mhux mimsus, minħabba n-natura speċjali u r-riskji relatati mad-debituri sottostanti. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-iskoperturi sovrani ma jkunux soġġetti għall-minimi tal-input tal-parametri tar-riskju.
(29)Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-iskoperturi kollha tal-RGLA-PSE, jenħtieġ li tinħoloq klassi ġdida ta’ skoperturi tal-RGLA-PSA, indipendenti kemm mill-klassijiet ta’ skoperturi sovrani kif ukoll tal-istituzzjonijiet, u li lkoll jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-minimi tal-input ipprovduti mir-regoli l-ġodda.
(30)Jenħtieġ li jiġi ċċarat kif l-effett ta’ garanzija jista’ jiġi rrikonoxxut għal skopertura ggarantita fejn l-iskopertura sottostanti tiġi ttrattata skont l-approċċ IRB li taħtu huwa permess l-immudellar għall-PD u għal-LGD iżda fejn il-garanti jappartjeni għal tip ta’ skoperturi li għalih l-immudellar huwa l-LGD, jew l-approċċ IRB ma huwiex permess. B’mod partikolari, l-użu tal-approċċ ta’ sostituzzjoni, li fih il-parametri tar-riskju tal-iskoperturi sottostanti jinbidlu b’dawk tal-garanti, jew ta’ metodu li bih il-PD jew l-LGD tad-debitur sottostanti jiġi aġġustat bl-użu ta’ approċċ ta’ mmudellar speċifiku sabiex jitqies l-effett tal-garanzija, jenħtieġ li ma jwassalx għal piż tar-riskju aġġustat li jkun anqas mill-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura komparabbli diretta għall-garanti. Konsegwentement, meta l-garanti jiġi ttrattat skont l-SA-CR, ir-rikonoxximent tal-garanzija skont l-approċċ IRB jenħtieġ li jwassal għall-assenjazzjoni tal-piż tar-riskju SA-CR tal-garanti għall-iskopertura garantita.
(31)Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex jimplimenta l-istandards finali tal-FRTB biss għal finijiet ta’ rapportar. L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ kapital vinkolanti bbażati fuq dawk l-istandards tħalliet għal inizjattiva leġiżlattiva ordinarja separata, mal-valutazzjoni tal-impatti tagħhom għall-banek tal-Unjoni.
(32)Sabiex titlesta l-aġenda ta’ riforma introdotta wara l-kriżi finanzjarja tal-2008-2009 u sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-qafas tar-riskju tas-suq kurrenti, jenħtieġ li jiġu implimentati rekwiżiti ta’ kapital vinkolanti għar-riskju tas-suq fuq il-bażi tal-istandards finali tal-FRTB fid-dritt tal-Unjoni. Stimi riċenti tal-impatt tal-istandards finali tal-FRTB fuq il-banek tal-Unjoni wrew li l-implimentazzjoni ta’ dawk l-istandards fl-Unjoni se twassal għal żieda kbira fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal ċerti attivitajiet ta’ negozjar u ta’ ġenerazzjoni tas-suq li huma importanti għall-ekonomija tal-UE. Sabiex jittaffa dak l-impatt u sabiex jiġi ppreservat il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu introdotti aġġustamenti mmirati għat-traspożizzjoni tal-istandards finali tal-FRTB fid-dritt tal-Unjoni.
(33)Kif mitlub skont ir-Regolament (UE) 2019/876, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju tas-suq għall-istituzzjonijiet b’negozji ta’ daqs medju fil-portafoll tan-negozjar, u tikkalibra dawn ir-rekwiżiti kif xieraq. Għalhekk, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet b’portafolli tan-negozjar ta’ daqs medju jitħallew jużaw approċċ standardizzat simplifikat sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq, f’konformità mal-istandards miftehmin internazzjonalment. Barra minn hekk, il-kriterji ta’ eliġibbiltà sabiex jiġu identifikati l-istituzzjonijiet b’portafolli tan-negozjar ta’ daqs medju jenħtieġ li jibqgħu konsistenti mal-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/876 għall-eżenzjoni ta’ tali istituzzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-FRTB stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(34)L-attivitajiet ta’ negozjar tal-istituzzjonijiet fis-swieq tal-operaturi jistgħu jitwettqu faċilment bejn il-fruntieri, inkluż bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-istandards finali tal-FRTB jikkonverġu kemm jista’ jkun fil-ġurisdizzjonijiet kollha, kemm f’termini ta’ sustanza kif ukoll f’termini ta’ twaqqit. Jekk dan ma jkunx il-każ, ikun impossibbli li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi f’livell internazzjonali għal dawk l-attivitajiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards f’ġurisdizzjonijiet membri oħrajn tal-BCBS u, fejn ikun neċessarju, jenħtieġ li tieħu passi sabiex tindirizza d-distorsjonijiet potenzjali ta’ dawn ir-regoli.
(35)Il-BCBS irreveda l-istandard internazzjonali dwar ir-riskju operattiv sabiex jindirizza d-dgħufijiet li feġġew mal-kriżi finanzjarja tal-2008-2009. Minbarra nuqqas ta’ sensittività għar-riskju fl-approċċi standardizzati, ġie identifikat nuqqas ta’ komparabbiltà li jirriżulta minn firxa wiesgħa ta’ prattiki interni ta’ mmudellar skont l-Approċċi Avvanzati ta’ Kalkolu. Għalhekk, u sabiex jiġi ssimplifikat il-qafas tar-riskju operattiv, l-approċċi eżistenti kollha għall-istima tar-rekwiżiti ta’ kapital tar-riskju operattiv inbidlu b’metodu wieħed mhux ibbażat fuq mudell. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi allinjat mal-istandards riveduti ta’ Basel sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi f’livell internazzjonali għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni iżda li joperaw ukoll barra mill-Unjoni, u sabiex jiġi żgurat li l-qafas tar-riskju operattiv fil-livell tal-Unjoni jibqa’ effettiv.
(36)L-approċċ standardizzat il-ġdid għar-riskju operattiv introdott mill-BCBS jikkombina indikatur li jiddependi fuq id-daqs tan-negozju ta’ istituzzjoni ma’ indikatur li jqis l-istorja tat-telf ta’ din l-istituzzjoni. L-istandards riveduti ta’ Basel jipprevedu numru ta’ diskrezzjonijiet dwar kif jista’ jiġi implimentat l-indikatur li jqis l-istorja tat-telf ta’ istituzzjoni. Il-ġurisdizzjonijiet jistgħu jinjoraw it-telf storiku għall-kalkolu tal-kapital tar-riskju operattiv għall-istituzzjonijiet rilevanti kollha, jew jistgħu jqisu wkoll id-data storika dwar it-telf anki għall-istituzzjonijiet taħt ċertu daqs tan-negozju. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni u sabiex jiġi ssimplifikat il-kalkolu tal-kapital tar-riskju operattiv, jenħtieġ li dawk id-diskrezzjonijiet jiġu eżerċitati b’mod armonizzat għar-rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji billi tiġi injorata d-data storika dwar it-telf operattiv għall-istituzzjonijiet kollha.
(37)L-informazzjoni dwar l-ammont u dwar il-kwalità tal-iskoperturi produttivi, improduttivi u mrażżnin, kif ukoll analiżi tal-maturazzjoni tal-iskoperturi kontabbilizzati wara d-data tal-għeluq jenħtieġ li tiġi ddikjarata wkoll minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi u minn istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux elenkati oħrajn. Dan l-obbligu ta’ divulgazzjoni ma joħloqx piż addizzjonali fuq dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, billi d-divulgazzjoni ta’ tali sett limitat ta’ informazzjoni diġà ġiet implimentata mill-ABE fuq il-bażi tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill tal-2017 dwar Self Improduttiv (NPLs), li stieden lill-ABE ttejjeb ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni dwar il-kwalità tal-assi u s-self improduttiv għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha. Dan huwa wkoll konsistenti bis-sħiħ mal-Komunikazzjoni dwar l-indirizzar ta’ self improduttiv wara l-pandemija tal-COVID-19.
(38)Huwa neċessarju li jitnaqqas il-piż regolatorju għal skopijiet ta’ divulgazzjoni u li tittejjeb il-komparabbiltà tad-divulgazzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-ABE tistabbilixxi pjattaforma ċentralizzata bbażata fuq il-web li tippermetti d-divulgazzjoni tal-informazzjoni u tad-data ppreżentati mill-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li dik il-pjattaforma ċentralizzata fuq il-web isservi bħala punt uniku ta’ aċċess dwar id-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, filwaqt li jenħtieġ li s-sjieda tal-informazzjoni u tad-data u r-responsabbiltà għall-akkuratezza tagħhom jibqgħu f’idejn l-istituzzjonijiet li jipproduċuhom. Jenħtieġ li ċ-ċentralizzazzjoni tal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ddikjarata tkun konsistenti bis-sħiħ mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni dwar is-Swieq Kapitali u tirrappreżenta pass ulterjuri lejn l-iżvilupp ta’ punt ta’ aċċess uniku għall-UE kollha għall-informazzjoni relatata mal-investimenti finanzjarji u sostenibbli tal-kumpaniji.
(39)Sabiex tippermetti integrazzjoni akbar tar-rapportar superviżorju u tad-divulgazzjonijiet, jenħtieġ li l-ABE tippubblika d-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet b’mod ċentralizzat, filwaqt li tirrispetta d-dritt tal-istituzzjonijiet kollha li jippubblikaw id-data u l-informazzjoni huma stess. Jenħtieġ li tali divulgazzjonijiet ċentralizzati jippermettu lill-ABE tippubblika d-divulgazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, fuq il-bażi tal-informazzjoni rrapportata minn dawk l-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti u, għalhekk, jenħtieġ li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv li għalih huma soġġetti dawk l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. Fl-istess ħin, jenħtieġ li ċ-ċentralizzazzjoni tad-divulgazzjonijiet ma jkollha l-ebda impatt fuq l-ispejjeż għal istituzzjonijiet oħrajn, u żżid it-trasparenza u tnaqqas l-ispiża għall-parteċipanti fis-suq sabiex jaċċessaw informazzjoni prudenzjali. Jenħtieġ li t-tali trasparenza akbar tiffaċilita l-komparabbiltà tad-data fost l-istituzzjonijiet u tippromwovi d-dixxiplina fis-suq.
(40)Sabiex jiġu żgurati l-konverġenza madwar l-Unjoni u fehim uniformi tal-fatturi u tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (environmental, social and governance, ESG), jenħtieġ li jiġu stabbiliti definizzjonijiet ġenerali. L-iskopertura għar-riskji ESG ma tkunx neċessarjament proporzjonali għad-daqs u għall-kumplessità ta’ istituzzjoni. Il-livell ta’ skoperturi madwar l-Unjoni huwa wkoll pjuttost eteroġenu, b’xi pajjiżi juru impatti tranżizzjonali ħfief potenzjali u oħrajn li juru impatti tranżizzjonali għoljin potenzjali fuq l-iskoperturi relatati ma’ attivitajiet li għandhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ambjent. Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza li l-istituzzjonijiet huma soġġetti u r-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti f’biċċiet oħrajn tal-leġiżlazzjoni eżistenti fl-Unjoni se jipprovdu data aktar granulari fi ftit snin. Madankollu, sabiex jiġu vvalutati kif xieraq ir-riskji ESG li l-istituzzjonijiet jistgħu jiffaċċjaw, huwa essenzjali li s-swieq u s-superviżuri jiksbu data adegwata mill-entitajiet kollha skoperti għal dawk ir-riskji, indipendentement mid-daqs tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom data li tkun granulari, komprensiva u komparabbli għal superviżjoni effettiva, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-iskoperturi għar-riskji ESG tiġi inkluża fir-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li l-ambitu u l-granularità ta’ dik l-informazzjoni jkunu konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu d-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjonijiet.
(41)Hekk kif it-tranżizzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni lejn mudell ekonomiku sostenibbli qed iżżid il-momentum, ir-riskji għas-sostenibbiltà jsiru aktar prominenti u potenzjalment se jeħtieġu aktar kunsiderazzjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi antiċipat b’sentejn il-mandat tal-ABE sabiex tivvaluta u tirrapporta dwar jekk ikunx iġġustifikat trattament prudenzjali ddedikat ta’ skoperturi relatati ma’ assi u ma’ attivitajiet assoċjati sostanzjalment mal-objettivi ambjentali.
(42)Huwa essenzjali għas-superviżuri li jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex jivvalutaw u jikkalkolaw b’mod komprensiv ir-riskji li għalihom grupp bankarju jkun skopert f’livell konsolidat u li jkollhom il-flessibbiltà li jadattaw l-approċċ superviżorju tagħhom għal sorsi ġodda ta’ riskji. Huwa importanti li jiġu evitati lakuni bejn il-konsolidazzjoni prudenzjali u kontabilistika li jistgħu jwasslu għal tranżazzjonijiet immirati sabiex l-assi jinħarġu mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali, anki jekk ir-riskji jibqgħu fil-grupp bankarju. In-nuqqas ta’ koerenza fid-definizzjoni ta’ kunċetti ta’ “kumpanija prinċipali”, ta’ “sussidjarja” u ta’ “kontroll”, u n-nuqqas ta’ ċarezza fid-definizzjoni ta’ “impriża ta’ servizzi anċillari”, ta’ “kumpanija azzjonista finanzjarja” u ta’ “istituzzjoni finanzjarja” jagħmluha aktar diffiċli għas-superviżuri sabiex japplikaw ir-regoli applikabbli b’mod konsistenti fl-Unjoni u sabiex jidentifikaw u jindirizzaw kif xieraq ir-riskji f’livell konsolidat. Għalhekk, jenħtieġ li dawn id-definizzjonijiet jiġu emendati u ċċarati aktar. Barra minn hekk, huwa meqjus xieraq li l-ABE tinvestiga aktar jekk dan l-għoti ta’ setgħat lis-superviżuri jistax ikun limitat b’mod mhux intenzjonat minn xi diskrepanza jew lakuna li jifdal fid-dispożizzjonijiet regolatorji jew fl-interazzjoni tagħhom mal-qafas kontabilistiku applikabbli.
(43)In-nuqqas ta’ ċarezza ta’ ċerti aspetti tal-qafas minimu tal-limiti ta’ telf għat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (securities financing transactions, SFTs), żviluppat mill-BCBS fl-2017 bħala parti mir-riformi finali ta’ Basel III, kif ukoll ir-riżervi dwar il-ġustifikazzjoni ekonomika tal-applikazzjoni tiegħu għal ċerti tipi ta’ SFTs, qajmu l-kwistjoni ta’ jekk l-objettivi prudenzjali ta’ dan il-qafas jistgħux jintlaħqu mingħajr ma jinħolqu konsegwenzi mhux mixtieqa. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-qafas tal-minimi tat-telf għall-SFTs fid-dritt tal-Unjoni sa [OP idaħħal id-data = 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Sabiex tipprovdi lill-Kummissjoni b’evidenza suffiċjenti, jenħtieġ li l-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-AETS, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-impatt ta’ dak il-qafas, u dwar l-aktar approċċ xieraq għall-implimentazzjoni tiegħu fid-dritt tal-Unjoni.
(44)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tittrasponi fid-dritt tal-Unjoni l-istandards riveduti għar-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskji ta’ CVA, ippubblikati mill-BCBS f’Lulju 2020, billi dawn l-istandards b’mod ġenerali jtejbu l-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA billi jindirizzaw diversi kwistjonijiet osservati qabel, b’mod partikolari li l-qafas eżistenti tar-rekwiżiti ta’ kapital ta’ CVA jonqos milli jkopri b’mod xieraq ir-riskju ta’ CVA.
(45)Meta ġew implimentati r-riformi inizjali ta’ Basel III fid-dritt tal-Unjoni permezz tas-CRR, ċerti tranżazzjonijiet ġew eżentati mill-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju ta’ CVA. Dawn l-eżenzjonijiet ġew miftehmin sabiex tiġi evitata żieda eċċessiva potenzjali fl-ispiża ta’ xi tranżazzjonijiet ta’ derivati skattati mill-introduzzjoni tar-rekwiżit ta’ kapital għar-riskju ta’ CVA, b’mod partikolari meta l-banek ma setgħux itaffu r-riskju ta’ CVA ta’ ċerti klijenti li ma setgħux jiskambjaw il-kollateral. Skont l-impatti stmati kkalkolati mill-ABE, ir-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju ta’ CVA skont l-istandards riveduti ta’ Basel jibqgħu għoljin bla bżonn għat-tranżazzjonijiet eżentati ma’ dawn il-klijenti. Sabiex jiġi żgurat li l-klijenti tal-banek ikomplu jiħħeġġjaw ir-riskji finanzjarji tagħhom permezz ta’ tranżazzjonijiet ta’ derivati, jenħtieġ li l-eżenzjonijiet jinżammu meta jiġu implimentati l-istandards ta’ Basel riveduti.
(46)Madankollu, ir-riskju attwali ta’ CVA tat-tranżazzjonijiet eżentati jista’ jkun sors ta’ riskju sinifikanti għall-banek li japplikaw dawk l-eżenzjonijiet; jekk dawk ir-riskji jimmaterjalizzaw, il-banek ikkonċernati jistgħu jġarrbu telf sinifikanti. Kif enfasizzat l-ABE fir-rapport tagħha dwar is-CVA minn Frar 2015, ir-riskji ta’ CVA tat-tranżazzjonijiet eżentati jqajmu tħassib prudenzjali li ma humiex qed jiġu indirizzati skont is-CRR. Sabiex jgħinu lis-superviżuri jimmonitorjaw ir-riskju ta’ CVA li jinħoloq mit-tranżazzjonijiet eżentati, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jirrapportaw il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskji ta’ CVA tat-tranżazzjonijiet eżentati li jkunu meħtieġa jekk dawn it-tranżazzjonijiet ma jkunux eżentati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ABE tiżviluppa linji gwida li jgħinu lis-superviżuri jidentifikaw riskju eċċessiv ta’ CVA u jtejbu l-armonizzazzjoni tal-azzjonijiet superviżorji f’dan il-qasam madwar l-UE.
(47)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat kif meħtieġ,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(a)il-punti (15) u (16) jinbidlu b’dawn li ġejjin:
“(15) “impriża prinċipali” tfisser impriża li tikkontrolla, fis-sens tal-punt (37), impriża waħda jew aktar;
(16) “sussidjarja” tfisser impriża li hija kkontrollata, fis-sens tal-punt (37), minn impriża oħra;”;
(b)il-punt (18) jinbidel b’dan li ġej:
“(18) “impriża ta’ servizzi anċillari” tfisser impriża li l-attività prinċipali tagħha, kemm jekk ipprovduta lil impriżi fil-grupp kif ukoll lil klijenti barra mill-grupp, l-awtorità kompetenti tqis li hija kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)estensjoni diretta ta’ operazzjoni bankarja;
(b)kiri operattiv, factoring, l-amministrazzjoni ta’ unit trusts, is-sjieda jew l-amministrazzjoni ta’ proprjetà, il-forniment ta’ servizzi ta’ pproċessar ta’ data jew xi attività oħra li hija anċillari għall-attività bankarja;
(c) kull attività oħra meqjusa simili mill-ABE għal dawk imsemmijin fil-punti (a) u (b);”;
(c)il-punt (20) jinbidel b’dan li ġej:
“(20) “kumpanija azzjonista finanzjarja” tfisser impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) l-impriża tkun istituzzjoni finanzjarja;
(b) l-impriża ma tkunx kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta;
(c) tal-anqas sussidjarja waħda ta’ dik l-impriża tkun istituzzjoni;
(d) aktar minn 50 % ta’ kwalunkwe wieħed mill-indikaturi li ġejjin ikunu assoċjati, fuq bażi kostanti, ma’ sussidjarji li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, u b’attivitajiet imwettqin mill-impriża nnifisha li ma humiex relatati mal-akkwiżizzjoni jew mas-sjieda ta’ holdings f’sussidjarji meta dawn l-attivitajiet ikunu tal-istess natura bħal dawk imwettqin minn istituzzjonijiet jew minn istituzzjonijiet finanzjarji:
(i) l-ekwità tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;
(ii) l-assi tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;
(iii) id-dħul tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;
(iv) il-persunal tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;
(v) indikatur ieħor meqjus rilevanti mill-awtorità kompetenti;”;
(d)jiddaħħal il-punt (20a) li ġej:
“(20a) “kumpanija azzjonista ta’ investiment” tfisser kumpanija azzjonista ta’ investiment kif iddefinita fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(e)il-punt (26) jinbidel b’dan li ġej:
“(26) “istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża li tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-impriża ma hijiex istituzzjoni, kumpanija azzjonista purament industrijali, kumpanija azzjonista tal-assigurazzjoni jew kumpanija azzjonista tal-assigurazzjoni b’attività mħallta kif iddefinita fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;
(b) l-impriża tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) l-attività prinċipali tal-impriża hija li takkwista jew li tkun is-sid ta’ holdings jew li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti minn 2 sa 12 u fil-punt 15 tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE, jew li ssegwi wieħed jew aktar mis-servizzi jew mill-attivitajiet elenkati fit-Taqsima 1 jew B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji elenkati fit-Taqsima C ta’ dan l-Anness ta’ dik id-Direttiva;
(ii) l-impriża tkun ditta ta’ investiment, kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta, kumpanija azzjonista ta’ investiment, fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kumpanija maniġerjali tal-assi jew impriża ta’ servizzi anċillari;”;
(f)jiddaħħal il-punt (26a) li ġej:
“(26a) “kumpanija azzjonista purament industrijali” tfisser impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) l-attività prinċipali tal-impriża hija li takkwista jew tkun is-sid ta’ holdings;
(b) la l-impriża u lanqas kwalunkwe waħda mill-impriżi li fihom tkun is-sid tal-parteċipazzjonijiet ma tkun imsemmija fil-punti (a), (d), (e), (f), (g), (h), (k) u (l) tal-punt (27);
(c) la l-impriża u lanqas kwalunkwe waħda mill-impriżi li fihom tkun is-sid ta’ parteċipazzjonijiet ma jwettqu bħala attività prinċipali kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE, kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fit-Taqsima A jew B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji elenkati fit-Taqsima C ta’ dan l-Anness ta’ din id-Direttiva, jew huma ditti ta’ investiment, fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2366, kumpaniji maniġerjali tal-assi, jew impriżi ta’ servizzi anċillari;”;
(g)fil-punt (27) jitħassar il-punt (c);
(h)il-punt (28) jinbidel b’dan li ġej:
“(28) “istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni fi Stat Membru li jkollha istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja, jew li jkollha parteċipazzjoni f’istituzzjoni, f’istituzzjoni finanzjarja jew f’impriża ta’ servizzi anċillari, u li ma tkunx hija nnifisha sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija azzjonista finanzjarja jew ta’ kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;”;
(i)jiddaħħlu l-punti (33a) u (33b) li ġejjin:
“(33a) “istituzzjoni awtonoma fl-UE” tfisser istituzzjoni li ma hijiex soġġetta għal konsolidazzjoni prudenzjali skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed fl-UE, u li ma għandha l-ebda impriża prinċipali tal-UE soġġetta għal tali konsolidazzjoni prudenzjali;
(33b) “istituzzjoni sussidjarja awtonoma fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)l-istituzzjoni hija s-sussidjarja ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta’ kumpanija azzjonista finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta’ kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE;
(b) l-istituzzjoni tinsab fi Stat Membru ieħor differenti mill-istituzzjoni prinċipali, mill-kumpanija azzjonista finanzjarja prinċipali jew mill-kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta prinċipali tagħha;
(c) l-istituzzjoni ma jkollha l-ebda sussidjarja hija stess u ma jkollha l-ebda parteċipazzjoni f’istituzzjoni jew f’istituzzjoni finanzjarja;”;
(j)fil-punt (37), ir-referenza għall-“Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE” tinbidel b’referenza għall-“Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE”;
(k)il-punt (52) jinbidel b’dan li ġej:
“(52) “riskju operattiv” tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn proċessi interni, minn persuni u minn sistemi inadegwati jew li ma jirnexxux jew minn avvenimenti esterni, inkluż riskju legali, riskju tal-mudell u riskju tal-ICT, iżda mhux riskju strateġiku u reputazzjonali;”;
(l)jiddaħħlu l-punti minn (52a) sa (52i) li ġejjin:
“(52a)
“riskju legali” tfisser telf, inklużi spejjeż, multi, penali jew danni punittivi, ikkawżati minn avvenimenti li jirriżultaw fi proċedimenti legali, inklużi dawn li ġejjin:
(a) azzjonijiet superviżorji u saldi privati;
(b)nuqqas ta’ aġir meta tkun neċessarja azzjoni sabiex tinżamm konformità ma’ obbligu legali;
(c)azzjoni meħuda sabiex tiġi evitata l-konformità ma’ obbligu legali;
(d)avvenimenti ta’ kondotta ħażina, li huma avvenimenti li jirriżultaw minn imġiba ħażina volontarja jew negliġenti, inkluż forniment mhux xieraq ta’ servizzi finanzjarji;
(e)nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit derivat minn dispożizzjonijiet statutorji jew leġiżlattivi nazzjonali jew internazzjonali;
(f)nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit derivat minn arranġamenti kuntrattwali, jew ma’ regoli interni u ma’ kodiċijiet tal-kondotta stabbiliti f’konformità ma’ normi u ma’ prattiki nazzjonali jew internazzjonali;
(g)nuqqas ta’ konformità mar-regoli etiċi.
Ir-riskju legali ma jinkludix rifużjonijiet lil terzi persuni jew lil impjegati u pagamenti ta’ avvjament minħabba opportunitajiet ta’ negozju, fejn ma jkun seħħ l-ebda ksur ta’ xi regola jew ta’ mġiba etika u meta l-istituzzjoni tkun issodisfat l-obbligi tagħha fil-ħin; u l-ispejjeż legali esterni meta l-avveniment li jwassal għal dawk l-ispejjeż esterni ma jkunx avveniment ta’ riskju operattiv.
(52b)
“riskju tal-mudell” tfisser it-telf li tista’ ġġarrab istituzzjoni bħala konsegwenza ta’ deċiżjonijiet li jistgħu jkunu prinċipalment ibbażati fuq l-eżitu tal-mudelli interni, minħabba żbaji fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni jew fl-użu ta’ dawn il-mudelli, inklużi dawn li ġejjin:
(a)l-istabbiliment mhux xieraq ta’ mudell intern magħżul u tal-karatteristiċi tiegħu;
(b)il-verifika mhux adegwata tal-adegwatezza ta’ mudell intern magħżul għall-istrument finanzjarju li għandu jiġi evalwat jew għall-prodott li għandu jiġi pprezzat, jew tal-adegwatezza tal-mudell intern magħżul għall-kundizzjonijiet tas-suq applikabbli;
(c)żbalji fl-implimentazzjoni ta’ mudell intern magħżul;
(d)valwazzjonijiet skont il-valur fis-suq u kalkolu tar-riskju żbaljati minħabba żball matul ir-reġistrazzjoni ta’ negozju fis-sistema tan-negozjar;
(e)l-użu ta’ mudell intern magħżul jew tar-riżultati tiegħu għal skop li għalih dak il-mudell ma kienx maħsub jew iddisinjat, inkluża l-manipulazzjoni tal-parametri tal-immudellar;
(f)il-monitoraġġ mhux f’waqtu u ineffettiv tal-prestazzjoni tal-mudell sabiex jiġi vvalutat jekk il-mudell intern magħżul ikunx għadu adattat għall-iskop tiegħu;
(52c)
“riskju tal-ICT” tfisser ir-riskju ta’ telf jew ta’ telf potenzjali relatat mal-użu tas-sistemi tal-informazzjoni tan-network jew tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni, inkluż il-ksur tal-kunfidenzjalità, il-falliment tas-sistemi, in-nuqqas ta’ disponibbiltà jew in-nuqqas ta’ integrità tad-data u tas-sistemi, u r-riskju ċibernetiku;
(52d)
“riskju ambjentali, soċjali jew ta’ governanza (environmental, social or governance, ESG)” tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tal-fatturi ambjentali, soċjali jew ta’ governanza (ESG) fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni;
(52e)
“riskju ambjentali” tfisser ir-riskju ta’ telf li jinħoloq minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti attwali jew prospettivi tal-fatturi ambjentali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni, inklużi fatturi relatati mat-tranżizzjoni lejn l-objettivi ambjentali li ġejjin:
(a)il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;
(b)l-adattament għat-tibdil fil-klima;
(c)l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar;
(d)it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;
(e)il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;
(f)il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi;
Ir-riskju ambjentali jinkludi kemm ir-riskju fiżiku kif ukoll ir-riskju ta’ tranżizzjoni.
(52f)
“riskju fiżiku”, bħala parti mir-riskju ambjentali ġenerali, tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tal-effetti fiżiċi tal-fatturi ambjentali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni;
(52g)
“riskju ta’ tranżizzjoni”, bħala parti mir-riskju ambjentali ġenerali, tfisser ir-riskju ta’ telf li jinħoloq minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tat-tranżizzjoni tal-attivitajiet u tas-setturi kummerċjali għal ekonomija ambjentalment sostenibbli fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni;
(52h)
“riskju soċjali” tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tal-fatturi soċjali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tagħha;
(52i)
“riskju ta’ governanza” tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti kurrenti jew prospettivi tal-fatturi ta’ governanza fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tal-istituzzjoni;”;
(m)il-punti (54), (55) u (56) jinbidlu b’dawn li ġejjin:
“(54) “probabbiltà ta’ inadempjenza” jew “PD” tfisser il-probabbiltà ta’ inadempjenza ta’ debitur fuq perjodu ta’ sena, u, fil-kuntest tar-riskju ta’ dilwizzjoni, il-probabbiltà ta’ dilwizzjoni fuq dak il-perjodu ta’ sena;
(55) “telf fil-każ ta’ inadempjenza” jew “LGD” tfisser il-proporzjon mistenni tat-telf fuq skopertura relatata ma’ faċilità waħda minħabba l-inadempjenza ta’ debitur jew ta’ faċilità għall-ammont pendenti f’inadempjenza, u, fil-kuntest tar-riskju ta’ dilwizzjoni, it-telf fil-każ ta’ dilwizzjoni li jfisser il-proporzjon mistenni tat-telf fuq skopertura minħabba dilwizzjoni, għall-ammont pendenti skont ir-riċevibbli mirhuna jew mixtrija;
(56) “fattur ta’ konverżjoni” jew “fattur tal-konverżjoni ta’ kreditu” jew “CCF” tfisser il-proporzjon mistenni tal-ammont attwalment mhux prelevat ta’ impenn minn faċilità waħda li jista’ jiġi pprelevat minn faċilità waħda qabel inadempjenza u li għalhekk ikun pendenti b’inadempjenza għall-ammont attwalment mhux prelevat tal-impenn minn dik il-faċilità, il-firxa tal-impenn li qed tiġi ddeterminata mil-limitu rakkomandat, sakemm il-limitu mhux rakkomandat ma jkunx ogħla;”;
(n)jiddaħħal il-punt (56a) li ġej:
“(56a) “CCF realizzat” tfisser il-proporzjon tal-ammont prelevat ta’ impenn minn faċilità waħda, li ma ġiex ipprelevat f’data ta’ referenza partikolari qabel l-inadempjenza, u li għalhekk ikun pendenti f’inadempjenza, għall-ammont mhux prelevat tal-impenn minn dik il-faċilità f’dik id-data ta’ referenza;”;
(o)il-punti (58), (59) u 60 jinbidlu b’dawn li ġejjin:
“(58) “protezzjoni ta’ kreditu finanzjata” jew “FCP” tfisser it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni jidderivi mid-dritt ta’ din l-istituzzjoni, fil-każ tal-inadempjenza tad-debitur jew fl-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ kreditu speċifiċi oħra li jirrelataw mad-debitur, li tillikwida, jew li tikseb trasferiment jew approprjazzjoni ta’, jew li żżomm, ċerti assi jew ammonti, jew li tnaqqas l-ammont tal-iskopertura għal, jew li tibdlu bl-ammont tad-differenza bejn l-ammont tal-iskopertura u l-ammont ta’ pretensjoni fuq l-istituzzjoni;
(59) “protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata” jew “UFCP” tfisser il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni jidderivi mill-obbligu ta’ terza persuna li tħallas ammont fil-każ ta’ inadempjenza tad-debitur jew l-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ kreditu speċifiċi oħra;
(60) “strument ta’ flus assimilat” tfisser ċertifikat ta’ depożitu, bond li jinkludi bond kopert jew kwalunkwe strument mhux subordinat ieħor, li nħareġ mill-istituzzjoni mutwanti, li għaliha l-istituzzjoni mutwanti diġà tkun irċeviet pagament sħiħ u li jiġi rimborżat mingħajr kundizzjonijiet mill-istituzzjoni mutwanti bil-valur nominali tiegħu;”;
(p)jiddaħħal il-punt (60a) li ġej:
“(60a) “ingotti tad-deheb” tfisser deheb fil-forma ta’ komodità, inklużi vireg tad-deheb, ingotti u muniti, ġeneralment aċċettati mis-suq tal-ingotti, fejn jeżistu swieq likwidi għall-ingotti, u li l-valur tagħhom jiġi ddeterminat mill-valur tal-kontenut tad-deheb, iddefinit skont il-purità u l-massa, aktar milli mill-interess tiegħu għan-numismatisti;”;
(q)jiddaħħal il-punt (74a) li ġej:
“(74a) “valur tal-proprjetà” tfisser il-valur ta’ proprjetà immobbli ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 229(1);”;
(r)il-punt (75) jinbidel b’dan li ġej:
“(75) “proprjetà residenzjali” tfisser xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)proprjetà immobbli li għandha n-natura ta’ abitazzjoni u li tissodisfa l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli kollha li jippermettu li l-proprjetà tiġi okkupata għal skopijiet ta’ abitazzjoni;
(b)proprjetà immobbli li għandha n-natura ta’ abitazzjoni u li għadha qed tinbena, dment li jkun hemm l-aspettattiva li l-proprjetà se tissodisfa l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli kollha li jippermettu li l-proprjetà tiġi okkupata għal skopijiet ta’ abitazzjoni;
(c)id-dritt li wieħed jgħix f’appartamenti f’kooperattivi tad-djar li jinsabu fl-Iżvezja
(d)aċċessorju tal-art għal proprjetà msemmija fil-punt (a), (b) jew (c);”;
(s)jiddaħħlu l-punti minn (75a) sa (75g) li ġejjin:
“(75a) “proprjetà immobbli kummerċjali” tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli li ma hijiex proprjetà residenzjali, inklużi artijiet għajr dawk imsemmijin fil-punti (75)(d) u (79);
(75b) “skopertura għall-proprjetà immobbli li tipproduċi introjtu” (skopertura IPRE) tfisser skopertura koperta minn proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali waħda jew aktar fejn l-issodisfar tal-obbligi ta’ kreditu relatati mal-iskopertura jiddependi materjalment fuq il-flussi ta’ flus iġġenerati minn dawk il-proprjetajiet immobbli li jiggarantixxu din l-iskopertura, aktar milli fuq il-kapaċità tad-debitur li jissodisfa l-obbligi ta’ kreditu minn sorsi oħrajn;
(75c) “skopertura ta’ proprjetà immobbli li ma tipproduċix introjtu” (skopertura mhux IPRE) tfisser kwalunkwe skopertura koperta minn proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali waħda jew aktar li ma hijiex skopertura IPRE;
(75d) “skopertura mhux ADC” tfisser kwalunkwe skopertura koperta minn proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali waħda jew aktar li ma hijiex skopertura ADC;
(75e) “skopertura ggarantita bi proprjetà residenzjali”, jew “skopertura ggarantita b’ipoteka fuq proprjetà residenzjali”, jew “skopertura ggarantita b’kollateral ta’ proprjetà residenzjali”, jew “skopertura ggarantita bi proprjetà immobbli residenzjali”, tfisser skopertura ggarantita b’ipoteka fuq proprjetà residenzjali jew iggarantita bi kwalunkwe mekkaniżmu ieħor għajr ipoteki iżda li huma ekonomikament ekwivalenti għal ipoteki u rikonoxxuti bħala kollateral fuq proprjetà residenzjali skont il-liġi nazzjonali applikabbli li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ dawk il-mekkaniżmi;
(75f) “skopertura ggarantita bi proprjetà immobbli kummerċjali”, jew “skopertura ggarantita b’ipoteka fuq proprjetà immobbli kummerċjali”, jew “skopertura ggarantita b’kollateral immobiljari kummerċjali” tfisser skopertura ggarantita b’ipoteka fuq proprjetà immobbli kummerċjali jew iggarantita bi kwalunkwe mekkaniżmu ieħor għajr ipoteki iżda li huma ekonomikament ekwivalenti għal ipoteki u rrikonoxxuti bħala kollateral fuq proprjetà immobbli kummerċjali skont il-liġi nazzjonali applikabbli li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ dawk il-mekkaniżmi;
(75g) “skopertura ggarantita bi proprjetà immobbli”, jew “skopertura ggarantita b’ipoteka fuq proprjetà immobbli”, jew “skopertura ggarantita b’kollateral immobiljari” tfisser skopertura ggarantita b’ipoteka fuq proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali jew iggarantita bi kwalunkwe mekkaniżmu ieħor għajr ipoteki iżda li jkunu ekonomikament ekwivalenti għal ipoteki u rrikonoxxuti bħala kollateral fuq proprjetà immobbli skont il-liġi nazzjonali applikabbli li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ dawk il-mekkaniżmi;”;
(t)il-punti (78) u (79) jinbidlu b’dawn li ġejjin:
“(78) “rata ta’ inadempjenza ta’ sena” tfisser il-proporzjon bejn in-numru ta’ inadempjenzi li seħħew matul perjodu li jibda minn sena qabel data ta’ osservazzjoni T, u n-numru ta’ debituri, jew in-numru ta’ faċilitajiet fejn il-klassifikazzjoni bħala inadempjenti tiġi applikata fil-livell tal-faċilitajiet skont l-Artikolu 178, assenjati għal dan il-grad jew din l-aggregazzjoni sena qabel dik id-data ta’ osservazzjoni T;
(79) “skoperturi ADC” jew “skoperturi għall-akkwist ta’ art, għall-iżvilupp u għall-kostruzzjoni” tfisser skoperturi għal impriżi jew għal entitajiet bi skop speċjali li jiffinanzjaw kwalunkwe akkwist ta’ art għal skopijiet ta’ żvilupp u ta’ kostruzzjoni, jew li jiffinanzjaw l-iżvilupp u l-kostruzzjoni ta’ kwalunkwe proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali;”;
(u)il-punt (114) jinbidel b’dan li ġej:
“(114) “holding indiretta” tfisser kwalunkwe skopertura għal entità intermedja li jkollha skopertura għal strumenti kapitali maħruġin minn entità tas-settur finanzjarju jew għal obbligazzjonijiet maħruġin minn istituzzjoni fejn, fil-każ li l-istrumenti kapitali maħruġin mill-entità tas-settur finanzjarju jew tal-obbligazzjonijiet maħruġin mill-istituzzjoni jiġu permanentement ikkanċellati, it-telf li l-istituzzjoni ġġarrab bħala riżultat ma jkunx materjalment differenti mit-telf li l-istituzzjoni ġġarrab minn holding diretta ta’ dawk l-istrumenti ta’ kapital maħruġin mill-entità tas-settur finanzjarju jew minn dawk l-obbligazzjonijiet maħruġin mill-istituzzjoni;”
(v)il-punt (126) jinbidel b’dan li ġej:
“(126) “holding sintetika” tfisser investiment minn istituzzjoni fi strument finanzjarju li l-valur tiegħu jkun direttament marbut mal-valur tal-istrumenti ta’ kapital maħruġin minn entità tas-settur finanzjarju jew mal-valur tal-obbligazzjonijiet maħruġin minn istituzzjoni;”;
(w)il-punt (144) jinbidel b’dan li ġej:
“(144) “post tan-negozjar” tfisser grupp identifikat tajjeb ta’ kummerċjanti stabbilit mill-istituzzjoni sabiex jimmaniġġa b’mod konġunt portafoll ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, jew il-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar imsemmijin fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 104b, f’konformità ma’ strateġija kummerċjali definita tajjeb u konsistenti u li jopera taħt l-istess struttura ta’ ġestjoni tar-riskju;”
(x)fil-punt (145) jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (e), istituzzjoni tista’ teskludi pożizzjonijiet ta’ derivati li tkun daħlet fihom mal-klijenti mhux finanzjarji tagħha u l-pożizzjonijiet ta’ derivati li tuża sabiex tiħħeġġja dawk il-pożizzjonijiet, dment li l-valur ikkombinat tal-pożizzjonijiet esklużi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 273a(3) ma jaqbiżx l-10 % tal-assi totali tal-istituzzjoni li jidhru fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.”;(y)jiżdiedu l-punti (151) u (152) li ġejjin:
“(151) “skopertura rotattiva” tfisser skopertura li fiha l-bilanċ pendenti tal-mutwatarju jitħalla jvarja skont id-deċiżjonijiet tiegħu ta’ teħid ta’ self u ta’ ripagament, sa limitu miftiehem;
(152) “skopertura ta’ tranżattur” tfisser kwalunkwe skopertura rotattiva li jkollha tal-anqas 12-il xahar ta’ storja ta’ ripagamenti u li tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(a) skopertura li għaliha, fuq bażi regolari ta’ tal-anqas kull 12-il xahar, il-bilanċ li jkollu jitħallas lura fid-data tar-ripagament skedata li jmiss jiġi ddeterminat bħala l-ammont prelevat f’data ta’ referenza predefinita, b’data tar-ripagament skedata mhux aktar tard minn 12-il xahar, dment li l-bilanċ ikun tħallas lura kompletament f’kull data ta’ ripagament skedata għat-12-il xahar preċedenti;
(b)faċilità ta’ overdraft li fiha ma kien hemm l-ebda ġbid ta’ kreditu matul it-12-il xahar preċedenti”;
(2)l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
(a)il-punt (3) jinbidel b’dan li ġej:
“(3) “telf mistenni” jew “EL” tfisser il-proporzjon, relatat ma’ faċilità waħda, tal-ammont li mistenni jintilef fuq skopertura minn kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:
(i)inadempjenza potenzjali ta’ debitur fuq perjodu ta’ sena għall-ammont pendenti f’inadempjenza;
(ii)avveniment potenzjali ta’ dilwizzjoni fuq perjodu ta’ sena għall-ammont pendenti fid-data tal-okkorrenza tal-avveniment ta’ dilwizzjoni;”;
(b)jiżdiedu l-punti minn (4) sa (10) li ġejjin:
“(4) “obbligu ta’ kreditu” tfisser kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu, inklużi l-kapital, l-imgħax dovut u t-tariffi, dovuti minn debitur lil istituzzjoni jew, fejn l-istituzzjoni sservi bħala garanti, dovuti minn debitur lil terza persuna;
(5) “skopertura għall-kreditu” tfisser kwalunkwe element fil-karta tal-bilanċ, inkluż kwalunkwe ammont ta’ kapital, ta’ mgħax dovut u ta’ tariffi dovuti mid-debitur lill-istituzzjoni, u kwalunkwe element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ li jirriżulta, jew li jista’ jirriżulta, f’obbligu ta’ kreditu;
(6) “faċilità” tfisser skopertura għall-kreditu li tirriżulta minn kuntratt jew minn sett ta’ kuntratti bejn debitur u istituzzjoni;
(7) “marġni ta’ konservattiviżmu” tfisser żieda addittiv jew moltiplikattiva inkorporata fl-istimi tar-riskju, prudenti biżżejjed sabiex tqis il-firxa mistennija ta’ żbalji fl-istima li jirriżultaw minn nuqqasijiet identifikati fid-data, fil-metodi, fil-mudelli, u l-bidliet fl-istandards ta’ sottoskrizzjoni, fl-attitudni għar-riskji, fil-politiki ta’ ġbir u ta’ rkupru u fi kwalunkwe sors ieħor ta’ inċertezza addizzjonali, kif ukoll minn żball ġenerali fl-istima;
(8) “intrapriża żgħira u ta’ daqs medju” jew “SME” tfisser kumpanija, intrapriża jew impriża li, skont l-aħħar kontijiet konsolidati, ikollha fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 000 000;”
(9) “impenn” tfisser kwalunkwe arranġament kuntrattwali li istituzzjoni toffri lil klijent u li jkun aċċettat minn dak il-klijent, għall-estensjoni ta’ kreditu, għax-xiri ta’ assi jew għall-ħruġ ta’ sostituti tal-kreditu. Kwalunkwe arranġament li jista’ jiġi kkanċellat mingħajr kundizzjoni mill-istituzzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel lid-debitur jew kwalunkwe arranġament li jista’ jiġi kkanċellat mill-istituzzjoni meta d-debitur jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-faċilità, inklużi l-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mid-debitur qabel kwalunkwe ġbid ta’ kreditu inizjali jew sussegwenti skont l-arranġament, huwa impenn;
L-arranġamenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ma għandhomx ikunu impenji:
(a)arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni ma tirċievi l-ebda tariffa jew kummissjoni sabiex tistabbilixxi jew iżżomm dawk l-arranġamenti kuntrattwali;
(b)arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom il-klijent ikun meħtieġ japplika mal-istituzzjoni għall-ġbid ta’ kreditu inizjali u għal kull ġbid ta’ kreditu sussegwenti skont dawk l-arranġamenti kuntrattwali;
(c)arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni jkollha awtorità sħiħa, irrispettivament mill-issodisfar mill-klijent tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-arranġament kuntrattwali, fuq l-eżekuzzjoni ta’ kull ġbid ta’ kreditu;
(d)arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni tkun meħtieġa tivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tal-klijent immedjatament qabel ma tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni ta’ kull ġbid ta’ kreditu;
(e)arranġamenti kuntrattwali li jiġu offruti lil entità korporattiva, inkluża SME, li tkun immonitorjata mill-qrib fuq bażi kontinwa.
(10) “impenn kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet” tfisser kwalunkwe impenn li t-termini tiegħu jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċella dan l-impenn sal-punt sħiħ permess skont il-protezzjoni tal-konsumatur u l-leġiżlazzjoni relatata fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel lid-debitur jew li effettivament jipprevedu kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju.”;
(3)fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. L-ebda istituzzjoni li tkun jew impriża prinċipali jew inkella sussidjarja, u l-ebda istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18, ma għandha tkun meħtieġa tikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 92 u fil-Parti Tmienja fuq bażi individwali.”;
(4)fl-Artikolu 10a, il-paragrafu uniku huwa emendat kif ġej:
“Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, id-ditti tal-investiment u l-kumpaniji azzjonisti ta’ investiment għandhom jitqiesu bħala kumpaniji azzjonisti finanzjarji prinċipali fi Stat Membru jew f’kumpaniji azzjonisti finanzjarji prinċipali tal-Unjoni meta tali ditti tal-investiment jew kumpaniji azzjonisti ta’ investiment ikunu impriżi prinċipali ta’ istituzzjoni jew ta’ ditta tal-investiment soġġetta għal dan ir-Regolament li hija msemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033.”;
(5)fl-Artikolu 11(1), l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:
“L-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18, mal-obbligi stipulati fil-Partijiet Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sebgħa u Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-punt t(a) tal-Artikolu 92(3) u tal-punt (d) tal-Artikolu 430(1).”;
(6)l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
(a)jitħassar il-paragrafu 2;
(b)fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:
“Meta istituzzjoni jkollha sussidjarja li tkun impriża għajr istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja jew ikollha parteċipazzjoni f’tali impriża, hija għandha tapplika l-metodu tal-ekwità għal dik is-sussidjarja jew il-parteċipazzjoni.”;
(c)jiddaħħal paragrafu 10 ġdid:
“10. L-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] dwar il-kompletezza u l-adegwatezza tas-sett ta’ definizzjonijiet u ta’ dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar is-superviżjoni tat-tipi kollha ta’ riskji li għalihom ikunu skoperti l-istituzzjonijiet f’livell konsolidat. L-ABE għandha tivvaluta b’mod partikolari xi diskrepanza li jifdal possibbli f’dawn id-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet flimkien mal-interazzjoni tagħhom mal-qafas kontabilistiku applikabbli, u kull aspett li jifdal li jista’ joħloq restrizzjonijiet mhux intenzjonati għal superviżjoni konsolidata li tkun komprensiva u adattabbli għal sorsi jew għal tipi ġodda ta’ riskji jew ta’ strutturi li jistgħu jwasslu għal arbitraġġ regolatorju. L-ABE għandha taġġorna perjodikament ir-rapport tagħha fuq bażi biannwali.
Fid-dawl tas-sejbiet tal-ABE, il-Kummissjoni tista’, jekk ikun xieraq, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 462 sabiex taġġusta d-definizzjonijiet rilevanti jew l-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali.”;
(7)l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) fil-każ ta’ applikazzjonijiet għall-permessi msemmijin fl-Artikolu 143(1), fil-paragrafi 4 u 9 tal-Artikolu 151, fl-Artikolu 283 u fl-Artikolu 363 ippreżentati minn istituzzjoni prinċipali tal-UE u mis-sussidjarji tagħha, jew b’mod konġunt mis-sussidjarji ta’ kumpanija azzjonista finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta’ kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, sabiex jiddeċiedu jekk jingħatax il-permess mitlub u jiddeterminaw il-patti u l-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li tali permess jenħtieġ li jkun soġġett għalihom;”;
(ii)jitħassar it-tielet subparagrafu;
(b)il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:
“6. Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, is-sussidjarji ta’ kumpanija azzjonista finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tuża l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-kumpanija prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, ikkunsidrati flimkien, jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalifika stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta b’mod li jkun konsistenti mal-istruttura tal-grupp u mas-sistemi, mal-proċessi u mal-metodoloġiji tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu.”;
(8)fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1), jitħassar il-punt (v);
(9)fl-Artikolu 34 jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“B’deroga mill-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, f’ċirkostanzi straordinarji li l-eżistenza tagħhom tiġi ddeterminata minn opinjoni pprovduta mill-ABE, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-aġġustamenti tal-valur addizzjonali totali fil-kalkolu tal-ammont totali li għandu jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
Għall-finijiet tal-għoti tal-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, l-ABE għandha timmonitorja l-kundizzjonijiet tas-suq sabiex tivvaluta jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji u, kif xieraq, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni minnufih.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-indikaturi u l-kundizzjonijiet li l-ABE se tuża sabiex tiddetermina ċ-ċirkostanzi straordinarji msemmijin fit-tieni paragrafu u sabiex tispeċifika t-tnaqqis tal-aġġustamenti tal-valur addizzjonali aggregati totali msemmijin f’dak il-paragrafu.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fit-tielet paragrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(10)l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:
“(d)
għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju bl-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-Approċċ IRB), in-nuqqas tal-IRB fejn applikabbli, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 159;”;
(b)fil-punt (k) tal-paragrafu 1, jitħassar il-punt (v);
(11)fil-punt (a) tal-Artikolu 46(1), il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:
“(ii)
it-tnaqqis imsemmi fil-punti minn (a) sa (g), fil-punti (k)(ii), (iii) u (iv) u fil-punti (l), (m) u (n) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;”;
(12)fl-Artikolu 48, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-punt (a), il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:
“(ii) il-punti minn (a) sa (h), il-punti (k)(ii), (iii) u (iv) u l-punti (l), (m) u (n) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji.”;
(b)fil-punt (b), il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:
“(ii) il-punti minn (a) sa (h), il-punti (k)(ii), (iii) u (iv) u l-punti (l), (m) u (n) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji.”;
(13)fl-Artikolu 49, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Il-holdings li fir-rigward tagħhom ma jsirx tnaqqis f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi u għandhom jiġu peżati għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.
Il-holdings li fir-rigward tagħhom ma jsirx tnaqqis f’konformità mal-paragrafi 2 jew 3 għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi u għandhom jiġu peżati għar-riskju b’100 %.”;
(14)fil-punt (a) tal-Artikolu 60(1), il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:
“(ii) il-punti minn (a) sa (g), il-punti (k)(ii), (iii) u (iv) u l-punti (l), (m) u (n) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;”;
(15)fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62, il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:
“(d) għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-eċċess tal-IRB fejn applikabbli, gross mill-effetti tat-taxxa, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu minn 159 sa 0,6 % tal-ammonti tal-iskopertura peżata għar-riskju kkalkolati skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.”;
(16)fil-punt (a) tal-Artikolu 70(1), il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:
“(ii) il-punti minn (a) sa (g), il-punti (k)(ii), (iii) u (iv) u l-punti (l), (m) u (n) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;”;
(17)fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 72b(3), il-frażi introduttorja tinbidel b’dan li ġej:
“Minbarra l-obbligazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tippermetti li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li ma jaqbiżx it-3,5 % tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3), sakemm:”;
(18)fil-punt (a) tal-Artikolu 72i(1), il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:
“(ii) il-punti minn (a) sa (g), il-punti (k)(ii), (iii) u (k)(iv) u l-punti (l), (m) u (n) tal-Artikolu 36(1), bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;”;
(19)fl-Artikolu 84(1), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a)il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
(i)l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dnk is-sussidjarja li jkun meħtieġ sabiex jissodisfa dan li ġej:
–meta s-sussidjarja tkun istituzzjoni, is-somma tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji msemmijin fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital iddefinita fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ din id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f’pajjiżi terzi sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, kif ikun applikabbli;
–meta s-sussidjarja tkun ditta ta’ investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, kif ikun applikabbli;
(ii)l-ammont ta’ kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li huwa relatat ma’ dik is-sussidjarja li huwa meħtieġ fuq bażi konsolidata sabiex tiġi ssodisfata s-somma tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji msemmijin fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital iddefinit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ din id-Direttiva;”;
(20)fl-Artikolu 85(1), il-punt (a) tinbidel b’dan li ġej:
“(a)il-kapital ta’ Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
(i)l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 tas-sussidjarja li jkun meħtieġ sabiex jissodisfa dan li ġej:
–meta s-sussidjarja tkun istituzzjoni, is-somma tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji msemmijin fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital iddefinita fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ din id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f’pajjiżi terzi sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-Kapital tal-Grad 1, kif ikun applikabbli;
–meta s-sussidjarja tkun ditta ta’ investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1, kif ikun applikabbli;
(ii)l-ammont ta’ kapital konsolidat tal-Grad 1 li huwa relatat mas-sussidjarja li huwa meħtieġ fuq bażi konsolidata sabiex tiġi ssodisfata s-somma tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji msemmijin fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital iddefinit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ din id-Direttiva;”;
(21)jiddaħħal l-Artikolu 88b li ġej:
“Artikolu 88b
Impriżi f’pajjiżi terzi
Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu II, it-termini “ditta ta’ investiment” u “istituzzjoni” għandhom jinftiehmu li jinkludu wkoll impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi, li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, ikunu jaqgħu taħt id-definizzjonijiet ta’ dawn it-termini fil-punti (2) u (3) tal-Artikolu 4(1).”;
(22)fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 89 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Holding kwalifikattiva, li l-ammont tagħha jaqbeż il-15 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni, f’impriża li ma tkunx entità tas-settur finanzjarju, għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.”;
(23)l-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b’dawn li ġejjin:
“3. L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
(a)istituzzjoni awtonoma fl-UE u, għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpanija azzjonista finanzjarja prinċipali tal-UE u kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkalkolaw l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif ġej:
fejn:
TREA
= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità;
U-TREA
= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu tal-entità kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 4;
S-TREA
= l-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju tal-entità kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 5;
x
= 72,5 %;
(b) għall-finijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii), l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 6:
(i)fil-każ ta’ istituzzjoni sussidjarja awtonoma fi Stat Membru, għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi individwali tagħha;
(ii) fil-każ ta’ istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, kumpanija azzjonista finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;
(c)għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi ta’ dan ir-Regolament fuq bażi individwali, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju ta’ istituzzjoni li la hija istituzzjoni awtonoma fl-UE u lanqas istituzzjoni sussidjarja awtonoma fi Stat Membru għandu jkun l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 4.
4. L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu għandu jiġi kkalkolat bħala s-somma tal-punti minn (a) sa (f) ta’ dan il-paragrafu wara li jitqies il-paragrafu 7:
(a)l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu, inkluż ir-riskju għall-kontroparti, u r-riskju ta’ dilwizzjoni, ikkalkolati f’konformità mat-Titolu II u mal-Artikolu 379, fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali kollha ta’ istituzzjoni, esklużi l-ammonti tal-iskopertura peżata għar-riskju għal riskju għall-kontroparti min-negozju tal-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni;
(b)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta’ istituzzjoni għal dawn li ġejjin:
(i)ir-riskju tas-suq, ikkalkolat f’konformità mat-Titolu IV ta’ din il-Parti;
(ii)skoperturi kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli minn 395 sa 401, sal-limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti, kif iddeterminati f’konformità mal-Parti Erbgħa;
(c)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq, ikkalkolati f’konformità mat-Titolu IV ta’ din il-Parti għall-attivitajiet kummerċjali kollha li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet;
(ca)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ saldu, ikkalkolati f’konformità mat-Titolu V ta’ din il-Parti, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 379;
(d)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament fil-valwazzjoni tal-kreditu, ikkalkolati f’konformità mat-Titolu VI ta’ din il-Parti;
(e)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv, ikkalkolati f’konformità mat-Titolu III ta’ din il-Parti;
(f)l-ammonti tal-iskopertura peżata għar-riskju għar-riskju għall-kontroparti li jirriżulta min-negozju tal-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni għat-tipi ta’ tranżazzjonijiet u ta’ ftehimiet li ġejjin, ikkalkolati f’konformità mat-Titolu II ta’ din il-Parti:
(i)kuntratti elenkati fl-Anness II u derivattivi ta’ kreditu;
(ii)tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew ta’ prodotti fuq il-bażi ta’ titoli jew ta’ prodotti;
(iii)tranżazzjonijiet ta’ self b’marġni fuq il-bażi ta’ titoli jew ta’ prodotti;
(iv)tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul.”;
(b)jiżdiedu l-paragrafi 5, 6 u 7 li ġejjin:
“5. L-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkolat bħala s-somma tal-punti minn (a) sa (f) tal-paragrafu 4, wara li jitqiesu l-paragrafu 7 u r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)l-ammonti tal-iskopertura peżata għar-riskju għar-riskju ta’ kreditu u għar-riskju ta’ dilwizzjoni msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 4, u għar-riskju għall-kontroparti li jirriżulta min-negozju tal-portafoll tan-negozjar kif imsemmi fil-punt (f) ta’ dak il-paragrafu għandhom jiġu kkalkolati mingħajr ma jintuża kwalunkwe wieħed mill-approċċi li ġejjin:
(i)l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting stabbilit fl-Artikolu 221;
(ii)l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni previst fil-Kapitolu 3;
(iii)l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna tat-Titolizzazzjoni (Securitisation Internal Ratings-Based Approach, SEC-IRBA) stabbilit fl-Artikoli minn 258 sa 260 u l-Approċċ ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna (Internal Assessment Approach, IAA) stabbilit fl-Artikolu 265;
(iv)l-approċċ stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II ta’ din il-Parti;
(b)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar imsemmi fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 3, u għall-attivitajiet kummerċjali kollha tagħha li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet imsemmijin fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu għandhom jiġu kkalkolati mingħajr l-użu tal-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudelli interni stabbilit fil-Kapitolu 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta.
6. L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju ta’ entità “i” għall-finijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
fejn:
i
= l-indiċi li jindika l-entità;
TREAi
= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità i;
U-TREAi = l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu tal-entità i kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 4;
DIconso
= kwalunkwe differenza pożittiva bejn l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu għas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE, tal-kumpanija azzjonista finanzjarja prinċipali tal-UE jew tal-kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tal-grupp li l-entità i hija parti minnu, ikkalkolata kif ġej:
fejn:
U-TREA
= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 4 għal din l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija azzjonista finanzjarja prinċipali tal-UE jew il-kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;
TREA
= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3, għal dik l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija azzjonista finanzjarja prinċipali tal-UE jew il-kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha.
Contribconsoi
= il-kontribuzzjoni tal-entità i, ikkalkolata kif ġej:
fejn:
j
= l-indiċi li jiddenota l-entitajiet kollha li huma parti mill-istess grupp bħall-entità i għas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE, tal-kumpanija azzjonista finanzjarja prinċipali tal-UE jew tal-kumpanija azzjonista finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE;
U-TREAj
= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kkalkolat mill-entità j f’konformità mal-paragrafu 4 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha jew, fil-każ li l-entità j tkun istituzzjoni sussidjarja awtonoma fi Stat Membru, fuq il-bażi individwali tagħha;
F-TREAj
= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju b’minimu tal-entità j ikkalkolat fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha kif ġej:
fejn:
= l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju b’minimu kkalkolat mill-entità j fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha jew, fil-każ li l-entità j tkun istituzzjoni sussidjarja awtonoma fi Stat Membru, għall-bażi individwali tagħha;
= l-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 5 minn entità j fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha jew, f’każ li l-entità j tkun istituzzjoni sussidjarja awtonoma fi Stat Membru, għall-bażi individwali tagħha;
x
= 72,5 %.
7. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkoli tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu msemmija fil-paragrafu 4 u tal-ammont standardizzat tal-iskopertura għar-riskju msemmi fil-paragrafu 5:
(a)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmijin fil-punti (c), (ca), (d) u (e) tal-paragrafu 4 għandhom jinkludu dawk li jirriżultaw mill-attivitajiet kummerċjali kollha ta’ istituzzjoni;
(b)l-istituzzjonijiet għandhom jimmoltiplikaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punti minn (b) sa (e), bi 12,5.”;
(24)fl-Artikolu 92a(1), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta’ 18 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3);”;
(25)fl-Artikolu 102, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq f’konformità mal-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325(1), il-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu assenjati lill-postijiet tan-negozjar stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 104b.”;
(26)l-Artikolu 104 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 104
Inklużjoni fil-portafoll tan-negozjar
1. Istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b’mod ċar għad-determinazzjoni ta’ liema pożizzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha, f’konformità mal-Artikolu 102 u ma’ dan l-Artikolu, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet u l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta bis-sħiħ il-konformità tagħha ma’ dawn il-politiki u l-proċeduri, għandha tippreżentahom għal awditu intern tal-anqas fuq bażi annwali u għandha tagħmel ir-riżultati ta’ dak l-awditu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw il-pożizzjonijiet fl-istrumenti li ġejjin lill-portafoll tan-negozjar:
(a)strumenti li jissodisfaw il-kriterji, stabbiliti fil-paragrafi 6, 7 u 8 tal-Artikolu 325, għall-inklużjoni fil-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni alternattiv (“ACTP”);
(b)strumenti li jwasslu għal pożizzjoni ta’ kreditu jew ta’ ekwità bin-nieqes netta fil-portafoll mhux tan-negozjar, bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet proprji tal-istituzzjoni, sakemm tali pożizzjonijiet ma jissodisfawx il-kriterji msemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 2;
(c)strumenti li jirriżultaw minn impenji ta’ sottoskrizzjoni tat-titoli, meta dawk l-impenji ta’ sottoskrizzjoni jkunu relatati biss ma’ titoli li huma mistennija li jkunu mixtrijin mill-istituzzjoni fid-data tas-saldu;
(d)assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati b’mod mhux ambigwu bħala li għandhom għan ta’ negozjar skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għall-istituzzjoni;
(e)strumenti li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq;
(f)impriżi ta’ investiment kollettiv miżmuma b’intenzjoni ta’ negozjar, dment li dawn l-impriżi ta’ investiment kollettiv jissodisfaw tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 7;
(g)ekwitajiet elenkati;
(h)tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli relatati man-negozjar;
(i)opzjonijiet, jew derivati oħrajn, inkorporati fl-obbligazzjonijiet proprji tal-istituzzjoni jew minn strumenti oħrajn fil-portafoll mhux tan-negozjar li jirrigwardjaw ir-riskju ta’ kreditu jew ta’ ekwità.
Għall-finijiet tal-punt (b), istituzzjoni għandu jkollha pożizzjoni qasira netta ta’ ekwità fejn tnaqqis fil-prezz tal-ekwità jirriżulta fi profitt għall-istituzzjoni. Istituzzjoni għandu jkollha pożizzjoni qasira netta ta’ kreditu fejn il-firxa tal-kreditu tiżdied jew id-deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-emittent jew tal-grupp ta’ emittenti jirriżulta fi profitt għall-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw kontinwament fejn l-istrumenti jagħtu lok għal pożizzjoni ta’ kreditu jew ta’ ekwità bin-nieqes netta fil-portafoll mhux tan-negozjar.
Għall-finijiet tal-punt (i), istituzzjoni għandha taqsam l-għażla inkorporata mill-obbligazzjoni tagħha stess jew mill-istrument l-ieħor fil-portafoll mhux tan-negozjar li jirrigwarda r-riskju ta’ kreditu jew ta’ ekwità u għandha tassenja l-obbligazzjoni proprja jew l-istrument l-ieħor għall-portafoll tan-negozjar jew għall-portafoll mhux tan-negozjar, kif ikun xieraq, f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
3. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jassenjaw pożizzjonijiet fl-istrumenti li ġejjin lill-portafoll tan-negozjar:
(a)strumenti speċifikati għar-realizzazzjoni tat-titolizzazzjoni;
(b)strumenti relatati ma’ holdings ta’ proprjetà immobbli;
(c)ekwitajiet mhux elenkati;
(d)strumenti relatati mal-kreditu fil-livell tal-konsumatur u tal-SMEs;
(e)impriżi ta’ investiment kollettiv oħrajn minbarra dawk speċifikati fil-punt (f) tal-paragrafu 2;
(f)kuntratti ta’ derivattivi u impriżi ta’ investiment kollettiv bi strument sottostanti wieħed jew aktar imsemmijin fil-punti minn (a) sa (d);
(g)strumenti miżmumin għall-iħħeġġjar ta’ riskju partikolari ta’ pożizzjoni waħda jew aktar fi strument imsemmi fil-punti minn (a) sa (f);
(h)obbligazzjonijiet proprji tal-istituzzjoni, sakemm tali strumenti ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2.
4. B’deroga mill-paragrafu 2, istituzzjoni tista’ tassenja lill-portafoll mhux tan-negozjar pożizzjoni fi strument imsemmi fil-punti minn (d) sa (i) ta’ dak il-paragrafu, soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tagħha. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha meta l-istituzzjoni tkun tat prova għas-sodisfazzjon tal-awtorità li l-pożizzjoni ma tkunx miżmuma b’intenzjoni ta’ negozjar jew ma tiħħeġġjax pożizzjonijiet miżmumin b’intenzjoni ta’ negozjar.
5. Meta istituzzjoni tkun assenjat pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar fi strument għajr l-istrumenti msemmijin fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tista’ titlob lill-istituzzjoni tipprovdi evidenza sabiex tiġġustifika tali assenjazzjoni. Meta l-istituzzjoni tonqos milli tipprovdi evidenza xierqa, l-awtorità kompetenti tagħha tista’ titlob lill-istituzzjoni tirrialloka dik il-pożizzjoni għall-portafoll mhux tan-negozjar.
6. Meta istituzzjoni tkun assenjat pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar fi strument għajr l-istrumenti msemmijin fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tista’ titlob lill-istituzzjoni tipprovdi evidenza li tiġġustifika tali assenjazzjoni. Meta l-istituzzjoni tonqos milli tipprovdi evidenza xierqa, l-awtorità kompetenti tagħha tista’ titlob lill-istituzzjoni tirrialloka dik il-pożizzjoni għall-portafoll tan-negozjar.
7. Istituzzjoni għandha tassenja lill-portafoll tan-negozjar pożizzjoni f’impriża ta’ investiment kollettiv li tkun miżmuma b’intenzjoni ta’ negozjar u fejn l-istituzzjoni tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)l-istituzzjoni tkun tista’ tikseb informazzjoni suffiċjenti dwar l-iskoperturi sottostanti individwali tas-CIU;
(b)l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tikseb informazzjoni suffiċjenti dwar l-iskoperturi sottostanti individwali tas-CIU, iżda l-istituzzjoni jkollha għarfien tal-kontenut tal-mandat tas-CIU u tkun tista’ tikseb kwotazzjonijiet tal-prezzijiet ta’ kuljum għas-CIU.
8. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar il-proċess li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw sabiex jikkalkolaw u jimmonitorjaw pożizzjonijiet qosra netti ta’ kreditu jew ta’ ekwità fil-portafoll mhux tan-negozjar imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2.
L-ABE għandha tiippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(27)l-Artikolu 104a huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
“L-ABE għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki superviżorji u għandha toħroġ linji gwida sat-28 ta’ Ġunju 2024 dwar liema ċirkostanzi eċċezzjonali huma involuti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu u tal-paragrafu 5. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu adottati f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Sakemm l-ABE toħroġ dawk il-linji gwida, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar, u jipprovdu r-raġuni għal, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar jekk jagħtux jew le permess lil istituzzjoni biex tirriklassifika pożizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”;
(b)il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:
“5. Ir-riklassifikazzjoni ta’ pożizzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tkun irrevokabbli, ħlief fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmijin fil-paragrafu 1.”;
(c)jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:
“6. B’deroga mill-paragrafu 1, istituzzjoni tista’ tikklassifika mill-ġdid pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar bħala pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 104(2), mingħajr ma titlob permess mill-awtorità kompetenti tagħha. F’każ bħal dan, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 għandhom ikomplu japplikaw għall-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti tagħha meta tkun seħħet tali riklassifikazzjoni.”;
(28)l-Artikolu 104b huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq f’konformità mal-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325(1), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu postijiet tan-negozjar u għandhom jassenjaw kull waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar tagħhom u mill-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom imsemmijin fil-paragrafi 5 u 6 lil wieħed minn dawk il-postijiet tan-negozjar. Il-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu attribwiti lill-istess post tan-negozjar fil-każ biss meta dawk il-pożizzjonijiet ikunu konformi mal-istrateġija tan-negozjar miftiehma għal dak il-post tan-negozjar u jkunu ġestiti u mmonitorjati b’mod konsistenti f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”;
(b)jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:
“5. Sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet lill-postijiet tan-negozjar stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 1 li jimmaniġġjaw ir-riskji li huma simili għal dawk il-pożizzjonijiet.
6. B’deroga mill-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet, meta jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq, jistgħu jistabbilixxu post tan-negozjar wieħed jew aktar li lilu jassenjaw esklussivament pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet. Dawk il-postijiet tan-negozjar ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3.”;
(29)jiddaħħal l-Artikolu 104c li ġej:
“Artikolu 104c
Trattament tal-ħeġġijiet tar-riskju tal-kambju tal-proporzjonijiet kapitali
1. Istituzzjoni li tkun ħadet pożizzjoni ta’ riskju b’mod deliberat sabiex tiħħeġġja, tal-anqas parzjalment, kontra movimenti avversi fir-rati tal-kambju fuq kwalunkwe waħda mill-proporzjonijiet kapitali tagħha kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1), tista’, soġġetta għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, teskludi dik il-pożizzjoni ta’ riskju mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju stabbiliti fl-Artikolu 325(1), dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)l-ammont massimu tal-pożizzjoni tar-riskju li jkun eskluż mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ikun limitat għall-ammont tal-pożizzjoni tar-riskju li jinnewtralizza s-sensittività ta’ kwalunkwe wieħed mill-proporzjonijiet kapitali għall-movimenti negattivi fir-rati tal-kambju;
(b)il-pożizzjoni tar-riskju tkun eskluża mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal tal-anqas 6 xhur;
(c)l-istituzzjoni tkun stabbiliet qafas xieraq ta’ ġestjoni tar-riskju għall-iħħeġġjar tal-movimenti negattivi fir-rati tal-kambju fuq kwalunkwe waħda mill-proporzjonijiet kapitali tagħha, inkluża strateġija ċara ta’ ħħeġġjar u struttura ta’ governanza;
(d)l-istituzzjoni tkun ipprovdiet lill-awtoritajiet kompetenti ġustifikazzjoni għall-esklużjoni ta’ pożizzjoni tar-riskju mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq, id-dettalji ta’ dik il-pożizzjoni ta’ riskju u l-ammont li għandu jiġi eskluż mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq.
2. Kwalunkwe esklużjoni ta’ pożizzjonijiet tar-riskju mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi applikata b’mod konsistenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw kwalunkwe bidla mill-istituzzjoni fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, u fid-dettalji tal-pożizzjonijiet tar-riskju msemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 1.
4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)il-pożizzjonijiet tar-riskju li istituzzjoni tista’ tieħu deliberatament sabiex tiħħeġġja, tal-anqas parzjalment, kontra l-movimenti avversi tar-rati tal-kambju fuq kwalunkwe wieħed mill-proporzjonijiet kapitali ta’ istituzzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;
(b)kif jiġi ddeterminat l-ammont massimu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, u l-mod li bih istituzzjoni għandha teskludi dan l-ammont għal kull wieħed mill-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 325(1);
(c)il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ istituzzjoni msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, sabiex jitqies xieraq għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(30)l-Artikolu 106 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 3, l-aħħar subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
“Kemm ħeġġ intern rikonoxxut f’konformità mal-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta’ kreditu konkluż ma' terza persuna għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq. Sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 325(1), iż-żewġ pożizzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess post tan-negozjar stabbilit f’konformità mal-Artikolu 104b(1) li jimmaniġġa riskji simili.”
(b)fil-paragrafu 4, l-aħħar subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
Kemm ħeġġ intern rikonoxxut f’konformità mal-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta’ ekwità li jiġi konkluż ma’ fornitur ta’ protezzjoni ta’ terza persuna eliġibbli għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq. Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji tas-suq bl-użu tal-approċċ stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 325(1) iż-żewġ pożizzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess post tan-negozjar stabbilit f’konformità mal-Artikolu 104b(1) li jimmaniġġa riskji simili.”
(c)il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:
“5. Meta istituzzjoni tiħħeġġja skoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax ta’ portafoll mhux tan-negozjar permezz ta’ pożizzjoni ta’ riskju tar-rata tal-imgħax imniżżla fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni ta’ riskju tar-rata tal-imgħax għandha tiġi kkunsidrata bħala ħeġġ intern għall-valutazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta mill-pożizzjonijiet mhux tan-negozjar f’konformità mal-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 325(1), il-pożizzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax ġiet assenjata lil portafoll separat mill-pożizzjonijiet l-oħrajn tal-portafoll tan-negozjar, li l-istrateġija tan-negozju tiegħu hija ddedikata biss għall-ġestjoni u għall-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-ħeġġijiet interni tal-iskopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax; għal dak l-għan;
(b)għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċi msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 325(1), il-pożizzjoni tkun ġiet assenjata lil post tan-negozjar stabbilit f’konformità mal-Artikolu 104b li l-istrateġija tan-negozjar tiegħu tkun iddedikata biss għall-ġestjoni u għall-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern ta’ skopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax;
(c)l-istituzzjoni ddokumentat b’mod sħiħ kif il-pożizzjoni timmitiga r-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE.”;
(d)jiddaħħlu l-paragrafi 5a u 5b li ġejjin:
“5a. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 5, l-istituzzjoni tista’ tassenja lil dak il-portafoll pożizzjonijiet oħrajn tar-riskju tar-rata tal-imgħax li tkun ikkonkludiet ma’ terzi persuni, jew mal-portafoll tan-negozjar tagħha stess, dment li l-istituzzjoni tpaċi perfettament ir-riskju tas-suq ta’ dawk il-pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax konklużi mal-portafoll tan-negozjar tagħha stess billi tidħol f’pożizzjonijiet opposti tar-riskju tar-rata tal-imgħax ma’ terzi persuni.
5b. Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għall-post tan-negozjar imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 5:
(a)dan il-post tan-negozjar jista’ jinkludi pożizzjonijiet oħrajn tar-riskju tar-rata tal-imgħax konklużi ma’ terzi persuni jew ma’ postijiet tan-negozjar oħrajn tal-istituzzjoni, dment li dawn il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-inklużjoni fil-portafoll tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 104 u dawk il-postijiet tan-negozjar l-oħrajn jikkumpensaw perfettament għar-riskju tas-suq ta’ dawn il-pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax oħrajn billi jikkonkludu pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax opposti ma’ terzi persuni;
(b)l-ebda pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmijin fil-punt (a) ma tiġi assenjata lil dak il-post tan-negozjar;
(c)b’deroga mill-Artikolu 104b, dak il-post tan-negozjar ma għandux ikun soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
(e)il-paragrafi 6 u 7 jinbidlu b’dan li ġej:
“6. Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll separat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 5, jew lill-post tan-negozjar imsemmi fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu, għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi awtonoma, minbarra r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-pożizzjonijiet l-oħrajn tal-portafoll tan-negozjar.
7. Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta’ CVA bl-użu ta’ strument ta’ derivati konkluż mal-portafoll tan-negozjar tagħha, il-pożizzjoni f’dak l-istrument ta’ derivati għandha tiġi rrikonoxxuta bħala ħeġġ intern għall-iskopertura għar-riskju ta’ CVA għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji ta’ CVA f’konformità mal-approċċi stabbiliti fl-Artikoli 383 jew 384, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)il-pożizzjoni tad-derivattivi tkun rikonoxxuta bħala ħeġġ eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 386;
(b)meta l-pożizzjoni tad-derivattivi tkun soġġetta għal kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 325c(2), jew fil-punt (c) tal-Artikolu 325e(1), l-istituzzjoni tikkumpensa perfettament għar-riskju tas-suq ta’ dik il-pożizzjoni tad-derivattivi billi tidħol f’pożizzjonijiet opposti ma’ terzi persuni;
Il-pożizzjoni opposta tal-portafoll tan-negozjar tal-ħeġġ intern rikonoxxuta f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq.”
(31)fl-Artikolu 107, il-paragrafi 1, 2 u 3 jinbidlu b’dawn li ġejjin:
“1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw jew l-Approċċ Standardizzat previst fil-Kapitolu 2 jew, meta permessi mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 143, l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni previst fil-Kapitolu 3 sabiex jikkalkolaw l-ammonti tal-iskopertura peżata għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(4).
2. Għall-iskoperturi kummerċjali u għall-kontribuzzjonijiet tal-fondi tal-inadempjenza għal kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stipulat fit-Taqsima 9 tal-Kapitolu 6 sabiex jikkalkolaw l-ammonti tal-iskopertura peżata għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(4). Għat-tipi l-oħrajn kollha ta’ skoperturi għal kontroparti ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw dawn l-iskoperturi bħala skoperturi għal istituzzjonijiet kif ġej:
(a)bħala skoperturi għal istituzzjoni għal tipi oħrajn ta’ skoperturi għal CCP kwalifikanti;
(b)bħala skoperturi għal impriża għal tipi oħrajn ta’ skoperturi għal CCP mhux kwalifikattiva.
3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, skoperturi għal ditti ta’ investiment ta’ pajjiżi terzi u skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ pajjiżi terzi u skoperturi għal clearing houses u għal skambji ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiżi terzi awtorizzati u ssorveljati minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli ma’ dawk applikati għal istituzzjonijiet f’termini ta’ robustezza, għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni biss jekk il-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dik l-entità li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.”;
(32)l-Artikolu 108 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 108
Użu ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB għar-riskju ta’ kreditu u għar-riskju ta’ dilwizzjoni
1. Għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ Standardizzat skont il-Kapitolu 2 jew tapplika l-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji tagħha ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD) skont l-Artikolu 143, l-istituzzjoni tista’ tqis l-effett tal-FCP f’konformità mal-Kapitolu 4 fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżata għar-riskju għall-finijiet tal-punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(4) jew, fejn rilevanti, tal-ammonti ta’ telf mistenni (EL) għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 36(1) u fil-punt (c) tal-Artikolu 62.
2. Għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143, l-istituzzjoni tista’ tqis l-effett tal-FCP fl-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju u fl-ammonti ta’ telf mistenni f’konformità mal-Kapitolu 3.
2a. Meta istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskopertura oriġinali kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, l-istituzzjoni tista’ tqis l-effett tal-UFCP fl-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju u fl-ammonti ta’ telf mistenni f’konformità mal-Kapitolu 3. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-istituzzjoni tista’ tqis l-effett tal-UFCP fl-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju u fl-ammonti ta’ telf mistenni f’konformità mal-Kapitolu 4.
3. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, is-self fil-livell tal-konsumatur jista’ jitqies bħala skoperturi ggarantiti b’ipoteka fuq proprjetà residenzjali, minflok ma jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti, għall-finijiet tal-Kapitoli 2, 3 u 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli, meta fi Stat Membru jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin għal dak is-self fil-livell tal-konsumatur:
(a)il-maġġoranza tas-self lil persuni fiżiċi għax-xiri ta’ proprjetajiet residenzjali f’dak l-Istat Membru ma jiġix ipprovdut bħala ipoteki f’forma ġuridika;
(b)il-maġġoranza tas-self lil individwi għax-xiri ta’ proprjetajiet residenzjali f’dak l-Istat Membru huma ggarantiti minn garanti b’valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nnominata li tikkorrispondi għal skala tal-kwalità tal-kreditu ta’ 1 jew 2, dan huwa meħtieġ sabiex l-istituzzjoni titħallas lura bis-sħiħ meta l-mutwatarju oriġinali jsir inadempjenti;
(c)l-istituzzjoni għandha d-dritt legali li tieħu ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali fil-każ li l-garanti msemmi fil-punt (b) ifalli.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ABE meta l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) jiġu ssodisfati fit-territorji nazzjonali tal-ġurisdizzjonijiet tagħhom, u għandhom jipprovdu l-ismijiet tal-garanti eliġibbli għal dak it-trattament li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu u tal-paragrafu 4.
L-ABE għandha tippubblika l-lista tal-garanti eliġibbli kollha bħal dawn fuq is-sit web tagħha u taġġorna dik il-lista kull sena.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, is-self imsemmi f’dak il-paragrafu jista’ jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti b’ipoteka fuq proprjetà residenzjali, minflok ma jiġi ttrattat bħala skoperturi ggarantiti, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)għal skopertura li hija ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat, l-iskopertura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi tal-Approċċ Standardizzat “skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli” skont l-Artikoli 124 u 125 bl-eċċezzjoni li l-istituzzjoni li tagħti s-self ma żżommx ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali;
(b)għal skopertura li hija ttrattata skont l-Approċċ IRB, l-iskopertura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu assenjati għall-klassi ta’ skoperturi tal-IRB “skoperturi fil-livell tal-konsumatur ggarantiti bi proprjetà residenzjali” msemmija fl-Artikolu 147(2)(d)(ii), bl-eċċezzjoni li l-istituzzjoni li tagħti s-self ma żżommx ipoteka fuq il-proprjetà;
(c)ma jkun hemm l-ebda rahan ipotekarju fuq il-proprjetà residenzjali meta jingħata s-self u l-mutwatarju jkun kuntrattwalment marbut li ma jagħti l-ebda rahan ipotekarju mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni li oriġinarjament tkun tat is-self;
(d)il-garanti huwa fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, u l-garanti għandu valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li tikkorrispondi għal skala tal-kwalità tal-kreditu ta’ 1 jew 2;
(e)il-garanti jkun istituzzjoni jew entità tas-settur finanzjarju soġġetta għal rekwiżiti ta’ kapital tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikabbli għal istituzzjonijiet jew għal impriżi tal-assigurazzjoni;
(f)il-garanti jkun stabbilixxa fond ta’ garanzija reċiproka ffinanzjat bis-sħiħ jew protezzjoni ekwivalenti għall-impriżi tal-assigurazzjoni sabiex jassorbu t-telf mir-riskju ta’ kreditu, li l-kalibrazzjoni tiegħu tiġi rrieżaminata perjodikament mill-awtorità kompetenti tiegħu u tkun soġġetta għal ittestjar għal stress annwali;
(g)l-istituzzjoni tkun kuntrattwalment u legalment permessa li tieħu ipoteka fuq il-proprjetà residenzjali fil-każ li l-garanti jfalli;
(h)l-istituzzjoni li tiddeċiedi li teżerċita l-għażla prevista fil-paragrafu 3 għal garanti eliġibbli partikolari skont il-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 3, għandha tagħmel dan għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur kollha tagħha ggarantiti minn dak il-garanti skont dak il-mekkaniżmu.”;
(33)jiddaħħal l-Artikolu 110a li ġej:
“Artikolu 110a
Monitoraġġ ta’ arranġamenti kuntrattwali li ma humiex impenji
“L-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l-arranġamenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha speċifikati fil-punti minn (a) sa (e) tat-tieni subparagrafu tal-punt (9) tal-Artikolu 5, u għandhom jiddokumentaw għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom il-konformità tagħhom ma’ dawn il-kundizzjonijiet kollha.”;
(34)l-Artikolu 111 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 111
Valur tal-iskopertura
“1. Il-valur ta’ skopertura ta’ element ta’ assi għandu jkun il-valur kontabilistiku residwu tagħha wara li jkunu ġew applikati aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 110, aġġustamenti tal-valur addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 34 relatati man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni, ammonti mnaqqsin f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), u tnaqqis ieħor minn fondi proprji relatat mal-element ta’ assi.
2. Il-valur tal-iskopertura ta’ element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun il-perċentwal li ġej tal-valur nominali tal-element wara t-tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 110 u l-ammonti mnaqqsin f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1):
(a)100 % għall-elementi fit-taqsima 1;
(b)50 % għall-elementi fit-taqsima 2;
(c)40 % għall-elementi fit-taqsima 3;
(d)20 % għall-elementi fit-taqsima 4;
(e)10 % għall-elementi fit-taqsima 5.
3. Il-valur tal-iskopertura ta’ impenn fuq element li ma jidhirx fil-karta bilanċjali kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun l-aktar baxx mill-perċentwali li ġejjin tal-valur nominali tal-impenn wara t-tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu u l-ammonti mnaqqsin f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1):
(a)il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 2 li huwa applikabbli għall-element li fuqu jsir l-impenn;
(b)il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 2 li huwa applikabbli għat-tip ta’ impenn.
4. Għal arranġamenti kuntrattwali offruti minn istituzzjoni, iżda li għadhom ma ġewx aċċettati mill-klijent, li jsiru impenji jekk jiġu aċċettati mill-klijent, u arranġamenti kuntrattwali li jikkwalifikaw bħala impenji iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex ma jiġux ittrattati bħala impenji, il-perċentwal applikabbli għal dak it-tip ta’ arranġament kuntrattwali għandu jkun dak previst f’konformità mal-paragrafu 2.
5. Meta istituzzjoni tkun qiegħda tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju msemmi fl-Artikolu 223, il-valur tal-iskopertura ta’ titoli jew ta’ prodotti mibjugħin, stazzjonati jew mislufin skont tranżazzjoni ta’ xiri mill-ġdid jew skont tranżazzjoni ta’ għoti jew ta’ teħid b’self ta’ titoli jew ta’ prodotti, u ta’ tranżazzjonijiet ta’ self b’marġni għandu jiżdied bl-aġġustament tal-volatilità xieraq għal tali titoli jew prodotti f’konformità mal-Artikoli 223 u 224.
6. Il-valur tal-iskopertura ta’ strument ta’ derivati elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kapitolu 6, filwaqt li jitqiesu l-effetti tal-kuntratti ta’ novazzjoni u ta’ ftehimiet oħrajn ta’ netting kif speċifikat f’dak il-Kapitolu. Il-valur tal-iskopertura ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, ta’ tranżazzjonijiet ta’ għoti jew ta’ teħid b’self ta’ titoli jew ta’ prodotti, ta’ tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul u ta’ tranżazzjonijiet ta’ self b’marġni jista’ jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kapitolu 4 jew mal-Kapitolu 6.
7. Meta l-iskopertura tkun koperta minn protezzjoni ta’ kreditu finanzjata, il-valur tal-iskopertura jista’ jiġi emendat f’konformità mal-Kapitolu 4.
8. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)il-kriterji li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw sabiex jassenjaw elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, bl-eċċezzjoni tal-elementi diġà inklużi fl-Anness I, għat-taqsimiet minn 1 sa 5 imsemmijin fl-Anness I;
(b)il-fatturi li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jikkanċellaw l-impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet imsemmijin fl-Anness I;
(c)il-proċess għan-notifika lill-ABE dwar il-klassifikazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ entrati oħrajn li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jġorru riskji simili għal dawk imsemmijin fl-Anness I.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(35)fl-Artikolu 112, il-punt (k) jinbidel b’dan li ġej:
“(k) skoperturi ta’ dejn subordinat;”;
(36)l-Artikolu 113 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Sabiex jiġu kkalkolati l-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju, il-piżijiet tar-riskju għandhom jiġu applikati għall-iskoperturi kollha, sakemm dawk l-iskoperturi ma jkunux tnaqqsu mill-fondi proprji, f’konformità mat-Taqsima 2, fuq il-bażi tal-klassi tal-iskoperturi li għaliha jiġu assenjati dawk l-iskoperturi u, sa fejn speċifikat fit-Taqsima 2, fuq il-bażi tal-kwalità tal-kreditu ta’ dik l-iskopertura. Il-kwalità tal-kreditu tista’ tiġi stabbilita b’referenza għall-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs jew għall-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ aġenziji dwar krediti għall-esportazzjoni f’konformità mat-Taqsima 3. Bl-eċċezzjoni ta’ skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Artikolu 112, meta l-valutazzjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE tirrifletti karatteristiċi ta’ riskju ogħla minn dawk implikati mill-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI nominata jew tal-aġenzija dwar krediti għall-esportazzjoni, l-istituzzjoni għandha tassenja piż tar-riskju tal-anqas skala waħda tal-kwalità tal-kreditu ogħla mill-piż tar-riskju implikat mill-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI nominata jew tal-aġenzija dwar krediti għall-esportazzjoni.”;
(b)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. Meta skopertura tkun soġġetta għall-protezzjoni tal-kreditu, il-valur tal-iskopertura jew il-piż tar-riskju applikabbli għal dik l-iskopertura, kif xieraq, jistgħu jiġu emendati f’konformità ma’ dan il-Kapitolu u mal-Kapitolu 4.”;
(37)fl-Artikolu 119, jitħassru l-paragrafi 2 u 3;
(38)fl-Artikolu 120, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dawn li ġejjin:
“1. L-iskoperturi li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f’konformità mat-Tabella 3 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f’konformità mal-Artikolu 136.
Tabella 3
|
Skala tal-kwalità tal-kreditu
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
|
Piż tar-riskju
|
20 %
|
30 %
|
50 %
|
100 %
|
100 %
|
150 %
|
2. Skoperturi b’maturità oriġinali ta’ tliet xhur jew anqas li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u skoperturi li jirriżultaw mill-moviment ta’ oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali b’maturità oriġinali ta’ sitt xhur jew inqas u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f’konformità mat-Tabella 4 li jikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f’konformità mal-Artikolu 136.
Tabella 4
|
Skala tal-kwalità tal-kreditu
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
|
Piż tar-riskju
|
20 %
|
20 %
|
20 %
|
50 %
|
50 %
|
150 %
|
(39)l-Artikolu 121 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 121
L-iskoperturi għal istituzzjonijiet mhux klassifikati
1. Skoperturi għal istituzzjonijiet li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati għal wieħed mill-gradi li ġejjin:
(a)meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad A:
(i)l-istituzzjoni jkollha kapaċità adegwata sabiex twettaq l-impenji finanzjarji tagħha, inklużi r-ripagamenti tal-kapital u tal-imgħax, fil-ħin, għall-ħajja mbassra tal-assi jew tal-iskoperturi u irrispettivament miċ-ċikli ekonomiċi u mill-kundizzjonijiet tan-negozju;
(ii)l-istituzzjoni tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji msemmijin fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE, ir--rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital iddefinit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE u kwalunkwe rekwiżit superviżorju jew regolatorju lokali ekwivalenti jew addizzjonali f’pajjiżi terzi, sa fejn dawk ir-rekwiżiti jiġu ppubblikati u għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, mill-kapital ta’ Grad 1 jew mill-fondi proprji;
(iii)l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt (ii) tiġi ddikjarata pubblikament jew issir disponibbli b’xi mod ieħor;
(iv)il-valutazzjoni f’konformità mal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE ma tkunx żvelat li l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii);
(b)meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u ma tiġix issodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet fil-punt (a), l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad B:
(i)l-istituzzjoni tkun soġġetta għal riskju ta’ kreditu sostanzjali, inklużi l-kapaċitajiet ta’ ripagament li jiddependu minn kundizzjonijiet ekonomiċi jew kummerċjali stabbli jew favorevoli;
(ii)l-istituzzjoni tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 458 u 459, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji msemmijin fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE u kwalunkwe rekwiżit superviżorju jew regolatorju lokali ekwivalenti jew addizzjonali sa fejn dawk ir-rekwiżiti jiġu ppubblikati u għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, mill-kapital ta’ Grad 1 u mill-fondi proprji;
(iii)l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt (ii) tiġi ddikjarata pubblikament jew issir disponibbli b’xi mod ieħor;
(iv)il-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE ma tkunx żvelat li l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii).
Għall-finijiet tal-punt (ii), ir-rekwiżiti superviżorji jew regolatorji lokali ekwivalenti jew addizzjonali ma għandhomx jinkludu riżervi ta’ kapital ekwivalenti għal dawk iddefiniti fl-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.
(c)meta l-kundizzjonijiet għall-assenjazzjoni għall-Grad A jew għall-Grad B ma jiġux issodisfati, jew meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati għall-Grad C:
(i)l-istituzzjoni jkollha riskji materjali ta’ inadempjenza u marġini limitati ta’ sikurezza;
(ii)il-kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi x’aktarx li jwasslu, jew wasslu, għall-inabbiltà tal-istituzzjoni li tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha;
(iii)meta r-rapporti finanzjarji awditjati jkunu meħtieġa mil-liġi għall-istituzzjoni, l-awditur estern ikun ħareġ opinjoni tal-awditjar negattiva jew ikun esprima dubju sostanzjali fir-rapporti finanzjarji jew fir-rapporti awditjati tiegħu fit-12-il xahar preċedenti dwar il-kapaċità tal-istituzzjoni li tkompli bħala istituzzjoni ta’ negozju avvjat.
2. Skoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju kif ġej:
(a)l-iskoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C li jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju għal skoperturi fuq terminu qasir f’konformità mat-Tabella 5:
(i)l-iskopertura jkollha maturità oriġinali ta’ tliet xhur jew anqas;
(ii)l-iskopertura jkollha maturità oriġinali ta’ sitt xhur jew anqas u tirriżulta mill-moviment ta’ oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali.
(b)l-iskoperturi assenjati għall-Grad A li ma humiex fuq terminu qasir għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 30 % meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)l-iskopertura ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);
(ii)il-proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni jkun daqs jew ogħla minn 14 %;
(iii)il-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-istituzzjoni jkun ogħla minn 5 %.
(c)l-iskoperturi assenjati għall-Grad A, B jew C li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet fil-punt (a) jew (b) għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f’konformità mat-Tabella 5.
Meta skopertura għal istituzzjoni ma tkunx iddenotata fil-munita domestika tal-ġurisdizzjoni tal-inkorporazzjoni ta’ dik l-istituzzjoni, jew meta dik l-istituzzjoni tkun irreġistrat l-obbligu ta’ kreditu f’fergħa f’ġurisdizzjoni differenti u l-iskopertura ma tkunx fil-munita domestika tal-ġurisdizzjoni li fiha topera l-fergħa, il-piż tar-riskju assenjat f’konformità mal-punt (a), (b) jew (c), kif applikabbli, għal skoperturi minbarra dawk b’maturità ta’ sena jew anqas li jirriżultaw minn elementi awtolikwidanti u kontinġenti relatati mal-kummerċ li jirriżultaw mill-moviment ta’ oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali ma għandux ikun anqas mill-piż tar-riskju ta’ skopertura għall-gvern ċentrali tal-pajjiż fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni.
Tabella 5
|
Valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu
|
Grad A
|
Grad B
|
Grad C
|
|
Piż tar-riskju għal skoperturi fuq terminu qasir
|
20 %
|
50 %
|
75 %
|
|
Piż tar-riskju
|
40 %
|
75 %
|
150 %
|
’;
(40)l-Artikolu 122 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, it-Tabella 6 tinbidel b’dan li ġej:
“Tabella 6
|
Skala tal-kwalità tal-kreditu
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
|
Piż tar-riskju
|
20 %
|
50 %
|
75 %
|
100 %
|
150 %
|
150 %
|
’;
(b)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“Skoperturi li għalihom tali valutazzjoni tal-kreditu ma tkunx disponibbli għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %.”;
(41)jiddaħħal l-Artikolu 122a li ġej:
“Artikolu 122a
Skoperturi ta’ self speċjalizzat
1. Fil-klassi ta’ skopertura korporattiva stabbilita fil-punt (g) tal-Artikolu 112, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi fuq self speċjalizzat, skoperturi li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(a)l-iskopertura tkun għal entità li nħolqot speċifikament sabiex tiffinanzja jew topera assi fiżiċi jew tkun skopertura ekonomikament komparabbli ma’ tali skopertura;
(b)l-iskopertura ma tkunx iggarantita bi proprjetà immobbli jew b’xi mod ieħor relatata mal-finanzjament ta’ proprjetà immobbli;
(c)l-arranġamenti kuntrattwali li jirregolaw l-obbligu relatat mal-iskopertura jagħtu lill-istituzzjoni grad sostanzjali ta’ kontroll fuq l-assi u fuq l-introjtu li jiġġeneraw;
(d)is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu relatat mal-iskopertura huwa l-introjtu ġġenerat mill-assi finanzjat, aktar milli mill-kapaċità awtonoma ta’ impriża kummerċjali akbar.
2. Skoperturi fuq self speċjalizzat li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f’konformità mat-Tabella 6aa:
Tabella 6aa
|
Skala tal-kwalità tal-kreditu
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
|
Piż tar-Riskju
|
20 %
|
50 %
|
75 %
|
100 %
|
150 %
|
3. Skoperturi fuq self speċjalizzat li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu applikabbli direttament għandhom jiġu peżati għar-riskju kif ġej:
(a)meta l-iskop ta’ skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi ffinanzjat l-akkwist ta’ assi fiżiċi, inklużi vapuri, inġenji tal-ajru, satelliti, railcars, u flotot, u l-introjtu li għandu jiġi ġġenerat minn dawk l-assi jkun fil-forma ta’ flussi ta’ flus iġġenerati mill-assi fiżiċi speċifiċi li jkunu ġew iffinanzjati u mirhuna jew assenjati lill-mutwanti minn terza persuna waħda jew aktar (“skoperturi ta’ finanzjament ta’ oġġetti”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin:
(i)80 % meta l-iskopertura titqies ta’ kwalità għolja meta jitqiesu l-kriterji kollha li ġejjin:
–id-debitur jista’ jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu anki taħt kundizzjonijiet ta’ diffikultà serja minħabba l-preżenza tal-karatteristiċi kollha li ġejjin:
·skopertura adegwata għall-valur tal-iskopertura;
·profil konservattiv ta’ ripagament tal-iskopertura;
·il-ħajja li jifdal tal-assi tkun proporzjonali għall-ħlas sħiħ tal-iskopertura jew inkella r-rikors għal fornitur ta’ protezzjoni b’affidabbiltà kreditizja għolja;
·riskju baxx ta’ rifinanzjament tal-iskopertura mid-debitur jew dak ir-riskju jiġi mmitigat b’mod adegwat b’valur tal-assi residwu proporzjonat jew b’rikors għal fornitur ta’ protezzjoni b’affidabbiltà kreditizja għolja;
·id-debitur għandu restrizzjonijiet kuntrattwali fuq l-attività u fuq l-istruttura ta’ finanzjament tiegħu;
·l-obbligant juża derivattivi biss għal finijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskju;
·ir-riskji operattivi materjali jiġu ġestiti kif xieraq;
–l-arranġamenti kuntrattwali fuq l-assi jipprovdu lill-mutwanti bi grad għoli ta’ protezzjoni inklużi l-karatteristiċi li ġejjin:
·il-mutwanti għandhom dritt tal-ewwel klassifikazzjoni legalment infurzabbli fuq l-assi finanzjati, u, fejn applikabbli, fuq l-introjtu li jiġġeneraw;
·hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tad-debitur li jibdel kwalunkwe ħaġa għall-assi bil-konsegwenza ta’ impatt negattiv fuq il-valur tiegħu;
·meta l-assi jkun għadu qed jinbena, il-mutwanti jkollhom dritt tal-ewwel klassifikazzjoni legalment infurzabbli fuq l-assi u fuq il-kuntratti ta’ kostruzzjoni sottostanti;
–l-assi li qed jiġu ffinanzjati jissodisfaw l-istandards kollha li ġejjin sabiex joperaw b’mod sod u effettiv:
·it-teknoloġija u d-disinn tal-assi jiġu ttestjati;
·ikunu nkisbu l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet neċessarji kollha għall-operat tal-assi;
·meta l-assi jkun għadu qed jinbena, id-debitur ikollu salvagwardji adegwati dwar l-ispeċifikazzjonijiet, il-baġit u d-data tat-tlestija miftiehma tal-assi, inklużi garanziji ta’ tlestija b’saħħithom jew l-involviment ta’ bennej tal-esperjenza u dispożizzjonijiet kuntrattwali adegwati għad-danni likwidati;
(ii)100 % meta l-iskopertura ma titqiesx ta’ kwalità għolja kif imsemmi fil-punt (i);
(b)meta l-iskop ta’ skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi previst finanzjament ta’ terminu qasir ta’ riżervi, ta’ inventarji jew ta’ riċevibbli ta’ komoditajiet innegozjati fil-borża, inklużi żejt mhux maħdum, metalli, jew għelejjel, u l-introjtu li għandu jiġi ġġenerat minn dawk ir-riżervi, l-inventarji jew ir-riċevibbli għandu jkun ir-rikavat mill-bejgħ tal-prodott (“skoperturi ta’ finanzjament ta’ prodott”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta’ 100 %;
(c)meta l-iskop ta’ skopertura fuq self speċjalizzat ikun li jiġi ffinanzjat proġett għall-iżvilupp jew għall-akkwist ta’ installazzjonijiet kbar, kumplessi u għaljin, inklużi impjanti tal-enerġija, impjanti tal-ipproċessar kimiku, minjieri, infrastruttura tat-trasport, ambjent, u infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, u l-introjtu li għandu jiġi ġġenerat mill-proġett ikun il-flus iġġenerati mill-kuntratti għall-output tal-installazzjoni miksuba minn parti waħda jew aktar li ma humiex taħt il-kontroll tal-maniġment tal-isponsor (“skoperturi ta’ finanzjament ta’ proġetti”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin:
(i)130 % meta l-proġett li miegħu tkun relatata l-iskopertura jkun fil-fażi preoperattiva;
(ii)dment li ma jiġix applikat l-aġġustament għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu msemmi fl-Artikolu 501a, 80 % meta l-proġett li miegħu tkun relatata l-iskopertura jkun fil-fażi operattiva u l-iskopertura tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
–ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tad-debitur sabiex iwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta’ detriment għall-mutwanti, inkluża r-restrizzjoni li ma jistax jinħareġ dejn ġdid mingħajr il-kunsens tal-fornituri tas-self eżistenti;
–id-debitur ikollu fondi ta’ riserva suffiċjenti finanzjati bis-sħiħ bil-flus, jew arranġamenti finanzjarji oħrajn, ma’ garanti bi klassifikazzjoni għolja sabiex ikopri l-finanzjament ta’ kontinġenza u r-rekwiżiti ta’ kapital operatorju tul il-ħajja tal-proġett li jkun qed jiġi ffinanzjat;
–id-debitur jiġġenera flussi ta’ flus li jkunu prevedibbli u jkopru r-ripagamenti futuri kollha tas-self;
–is-sors tar-ripagament tal-obbligu jiddependi fuq kontroparti ewlenija waħda u dik il-kontroparti ewlenija tkun waħda minn dawn li ġejjin:
·bank ċentrali, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, dment li dawn jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % f’konformità mal-Artikoli 114 u 115, jew jiġu assenjati klassifikazzjoni ta’ ECAI bi skala tal-kwalità tal-kreditu ta’ mill-inqas 3;
·entità tas-settur pubbliku, dment li dik l-entità tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 20 % jew anqas f’konformità mal-Artikolu 116 jew tiġi assenjata klassifikazzjoni ta’ ECAI bi skala tal-kwalità tal-kreditu ta’ mill-inqas 3;
·entità korporattiva li tkun ġiet assenjata klassifikazzjoni ta’ ECAI bi skala tal-kwalità tal-kreditu ta’ mill-inqas 3.
–il-klawżoli kuntrattwali li jirregolaw l-iskopertura għad-debitur jipprevedu grad għoli ta’ protezzjoni għall-istituzzjoni mutwanti f’każ ta’ inadempjenza tad-debitur;
–l-arranġamenti kuntrattwali jipproteġu b’mod effettiv lill-istituzzjoni mutwanti kontra telf li jirriżulta mit-terminazzjoni tal-proġett;
–l-assi u l-kuntratti neċessarji kollha għall-operat tal-proġett ikunu ġew mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti sa fejn ikun permess mil-liġi applikabbli;
–l-ekwità tintwiegħed lill-istituzzjoni mutwanti sabiex tkun tista’ tieħu kontroll tal-entità debitriċi malli sseħħ inadempjenza;
(iii)100 % meta l-proġett li miegħu tkun relatata l-iskopertura jkun fil-fażi operattiva u l-iskopertura ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (ii) ta’ dan is-subparagrafu;
(d)għall-finijiet tat-tielet inċiż tal-punt (c)(ii), il-flussi ta’ flus iġġenerati ma għandhomx jitqiesu bħala prevedibbli sakemm parti sostanzjali tad-dħul ma tissodisfax waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)id-dħul ikun ibbażat fuq id-disponibbiltà;
(ii)id-dħul ikun soġġett għal regolamentazzjoni tar-rata tar-redditu;
(iii)id-dħul ikun soġġett għal kuntratt take-or-pay;
(e)għall-finijiet tal-punt (c), il-fażi operattiva għandha tfisser il-fażi li fiha l-entità li nħolqot speċifikament sabiex tiffinanzja l-proġett tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)l-entità jkollha fluss ta’ flus nett pożittiv li jkun biżżejjed sabiex ikopri kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jifdal;
(ii)l-entità jkollha dejn fuq terminu twil li qed jonqos.
4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw f’aktar dettall il-kundizzjonijiet li taħthom jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti fil-punt (a)(i) u fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 3.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(42)l-Artikolu 123 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 123
Skoperturi fil-livell tal-konsumatur
1. Skoperturi li jikkonformaw mal-kriterji kollha li ġejjin għandhom jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur:
(a)l-iskopertura tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(i)skopertura għal persuna fiżika waħda jew aktar;
(ii)skopertura għal SME fis-sens tal-punt (8) tal-Artikolu 5, fejn l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, lill-impriżi prinċipali tagħha u lis-sussidjarji tagħha, mid-debitur jew mill-grupp ta’ klijenti konnessi, inkluża kwalunkwe skopertura f’inadempjenza iżda esklużi skoperturi ggarantiti bi proprjetà residenzjali sal-valur tal-proprjetà ma għandhiex, sa fejn tkun taf l-istituzzjoni, li għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tikkonferma s-sitwazzjoni, taqbeż il-EUR 1 miljun;
(b)l-iskopertura tirrappreżenta waħda minn numru sinifikanti ta’ skoperturi b’karatteristiċi simili, b’tali modi li r-riskji assoċjati ma’ tali skopertura jkunu mnaqqsin b’mod sostanzjali;
(c)l-istituzzjoni kkonċernata tittratta l-iskopertura fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tagħha u timmaniġġja l-iskopertura internament bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur b’mod konsistenti maż-żmien u b’mod li jkun simili għat-trattament mill-istituzzjoni ta’ skoperturi oħrajn fil-livell tal-konsumatur.
Il-valur preżenti tal-pagamenti ta’ kera minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jkun eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.
L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sabiex tispeċifika metodi ta’ diversifikazzjoni proporzjonati li, fihom, skopertura għandha titqies bħala waħda minn numru sinifikanti ta’ skoperturi simili kif speċifikat fil-punt (b), sa [OP idaħħal id-data = sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
2. L-iskoperturi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur:
(a)skoperturi mhux ta’ dejn li jwasslu għal pretensjoni residwa u subordinata fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent;
(b)skoperturi ta’ dejn u titoli oħrajn, sħubiji, derivattivi, jew strumenti oħrajn, li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għall-iskoperturi speċifikati fil-punt (a);
(c)l-iskoperturi kollha l-oħrajn fil-forma ta’ titoli.
3. L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 75 %, bl-eċċezzjoni ta’ skoperturi ta’ tranżatturi, li għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 45 %.
4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-iskoperturi minħabba self mogħti minn istituzzjoni lil pensjonanti jew lil impjegati b’kuntratt permanenti kontra t-trasferiment mingħajr kundizzjonijiet ta’ parti mill-pensjoni jew mis-salarju ta’ min jissellef lil dik l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 35 %, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)sabiex jitħallas lura s-self, il-mutwatarju jawtorizza mingħajr kundizzjonijiet lill-fond tal-pensjoni jew lill-impjegatur sabiex jagħmel pagamenti diretti lill-istituzzjoni billi jnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar tas-self mill-pensjoni jew mis-salarju kull xahar tal-mutwatarju;
(b)ir-riskji ta’ mewt, ta’ inkapaċità għax-xogħol, ta’ qgħad jew ta’ tnaqqis nett tal-pensjoni jew tas-salarju ta’ kull xahar tal-mutwatarju jkunu koperti kif xieraq permezz ta’ polza tal-assigurazzjoni għall-benefiċċju tal-istituzzjoni;
(c)il-pagamenti ta’ kull xahar li għandhom isiru mill-mutwatarju fuq is-self kollu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ma għandhomx jaqbżu, meta aggregati, l-20 % mill-pensjoni jew mis-salarju nett fix-xahar tal-mutwatarju;
(d)il-massimu tal-maturità oriġinali tas-self ikun ugwali għal jew anqas minn 10 snin.”;
(43)jiddaħħal l-Artikolu 123a li ġej:
“Artikolu 123a
Skoperturi b’diskrepanza fil-muniti
1. Skoperturi għal persuni fiżiċi assenjati għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi stabbiliti fil-punt (h) jew (i) tal-Artikolu 112, il-piż tar-riskju assenjat f’konformità mal-Kapitolu 2 għandu jiġi mmoltiplikat b’fattur ta’ 1,5, fejn il-piż tar-riskju li jirriżulta ma għandux ikun ogħla minn 150 %, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin.
(a)l-iskopertura hija dovuta għal self iddenominat f’munita li hija differenti mill-munita tas-sors ta’ introjtu tad-debitur;
(b)id-debitur ma għandux ħeġġ għar-riskju tal-pagament tiegħu minħabba d-diskrepanza fil-muniti, jew permezz ta’ strument finanzjarju jew introjtu minn munita barranija li jaqbel mal-munita tal-iskopertura, jew it-total ta’ tali ħeġġijiet disponibbli għall-mutwatarju jkopri anqas minn 90 % ta’ kwalunkwe pagament parzjali għal din l-iskopertura.
Meta istituzzjoni ma tkunx tista’ tagħżel dawk l-iskoperturi b’diskrepanza fil-munita, il-moltiplikatur tal-piż tar-riskju ta’ 1,5 għandu japplika għall-iskoperturi mhux iħħeġġjati kollha meta l-munita tal-iskoperturi tkun differenti mill-munita domestika tal-pajjiż ta’ residenza tad-debitur.
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, is-sors tal-introjtu jirreferi għal kwalunkwe sors li jiġġenera flussi ta’ flus lid-debitur, inkluż minn rimessi, minn introjtu mill-kiri jew minn salarji, filwaqt li jeskludi r-rikavati mill-bejgħ ta’ assi jew ta’ azzjonijiet ta’ rikors simili mill-istituzzjoni.”;
(44)l-Artikolu 124 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 124
Skoperturi ggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà immobbli
1. Skopertura mhux ADC li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3 għandha tiġi ttrattata kif ġej:
(a)skopertura mhux IPRE għandha tiġi ttrattata bħala skopertura mhux iggarantita permezz tal-proprjetà immobbli kkonċernata;
(b)skopertura IPRE għandha tkun peżata għar-riskju b’150 %.
2. Skopertura mhux ADC iggarantita permezz ta’ proprjetà immobbli, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3 u, għandha tiġi ttrattata kif ġej:
(a)meta l-iskopertura tkun iggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali, l-iskopertura ma għandhiex tikkwalifika bħala skopertura IPRE u għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 125(1) meta l-iskopertura tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)il-proprjetà immobbli li tiggarantixxi l-iskopertura tkun ir-residenza primarja tad-debitur, jew meta l-proprjetà immobbli kollha kemm hi tikkostitwixxi unità ta’ abitazzjoni waħda jew meta l-proprjetà immobbli li tiggarantixxi l-iskopertura tkun unità ta’ abitazzjoni li tkun parti separata fi proprjetà immobbli;
(ii)l-iskopertura tkun għal individwu u tkun iggarantita minn unità ta’ abitazzjoni residenzjali li tipproduċi l-introjtu, jew meta l-proprjetà immobbli kollha kemm hi tkun tikkostitwixxi unità ta’ abitazzjoni waħda jew meta l-unità ta’ abitazzjoni tkun parti separata fil-proprjetà immobbli, u l-iskoperturi totali tal-istituzzjoni għal dak l-individwu ma jkunux iggarantiti b’aktar minn erba’ proprjetajiet immobbli, inklużi dawk li ma jkunux proprjetajiet residenzjali jew li ma jissodisfaw l-ebda wieħed mill-kriterji f’dan il-punt, jew unitajiet ta’ abitazzjoni separati fil-proprjetajiet immobbli;
(iii)l-iskopertura ggarantita bi proprjetà residenzjali tkun għal assoċjazzjonijiet jew għal kooperattivi ta’ individwi li huma rregolati bil-liġi u li jeżistu biss sabiex il-membri tagħhom jingħataw l-użu ta’ residenza primarja fil-proprjetà li tiggarantixxi s-self;
(iv)l-iskopertura tkun iggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali lil kumpaniji ta’ djar tal-gvern jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li huma rregolati bil-liġi u li jeżistu sabiex jaqdu skopijiet soċjali u sabiex joffru abitazzjoni fit-tul lill-inkwilini;
(b)meta l-iskopertura tkun iggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali u l-iskopertura ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (i) sa (iv) tal-punt (a), l-iskopertura għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 125(2);
(c)meta l-iskopertura tkun iggarantita permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali, l-iskopertura għandha tiġi ttrattata kif ġej:
(i)skopertura mhux IPRE għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 126(1);
(ii)skopertura IPRE għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 126(2).
3. Sabiex tkun eliġibbli għat-trattament stabbilit fil-paragrafu 2, skopertura ggarantita permezz ta’ proprjetà immobbli għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)il-proprjetà immobbli li tiggarantixxi l-iskopertura tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)il-proprjetà immobbli tkun tlestiet bis-sħiħ;
(ii)il-proprjetà immobbli tkun foresta jew raba’;
(iii)il-proprjetà immobbli tkun proprjetà residenzjali li għadha qed tinbena jew tkun art li fuqha hija ppjanata li tinbena proprjetà residenzjali meta dak il-pjan ikun ġie approvat mill-awtoritajiet kollha kkonċernati u meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
–il-proprjetà ma jkollhiex aktar minn erba’ unitajiet ta’ abitazzjoni residenzjali u se tkun ir-residenza primarja tad-debitur u s-self lill-individwu ma jkunx qed jiffinanzja indirettament skoperturi ADC;
–gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali jew entità tas-settur pubbliku, li l-iskoperturi għaliha jkunu ttrattati f’konformità mal-Artikoli 115(2) u 116(4), rispettivament, ikollha s-setgħat u l-kapaċità legali li tiżgura li l-proprjetà li tkun għadha qed tinbena titlesta f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u tkun meħtieġa jew tkun ħadet impenn legalment vinkolanti li tagħmel dan meta l-kostruzzjoni altrimenti ma titlestiex f’perjodu ta’ żmien raġonevoli;
(b)l-iskopertura tkun iggarantita bl-ewwel rahan miżmum mill-istituzzjoni fuq il-proprjetà immobbli, jew l-istituzzjoni żżomm l-ewwel rahan u kwalunkwe rahan sekwenzjali ta’ klassifikazzjoni aktar baxxa fuq dik il-proprjetà;
(c)il-valur tal-proprjetà ma jkunx materjalment dipendenti fuq il-kwalità tal-kreditu tad-debitur;
(d)l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-oriġinazzjoni tal-iskopertura u għall-finijiet ta’ monitoraġġ tkun iddokumentata kif xieraq, inkluża informazzjoni dwar il-kapaċità tad-debitur li jħallas lura u dwar il-valwazzjoni tal-proprjetà;
(e)ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 208 ikunu ssodisfati u r-regoli tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 229(1) ikunu rrispettati.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu sitwazzjonijiet li fihom fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tad-debitur.
4. B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, f’ġurisdizzjonijiet li fihom irhna subordinati jipprovdu lid-detentur bi pretensjoni fuq kollateral li jkun legalment infurzabbli u jikkostitwixxi mitigant tar-riskju ta’ kreditu effettiv, l-irhna subordinati miżmumin minn istituzzjoni minbarra dik li żżomm ir-rahan prijoritarju jistgħu jiġu rrikonoxxuti wkoll, inkluż meta l-istituzzjoni ma żżommx ir-rahan prijoritarju jew ma żżommx rahan bi klassifikazzjoni bejn rahan aktar prijoritarju u rahan aktar subordinat miżmumin it-tnejn li huma mill-istituzzjoni.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-regoli li jirregolaw l-irhna għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:
(a)kull istituzzjoni li jkollha rahan fuq proprjetà tista’ tibda l-bejgħ tal-proprjetà b’mod indipendenti minn entitajiet oħrajn li jkollhom rahan fuq il-proprjetà;
(b)meta l-bejgħ tal-proprjetà ma jsirx permezz ta’ rkant pubbliku, l-entitajiet li għandhom rahan prijoritarju jieħdu passi raġonevoli sabiex jiksbu valur tas-suq ġust jew l-aħjar prezz li jista’ jinkiseb fiċ-ċirkostanzi meta jeżerċitaw kwalunkwe setgħa ta’ bejgħ waħedhom;
5. Għall-finijiet tal-Artikolu 125(2) u tal-Artikolu 126(2), il-proporzjon tal-iskopertura għall-valur (“ETV”) għandu jiġi kkalkolat billi l-ammont tal-iskopertura gross jiġi diviż bil-valur tal-proprjetà soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)l-ammont tal-iskopertura gross għandu jiġi kkalkolat bħala l-ammont pendenti ta’ obbligu ta’ kreditu relatat mal-iskopertura ggarantita permezz tal-proprjetà immobbli u kwalunkwe ammont mhux miġbud iżda impenjat li, ladarba jinġibed, ikun iżid il-valur tal-iskopertura li hija ggarantita permezz tal-proprjetà immobbli.;
(b)l-ammont tal-iskopertura gross għandu jiġi kkalkolat mingħajr ma jitqiesu l-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu u tnaqqis ieħor ta’ fondi proprji relatat mal-iskopertura jew ma’ kwalunkwe forma ta’ protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata, ħlief għal kontijiet ta’ depożiti mirhuna mal-istituzzjoni mutwanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għan-netting fil-karta tal-bilanċ, jew skont ftehimiet prinċipali ta’ netting f’konformità mal-Artikoli 196 u 206 jew skont ftehimiet oħrajn ta’ netting fil-karta tal-bilanċ f’konformità mal-Artikoli 195 u 205 u jkunu ġew mirhuna mingħajr kundizzjoni u b’mod irrevokabbli għall-finijiet uniċi li jiġi ssodisfat l-obbligu ta’ kreditu relatat mal-iskopertura ggarantita permezz tal-proprjetà immobbli;
(c)skoperturi li jridu jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikolu 125(2) jew 126(2) meta parti għajr l-istituzzjoni żżomm rahan prijoritarju u rahan subordinat miżmum mill-istituzzjoni jkun rikonoxxut skont il-paragrafu 4, l-ammont tal-iskopertura gross għandu jiġi kkalkolat bħala s-somma tal-ammont tal-iskopertura gross tar-rahan tal-istituzzjoni u tal-ammonti tal-iskopertura gross għall-irhna kollha l-oħrajn bi klassifikazzjoni ugwali jew superjuri mir-rahan tal-istituzzjoni. Meta ma jkunx hemm biżżejjed infromazzjoni sabiex tiġi aċċertata l-klassifikazzjoni ta’ irhna oħrajn, jenħtieġ li l-istituzzjoni tittratta li dawn l-irhna bħala bi klassifikazzjoni pari passu mar-rahan subordinat miżmum mill-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha l-ewwel tiddetermina l-piż tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 125(2) jew mal-Artikolu 126(2) (“piż tar-riskju bażi”), kif ikun applikabbli. Imbagħad, hija għandha taġġusta dan il-piż tar-riskju b’moltiplikatur ta’ 1,25, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti peżati għar-riskju ta’ irhna subordinati. Meta l-piż tar-riskju bażi jikkorrispondi għat-taqsima l-aktar baxxa tal-ETV, il-moltiplikatur ma għandux jiġi applikat. Il-piż tar-riskju li jirriżulta mill-moltiplikazzjoni tal-piż tar-riskju bażi b’1,25 għandu jkun limitat għall-piż tar-riskju li jkun applikat għall-iskopertura jekk ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti fil-paragrafu 3.
Għall-finijiet tal-punt (a), meta istituzzjoni jkollha aktar minn skopertura waħda ggarantita bl-istess proprjetà immobbli u dawn l-iskoperturi jkunu ggarantiti b’irhna fuq din il-proprjetà immobbli sekwenzjali f’ordni ta’ klassifikazzjoni mingħajr l-ebda rahan miżmum minn terza persuna fi klassifikazzjoni xi mkien fin-nofs, l-iskoperturi għandhom jiġu ttrattati bħala skopertura waħda kombinata u l-ammonti tal-iskopertura gross għall-iskoperturi individwali għandhom jingħaddu flimkien sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-iskopertura gross għall-iskopertura unika kombinata.
6. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 7. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura.
Meta l-awtorità maħtura minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu tkun l-awtorità kompetenti, jenħtieġ li tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu informati kif xieraq bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta’ tħassib ta’ stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f’konformità mal-paragrafu 6.
Meta l-awtorità maħtura mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu tkun differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istat Membru għandu jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jiżgura koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità maħtura għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jintalbu jikkooperaw mill-qrib u jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista’ tkun neċessarja għat-twettiq kif xieraq tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità maħtura skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta’ azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità maħtura, kif ukoll li tiżgura li l-interazzjoni ma’ miżuri oħrajn, b’mod partikolari mal-miżuri meħudin skont l-Artikolu 458 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq.
7. Fuq il-bażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a dwar kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l-awtorità maħtura f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandha tivvaluta perjodikament, u tal-anqas darba fis-sena, jekk il-piżijiet stabbiliti fl-Artikolu 125 u fl-Artikolu 126 għall-iskoperturi ggarantiti permezzz ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju tagħhom ikunux ibbażati kif xieraq fuq:
(a)l-esperjenza ta’ telf ta’ skoperturi ggarantiti permezz ta’ proprjetà immobbli;
(b)żviluppi li jħarsu ’l quddiem fis-swieq tal-proprjetà immobbli.
Meta, fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità maħtura f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu tikkonkludi li l-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 125 jew 126 ma jirriflettux b’mod adegwat ir-riskji attwali relatati ma’ skoperturi għal segment wieħed jew aktar tal-proprjetà ggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew fuq proprjetà kummerċjali immobbli li tinsab f’parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-piżijiet tar-riskju jista’ jkollha effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja kurrenti jew futura fl-Istat Membru tagħha, hija tista’ żżid il-piżijiet tar-riskju applikabbli għal dawk l-iskoperturi fil-meded stabbiliti fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jew timponi kriterji aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
L-awtorità maħtura f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS bi kwalunkwe aġġustament għall-piżijiet tar-riskju u l-kriterji applikati skont dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-ABE u l-BERS għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-ABE u l-BERS għandhom jippubblikaw il-piżijiet tar-riskju u l-kriterji għall-iskoperturi msemmijin fl-Artikoli 125, 126 u fil-punt (a) tal-Artikolu 199(1), kif implimentati mill-awtorità rilevanti.
Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità maħtura f’konformità mal-paragrafu 6 tista’ żżid il-piżijiet tar-riskju stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 125(1) jew fil-punt (a) tal-Artikolu 126(1). L-awtorità ma għandhiex iżżid dawk għal aktar minn 150 %.
8. Meta l-awtorità maħtura f’konformità mal-paragrafu 6 tistabbilixxi piżijiet tar-riskju ogħla jew kriterji aktar stretti skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2; l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perjodu tranżizzjonali ta’ sitt xhur sabiex japplikawhom.
9. L-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tipi ta’ fatturi li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju msemmijin fil-paragrafu 7.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
10. Il-BERS, permezz ta’ rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, jista’ jagħti gwida lill-awtoritajiet maħturin f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu dwar dawn it-tnejn li ġejjin:
(a)fatturi li jista’ jkollhom “effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja kurrenti jew futura” msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7;
(b)punti ta’ riferiment indikattivi li l-awtorità maħtura f’konformità mal-paragrafu 6 għandha tqis meta tiddetermina piżijiet tar-riskju ogħla.
11. L-istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskji u l-kriterji li ġew iddeterminati mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor f’konformità mal-paragrafu 7 għall-iskoperturi korrispondenti kollha tagħhom iggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew fuq proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f’parti waħda jew aktar ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.”;
(45)l-Artikolu 125 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 125
Skoperturi ggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà immobbli residenzjali
1. Skopertura ggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali li tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (i) sa (iv) tal-punt (a) tal-Artikolu 124(2) għandha tiġi ttrattata kif ġej:
(a)il-parti tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà li jifdal wara li jitnaqqas kwalunkwe rahan bi klassifikazzjoni superjuri jew pari passu mhux miżmum mill-istituzzjoni għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 20 %.
Għall-finijiet ta’ dan il-punt, meta, f’konformità mal-Artikolu 124(7), l-awtorità kompetenti jew maħtura, kif applikabbli, tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà minn dak imsemmi f’dan il-punt, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u l-perċentwal stabbilit f’konformità mal-Artikolu 124(7).
(b)il-parti li jifdal tal-iskopertura, jekk ikun hemm, għandha tiġi ttrattata bħala skopertura li ma tkunx iggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali.
2. Skopertura ggarantita bi proprjetà residenzjali li ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (i) sa (iv) tal-punt (a) tal-Artikolu 124(2) għandha tiġi assenjata l-ogħla bejn il-piż tar-riskju stabbilit f’konformità mat-Tabella 6aaa li ġejja, u l-piż tar-riskju stabbilit f’konformità mal-Artikolu 124(7):
Tabella 6aaa
|
ETV
|
ETV ≤ 50 %
|
50 % < ETV
≤ 60 %
|
60 % < ETV
≤ 80 %
|
80 % < ETV
≤ 90 %
|
90 % < ETV
≤100 %
|
ETV > 100 %
|
|
Piż tar-riskju
|
30 %
|
35 %
|
45 %
|
60 %
|
75 %
|
105 %
|
’
Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, meta r-rati ta’ telf għal tali skoperturi ppubblikati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 430a(3) ma jaqbżu l-ebda wieħed mil-limiti li ġejjin għat-telf aggregat fl-istituzzjonijiet kollha b’tali skoperturi li kienu eżistenti fis-sena preċedenti:
(a)it-telf fuq il-parti tal-iskoperturi sa 55 % tal-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx iż-0,3 % tal-ammont totali, fost dawk l-iskoperturi kollha, tal-obbligi ta’ kreditu pendenti f’dik is-sena.
Għall-finijiet ta’ dan il-punt, meta, f’konformità mal-Artikolu 124(7), l-awtorità kompetenti jew maħtura, kif applikabbli, tkun stabbiliet perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà minn dak imsemmi f’dan il-punt, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-perċentwal stabbilit f’konformità mal-Artikolu 124(7);
(b)it-telf fuq il-parti tal-iskoperturi sa 100 % tal-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx iż-0,5 % tal-ammont totali, f’dawn l-iskoperturi kollha, tal-obbligi ta’ kreditu pendenti f’dik is-sena.
(46)l-Artikolu 126 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 126
Skoperturi ggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali
1. Skopertura kif imsemmija fil-punt (c)(i) tal-Artikolu 124(2) għandha tiġi ttrattata kif ġej:
(a)il-parti tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà mnaqqas bi kwalunkwe rahan bi klassifikazzjoni prijoritarja jew pari passu li ma jkunx miżmum mill-istituzzjoni għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 60 %, sakemm dik il-parti tal-iskopertura ma tkunx soġġetta għal piż tar-riskju ogħla jew għal perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà meta jiġi deċiż f’konformità mal-Artikolu 124(7);
(b)il-parti li jifdal tal-iskopertura, jekk ikun hemm, għandha tiġi ttrattata bħala skopertura li ma tkunx iggarantita permezz ta’ din il-proprjetà immobbli.
2. Skopertura kif imsemmija fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 124(2) għandha tiġi assenjata l-ogħla wieħed bejn il-piż tar-riskju stabbilit f’konformità mat-Tabella 6c u l-piż tar-riskju stabbilit f’konformità mal-Artikolu 124(7):
Tabella 6c
|
|
ETV ≤ 60 %
|
60 % < ETV ≤ 80 %
|
ETV > 80 %
|
|
Piż tar-riskju
|
70 %
|
90 %
|
110 %
|
Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 għal skopertura ggarantita permezz ta’ proprjetà kummerċjali li tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, meta r-rati ta’ telf għal tali skoperturi ppubblikati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 430a(3) ma jaqbżu l-ebda wieħed mil-limiti li ġejjin għat-telf aggregat fit-tali skoperturi kollha li kienu eżistenti fis-sena preċedenti:
(a)it-telf fuq il-parti tal-iskoperturi sa 55 % tal-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx iż-0,3 % tal-ammont totali tal-obbligi ta’ kreditu pendenti f’dik is-sena.
Għall-finijiet ta’ dan il-punt, meta, f’konformità mal-Artikolu 124(7), l-awtorità kompetenti jew maħtura, kif applikabbli, tkun stabbiliet perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà minn dak imsemmi f’dan il-punt, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-perċentwal stabbilit f’konformità mal-Artikolu 124(7);
(b)it-telf fuq il-parti tal-iskoperturi sa 100 % tal-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx iż-0,5 % tal-ammont totali tal-obbligi ta’ kreditu pendenti f’dik is-sena.
(47)jiddaħħal Artikolu 126a ġdid:
“Artikolu 126a
Skoperturi għall-akkwist ta’ art, għall-iżvilupp u għall-kostruzzjoni
1. Skopertura ADC għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 150 %.
2. Madankollu, l-iskoperturi ADC għal proprjetà residenzjali jistgħu jiġu ppeżati skont ir-riskju b’100 %, dment li, fejn applikabbli, l-istituzzjoni tapplika standards sodi ta’ oriġinazzjoni u ta’ monitoraġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 74 u 79 tad-Direttiva 2013/36/UE u meta tal-inqas tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)kuntratti legalment vinkolanti ta’ qabel il-bejgħ jew ta’ qabel il-kiri, li għalihom ix-xerrej jew l-inkwilin ikun għamel depożitu sostanzjali ta’ flus li jkun soġġett għal konfiska jekk il-kuntratt jiġi tterminat, u jammonta għal porzjon sinifikanti tal-kuntratti totali;
(b)id-debitur ikollu ekwità sostanzjali f’riskju, li tkun irrappreżentata bħala ammont xieraq ta’ ekwità peżata għad-debitur għall-valur stmat tal-proprjetà residenzjali mat-tlestija.
3. L-ABE għandha sa [OP idaħħal id-data = sena wara d-dħul fis-seħħ] toħroġ linji gwida li jispeċifikaw it-termini “depożiti ta’ flus sostanzjali”, “ammont xieraq ta’ ekwità kkontribwita mid-debitur”, “sehem sinifikanti mill-kuntratti totali”, u “ekwità sostanzjali f’riskju”.
Dawn il-linji gwida għandhom jiġu adottati f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(48)l-Artikolu 127 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu (1) jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-kalkolu tas-somma tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu msemmija f’dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu kwalunkwe differenza pożittiva bejn, minn naħa, l-ammont dovut mid-debitur fuq l-iskopertura u, min-naħa l-oħra, is-somma ta’:
(i) it-tnaqqis addizzjonali tal-fondi proprji jekk l-iskopertura titħassar kompletament; u
(ii) kwalunkwe tnaqqis ta’ fondi proprji diġà eżistenti relatat ma’ dik l-iskopertura.”
(b)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-parti ggarantita ta’ skopertura inadempjenti, il-kollateral u l-garanziji għandhom ikunu eliġibbli għall-finijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Kapitolu 4.”;
(c)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. Il-valur tal-iskopertura li jifdal wara l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiċi ta’ skoperturi mhux IPRE ggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali f’konformità mal-Artikoli 125 u 126, rispettivament, għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 100 % jekk isseħħ inadempjenza f’konformità mal-Artikolu 178.”;
(d)jitħassar il-paragrafu 4;
(49)l-Artikolu 128 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 128
Skoperturi ta’ dejn subordinat
1. L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi ta’ dejn subordinat:
(a)skoperturi ta’ dejn li jkunu subordinati għal pretensjonijiet ta’ kreditur ieħor;
(b)strumenti ta’ fondi proprji sal-punt li dawk l-istrumenti ma jitqisux bħala skoperturi ta’ ekwità f’konformità mal-Artikolu 133(1); u
(c)strumenti ta’ obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b.
2. L-iskoperturi ta’ dejn subordinat għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 150 %, sakemm dawk l-iskoperturi ta’ dejn subordinat ma jkunux meħtieġa jitnaqqsu f’konformità mal-Parti Tnejn ta’ dan ir-Regolament.”;
(50)fl-Artikolu 129(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-finijiet tal-valwazzjoni tal-proprjetà immobbli, l-awtoritajiet kompetenti maħturin skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jistgħu jippermettu li dik il-proprjetà tiġi vvalutata bil-valur tas-suq jew anqas minnu, jew f’dawk l-Istati Membri li stabbilew kriterji stretti għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il-valur tas-self ipotekarju ta’ dik il-proprjetà mingħajr l-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 208(3).”
(51)fl-Artikolu 131, it-Tabella 7 tinbidel b’dan li ġej:
“Tabella 7
|
Skala tal-kwalità tal-kreditu
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
|
Piż tar-riskju
|
20 %
|
20 %
|
20 %
|
50 %
|
50 %
|
150 %
|
;’
(52)l-Artikolu 133 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 133
Skoperturi ta’ ekwità
1. Dawn kollha li ġejjin għandhom jiġu kklassifikati bħala skoperturi ta’ ekwità:
(a)kwalunkwe skopertura li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)l-iskopertura ma tkunx tista’ tiġi rkuprata fis-sens li r-redditu tal-fondi investiti jista’ jinkiseb biss bil-bejgħ tal-investiment jew bil-bejgħ tad-drittijiet għall-investiment jew bil-likwidazzjoni tal-emittent;
(ii)l-iskopertura ma tinkorporax obbligu min-naħa tal-emittent; u
(iii)l-iskopertura twassal għal pretensjoni residwa fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent;
(b)strumenti li jkunu jikkwalifikaw bħala entrati ta’ Grad 1 li kieku jinħarġu minn istituzzjoni;
(c)strumenti li jinkorporaw obbligu min-naħa tal-emittent u jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)l-emittent jista’ jiddifferixxi s-saldu tal-obbligu b’mod indefinit;
(ii)l-obbligu jirrikjedi, jew jippermetti skont id-diskrezzjoni tal-emittent, saldu permezz tal-ħruġ ta’ numru fiss ta’ azzjonijiet ta’ ekwità tal-emittent;
(iii)l-obbligu jirrikjedi, jew jippermetti skont id-diskrezzjoni tal-emittent, saldu permezz tal-ħruġ ta’ numru varjabbli ta’ azzjonijiet ta’ ekwità tal-emittent u, ceteris paribus, kwalunkwe bidla fil-valur tal-obbligu tkun attribwibbli għal, komparabbli ma’, u fl-istess direzzjoni bħal, il-bidla fil-valur ta’ numru fiss ta’ azzjonijiet ta’ ekwità tal-emittent;
(iv)id-detentur tal-istrument ikollu l-għażla li jirrikjedi li l-obbligu jiġi ssaldat f’azzjonijiet ta’ ekwità, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
–fil-każ ta’ strument innegozjat, l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istrument huwa nnegozjat fis-suq aktar bħad-dejn tal-emittent milli bħall-ekwità tiegħu;
–fil-każ ta’ strumenti mhux innegozjati, l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li jenħtieġ li l-istrument jiġi ttrattat bħala pożizzjoni ta’ dejn.
Għall-finijiet tal-punt (c)(iii), huma inklużi obbligi li jeħtieġu jew jippermettu s-saldu permezz tal-ħruġ ta’ numru varjabbli tal-azzjonijiet ta’ ekwità tal-emittent, li għalihom il-bidla fil-valur monetarju tal-obbligu tkun ugwali għall-bidla fil-valur ġust ta’ numru fiss ta’ azzjonijiet ta’ ekwità mmoltiplikat b’fattur speċifikat, meta kemm il-fattur kif ukoll in-numru ta’ ishma rreferenzjati jkunu fissi.
Għall-finijiet tal-punt (iv), meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-punt, l-istituzzjoni tista’ tiddekomponi r-riskji għal finijiet regolatorji, soġġetta għall-permess minn qabel mill-awtorità kompetenti.
(d)obbligi ta’ dejn u titoli oħrajn, sħubijiet, derivattivi jew strumenti oħrajn strutturati b’mod li s-sustanza ekonomika tkun simili għall-iskoperturi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c), inklużi obbligazzjonijiet li minnhom ir-redditu jkun marbut ma’ dak tal-ekwitajiet;
(e)skoperturi ta’ ekwità li jkunu rreġistrati bħala self iżda li jirriżultaw minn skambju ta’ dejn ma’ ekwità magħmula bħala parti mir-realizzazzjoni jew mir-ristrutturar ordnat tad-dejn.
2. L-investimenti ta’ ekwità ma għandhomx jiġu ttrattati bħala skoperturi ta’ ekwità fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)l-investimenti ta’ ekwità huma strutturati b’mod li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għas-sustanza ekonomika tal-holdings ta’ dejn li ma jissodisfawx il-kriterji fi kwalunkwe wieħed mill-punti fil-paragrafu 1;
(b)l-investimenti ta’ ekwità jikkostitwixxu skoperturi ta’ titolizzazzjoni.
3. Skoperturi ta’ ekwità, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafi minn 4 sa 7, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 250 %, sakemm dawk l-iskoperturi ma jkunux meħtieġa jitnaqqsu jew jiġu ppeżati skont ir-riskju f’konformità mal-Parti Tnejn.
4. L-iskoperturi ta’ ekwità li ġejjin għal kumpaniji mhux elenkati għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 400 %, sakemm dawk l-iskoperturi ma jkunux meħtieġa li jitnaqqsu jew jiġu ppeżati skont ir-riskju f’konformità mal-Parti Tnejn:
(a)investimenti għal skopijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fuq terminu qasir;
(b)investimenti f’ditti ta’ kapital ta’ riskju jew investimenti simili li jinkisbu b’antiċipazzjoni ta’ qligħ kapitali sinifikanti fuq terminu qasir.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-investiment f’ekwità fit-tul, inklużi investimenti f’ekwitajiet ta’ klijenti korporattivi li magħhom l-istituzzjoni jkollha jew ikollha l-ħsieb li tistabbilixxi relazzjoni ta’ negozju fit-tul kif ukoll ditti ta’ kapital ta’ riskju u konverżjonijiet ta’ dejn f’ekwità għal finijiet ta’ ristrutturar korporattiv, għandu jiġi assenjat piż tar-riskju f’konformità mal-paragrafu 3 jew 5, kif ikun applikabbli. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, investiment ta’ ekwità fuq terminu twil huwa investiment ta’ ekwità li jinżamm għal tliet snin jew aktar jew li jiġġarrab bl-intenzjoni li jinżamm għal tliet snin jew aktar kif approvat mill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni.
5. L-istituzzjonijiet li jkunu rċivew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta’ 100 % għal skoperturi ta’ ekwità mġarrbin taħt programmi leġiżlattivi sabiex jippromwovu setturi speċifikati tal-ekonomija li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)il-programmi leġiżlattivi jipprovdu sussidji sinifikanti, inkluż fil-forma ta’ garanziji minn banek multilaterali tal-iżvilupp, minn istituzzjonijiet pubbliċi ta’ kreditu għall-iżvilupp kif iddefiniti fl-Artikolu 429a(2) jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, għall-investiment lill-istituzzjoni;
(b)il-programmi leġiżlattivi jinvolvu xi forma ta’ sorveljanza tal-gvern;
(c)tali skoperturi ta’ ekwità aggregati ma jaqbżux l-10 % tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet.
6. Skoperturi ta’ ekwità għal banek ċentrali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %.
7. Skoperturi ta’ ekwità li jiġu rreġistrati bħala self iżda li jirriżultaw minn konverżjoni ta’ dejn f’ekwità magħmulin bħala parti mir-realizzazzjoni jew mir-ristrutturar ordnat tad-dejn ma għandhomx jiġu assenjati piż tar-riskju aktar baxx mill-piż tar-riskju li jkun japplika li kieku l-holdings ta’ ekwità baqgħu fil-portafoll tad-dejn.”;
(53)l-Artikolu 134 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. Elementi fi flus kontanti li qegħdin fil-proċess li jinġabru għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 20 %. Flus li huma proprjetà ta’ u miżmumin mill-istituzzjoni jew fi tranżitu, u elementi ta’ flus kontanti ekwivalenti għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.”;
(b)jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:
“8. Il-valur tal-iskopertura ta’ kwalunkwe element ieħor li għalih ma huwa pprovdut l-ebda piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 100 %.”;
(54)fl-Artikolu 135, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. L-ABE, l-EIOPA u l-AETS għandhom sa [OP idaħħal id-data = sena wara d-dħul fis-seħħ] iħejju rapport dwar l-impedimenti għad-disponibbiltà tal-valutazzjonijiet tal-kreditu mill-ECAIs, b’mod partikolari għall-impriżi, u dwar miżuri possibbli sabiex dawn jiġu indirizzati filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn is-setturi ekonomiċi u ż-żoni ġeografiċi.”;
(55)l-Artikolu 138 huwa emendat kif ġej:
(a)jiżdied il-punt (g) li ġej:
“(g) istituzzjoni ma għandhiex tuża valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI fir-rigward ta’ istituzzjoni li tinkorpora suppożizzjonijiet ta’ appoġġ impliċitu mill-gvern, sakemm il-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI rispettiva ma tkunx tirreferi għal istituzzjoni li tkun proprjetà ta’ jew stabbilita u sponsorjata minn gvernijiet ċentrali, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali.”;
(b)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (g), fil-każ ta’ istituzzjonijiet, għajr istituzzjonijiet li huma proprjetà ta’ jew stabbiliti u sponsorjati minn gvernijiet ċentrali, minn gvernijiet reġjonali jew minn awtoritajiet lokali, li għalihom teżisti biss valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI li tinkorpora suppożizzjonijiet ta’ appoġġ impliċitu mill-gvern, l-iskoperturi għal tali istituzzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjonijiet mhux ikklassifikati f’konformità mal-Artikolu 121.
Appoġġ impliċitu mill-gvern ifisser li l-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali għandhom jaġixxu sabiex jipprevjenu lill-kredituri tal-istituzzjoni milli jġarrbu telf fil-każ ta’ inadempjenza jew ta’ diffikultà tal-istituzzjoni.”;
(56)fl-Artikolu 139(2), il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:
“(a) il-valutazzjoni tal-kreditu tipproduċi piż tar-riskju ogħla milli jkun il-każ meta l-iskopertura tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata u l-iskopertura kkonċernata:
(i)ma tkunx skopertura fuq self speċjalizzat;
(ii)tikklassifika pari passu jew subordinata fl-aspetti kollha għall-programm jew għall-faċilità tal-ħruġ speċifika jew għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti ta’ dak l-emittent, kif ikun rilevanti;
(b) il-valutazzjoni tal-kreditu tipproduċi piż tar-riskju aktar baxx u l-iskopertura kkonċernata:
(i)ma tkunx skopertura fuq self speċjalizzat;
(ii)tikklassifika pari passu jew prijoritarja fl-aspetti kollha għall-programm jew għall-faċilità tal-ħruġ speċifika jew għal skoperturi prijoritarji mhux iggarantiti ta’ dak l-emittent, kif ikun rilevanti.”;
(57)l-Artikolu 141 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 141
Elementi f’munita domestika u barranija
1. Valutazzjoni ta’ kreditu li tirreferi għal element denominat fil-munita domestika tad-debitur ma għandhiex tintuża sabiex jiġi dderivat piż tar-riskju għal skopertura fuq dak l-istess debitur li tkun iddenominata f’munita barranija.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta skopertura tirriżulta permezz tal-parteċipazzjoni ta’ istituzzjoni f’self li jkun ġie estiż minn, jew li jkun ġie ggarantit kontra r-riskju ta’ konvertibbiltà u ta’ trasferiment, minn bank multilaterali tal-iżvilupp elenkat fl-Artikolu 117(2) li l-istatus ta’ kreditur preferut tiegħu jkun irrikonoxxut fis-suq, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq l-element tal-munita domestika tad-debitur tista’ tintuża sabiex jiġi dderivat piż tar-riskju għal skopertura fuq dak l-istess debitur li tkun iddenominata f’munita barranija.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, meta l-iskopertura ddenominata f’munita barranija tkun iggarantita kontra r-riskju ta’ konvertibbiltà u ta’ trasferiment, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq l-entrata tal-munita domestika tad-debitur tista’ tintuża biss għall-finijiet ta’ peżar tar-riskju fuq il-parti ggarantita ta’ dik l-iskopertura. Il-parti ta’ dik l-iskopertura li ma hijiex iggarantita għandha tkun peżata għar-riskju fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-kreditu fuq id-debitur li tirreferi għal element iddenotat f’dik il-munita barranija.”;
(58)l-Artikolu 142, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(a)jiddaħħlu l-punti minn (1a) sa (1e) li ġejjin:
“(1a) “klassi ta’ skoperturi” tfisser kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi msemmijin fil-punti (a), (a1)(i), (a1)(ii), (b), (c)(i), (c)(ii), (c)(iii), (d)(i), (d)(ii), (d)(iii), (d)(iv), (e), (e1), (f) u (g) tal-Artikolu 147(2);
(1b) “klassi ta’ skoperturi korporattivi” tfisser kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi msemmijin fil-punti (c)(i), (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 147(2);
(1c) “skopertura korporattiva” tfisser kwalunkwe skopertura assenjata għall-klassijiet ta’ skoperturi msemmijin fil-punti (c)(i), (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 147(2);
(1d) “klassi ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi msemmijin fil-punti (d)(i), (d)(ii), (d)(iii) u (d)(iv) tal-Artikolu 147(2);
(1e) “skopertura fil-livell tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe skopertura assenjata għall-klassijiet ta’ skoperturi msemmijin fil-punti (d)(i), (d)(ii), (d)(iii) u (d)(iv) tal-Artikolu 147(2);”;
(b)il-punt (2) jinbidel b’dan li ġej:
“(2) “tip ta’ skoperturi” tfisser grupp ta’ skoperturi ġestiti b’mod omoġenu fi klassi ta’ skoperturi, li jistgħu jkunu limitati għal entità waħda jew għal subsett wieħed ta’ entitajiet fi grupp dment li l-istess tip ta’ skoperturi jiġi ġestit b’mod differenti f’entitajiet oħrajn tal-grupp;”;
(c)il-punti (4) u (5) jinbidlu b’dan li ġej:
“(4)
“entità kbira rregolata tas-settur finanzjarju’ tfisser entità tas-settur finanzjarju li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)l-assi totali tal-entità, jew l-assi totali tal-kumpanija prinċipali tagħha meta l-entità jkollha kumpanija prinċipali, ikkalkolati fuq bażi individwali jew konsolidata, ikunu akbar minn jew ugwali għal EUR 70 biljun, bl-użu tal-aktar rapport finanzjarju awditjat riċenti jew rapport finanzjarju konsolidat sabiex jiġi ddeterminat id-daqs tal-assi;
(b)l-entità tkun soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali, direttament fuq bażi individwali jew konsolidata, jew indirettament mill-konsolidazzjoni prudenzjali tal-impriża prinċipali tagħha, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, mar-Regolament (UE) 2019/2033, mad-Direttiva 2009/138/KE, jew ma’ rekwiżiti prudenzjali legali ta’ pajjiż terz li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk l-atti tal-Unjoni;
(5) “entità mhux regolata tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju li ma tissodisfax il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (4)(b);”;
(d)jiddaħħal il-punt (5a) li ġej:
“(5a)
“impriża kbira” tfisser kwalunkwe impriża korporattiva li jkollha bejgħ annwali konsolidat ta’ aktar minn EUR 500 miljun jew li tappartjeni għal grupp li fih il-bejgħ annwali totali għall-grupp konsolidat ikun ta’ aktar minn EUR 500 miljun.”;”
(e)jiżdiedu l-punti minn (8) sa (12) li ġejjin:
“(8) “approċċ ta’ aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD” jirreferi għall-immudellar ta’ aġġustament tal-LGD jew għall-immudellar ta’ aġġustament kemm tal-PD kif ukoll tal-LGD tal-iskopertura sottostanti f’konformità mal-Artikolu 183(1a);
(9) “minimu tal-RW tal-fornitur tal-protezzjoni” tirreferi għall-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura komparabbli u diretta għall-fornitur tal-protezzjoni;
(10) għal skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-approċċ IRB billi tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD skont l-Artikolu 143, protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata “rikonoxxuta” tfisser protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li l-effett tagħha fuq il-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju jew l-ammonti ta’ telf mistenni tal-iskopertura sottostanti jitqies b’wieħed mill-metodi li ġejjin, f’konformità mal-Artikolu 108(2a):
(a)approċċ ta’ aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD;
(b)is-sostituzzjoni tal-approċċ tal-parametri tar-riskju skont l-A-IRB, f’konformità mal-punt (8) tal-Artikolu 192;
(11) “SA-CCF” tfisser il-perċentwal applikabbli skont il-Kapitolu 2, li bih jiġi mmoltiplikat il-valur nominali ta’ entrata li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ sabiex jiġi kkalkolat il-valur tal-iskopertura tagħha f’konformità mal-Artikolu 111(2);
(12) “IRB-CCF” tfisser l-istimi proprji tas-CCF.;
(59)l-Artikolu 143 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Għandu jkun meħtieġ permess minn qabel għall-użu tal-Approċċ IRB, inklużi l-istimi proprji tal-LGDs u tas-CCFs, għal kull klassi ta’ skoperturi u għal kull sistema ta’ klassifikazzjoni u għal kull approċċ għall-istima tal-LGDs u tas-CCFs użati.”;
(b)fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:
“(a) bidliet materjali fil-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża;
(b) bidliet materjali f’sistema ta’ klassifikazzjoni li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża.”;
(c)il-paragrafi 4 u 5 jinbidlu b’dan li ġej:
“4. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-bidliet kollha fis-sistemi ta’ klassifikazzjoni.
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-użu ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni eżistenti għal skoperturi addizzjonali oħrajn mhux diġà koperti minn dik is-sistema ta’ klassifikazzjoni u ta’ bidliet fis-sistemi ta’ klassifikazzjoni skont l-Approċċ IRB.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju].
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(60)fl-Artikolu 144(1), l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:
(a)il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:
“(f)
l-istituzzjoni tkun ivvalidat kull sistema ta’ klassifikazzjoni matul perjodu ta’ żmien xieraq qabel il-permess sabiex tintuża dik is-sistema ta’ klassifikazzjoni, ttkun ivvalutat matul dak il-perjodu ta’ żmien jekk is-sistema ta’ klassifikazzjoni hijiex adattata għall-medda ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ klassifikazzjoni, u tkun għamlet il-bidliet neċessarji f’dawk is-sistemi ta’ klassifikazzjoni wara l-valutazzjoni tagħha;”;
(b)il-punt (h) jinbidel b’dan li ġej:
“(h)
l-istituzzjoni tkun assenjat u tkun għadha tassenja kull skopertura fil-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni għal grad jew għal aggregazzjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ din is-sistema ta’ klassifikazzjoni;”;
(c)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġija ta’ valutazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu fil-valutazzjoni tal-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti għall-użu tal-Approċċ IRB.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(61)l-Artikolu 147 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Kull skopertura għandha tiġi assenjata għal waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi li ġejjin:
(a)skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali;
(a1)skoperturi għal awtoritajiet reġjonali u lokali u għal entitajiet tas-settur pubbliku (“RGLA-PSE”), li għandhom jinqasmu fil-klassijiet ta’ skoperturi li ġejjin:
(i)skoperturi għal awtoritajiet reġjonali u lokali (“RGLAs”);
(ii)skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku (“PSEs”);
(b)skoperturi għal istituzzjonijiet;
(c)skoperturi għal impriżi, li għandhom jinqasmu fil-klassijiet ta’ skoperturi li ġejjin:
(i)impriżi ġenerali;
(ii)skoperturi fuq self speċjalizzat (“SL”);
(iii)riċevibbli mixtrijin korporattivi;
(d)skoperturi fil-livell tal-konsumatur, li għandhom jinqasmu fil-klassijiet ta’ skoperturi li ġejjin:
(i)skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotattivi kwalifikanti (“QRREs”);
(ii)skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali;
(iii)riċevibbli mixtrijin fil-livell tal-konsumatur;
(iv)skoperturi oħrajn fil-livell tal-konsumatur;
(e)skoperturi ta’ ekwità;
(e1)skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew ta’ ishma f’CIU;
(f)elementi li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;
(g)assi oħrajn b’obbligi mhux ta’ kreditu.
(b)fil-paragrafu 3, jitħassar il-punt (a);
(c)jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:
“3a.
Skoperturi għal gvernijiet reġjonali, għal awtoritajiet lokali jew għal entitajiet tas-settur pubbliku kollha għandhom jiġu assenjati għall-klassi ta’ skoperturi msemmija fil-punt (a1) tal-paragrafu 2, irrispettivament mit-trattament li tali skoperturi jirċievu skont l-Artikolu 115 jew 116.”;
(d)fil-paragrafu 4, jitħassru l-punti (a) u (b);
(e)il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
(i)fil-punt (a), il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:
“(ii) skoperturi għal SME fis-sens tal-Artikolu 5(8), f’dak il-każ dment li l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, inkluża kwalunkwe skopertura f’inadempjenza, mill-klijent debitur jew mill-grupp debitur ta’ klijenti konnessi, iżda esklużi skoperturi ggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali sal-valur tal-proprjetà, sa fejn tkun taf l-istituzzjoni, li għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tivverifika l-ammont ta’ dik l-iskopertura, ma jaqbiżx il-EUR 1 miljun;
(iii) skoperturi ggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali, inklużi l-ewwel irhna u dawk sussegwenti, self b’terminu, linji ta’ kreditu rotattivi ta’ ekwità ta’ dar, u skoperturi kif imsemmijin fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 108, irrispettivament mid-daqs tal-iskopertura, dment li l-iskopertura tkun waħda minn dawn li ġejjin:
–skopertura għal persuna fiżika;
–skopertura għal assoċjazzjonijiet jew għal kooperattivi ta’ individwi rregolati skont il-liġi nazzjonali u li jeżistu bl-uniku għan li joffru lill-membri tagħhom l-użu ta’ residenza primarja fil-proprjetà li tiggarantixxi s-self;”;
(ii)jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-punti (a)(iii), (b), (c), (d) għandhom jiġu assenjati għall-klassi ta’ skoperturi “skoperturi fil-livell tal-konsumatur ggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali” kif imsemmija fil-punt (d)(ii) tal-paragrafu 2.
B’deroga mit-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeskludu mill-klassi ta’ skoperturi “skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali” kif imsemmi fil-punt (d)(ii) tal-paragrafu 2, self lil persuni fiżiċi li jkunu ipotekaw aktar minn erba’ proprjetajiet jew unitajiet ta’ abitazzjoni u jassenjaw dak is-self għall-klassi ta’ skoperturi korporattivi.”;
(iii)jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:
“5a.
Skoperturi fil-livell tal-konsumatur li jappartjenu għal tip ta’ skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jistgħu jiġu assenjati għall-klassi ta’ skoperturi tal-QRRE:
(a)l-iskoperturi ta’ dak it-tip ta’ skoperturi jkunu għal individwi;
(b)l-iskoperturi ta’ dak it-tip ta’ skoperturi jkunu rotattivi, mhux iggarantiti, u sa fejn ma jkunux prelevati immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, u jkunu kanċellabbli mill-istituzzjoni;
(c)l-iskopertura massima ta’ dak it-tip ta’ skopertura għal individwu wieħed tkun ta’ EUR 100 000 jew anqas;
(d)dak it-tip ta’ skoperturi wera volatilità baxxa tar-rati ta’ telf, meta mqabbel mal-livell medju tar-rati ta’ telf tiegħu, speċjalment fil-meded baxxi ta’ PD;
(e)it-trattament bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur rotattiva kwalifikanti huwa konsistenti mal-karatteristiċi tar-riskju sottostanti tat-tip ta’ skoperturi li tappartjeni għalih.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b), ir-rekwiżit ta’ nuqqas ta’ garanzija ma għandux japplika fir-rigward ta’ faċilitajiet ta’ kreditu kollateralizzati marbutin ma’ kont tal-paga. F’dak il-każ, l-ammonti rkuprati mill-kollateral ma għandhomx jitqiesu fl-istima tal-LGD.
L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw fil-klassi ta’ skoperturi tal-QRRE l-iskoperturi ta’ tranżatturi (“tranżatturi tal-QRRE”), kif iddefiniti fil-punt (152) tal-Artikolu 4(1), u l-iskoperturi li ma humiex skoperturi ta’ tranżatturi (“rotaturi tal-QRRE”). B’mod partikolari, QRREs b’anqas minn 12-il xahar ta’ storja ta’ ripagamenti għandhom jiġu identifikati bħala rotaturi tal-QRRE.”;
(f)il-paragrafi 6 u 7 jinbidlu b’dan li ġej:
“6.
Sakemm ma jkunux assenjati għall-klassi ta’ skoperturi stabbilita fil-punt (e1) tal-paragrafu 2, l-iskoperturi msemmijin fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 133 għandhom jiġu assenjati għall-klassi ta’ skoperturi ta’ ekwità stabbilita fil-punt (e) tal-paragrafu 2.
7. Kwalunkwe obbligu ta’ kreditu mhux assenjat lill-klassijiet ta’ skoperturi stabbiliti fil-punti (a), (a1), (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 għandu jiġi assenjat għal waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi msemmijin fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu.”;
(g)fil-paragrafu 8 jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Dawk l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati għall-klassi ta’ skoperturi msemmijin fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 2 u għandhom jitqassmu fil-kategoriji li ġejjin: “finanzjament ta’ proġetti” (project finance, PF), “finanzjament ta’ oġġetti” (object finance, OF), “finanzjament ta’ prodotti” (commodity finance, CF) u “introjtu li jipproduċi proprjetà immobbli” (income producing real estate, IPRE).
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dawn li ġejjin:
(a)il-kategorizzazzjoni għal PF, għal OF u għal CF, b’mod konsistenti mad-definizzjonijiet tal-Kapitolu 2;
(b)id-determinazzjoni tal-kategorija tal-IPRE, b’mod partikolari billi jiġi pprovdut liema skoperturi ADC u skoperturi ggarantiti permezz ta’ proprjetà immobbli, jistgħu jiġu kkategorizzati jew għandhom jiġu kkategorizzati bħala IPRE, meta dawk l-iskoperturi ma jiddependux materjalment fuq il-flussi ta’ flus iġġenerati mill-proprjetà għar-ripagament tagħhom.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(h)jiżdied paragrafu 11 ġdid:
“11. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-klassijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, fejn neċessarju, u l-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-assenjazzjoni tal-iskoperturi għal dawk il-klassijiet.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(62)l-Artikolu 148 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:
“1. Istituzzjoni li hija permessa tapplika l-approċċ IRB f’konformità mal-Artikolu 107(1), għandha, flimkien ma’ kwalunkwe impriża prinċipali u mas-sussidjarji tagħha, timplimenta l-Approċċ IRB għal tal-anqas waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi msemmijin fil-punti (a), (a1)(i), (a1)(ii), (b), (c)(i), (c)(ii), (c)(iii), (d)(i), (d)(ii), d(iii), (d)(iv), (e1), (f) u (g) tal-Artikolu 147(2). Ladarba istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB għal waħda minn dawk il-klassijiet ta’ skoperturi, hija għandha tagħmel dan għall-iskoperturi kollha f’dik il-klassi ta’ skoperturi, sakemm ma tkunx irċeviet il-permess tal-awtoritajiet kompetenti sabiex tuża l-Approċċ Standardizzat b’mod permanenti f’konformità mal-Artikolu 150.
Soġġetta għall-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, l-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB tista’ titwettaq b’mod sekwenzjali fost it-tipi differenti ta’ skoperturi fl-istess klassi ta’ skoperturi u fl-istess unità tan-negozju, u f’unitajiet tan-negozju differenti fl-istess grupp, jew għall-użu ta’ stimi proprji tal-LGDs jew tal-IRB-CCFs.
2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-perjodu ta’ żmien li matulu istituzzjoni u kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom ikunu meħtieġa jimplimentaw l-Approċċ IRB għall-iskoperturi kollha fi klassi waħda ta’ skoperturi f’unitajiet tan-negozju differenti fl-istess grupp jew għall-użu tal-istimi proprji tal-LGDs jew tal-IRB-CCFs. Dan il-perjodu ta’ żmien għandu jkun wieħed li l-awtoritàjiet kompetenti jikkunsidraw li jkun adatt fuq il-bażi tan-natura u tal-iskala tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata, jew ta’ kwalunkwe impriża prinċipali u tas-sussidjarji tagħha, u tan-numru u tan-natura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jkunu se jiġu implimentati.”;
(b)jitħassru l-paragrafi 4, 5 u 6;
(63)l-Artikolu 150 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi kollha li ġejjin:
(a)skoperturi assenjati għall-klassi ta’ skoperturi ta’ ekwità msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 147(2);
(b)skoperturi assenjati għall-klassijiet ta’ skoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu ddeċidew li ma jimplimentawx l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżata għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni;
(c)skoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet ma jkunux irċevew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni.
Istituzzjoni li tingħata l-permess li tuża l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni għal klassi ta’ skoperturi partikolari tista’, soġġetta għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, tapplika l-Approċċ Standardizzat għal xi tipi ta’ skoperturi f’dik il-klassi ta’ skoperturi meta dawk it-tipi ta’ skoperturi jkunu immaterjali f’termini ta’ daqs u ta’ profil tar-riskju perċepit.
Istituzzjoni li tingħata l-permess li tuża l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju għal xi tipi biss ta’ skoperturi fi klassi ta’ skoperturi, għandha tapplika l-Approċċ Standardizzat għat-tipi li jifdal ta’ skoperturi f'dik il-klassi ta’ skoperturi.”;
(b)jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4;
(64)l-Artikolu 151 huwa emendat kif ġej:
(a)jitħassar il-paragrafu 4;
(b)il-paragrafi 7, 8 u 9 jinbidlu b’dan li ġej:
“7. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGDs, u tal-IRB-CCF fejn applikabbli skont il-paragrafi 8 u 8b tal-Artikolu 166, f’konformità mal-Artikolu 143 u mat-Taqsima 6. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-SA-CCF meta l-paragrafi 8 u 8b tal-Artikolu 166 ma jippermettux l-użu tal-IRB-CCF.
8. Għall-iskoperturi li ġejjin, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valuri tal-LGD stabbiliti fl-Artikolu 161(1) u l-SA-CCF f’konformità mal-paragrafi 8, 8a u 8b tal-Artikolu 166:
(a)skoperturi assenjati għall-klassi ta’ skoperturi “skoperturi għal istituzzjonijiet” imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 147(2);
(b)skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku;
(c)skoperturi għal impriżi kbar.
Għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet ta’ skoperturi msemmijin fil-punti (a), (a1) u (c) tal-Artikolu 147(2), ħlief għall-iskoperturi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valuri tal-LGD stabbiliti fl-Artikolu 161(1), u l-SA-CCF f’konformità mal-paragrafi 8, 8a u 8b tal-Artikolu 166, sakemm ma jkunux ingħataw il-permess li jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-LGDs u tas-CCFs għal dawk l-iskoperturi f’konformità mal-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.
9. Għall-iskoperturi msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 8, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti lill-istituzzjonijiet jużaw l-istimi proprji tal-LGDs, u tal-IRB-CCFs, fejn applikabbli, skont il-paragrafi 8 u 8b tal-Artikolu 166, f’konformità mal-Artikolu 143 u mat-Taqsima 6.”;
(c)jiżdiedu l-paragrafi 11, 12 u 13 li ġejjin:
“11. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-iskoperturi li jappartjenu għall-klassi ta’ skoperturi “impriżi ġenerali” msemmijin fil-punt (c)(i) tal-Artikolu 147(2) għal skoperturi li jappartjenu għall-klassi ta’ skoperturi “RGLA-PSE” msemmijin fil-punt (a1) tal-Artikolu 147(2). Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ma għandhomx ikunu japplikaw il-limitu previst fid-definizzjoni ta’ impriżi kbar u d-dispożizzjonijiet applikabbli għal impriżi kbar stabbiliti fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8, u ma għandux ikun japplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 501.
12. Għall-iskoperturi fil-forma ta’ ishma jew ta’ unitajiet f’CIU li tappartjeni għall-klassi ta’ skoperturi msemmija fil-punt (e1) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 152.
13. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-trattament applikabbli għall-iskoperturi li jappartjenu għall-klassi ta’ skoperturi “riċevibbli mixtrijin minn impriżi” msemmija fil-punt (c)(iii) tal-Artikolu 147(2) u l-klassi ta’ skoperturi “riċevibbli mixtrijin fil-livell tal-konsumatur” imsemmija fil-punt (d)(iii) tal-Artikolu 147(2), għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju għar-riskju ta’ inadempjenza u għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ dawk l-iskoperturi, inkluż għar-rikonoxximent tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(65)fl-Artikolu 152, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ta’ trasparenza f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u li ma jużawx il-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew fil-Kapitolu 5 kif applikabbli għall-iskoperturi sottostanti kollha jew għal partijiet minnhom tas-CIU, għandhom jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju u l-ammonti ta’ telf mistenni f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
(a)għall-iskoperturi sottostanti li jiġu assenjati għall-klassi ta’ skoperturi ta’ ekwità msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2;
(b)għal skoperturi assenjati għall-elementi li jirrappreżentaw il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni msemmijin fil-punt (f) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 254 bħallikieku dawk l-iskoperturi kienu miżmumin direttament minn dawk l-istituzzjonijiet;
(c)għall-iskoperturi sottostanti l-oħrajn kollha, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2.”;
(66)l-Artikolu 153 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, il-punt (iii) jinbidel b’dan li ġej:
“(iii) jekk 0 < PD < 1, allura:
fejn:
N = il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri N(x) daqs il-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b’medjan ta’ 0 u b’varjanza ta’ 1 ikun anqas minn jew daqs x;
G = il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri jekk x = G(z), x hija l-valur b’tali mod li N(x) = z;
R = il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni, li huwa ddefinit bħala:
b = il-fattur ta’ aġġustament tal-maturità, li huwa ddefinit bħala:
M = il-maturità u għandha tiġi espressa fi snin u kkalkolata f’konformità mal-Artikolu 162.”;
(b)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Għall-iskoperturi għal entitajiet kbar tas-settur finanzjarju rregolati u għal entitajiet tas-settur finanzjarju mhux irregolati, il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni R previst fil-punt (iii) tal-paragrafu 1, jew fil-paragrafu 4, kif ikun applikabbli, għandu jiġi mmoltiplikat b’1,25 meta jiġu kkalkolati l-piżijiet tar-riskju ta’ dawk l-iskoperturi.”;
(c)jitħassar il-paragrafu 3;
(d)il-paragrafu 9 jinbidel b’dan li ġej:
“9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 meta jassenjaw il-piżijiet tar-riskju għal skoperturi fuq self speċjalizzat.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(67)l-Artikolu 154 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:
“(ii)
jekk PD < 1, allura:
fejn:
N = il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri N(x) daqs il-probabbiltà li fattur varjabbli normali każwali b’medjan ta’ 0 u b’varjanza ta’ 1 ikun anqas minn jew daqs x;
G = il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali, jiġifieri jekk x = G(z), x hija l-valur b’tali mod li N(x) = z;
R = il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni, li huwa ddefinit bħala:
’;
(b)jitħassar il-paragrafu 2;
(c)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur li ma humiex inadempjenti u li huma ggarantiti jew parzjalment iggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali, koeffiċjent ta’ korrelazzjoni R ta’ 0,15 għandu jissostitwixxi ċ-ċifra prodotta bil-formula tal-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni fil-paragrafu 1.
Il-piż tar-riskju applikabbli skont il-punt (ii) tal-paragrafu 1 għal skopertura parzjalment iggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali għandu japplika wkoll għall-porzjon mhux iggarantit tal-iskopertura sottostanti.”;
(d)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Għal QRREs li ma humiex inadempjenti, koeffiċjent ta’ korrelazzjoni R ta’ 0,04 għandu jissostitwixxi ċ-ċifra prodotta mill-formula tal-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni fil-paragrafu 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-volatilità relattiva tar-rati ta’ telf fil-QRREs kollha li jappartjenu għall-istess tip ta’ skoperturi, kif ukoll fil-klassi aggregata ta’ skoperturi tal-QRREs, u għandhom jikkondividu informazzjoni dwar il-karatteristiċi tipiċi tar-rati ta’ telf rotattiv kwalifikanti fil-livell tal-konsumatur madwar l-Istati Membri u mal-ABE.”;
(68)jitħassar l-Artikolu 155;
(69)fl-Artikolu 157, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:
“6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment:
(a)il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrijin, inkluż ir-rikonoxximent tat-tekniki ta’ CRM f’konformità mal-Artikolu 160(4), u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-istimi proprji u tal-parametri ta’ riżerva;
(b)il-valutazzjoni tal-kriterju ta’ immaterjalità għat-tip ta’ skoperturi msemmi fil-paragrafu 5;
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 0 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(70)l-Artikolu 158 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 5, jitħassar l-aħħar subparagrafu;
(b)jitħassru l-paragrafi 7, 8 u 9.
(71)l-Artikolu 159 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 159
Trattament tal-ammonti ta’ telf mistenni, ta’ nuqqas tal-IRB u ta’ eċċess tal-IRB
L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammonti ta’ telf mistenni tal-iskoperturi msemmijin fil-paragrafi 5, 6 u 10 tal-Artikolu 158 mis-somma ta’ dawn kollha li ġejjin:
(a)l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu relatati ma’ dawk l-iskoperturi, ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 110;
(b)l-aġġustamenti tal-valur addizzjonali relatati man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni ddeterminati f’konformità mal-Artikoli 34, relatati ma’ dawk l-iskoperturi;
(c)tnaqqis ieħor fil-fondi proprji relatat ma’ dawk l-iskoperturi minbarra t-tnaqqis li sar f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1).
Meta l-kalkolu mwettaq f’konformità mal-ewwel subparagrafu jirriżulta f’ammont pożittiv, l-ammont miksub jissejjaħ “eċċess tal-IRB”. Meta l-kalkolu mwettaq f’konformità mal-ewwel subparagrafu jirriżulta f’ammont negattiv, l-ammont miksub jissejjaħ “nuqqas tal-IRB”.
Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw skontijiet jew primjums iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 166(1) fuq skoperturi tal-karta tal-bilanċ mixtrijin meta f’inadempjenza bl-istess mod bħall-aġġustamenti speċifiċi fir-riskju ta’ kreditu. Skontijiet jew primjums fuq l-iskoperturi tal-karta tal-bilanċ mixtrijin meta ma jkunux inadempjenti ma għandhomx jitħallew jiġu inklużi fil-kalkolu tan-nuqqas tal-IRB jew tal-eċċess tal-IRB. L-aġġustamenti speċifiċi fir-riskju ta’ kreditu fuq skoperturi f’inadempjenza ma għandhomx jintużaw sabiex ikopru l-ammonti ta’ telf mistenni fuq skoperturi oħrajn. L-ammonti ta’ telf mistenni għall-iskoperturi titolizzati u l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi fir-riskju ta’ kreditu relatati ma’ dawk l-iskoperturi ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tan-nuqqas tal-IRB jew tal-eċċess tal-IRB.”;
(72)fit-Taqsima 4, tiddaħħal is-Subtaqsima 0 li ġejja:
“Subtaqsima 0
Skoperturi koperti permezz ta’ garanziji pprovduti mill-gvernijiet ċentrali u mill-banek ċentrali tal-Istati Membri jew mill-BĊE
Artikolu 159a
Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-minimi tal-input tal-PD u tal-LGD
Għall-finijiet tal-Kapitolu 3, u b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 160(1), 161(4), 164(4) u 166(8c), meta skopertura tkun koperta permezz ta’ garanzija eliġibbli pprovduta mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru jew mill-BĊE, il-minimi tal-input tal-PD, tal-LGD u tas-CCF ma għandhomx japplikaw għall-parti tal-iskopertura koperta permezz ta’ dik il-garanzija. Madankollu, il-parti tal-iskopertura li ma tkunx koperta permezz ta’ dik il-garanzija għandha tkun soġġetta għall-minimi tal-input tal-PD, tal-LGD u tas-CCF ikkonċernati.”;
(73)l-Artikolu 160 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Għal skoperturi assenjati għall-klassi ta’ skoperturi “skoperturi għal istituzzjonijiet” imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 147(2), jew “skoperturi għal impriżi” msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 147(2), għall-finijiet uniċi tal-kalkolu tal-iskoperturi peżati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 153, tal-Artikolu 157, tal-Artikolu 158(1), tal-Artikolu 158(5) u tal-Artikolu 158(10), il-valuri tal-PD użati fl-input tal-piżijiet tar-riskju u tal-formuli tat-telf mistennija ma għandhomx ikunu anqas mill-valur li ġej: 0,05 % (“minimu tal-input tal-PD”).”;
(b)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Għal skopertura koperta permezz ta’ UFCP, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskopertura oriġinali kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tista’ tirrikonoxxi l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-PD f’konformità mal-Artikolu 183.”;
(c)jitħassar il-paragrafu 5;
(d)il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:
“6. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrijin, il-PD għandha tiġi ffissata daqs l-istima tal-EL għar-riskju ta’ dilwizzjoni mill-istituzzjoni. Istituzzjoni li tkun irċeviet permess mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi u li tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrijin f’PDs u f’LGDs b’mod ikkunsidrat affidabbli mill-awtorità kompetenti, tista’ tuża l-istima tal-PD li tirriżulta minn din id-dekompożizzjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fl-PD f’konformità mal-Kapitolu 4.”;
(e)il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:
“7. Istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrijin, tista’ tirrikonoxxi l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi taġġusta l-PDs soġġetta għall-Artikolu 161(3).”;
(74)l-Artikolu 161 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) skoperturi prijoritarji mingħajr FCP għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali u għal entitajiet tas-settur finanzjarju: 45 %;”;
(ii)jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:
“(aa) skoperturi prijoritarji mingħajr FCP, għal impriżi li ma humiex entitajiet tas-settur finanzjarju: 40 %;”;
(iii)jitħassar il-punt (c);
(iv)il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:
“(e) għal skoperturi prijoritarji ta’ riċevibbli korporattivi mixtrijin fejn istituzzjoni ma tkunx tista’ tagħti stima tal-PDs jew l-istimi tal-PDs mill-istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 6: 40 %;”;
(v)il-punt (g) jinbidel b’dan li ġej
“(g) għar-riskju ta’ dilwazzjoni ta’ riċevibbli korporattivi mixtrijin: 100 %.”;
(b)il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b’dawn li ġejjin:
“3. Għal skopertura koperta permezz ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskopertura oriġinali kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tista’ tirrikonoxxi l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-LGD f’konformità mal-Artikolu 183.
4. Għal skoperturi assenjati għall-klassi ta’ skoperturi “klassi ta’ skoperturi korporattivi” msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 147(2), għall-iskop uniku tal-kalkolu tal-iskoperturi peżati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, u b’mod partikolari għall-finijiet tal-punt (iii) tal-Artikolu 153(1), tal-Artikolu 157, tal-paragrafi 1, 5 u 10 tal-Artikolu 158, meta jintużaw stimi proprji tal-LGD, il-valuri tal-LGD użati fl-input tal-formuli tal-piż tar-riskju u tat-telf mistenni ma għandhomx ikunu anqas mill-valuri minimi tal-input tal-LGD li ġejjin, u kkalkolati f’konformità mal-paragrafu 5:
Tabella 2a
|
Minimi tal-input tal-LGD (LGDfloor) għal skoperturi li jappartjenu għall-
klassi ta’ skoperturi “skopertura għal impriżi”
|
|
skopertura mingħajr FCP (LGDU-floor)
|
skopertura koperta bis-sħiħ b’FCP (LGDS-floor)
|
|
25 %
|
kollateral finanzjarju
|
0 %
|
|
|
riċevibbli
|
10 %
|
|
|
proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali
|
10 %
|
|
|
kollateral fiżiku ieħor
|
15 %
|
;’;
(c)jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:
“5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-minimi tal-input tal-LGD fit-Tabella 2a f’dak il-paragrafu għal skoperturi ggarantiti bis-sħiħ b’FCP għandhom japplikaw meta l-valur tal-FCP, wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti għall-volatilità Hc u Hfx ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 230, ikun daqs jew akbar mill-valur tal-iskopertura sottostanti. Barra minn hekk, dawk il-valuri għandhom ikunu applikabbli għall-FCP eliġibbli skont dan il-Kapitolu.
Il-minimu applikabbli tal-input tal-LGD (LGDfloor) għal skopertura parzjalment iggarantita b’FCP jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata tal-LGDU-floor għall-porzjon tal-iskopertura mingħajr FCP u LGDS-floor għall-porzjon kompletament iggarantit, kif ġej:
fejn:
LGDU-floor u LGDS-floor huma l-valuri minimi rilevanti tat-Tabella 1;
E , ES , EU u HE huma ddeterminati kif speċifikat fl-Artikolu 230.
6. Meta istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD għal tip partikolari ta’ skoperturi korporattivi mhux iggarantiti ma tkunx tista’ tqis l-effett tal-FCP li tiggarantixxi waħda mill-iskoperturi ta’ dak it-tip ta’ skoperturi fl-istimi proprji tal-LGD, l-istituzzjoni għandha titħalla tapplika l-formula stabbilita fl-Artikolu 230, bl-eċċezzjoni li t-terminu tal-LGDU f’dik il-formula għandu jkun l-istima proprja tal-LGD mill-istituzzjoni. F’dak il-każ, l-FCP għandha tkun eliġibbli f’konformità mal-Kapitolu 4 u l-istima proprja tal-LGD mill-istituzzjoni użata bħala t-terminu tal-LGDU għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-data dwar it-telf sottostanti bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe rkupru li jirriżulta minn dik l-FCP.”;
(75)l-Artikolu 162 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Għal skoperturi li għalihom istituzzjoni ma tkunx irċeviet permess mill-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD, il-valur tal-maturità (“M”) għandu jkun ta’ sentejn u nofs (2,5), ħlief għal skoperturi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, li għalihom M għandha tkun ta’ nofs sena (0,5).
Inkella, bħala parti mill-permess imsemmi fl-Artikolu 143, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu dwar jekk l-istituzzjoni għandhiex tuża l-valur tal-maturità M kif stabbilit fil-paragrafu 2 għal dawk l-iskoperturi kollha għal subsett ta’ dawk l-iskoperturi.”;
(b)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i)il-frażi introduttorja fil-paragrafu 2 tinbidel b’din li ġejja:
“Għal skoperturi li għalihom istituzzjoni tapplika l-istimi proprji tal-LGD, il-valur tal-maturità (“M”) għandu jiġi kkalkolat bl-użu ta’ perjodi ta’ żmien espressi fi snin, kif stabbilit f’dan il-paragrafu u soġġett għall-paragrafi minn 3 sa 5 ta’ dan l-Artikolu. M ma għandhiex tkun akbar minn 5 snin, ħlief fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 384(1) fejn għandha tintuża M kif speċifikata hemm. M għandha tiġi kkalkolata kif ġej f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:”;
(ii)jiddaħħlu l-punti (da) u (db) li ġejjin:
“(da) għal tranżazzjonijiet ta’ għoti ta’ self garantit li huma soġġetti għal ftehim prinċipali ta’ netting, M għandha tkun il-medja ponderata tal-maturità li jifdal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-anqas 20 jum. Għall-ippeżar tal-maturità, għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta’ kull tranżazzjoni;
(db) għal ftehim prinċipali ta’ netting li jinkludi aktar minn tip wieħed ta’ tranżazzjoni li jikkorrispondi għall-punti (c), (d) jew (da), M għandha tkun il-maturità medja peżata li jifdal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-anqas l-itwal perjodu ta’ holding (espress fi snin) għal tali tranżazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 224(2) (jew għaxart ijiem jew 20 jum, skont il-każijiet). Għall-ippeżar tal-maturità, għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta’ kull tranżazzjoni”;
(iii)il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:
“(f) għal kwalunkwe strument għajr dawk imsemmijin f’dan il-paragrafu jew meta istituzzjoni ma tkunx f’pożizzjoni li tikkalkola M kif stabbilit fil-punt (a), M għandha tkun iż-żmien massimu li jifdal (fi snin) permessi lid-debitur sabiex iwettaq l-obbligi kuntrattwali kollha tiegħu (kapital, imgħax u tariffi), fejn M għandha tkun tal-anqas sena;”;
(iv)il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:
“(i) għall-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċi msemmijin fil-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 382a(1), sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskji ta’ CVA tat-tranżazzjonijiet ma’ kontroparti partikolari, M ma għandhiex tkun akbar minn 1 fil-formula stabbilita fl-Artikolu 153(1) għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżata għar-riskju għar-riskju ta’ kontroparti għall-istess tranżazzjonijiet, kif imsemmi fil-punti (a) jew (f) tal-Artikolu 92(4), kif ikun applikabbli;”;
(v)il-punt (j) jinbidel b’dan li ġej:
“(j) Għal skoperturi rotattivi, M għandha tiġi ddeterminata bl-użu tad-data massima ta’ terminazzjoni kuntrattwali tal-faċilità. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw id-data tat-tifdija tal-prelevament kurrenti jekk din id-data ma tkunx id-data massima ta’ terminazzjoni tal-faċilità.”;
(c)il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
(i)fl-ewwel subparagrafu, is-sentenza tal-bidu tinbidel b’dan li ġej:
“Meta d-dokumentazzjoni tkun teħtieġ rimarġinazzjoni ta’ kuljum u rivalwazzjoni ta’ kuljum u tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu l-likwidazzjoni fil-pront jew it-tpaċija tal-kollateral fil-każ ta’ inadempjenza jew ta’ nuqqas ta’ rimarġinazzjoni, M għandha tkun il-medja peżata tal-maturità li jifdal tat-tranżazzjonijiet u M għandha tkun tal-anqas jum wieħed:”;
(ii)it-tieni subparagrafu huwa emendat b’dan li ġej:
–il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
“(b) tranżazzjonijiet awtolikwidanti ta’ finanzjament tan-negozju għal terminu qasir marbutin mal-iskambju ta’ oġġetti jew ta’ servizzi, inklużi riċevibbli korporattivi mixtrijin, b’maturità residwa sa sena (1) kif imsemmi fil-punt (80) tal-Artikolu 4(1);”;
–jiżdied il-punt (e) li ġej:
“(e) ittri ta’ kreditu kemm maħruġin kif ukoll ikkonfermati li huma għal terminu qasir jiġifieri b’maturità ta’ anqas minn sena (1), u li huma awtolikwidanti.”;
(d)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Għal skoperturi għal impriżi stabbiliti fl-Unjoni li ma humiex impriżi kbar, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu M għat-tali skoperturi kollha kif stabbilita fil-paragrafu 1 minflok ma japplikaw il-paragrafu 2.”;
(e)jiżdied il-paragrafu 6 il-ġdid li ġej:
“6. Għall-finijiet tal-espressjoni fi snin tan-numri minimi ta’ jiem imsemmijin fil-punti minn (c) sa (db) tal-paragrafu 2, u fil-paragrafu 3, in-numri minimi ta’ jiem għandhom jiġu diviżi bi 365,25.”;
(76)l-Artikolu 163 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Għall-finijiet uniċi tal-kalkolu tal-iskoperturi peżati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, u b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 154, tal-Artikolu 157 u tal-paragrafi 1, 5 u 10 tal-Artikolu 158, il-valuri tal-PD użati fl-input tal-formuli tal-piż tar-riskju u tat-telf mistenni ma għandhomx ikunu anqas minn dawn li ġejjin:
(a)0,1 % għar-rotaturi tal-QRRE;
(b)0,05 % għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur li ma humiex rotaturi tal-QRRE.”;
(b)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Għal skopertura koperta permezz ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 għal skoperturi komparabbli diretti għall-fornitur tal-protezzjoni tista’ tirrikonoxxi l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-PD f’konformità mal-Artikolu 183.”;
(77)l-Artikolu 164 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:
“1. L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGDs soġġetti għar-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6 ta’ dan il-Kapitolu u għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti mogħti f’konformità mal-Artikolu 143. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrijin, għandu jintuża valur tal-LGD ta’ 100 %. Meta istituzzjoni tkun tista’ tqassam l-istimi tat-telf mistenni tagħha għar-riskju ta’ dilwizzjoni tar-riċevibbli mixtrijin f’PDs u f’LGDs b’mod affidabbli, l-istituzzjoni tista’ tuża l-istima proprja tagħha tal-LGD.
2. L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 għal skoperturi komparabbli diretti għall-fornitur tal-protezzjoni jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fl-LGD f’konformità mal-Artikolu 183.”;
(b)jitħassar il-paragrafu 3;
(c)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Għall-iskop uniku tal-kalkolu tal-iskoperturi peżati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, u b’mod partikolari skont l-Artikolu 154(1), l-Artikolu 157, u l-paragrafi 1 u 10 tal-Artikolu 158, l-LGD użat fl-input tal-formuli tal-piż tar-riskju u tat-telf mistenni ma għandux ikun anqas mill-valuri minimi tal-input tal-LGD stabbiliti fit-Tabella 2aa u f’konformità mal-paragrafi 4a u 4b:
Tabella 2aa
|
Minimi tal-input tal-LGD (LGDfloor) għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur
|
|
skopertura mingħajr FCP (LGDU-floor)
|
skopertura ggarantita permezz ta’ FCP (LGDS-floor)
|
|
Skopertura fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali
|
M/A
|
Skopertura fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali
|
5 %
|
|
QRRE
|
50 %
|
QRRE
|
M/A
|
|
Skoperturi oħrajn fil-livell tal-konsumatur
|
30 %
|
Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta’ kollateral finanzjarju
|
0 %
|
|
|
|
Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta’ riċevibbli
|
10 %
|
|
|
|
Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta’ proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali
|
10 %
|
|
|
|
Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta’ kollateral fiżiku ieħor
|
15 %
|
|
|
|
|
|
’;
(d)jiddaħħlu l-paragrafi 4a u 4b li ġejjin:
“4a. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, għandu japplika dan li ġej:
(a)il-minimi tal-input tal-LGD fit-Tabella 2aa tal-paragrafu 4 għandhom ikunu applikabbli għal skoperturi ggarantiti permezz ta’ FCP meta l-FCP tkun eliġibbli skont dan il-Kapitolu;
(b)ħlief għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali, il-minimi tal-input tal-LGD fit-Tabella 2aa tal-paragrafu 4 għandhom ikunu applikabbli għal skoperturi ggarantiti bis-sħiħ b’FCP meta l-valur tal-FCP, wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti rilevanti għall-volatilità f’konformità mal-Artikolu 230, tkun daqs jew akbar mill-valur tal-iskopertura sottostanti;
(c)ħlief għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali, il-minimu applikabbli tal-input tal-LGD għal skopertura parzjalment iggarantita b’FCP jiġi kkalkolat f’konformità mal-formula stabbilita fl-Artikolu 161(5);
(d)għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali, il-minimu applikabbli tal-input tal-LGD għandu jiġi stabbilit għal 5 % irrispettivament mil-livell ta’ kollateral ipprovdut mill-proprjetà residenzjali.
4b. Meta istituzzjoni ma tkunx tista’ tirrikonoxxi l-effetti tal-FCP li tiggarantixxi waħda mill-iskoperturi ta’ dak it-tip ta’ skoperturi fl-istimi proprji tal-LGD, l-istituzzjoni għandha titħalla tapplika l-formula stabbilita fl-Artikolu 230, bl-eċċezzjoni li t-terminu tal-LGDU f’dik il-formula għandu jkun l-istima proprja tal-LGD mill-istituzzjoni. F’dak il-każ, l-FCP għandha tkun eliġibbli f’konformità mal-Kapitolu 4 u l-istima proprja tal-LGD mill-istituzzjoni użata bħala t-terminu tal-LGDU għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-data dwar it-telf sottostanti bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe rkupru li jirriżulta minn dik l-FCP.”;
(78)titħassar is-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.;
(79)l-Artikolu 166 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:
“8. Il-valur tal-iskopertura ta’ elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li ma humiex kuntratti kif elenkati fl-Anness II għandu jiġi kkalkolat bl-użu jew tal-IRB-CCF jew tal-SA-CCF, f’konformità mal-paragrafi 8a u 8b u mal-Artikolu 151(8).
Meta l-bilanċi miġbudin ta’ faċilitajiet rotattivi jkunu ġew titolizzati, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkomplu jżommu l-ammont meħtieġ ta’ fondi proprji kontra l-bilanċi mhux miġbudin assoċjati mat-titolizzazzjoni.
Istituzzjoni li ma tużax l-IRB-CCF, għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura bħala l-ammont impenjat iżda mhux miġbud immoltiplikat bl-SA-CCF ikkonċernat.
Istituzzjoni li ma tużax l-IRB-CCF għandha tikkalkola l-valur tal-iskopertura għal impenji mhux miġbudin bħala l-ammont mhux miġbud immoltiplikat b’IRB-CCF.”;
(b)jiddaħħlu l-paragrafi 8a, 8b u 8c li ġejjin:
8a. Għal skopertura li għaliha ma tintużax l-IRB-CCF, is-CCF applikabbli għandu jkun l-SA-CCF kif previst fil-Kapitolu 2 għall-istess tipi ta’ elementi kif stabbiliti fl-Artikolu 111. L-ammont li għalih għandu jiġi applikat l-SA-CCF għandu jkun l-aktar baxx mill-valur tal-linja ta’ kreditu impenjata mhux użata, u l-valur li jirrifletti kwalunkwe restrizzjoni possibbli tad-disponibbiltà tal-faċilità, inkluża l-eżistenza ta’ limitu massimu fuq l-ammont ta’ self potenzjali li huwa relatat mal-fluss ta’ flus irrapportat ta’ debitur. Meta faċilità tkun ristretta b’dak il-mod, l-istituzzjoni għandu jkollha proċeduri suffiċjenti ta’ monitoraġġ u ta’ ġestjoni tal-linji sabiex issostni l-eżistenza ta’ dik ir-restrizzjoni.
8b. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-użu tal-IRB-CCF kif speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jużaw l-IRB-CCF għal skoperturi li jirriżultaw minn impenji rotattivi mhux miġbudin ittrattati skont l-Approċċ IRB dment li dawk l-iskoperturi ma jkunux soġġetti għal SA-CCF ta’ 100 % skont l-Approċċ Standardizzat. L-SA-CCF għandu jintuża għal:
(a)l-entrati l-oħrajn kollha li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, b’mod partikolari l-impenji mhux rotattivi mhux miġbudin;
(b)skoperturi meta r-rekwiżiti minimi għall-kalkolu tal-IRB-CCF kif speċifikati fit-Taqsima 6 ma jiġux issodisfati mill-istituzzjoni jew meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ippermettiet l-użu tal-IRB-CCFs.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, impenn għandu jitqies bħala “rotattiv” meta jippermetti lil debitur jikseb self li bih id-debitur ikollu l-flessibbiltà li jiddeċiedi kemm spiss jiġbed mis-self u kull kemm żmien, filwaqt li jippermetti lid-debitur jippreleva, jirrimborża u jerġa’ jiġbed self avvanzat lilu. L-arranġamenti kuntrattwali li jippermettu prepagamenti u l-ġbid mill-ġdid sussegwenti ta’ dawk il-prepagamenti għandhom jitqiesu bħala rotattivi.
8c. Għall-finijiet uniċi tal-kalkolu tal-iskoperturi peżati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ skoperturi li jirriżultaw minn impenji rotattivi meta jintużaw l-IRB-CCF, b’mod partikolari skont l-Artikolu 153(1), l-Artikolu 157, il-paragrafi 1, 5 u 10 tal-Artikolu 158, il-valur tal-iskopertura użat bħala input fil-formuli tal-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju u tat-telf mistenni ma għandux ikun anqas mis-somma ta’:
(a)l-ammont miġbud tal-impenn rotattiv;
(b)50 % tal-ammont tal-iskopertura li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ tal-parti mhux miġbuda li jifdal tal-impenn rotattiv ikkalkolat bl-użu tal-SA-CCF applikabbli previst fl-Artikolu 111.
Is-somma tal-punti (a) u (b) għandha tissejjaħ il-“minimu tal-input tas-CCF”.”;
(c)jitħassar il-paragrafu 10;
(80)jitħassar l-Artikolu 167;
(81)fl-Artikolu 169(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar kif għandhom jiġu applikati fil-prattika r-rekwiżiti dwar id-disinn tal-mudell, il-kwantifikazzjoni tar-riskju, il-validazzjoni u l-applikazzjoni tal-parametri tar-riskju bl-użu ta’ skali ta’ klassifikazzjoni kontinwi jew granulari ħafna għal kull parametru tar-riskju. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(82)fl-Artikolu 170(4), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
“(b) il-karatteristiċi tar-riskju tat-tranżazzjonijiet, inklużi l-prodott u l-protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata, il-protezzjoni tal-kreditu mhux iffinanzjata rikonoxxuta, il-kalkoli tas-self għall-valur, il-maturazzjoni u l-prijorità. L-istituzzjonijiet għandhom jindirizzaw b’mod espliċitu l-każijiet li fihom diversi skoperturi jibbenefikaw mill-istess kollateral. Għal kull aggregazzjoni li għaliha l-istituzzjoni tistma l-PD u l-LGD, l-istituzzjoni għandha tanalizza r-rappreżentattività tal-età tal-faċilitajiet f’termini ta’ żmien mill-oriġinazzjoni għall-PD u ta’ żmien mid-data tal-inadempjenza għal-LGD, fid-data użata sabiex jiġu dderivati l-istimi tal-faċilitajiet attwali tal-istituzzjoni;”;
(83)fl-Artikolu 171, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. Is-sistemi ta’ klassifikazzjoni għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li bidliet idjosinkratiċi jew speċifiċi għall-industrija jkunu mutur tal-migrazzjonijiet minn grad għal ieħor. Barra minn hekk, l-effetti taċ-ċikli tan-negozju għandhom jitqiesu bħala xprunatur għall-migrazzjonijiet ta’ debituri u ta’ faċilitajiet minn grad jew minn aggregazzjoni għal oħra.”;
(84)fl-Artikolu 172, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(a)is-sentenza introduttorja tinbidel b’dan li ġej:
“Għal skoperturi għal impriżi, għal istituzzjonijiet u għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali, l-assenjazzjoni tal-iskoperturi għandha titwettaq f’konformità mal-kriterji li ġejjin:”;
(b)il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:
“(d) kull entità ġuridika separata li għaliha tkun skoperta l-istituzzjoni għandha tkun ikklassifikata b’mod separat;”;
(c)
jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (d), istituzzjoni għandu jkollha politiki xierqa għat-trattament ta’ klijenti debituri individwali u ta’ gruppi ta’ klijenti konnessi. Dawk il-politiki għandu jkun fihom proċess għall-identifikazzjoni ta’ riskju speċifiku ta’ korrelazzjoni negattiva għal kull entità ġuridika li għaliha tkun skoperta l-istituzzjoni. Tranżazzjonijiet ma’ kontropartijiet fejn jiġi identifikat riskju speċifiku ta’ korrelazzjoni negattiva għandhom jiġu ttrattati b’mod differenti meta jiġi kkalkolat il-valur tal-iskopertura tagħhom;”;
(85)l-Artikolu 173 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, is-sentenza introduttorja tinbidel b’dan li ġej:
“Għal skoperturi għal impriżi, għal istituzzjonijiet u għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali, il-proċess ta’ assenjazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:”;
(b)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-metodoloġiji tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalutaw l-integrità tal-proċess tal-assenjazzjoni u l-valutazzjoni regolari u indipendeti tar-riskji.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(86)l-Artikolu 174 huwa emendat kif ġej:
(a)is-sentenza introduttorja tinbidel b’dan li ġej:
“L-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodi (“mudelli”) statistiċi matematiċi oħrajn sabiex jassenjaw skoperturi għal gradi jew għal aggregazzjonijiet ta’ debituri jew ta’ faċilitajiet, li għalihom għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:”;
(b)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) il-mudell għandu jkollu kapaċità ta’ tbassir tajba u r-rekwiżiti ta’ kapital ma għandhomx jiġu distorti minħabba l-użu tiegħu;”;
(c)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (a), il-varjabbli tal-input għandhom jifformaw bażi raġonevoli u effettiva għat-tbassir li jirriżulta. Il-mudell ma għandux ikollu preġudizzji materjali. Għandu jkun hemm rabta funzjonali bejn l-inputs u l-outputs tal-mudell, li tista’ tiġi ddeterminata permezz ta’ ġudizzju espert, fejn xieraq.”;
(87)l-Artikolu 176 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 2, is-sentenza introduttorja tinbidel b’dan li ġej:
“Għal skoperturi għal impriżi, għal istituzzjonijiet u għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu:”;
(b)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. Għal skoperturi li għalihom dan il-Kapitolu jippermetti l-kalkolu tal-istimi proprji tal-LGDs jew tal-IRB-CCFs iżda li għalihom l-istituzzjonijiet ma jużawx l-istimi proprji tal-LGDs jew tal-IRB-CCFs, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu data dwar il-paraguni bejn l-LGDs realizzati u l-valuri kif stabbiliti fl-Artikolu 161(1), u bejn is-CCFs realizzati u l-SA-CCFs kif stabbiliti fl-Artikolu 166(8a).”;
(88)fl-Artikolu 177, jitħassar il-paragrafu 3;
(89)l-Artikolu 178 huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“Inadempjenza ta’ debitur jew ta’ faċilità”
(b)fil-paragrafu 1, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
“(b) id-debitur ikun qabeż id-data tal-maturità b’aktar minn 90 jum fuq kwalunkwe obbligazzjoni ta’ kreditu materjali lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha.”;
(c)fil-paragrafu 3, il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:
“(d) l-istituzzjoni tagħti l-permess għal ristrutturar f’diffikultà tal-obbligazzjoni ta’ kreditu meta t-tali ristrutturar x’aktarx ikun se jirriżulta f’obbligazzjoni finanzjarju mnaqqsa minħabba maħfra materjali, jew posponiment, ta’ kapital, imgħax jew fejn rilevanti, tariffi. Ristrutturar f’diffikultà għandu jitqies li seħħ meta l-miżuri ta’ trażżin kif imsemmijin fl-Artikolu 47b ikunu ġew estiżi għad-debitur;”;
(90)l-Artikolu 180 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)is-sentenza introduttorja tinbidel b’dan li ġej:
“Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandhom jiġu assoċjati ma’ gradi jew ma’ aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għall-istima tal-PD għal skoperturi għal impriżi, għal istituzzjonijiet u għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali:”;
(ii)il-punt (h) jinbidel b’dan li ġej:
“(h) irrispettivament minn jekk istituzzjoni hijiex tuża sorsi ta’ data esterni, interni jew aggregati jew inkella kombinazzjoni ta’ dawn it-tlieta, għall-istima tagħha tal-PD, it-tul tal-perjodu tal-osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-anqas ħames snin għal tal-anqas sors wieħed.”;
(iii)jiżdied il-punt (i) li ġej:
“(i) irrispettivament mill-metodu użat għall-istima tal-PD, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw PD għal kull grad ta’ klassifikazzjoni fuq il-bażi tar-rata ta’ inadempjenza medja storika osservata ta’ sena li hija medja sempliċi bbażata fuq in-numru ta’ debituri (peżati għall-għadd), u approċċi oħrajn, inklużi medji peżati għall-iskoperturi, ma għandhomx ikunu permessi.”;
(iv)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (h), meta l-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jiddekorri matul perjodu itwal għal kwalunkwe sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perjodu itwal. Id-data għandha tinkludi taħlita rappreżentattiva ta’ snin tajbin u ħżiena rilevanti għat-tip ta’ skoperturi. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li ma jkunux irċevew il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex jużaw l-istimi proprji tal-LGDs jew tal-fatturi ta’ konverżjoni, jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-data rilevanti li tkopri perjodu ta’ sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri perjodu ta’ ħames snin.”;
(b)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad jew l-aggregazzjoni tad-debitur jew tal-faċilità minn medji fit-tul ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena, u r-rati ta’ inadempjenza għandhom jiġu kkalkolati fil-livell tal-faċilità biss meta d-definizzjoni ta’ inadempjenza tiġi applikata fil-livell tal-faċilità ta’ kreditu individwali skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 178(1);”
(ii)il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:
“(e) irrispettivament minn jekk istituzzjoni hijiex tuża sorsi ta’ data esterni, interni jew aggregati jew inkella kombinazzjoni ta’ dawn it-tlieta, għall-istima tagħha tal-PD, it-tul tal-perjodu tal-osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-anqas ħames snin għal tal-anqas sors wieħed.”;
(iii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (e), meta l-osservazzjoni disponibbli tiddekorri matul perjodu itwal għal kwalunkwe sors, u meta dik id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perjodu itwal. Id-data għandu jkun fiha taħlita rappreżentattiva ta’ snin tajbin u ħżiena taċ-ċiklu ekonomiku rilevanti għat-tip ta’ skoperturi. Il-PD għandha tkun ibbażata fuq ir-rata ta’ inadempjenza medja storika osservata ta’ sena. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, data rilevanti li tkopri perjodu ta’ sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri perjodu ta’ ħames snin.”;
(c)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġiji li f’konformità magħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-metodoloġija ta’ istituzzjoni għall-istima tal-PD skont l-Artikolu 143.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(91)l-Artikolu 181 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punti minn (c) sa (g) jinbidlu b’dan li ġej:
“(c) istituzzjoni għandha tikkunsidra l-firxa ta’ kwalunkwe dipendenza bejn, minn naħa, ir-riskju tad-debitur u, min-naħa l-oħra, dak tal-protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata, minbarra ftehimiet prinċipali ta’ netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta’ self u ta’ depożiti, jew tal-fornitur tagħha.;
(d) id-diskrepanzi fil-muniti bejn l-obbligu sottostanti u l-protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata minbarra l-ftehimiet prinċipali ta’ netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta’ self u ta’ depożiti għandhom jiġu ttrattati b’mod konservattiv fil-valutazzjoni tal-LGD mill-istituzzjoni;”
(e) sal-punt li l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza ta’ protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata minbarra ftehimiet prinċipali ta’ netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta’ self u ta’ depożiti, dawk l-istimi ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-valur stmat tas-suq tal-protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata.;
(f) sal-punt li l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza ta’ protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata minbarra l-ftehimiet prinċipali ta’ netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta’ self u ta’ depożiti, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu rekwiżiti interni għall-ġestjoni, għaċ-ċertezza legali u għall-ġestjoni tar-riskju ta’ dik il-protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata, u dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu ġeneralment konsistenti ma’ dawk stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4;
(g) sal-punt li istituzzjoni tirrikonoxxi protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata minbarra ftehimiet prinċipali ta’ netting u netting fil-karta tal-bilanċ ta’ self u ta’ depożiti għad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti f’konformità mat-Taqsima 5 jew 6 tal-Kapitolu 6, kwalunkwe ammont li jkun mistenni li jiġi rkuprat minn din il-protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata ma għandux jitqies fl-istimi tal-LGD;”;
(ii)il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:
“(i) sal-punt li t-tariffi għal pagamenti tard, imposti fuq id-debitur qabel il-ħin tal-inadempjenza, ikunu ġew ikkapitalizzati fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni, dawn għandhom jiżdiedu mal-kalkolu tal-iskopertura u tat-telf tal-istituzzjoni;”;
(iii) jiżdied il-punt (k) li ġej:
“(k)
ġbid addizzjonali wara l-inadempjenza għandu jitqies fl-LGD;”;
(iv)jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjonijiet għandhom iqisu b’mod adegwat l-irkupri realizzati matul il-proċessi ta’ rkupru rilevanti minn kwalunkwe forma ta’ FCP kif ukoll mill-UFCP li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni tal-punt (10) tal-Artikolu 142.
Għall-finijiet tal-punt (c), każijiet li fihom ikun hemm grad sinifikanti ta’ dipendenza għandhom jiġu indirizzati b’mod konservattiv.
Għall-finijiet tal-punt (e), l-istimi tal-LGD għandhom iqisu l-effett tal-inabbiltà potenzjali tal-istituzzjonijiet li jieħdu kontroll tal-kollateral tagħhom malajr u li jillikwidawh.”;
(b)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i)fl-ewwel subparagrafu, jitħassar il-punt (b);
(ii)it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
“Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data fuq minimu ta’ ħames snin. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, data rilevanti li tkopri perjodu ta’ sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-data kkonċernata tkopri perjodu ta’ ħames snin.”;
(c)jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:
“4. L-ABE għandha, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida sabiex tiċċara t-trattament ta’ kwalunkwe forma ta’ protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata u mhux iffinanzjata għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, u għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-parametri tal-LGD;”;
(92)l-Artikolu 182 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:
“(c) l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandu jirrifletti l-possibbiltà ta’ ġbid addizzjonali mid-debitur sa meta jiġi skattat avveniment ta’ inadempjenza. L-IRB-CCF għandu jinkludi marġni akbar ta’ konservattiviżmu fejn korrelazzjoni pożittiva aktar b’saħħitha tista’ tkun raġonevolment mistennija bejn il-frekwenza tal-inadempjenza u l-kobor tal-fattur ta’ konverżjoni;”;
(ii)jiżdiedu l-punti (g) u (h) li ġejjin:
“(g) l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandu jiġi żviluppat bl-użu ta’ approċċ b’perjodu fiss ta’ 12-il xahar. Għal dak l-għan, għal kull osservazzjoni fis-sett ta’ data ta’ referenza, l-eżiti ta’ inadempjenza għandhom ikunu marbutin mal-karatteristiċi rilevanti tad-debitur u tal-faċilità f’data ta’ referenza fissa ddefinita bħala 12-il xahar qabel il-jum ta’ inadempjenza;
(h) l-IRB-CCF tal-istituzzjonijiet għandu jkun ibbażat fuq data ta’ referenza li tirrifletti l-karatteristiċi tal-prattika tal-ġestjoni tad-debitur, tal-faċilità u tal-bank tal-iskoperturi li għalihom jiġu applikati l-istimi.
(iii)jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Għall-fini tal-punt (c), l-IRB-CCF għandu jinkludi marġni akbar ta’ konservattiviżmu fejn korrelazzjoni pożittiva aktar b’saħħitha tista’ tkun raġonevolment mistennija bejn il-frekwenza tal-inadempjenza u l-kobor tal-fattur ta’ konverżjoni.
Għall-finijiet tal-punt (g), għal kull osservazzjoni fis-sett ta’ data ta’ referenza, l-eżiti ta’ inadempjenza għandhom ikunu marbutin mal-karatteristiċi rilevanti tad-debitur u tal-faċilità f’data ta’ referenza fissa li għandha tiġi ffissata bħala 12-il xahar qabel il-jum ta’ inadempjenza.
Għall-finijiet tal-punt (h), l-IRB-CCF applikat għal skoperturi partikolari ma għandux ikun ibbażat fuq data li tħallat l-effetti ta’ karatteristiċi differenti jew data minn skoperturi li juru karatteristiċi ta’ riskju differenti. L-IRB-CCF għandu jkun ibbażat fuq segmenti omoġenji kif xieraq. Għal dak l-għan, il-prattiki li ġejjin ma għandhomx ikunu permessi:
(a)id-data sottostanti għall-SMEs/għas-suq medju li tiġi applikata għal debituri korporattivi akbar;
(b)id-data minn impenji b’disponibbiltà ta’ limitu mhux użata “żgħira” li tiġi applikata għal faċilitajiet b’disponibbiltà ta’ limitu mhux użata “kbira”;
(c)id-data minn debituri delinkwenti jew imblukkata għal prelevamenti ulterjuri fid-data ta’ referenza li tiġi applikata għal debituri mingħajr ebda delinkwenza magħrufa jew restrizzjonijiet rilevanti;
(d)id-data li tkun ġiet affettwata minn bidliet fit-taħlita ta’ prodotti ta’ teħid b’self u ta’ prodotti oħrajn relatati mal-kreditu tad-debituri matul il-perjodu ta’ osservazzjoni sakemm dik id-data ma tkunx ġiet affettwata billi jitneħħew l-effetti tal-bidliet fit-taħlita tal-prodotti.
Għall-finijiet tal-punt (d) tar-raba’ subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti li għandhom fehim dettaljat tal-impatt tal-bidliet fit-taħlita tal-prodotti tal-klijenti fuq is-settijiet ta’ data ta’ referenza tal-iskoperturi u fuq l-istimi assoċjati tas-CCF, u li l-impatt huwa immaterjali jew ġie mmitigat b’mod effettiv fil-proċess ta’ stima tagħhom. F’dak ir-rigward, dan li ġej ma għandux jitqies xieraq:
(a)l-iffissar ta’ minimi għal osservazzjonijiet tas-CCF jew tal-valuri tal-iskopertura
(b)l-użu ta’ stimi fil-livell tad-debitur li ma jkoprux bis-sħiħ l-għażliet rilevanti tat-trasformazzjoni tal-prodott jew jikkombinaw prodotti b’karatteristiċi differenti ħafna b’mod mhux xieraq,
(c)l-aġġustament tal-osservazzjonijiet materjali biss affettwati mit-trasformazzjoni tal-prodott,
(d)esklużi l-osservazzjonijiet affettwati mit-trasformazzjoni tal-profil tal-prodott.”;
(b)fil-paragrafu 3, jitħassar l-ewwel subparagrafu;
(c)jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:
“5. L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sabiex tispeċifika l-metodoloġija li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw sabiex jistmaw l-IRB-CCF.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(93)l-Artikolu 183 huwa emendat kif ġej
(a)it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-effett ta’ protezzjoni tal-kreditu mhux iffinanzjata għall-iskoperturi għal impriżi, għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali meta jintużaw l-istimi proprji tal-LGD u għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur”;
(b)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:
“(c) il-garanzija għandha tkun evidenzjata bil-miktub, mhux kanċellabbli u ma tistax tinbidel min-naħa tal-garanti, fis-seħħ sakemm l-obbligazzjoni tkun sodisfatta bis-sħiħ, sal-ammont u san-natura tal-garanzija, u legalment infurzabbli kontra l-garanti f’ġurisdizzjoni fejn il-garanti jkollu assi li fuqhom tista’ tiġi eżegwita sentenza;
(ii)jiżdiedu dawn il-punti (d) u (e) li ġejjin:
“(d) il-garanzija għandha tkun mingħajr kundizzjoni.
(e) id-derivati tal-kreditu tat-tip “first-to-default” jistgħu jiġu rrikonoxxuti bħala protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli, iżda d-derivati ta’ kreditu tat-tip “second-to-default” jew b’mod aktar ġenerali derivattivi ta’ kreditu tat-tip “nth-to-default” ma għandhomx jiġu rrikonoxxuti bħala protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli.”;
(iii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (d), “garanzija mingħajr kundizzjoni” tfisser garanzija fejn il-kuntratt ta’ protezzjoni tal-kreditu ma jkun fih l-ebda klawżola li l-eżekuzzjoni tagħha tkun barra mill-kontroll dirett tal-istituzzjoni mutwanti u, li tista’ tipprevjeni lill-garanti milli jkun obbligat iħallas kollox fil-ħin f’każ li d-debitur oriġinali jonqos milli jagħmel kwalunkwe pagament dovut. Klawżola fil-kuntratt għall-protezzjoni tal-kreditu li tipprovdi li diliġenza dovuta difettuża jew frodi mill-istituzzjoni mutwanti tħassar jew tnaqqas il-firxa tal-garanzija offruta mill-garanti ma għandhiex tiskwalifika dik il-garanzija milli titqies bħala mhux kundizzjonali. Kwalunkwe kuntratt ta’ protezzjoni tal-kreditu li jista’, fil-każ ta’ frodi tad-debitur, jiġi kkanċellat jew li minnu l-firxa tal-protezzjoni tal-kreditu tista’ titnaqqas, ma għandux jitqies bħala mhux kundizzjonali.
Garanziji li fihom il-pagament mill-garanti jkun soġġett għall-istituzzjoni mutwanti li l-ewwel ikollha tfittex lid-debitur u li jkopru biss it-telf li jifdal wara li l-istituzzjonijiet ikunu lestew il-proċess ta’ workout għandhom jitqiesu bħala mhux kundizzjonali.”;
(c)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
“1a. L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi jużaw jew l-approċċ ta’ mmudellar tal-PD/LGD, f’konformità ma’ dan l-Artikolu u soġġetti għar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 4, jew is-sostituzzjoni tal-approċċ tal-parametri tar-riskju skont l-A-IRB kif imsemmi fl-Artikolu 236a u soġġetti għar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà tal-Kapitolu 4. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom politiki ċari għall-valutazzjoni tal-effetti tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fuq il-parametri tar-riskju. Il-politiki tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-prattiki interni tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju u għandhom jirriflettu r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-politiki għandhom jispeċifikaw b’mod ċar liema mill-metodi speċifiċi deskritti f’dan is-subparagrafu jintużaw għal kull sistema ta’ klassifikazzjoni, u l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawk il-politiki b’mod konsistenti maż-żmien.”;
(d)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Meta l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata mill-approċċ ta’ mmudellar tal-PD/LGD, is-sehem kopert tal-iskopertura sottostanti ma għandux jiġi assenjat piż tar-riskju li jkun aktar baxx mill-minimu tal-RW tal-fornitur tal-protezzjoni. Għal dan il-għan, il-minimu tal-RW tal-fornitur tal-protezzjoni għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-istess PD, tal-istess LGD u tal-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 236a.”;
(e)jitħassar il-paragrafu 6;
(94)fil-Parti Tlieta, titħassar is-Subtaqsima 4 tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II;
(95)fl-Artikolu 192, jiżdiedu l-punti minn (5) sa (8) li ġejjin:
“(5) “approċċ ta’ sostituzzjoni tal-piż tar-riskju skont l-SA” tfisser is-sostituzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 235, tal-piż tar-riskju tal-iskopertura sottostanti mal-piż tar-riskju applikabbli skont l-Approċċ Standardizzat għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni;
(6) “approċċ ta’ sostituzzjoni tal-piż tar-riskju skont l-IRB” tfisser is-sostituzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 235a, tal-piż tar-riskju tal-iskopertura sottostanti mal-piż tar-riskju applikabbli skont l-Approċċ Standardizzat għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni;
(7) “approċċ ta’ sostituzzjoni tal-parametri tar-riskju skont l-F-IRB” tfisser is-sostituzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 236, tal-parametri tar-riskju tal-PD kif ukoll tal-LGD tal-iskopertura sottostanti mal-PD u mal-LGD korrispondenti li jkunu assenjati skont l-approċċ IRB mingħajr ma jintużaw l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni;
(8) “approċċ ta’ sostituzzjoni tal-parametri tar-riskju skont l-A-IRB” tfisser is-sostituzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 236a, tal-parametri tar-riskju tal-PD kif ukoll tal-LGD tal-iskopertura sottostanti mal-PD u mal-LGD korrispondenti li jkunu assenjati skont l-approċċ IRB bl-użu tal-istimi proprji tal-LGD għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni.”;
(96)fl-Artikolu 193, jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:
“7. Kollateral li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ eliġibbiltà stabbiliti f’dan il-Kapitolu jista’ jiġi rrikonoxxut bħala tali anki għal skoperturi assoċjati ma’ faċilitajiet mhux miġbudin. Meta l-ġbid skont il-faċilità jkun kundizzjonali fuq ix-xiri jew ir-riċeviment preċedenti jew simultanju ta’ kollateral sal-punt tal-interess tal-istituzzjoni fil-kollateral ladarba tinġibed il-faċilità, b’tali mod li l-istituzzjoni ma jkollha l-ebda interess fil-kollateral sa fejn ma tinġibidx il-faċilità, tali kollateral jista’ jiġi rrikonoxxut għall-iskopertura li tirriżulta mill-faċilità mhux miġbuda.”;
(97)fl-Artikolu 194, jitħassar il-paragrafu 10;
(98)fl-Artikolu 197, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(a)il-punti minn (b) sa (e) jinbidlu b’dan li ġej:
“(b) titoli ta’ dejn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)it-titoli ta’ dejn jinħarġu minn gvernijiet ċentrali jew minn banek ċentrali;
(ii)it-titoli ta’ dejn għandhom valutazzjoni tal-kreditu mwettqa minn ECAI jew minn aġenzija tal-krediti għall-esportazzjoni li:
–tkun ġiet rikonoxxuta bħala eliġibbli għall-finijiet tal-Kapitolu 2;
–tkun ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-iskala 1, 2, 3 jew 4 tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali skont il-Kapitolu 2;
(c) titoli ta’ dejn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)dawk it-titoli ta’ dejn jinħarġu minn istituzzjonijiet;
(ii)dawk it-titoli ta’ dejn għandhom valutazzjoni tal-kreditu mwettqa minn ECAI li:
–tkun ġiet rikonoxxuta bħala eliġibbli għall-finijiet tal-Kapitolu 2;
–tkun ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal impriżi skont il-Kapitolu 2;
(d) titoli ta’ dejn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)dawk it-titoli ta’ dejn jinħarġu minn entitajiet oħrajn;
(ii)dawk it-titoli ta’ dejn għandhom valutazzjoni tal-kreditu mwettqa minn ECAI li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
–l-ECAI tkun ġiet rikonoxxuta bħala eliġibbli għall-finijiet tal-Kapitolu 2;
–l-ECAI tkun ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;
(e)
it-titoli ta’ dejn li jkollhom valutazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir mwettqa minn ECAI li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)l-ECAI tkun ġiet rikonoxxuta bħala eliġibbli għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u
(ii)-ECAI tkun ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi fuq terminu qasir skont il-Kapitolu 2;”;
(b)il-punt (g) jinbidel b’dan li ġej:
“(g)
bullion tad-deheb;”;
(99)l-Artikolu 199 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 124(7), bħala kollateral eliġibbli l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw proprjetà residenzjali li hija li jew se tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew mis-sid benefiċjarju fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment personali, u proprjetà kummerċjali immobbli, inklużi uffiċċji u bini kummerċjali ieħor, fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)il-valur tal-proprjetà ma jkunx jiddependi b’mod materjali fuq il-kwalità tal-kreditu tad-debitur;
(b)ir-riskju tal-mutwatarju ma jiddependix materjalment fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda fuq il-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħrajn, u bħala konsegwenza l-ħlas lura tal-faċilità ma jkunx jiddependi materjalment fuq kwalunkwe fluss ta’ flus iġġenerat mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala kollateral.
Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu sitwazzjonijiet li fihom fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju. ’;
(b)fil-paragrafu 3, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) telf li jirriżulta minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali sa 55 % tal-valur iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 229, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 124(7), fl-ebda sena ma jaqbeż iż-0,3 % tas-self pendenti kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali;”;
(c)fil-paragrafu 4, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) telf li jirriżulta minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali sa 55 % tal-valur iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 229, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 124(7), fl-ebda sena ma jaqbeż iż-0,3 % tas-self pendenti kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali;”;
(d)fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Meta istituzzjoni ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku kif iddefinita fl-Artikolu 429a(2) toħroġ self promozzjonali kif iddefinit fl-Artikolu 429a(3) għal istituzzjoni oħra, jew għal istituzzjoni finanzjarja li tkun awtorizzata twettaq attivitajiet kif imsemmijin fil-punt 2 jew 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE u li tissodisfa l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 119(5) ta’ dan ir-Regolament, u meta dik l-istituzzjoni jew l-istituzzjoni finanzjarja l-oħra tgħaddi direttament jew indirettament dak is-self promozzjonali lil debitur aħħari u ċċedi r-riċevibbli mis-self promozzjonali bħala kollateral lill-istituzzjoni ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-istituzzjoni ta’ kreditu għall-iżvilupp pubbliku tista’ tuża r-riċevibbli ċeduti bħala kollateral eliġibbli, irrispettivament mill-maturità oriġinali tar-riċevibbli ċedut.”;
(e)fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:
“(d) l-istituzzjoni turi li f’tal-anqas 90 % tal-likwidazzjonijiet kollha għal tip partikolari ta’ kollateral, ir-rikavati realizzati mill-kollateral ma jkunux anqas minn 70 % tal-valur tal-kollateral. Meta jkun hemm volatilità materjali fil-prezzijiet tas-suq, l-istituzzjoniji turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-valwazzjoni tagħha tal-kollateral tkun konservattiva biżżejjed.”;
(100)l-Artikolu 201 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:
“
(d) organizzazzjonijiet internazzjonali li għalihom huwa assenjat piż tar-riskju ta’ 0 % f’konformità mal-Artikolu 118;”;
(ii)jiddaħħal il-punt (fa) li ġej:
“(fa) entitajiet regolati tas-settur finanzjarju;”;
(iii)il-punt (g) jinbidel b’dan li ġej:
“(g) meta l-protezzjoni tal-kreditu ma tkunx ipprovduta għal skopertura ta’ titolizzazzjoni, impriżi oħrajn, li jkollhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI, inklużi impriżi prinċipali, sussidjarji jew entitajiet affiljati tad-debitur meta dawk l-impriżi prinċipali, is-sussidjarji jew l-entitajiet affiljati jkollhom piż tar-riskju aktar baxx minn dak tad-debitur;”;
(iv)jiżdied il-punt (ga) li ġej:
“(ga) meta l-protezzjoni tal-kreditu tiġi pprovduta għal skopertura ta’ titolizzazzjoni, impriżi oħrajn, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI tal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu u li kellhom valutazzjoni tal-kreditu tal-iskala 1 jew 2 tal-kwalità tal-kreditu fiż-żmien meta ġiet ipprovduta l-protezzjoni tal-kreditu, inklużi l-impriżi prinċipali, is-sussidjarji u l-entitajiet affiljati tad-debitur meta dawk l-impriżi prinċipali, is-sussidjarji jew l-entititajiet affiljati jkollhom piż tar-riskju aktar baxx minn dak tad-debitur;”;
(v)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (fa), “entità tas-settur finanzjarju regolata” tfisser entità tas-settur finanzjarju li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (4)(b) tal-Artikolu 142(1).”;
(b)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Minbarra l-fornituri ta’ protezzjoni elenkati fil-paragrafu 1, l-entitajiet korporattivi li huma kklassifikati internament mill-istituzzjoni f’konformità mat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3, għandhom ikunu fornituri ta’ protezzjoni eliġibbli ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata meta l-istituzzjoni tittratta lil dawk l-entitajiet korporattivi skont l-Approċċ IRB.”;
(101)jitħassar l-Artikolu 202;
(102)fl-Artikolu 204, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. Id-derivati ta’ kreditu tat-tip “first-to-default” u d-derivati ta’ kreditu tat-tip “nth-to-default” l-oħrajn kollha ma għandhomx ikunu forom eliġibbli ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata skont dan il-Kapitolu.
L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għandhom jiġu kkalkolati għad-derivati ta’ kreditu tat-tip “first-to-default”. Għal dak il-għan, il-piżijiet tar-riskju tal-assi sottostanti inklużi fit-taqsima għandhom jiġu aggregati sa massimu ta’ 1250 % u mmoltiplikati bl-ammont nominali tal-protezzjoni pprovduta mid-derivattiv ta’ kreditu sabiex jinkiseb l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju għall-iskopertura relatata ma’ dak id-derivat.
Għal derivati ta’ kreditu tat-tip “second-to-default”, it-trattament għandu jkun identiku, ħlief li fl-aggregazzjoni tal-piżijiet tar-riskju, l-assi sottostanti bl-anqas ammont ta’ skopertura peżata għar-riskju għandu jiġi eskluż mill-kalkolu. Tali trattament għandu japplika wkoll għal derivati tal-kreditu tat-tip “nth-to-default”, li għalihom l-assi tat-tip n-1 bl-anqas ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu.”;
(103)l-Artikolu 208 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
(i)fil-punt (b), għandhom jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:
“Il-valur tal-proprjetà ma għandux jaqbeż il-valur medju mkejjel għal dik il-proprjetà jew għal proprjetà komparabbli matul l-aħħar tliet snin fil-każ ta’ proprjetà immobbli kummerċjali, u matul l-aħħar sitt snin fil-każ ta’ proprjetà residenzjali. Il-modifiki magħmula fil-proprjetà li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-bini jew tal-unità ta’ abitazzjoni għandhom jitqiesu bħala li jżidu l-valur tagħha b’mod inekwivoku.”;
(ii)jitħassar it-tieni subparagrafu;
(b)jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:
“3a. F’konformità mal-paragrafu 3 u soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jwettqu l-valwazzjoni u r-rivalwazzjoni tal-valur tal-proprjetà permezz ta’ metodi (“mudelli”) statistiċi avvanzati jew matematiċi oħrajn, żviluppati b’mod indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu, soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)l-istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil-politiki u fil-proċeduri tagħhom, il-kriterji għall-użu ta’ mudelli sabiex jiġu valwati, valwati mill-ġdid u mmonitorjati l-valuri tal-kollateral. Dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom iqisu r-rekord ipprovat ta’ tali mudelli, il-varjabbli speċifiċi għall-proprjetà kkunsidrati, l-użu ta’ informazzjoni minima disponibbli u akkurata, u l-inċertezza tal-mudelli;
(b)l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-mudelli użati jkunu:
(i)speċifiċi għall-proprjetà u għall-post f’livell suffiċjenti ta’ granularità;
(ii)validi u akkurati, u soġġetti għal ittestjar retrospettiv robust u regolari skont il-prezzijiet attwali osservati tat-tranżazzjonijiet;
(iii)ibbażati fuq kampjun kbir u rappreżentattiv biżżejjed, fuq il-bażi tal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet osservati;
(iv)ibbażati fuq data aġġornata ta’ kwalità għolja;
(c)l-istituzzjonijiet ikunu fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-adegwatezza u għall-prestazzjoni tal-mudelli, il-valwatur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ikun responsabbli għall-valwazzjoni li ssir bl-użu tal-mudelli u l-istituzzjonijiet jifhmu l-metodoloġija, id-data tal-input u s-suppożizzjonijiet tal-mudelli użati;
(d)l-istituzzjonijiet jiżguraw li d-dokumentazzjoni tal-mudelli tkun aġġornata;
(e)l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċessi, sistemi u kapaċitajiet adegwati tal-IT u jkollhom data suffiċjenti u akkurata għal kwalunkwe valwazzjoni jew rivalwazzjoni bbażata fuq mudelli tal-kollateral;
(f)l-istimi tal-mudelli jiġu vvalidati b’mod indipendenti u l-proċess ta’ validazzjoni huwa ġeneralment konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 185, u l-valwatur indipendenti msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ikun responsabbli għall-valuri finali użati mill-istituzzjoni għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.”;
(c)il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:
“5. Il-proprjetà immobbli meħuda bħala protezzjoni tal-kreditu għandha tkun assigurata b’mod adegwat kontra r-riskju ta’ dannu u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri sabiex jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-assigurazzjoni.”;
(104)fl-Artikolu 210, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Meta ftehimiet ta’ titoli ġenerali, jew forom oħra ta’ imposta flessibbli, jipprovdu lill-istituzzjoni mutwanti bi pretensjoni rreġistrata fuq l-assi ta’ kumpanija u meta dik il-pretensjoni jkun fiha kemm assi li ma jkunux eliġibbli bħala kollateral skont l-Approċċ IRB kif ukoll assi li jkunu eliġibbli bħala kollateral skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi dawk l-assi tal-aħħar bħala protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata eliġibbli. F’dak il-każ, dak ir-rikonoxximent għandu jkun kundizzjonali fuq dawk l-assi li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-eliġibbiltà tal-kollateral skont l-Approċċ IRB kif stabbilit f’dan il-Kapitolu.”;
(105)fl-Artikolu 213, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Soġġetta għall-Artikolu 214(1), il-protezzjoni tal-kreditu minn garanzija jew minn derivat tal-kreditu għandha tikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)il-protezzjoni tal-kreditu tkun diretta;
(b)ikun hemm definizzjoni ċara u inkontrovertibbli ta’ sa fejn tasal il-protezzjoni tal-kreditu;
(c)il-kuntratt tal-protezzjoni tal-kreditu ma jkun fih l-ebda klawżola, li t-twettiq tagħha ma taqax taħt il-kontroll dirett tal-istituzzjoni mutwanti, li:
(i)tkun tippermetti lill-fornitur tal-protezzjoni jħassar jew jibdel il-protezzjoni tal-kreditu b’mod unilaterali;
(ii)tkun iżżid l-ispiża effettiva tal-protezzjoni tal-kreditu bħala konsegwenza ta’ deterjorament fil-kwalità tal-kreditu tal-iskopertura protetta;
(iii)tista’ tipprevjeni lill-fornitur tal-protezzjoni milli jkun obbligat jħallas fil-ħin f’każ li d-debitur oriġinali jonqos milli jħallas xi pagament dovut, jew meta l-kuntratt tal-kiri jkun skada għall-finijiet ta’ rikonoxximent tal-valur reżidwu ggarantit skont l-Artikoli 134(7) u 166(4);
(iv)tista’ tippermetti li l-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu titnaqqas mill-fornitur tal-protezzjoni;
(d)il-kuntratt tal-protezzjoni tal-kreditu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet kollha li jkunu rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu.
Għall-finijiet tal-punt (c), klawżola fil-kuntratt tal-protezzjoni tal-kreditu li tipprovdi li diliġenza dovuta difettuża jew frodi mill-istituzzjoni mutwanti tħassar jew tnaqqas il-firxa tal-protezzjoni tal-kreditu offruta mill-garanti, ma għandhiex tiskwalifika dik il-protezzjoni tal-kreditu milli tkun eliġibbli. Kwalunkwe kuntratt ta’ protezzjoni tal-kreditu li jista’, fil-każ ta’ frodi tad-debitur, jiġi kkanċellat jew li l-firxa tiegħu tista’ titnaqqas il-protezzjoni tal-kreditu, għandu jitqies li ma jissodisfax dawk ir-rekwiżiti.
Għall-finijiet tal-punt (c), il-fornitur tal-protezzjoni jista’ jagħmel pagament wieħed ta’ somma f’daqqa tal-flejjes kollha dovuti skont il-pretensjoni, jew jista’ jassumi l-obbligi ta’ pagament futuri tad-debitur koperti mill-kuntratt ta’ protezzjoni tal-kreditu.”;
(106)l-Artikolu 215 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) meta d-debitur ikun inadampjenti jew jonqos milli jħallas, l-istituzzjoni mutwanti jkollha d-dritt li tfittex bla dewmien lill-garanti għal kwalunkwe flus dovuti skont il-pretensjoni li fir-rigward tagħha tkun ipprovduta l-protezzjoni.”;
(ii)jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Il-pagament mill-garanti ma għandux ikun soġġett għat-tiftix tad-debitur qabel kollox min-naħa tal-istituzzjoni mutwanti.
Fil-każ ta’ protezzjoni tal-kreditu mhux iffinanzjata li tkopri self ipotekarju residenzjali, ir-rekwiżiti fil-punt (c)(iii) tal-Artikolu 213(1) u fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt għandhom ikunu jridu jiġu ssodisfati fi żmien 24 xahar biss.”;
(b)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Fil-każ ta’ garanziji pprovduti fil-kuntest ta’ skemi ta’ garanzija reċiproka jew ipprovduti minn jew kontrogarantiti mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 214(2), ir-rekwiżiti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fil-punt (c)(iii) tal-Artikolu 213(1) għandhom jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati meta tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)skont l-inadempjenza tad-debitur jew fil-każ li d-debitur oriġinali jonqos milli jagħmel xi pagament dovut, l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li tikseb fil-ħin pagament proviżorju mill-garanti li jissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)il-pagament proviżorju jkun jirrappreżenta stima robusta tal-ammont tat-telf li l-istituzzjoni mutwanti x’aktarx iġġarrab, inkluż telf li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas tal-imgħax u ta’ tipi oħrajn ta’ pagament li l-mutwatarju jkun obbligat li jagħmel;
(ii)il-pagament proviżorju jkun proporzjonali għall-kopertura tal-garanzija;
(b)l-istituzzjoni mutwanti tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-effetti tal-garanzija, li għandhom ikopru wkoll telf li jirriżulta min-nuqqas ta’ pagament tal-imgħax jew ta’ tipi oħrajn ta’ pagamenti li l-mutwatarju jkun obbligat li jagħmel, jiġġustifikaw tali trattament.”;
(107)fl-Artikolu 216, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. B’deroga mill-paragrafu 1, għal skopertura korporattiva koperta permezz ta’ derivat ta’ kreditu, l-avveniment ta’ kreditu msemmi fil-punt (a)(iii) ta’ dak il-paragrafu ma għandux għalfejn jiġi speċifikat fil-kuntratt tad-derivati dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)ikun meħtieġ vot ta’ 100 % sabiex tiġi emendata l-maturità, il-kapital, il-kupun, il-munita jew l-istatus ta’ prijorità tal-iskopertura korporattiva sottostanti;
(b)id-domiċilju legali li fih tkun irregolata l-iskopertura korporattiva jkollu kodiċi ta’ falliment stabbilit sew li jippermetti li kumpanija torganizza mill-ġdid u tirristruttura, u jipprevedi saldu ordnat tal-pretensjonijiet tal-kredituri.
Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) u (b) ma jkunux issodisfati, il-protezzjoni tal-kreditu xorta waħda tista’ tkun eliġibbli soġġetta għal tnaqqis fil-valur kif speċifikat fl-Artikolu 233(2).”;
(108)jitħassar l-Artikolu 217;
(109)l-Artikolu 219 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 219
Netting fuq il-karta tal-bilanċ
Self lil u depożiti mal-istituzzjoni mutwanti soġġetti għal netting fuq il-karta tal-bilanċ għandhom jiġu ttrattati minn dik l-istituzzjoni bħala kollateral fi flus għall-finijiet tal-kalkolu tal-effett tal-protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu għal dawk is-self u d-depożiti tal-istituzzjoni mutwanti soġġetti għal netting fuq il-karta tal-bilanċ.”;
(110)l-Artikolu 220 huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“Użu tal-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting”;
(b)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. L-istituzzjonijiet li jikkalkolaw il-“valur tal-iskopertura aġġustat għalkollox” (E*) għall-iskoperturi soġġetti għal ftehim prinċipali ta’ netting eliġibbli li jkopri tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli jew tranżazzjonijiet oħrajn xprunati mis-swieq kapitali għandhom jikkalkolaw l-aġġustamenti għall-volatilità li jeħtieġu japplikaw billi jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità stabbilit fl-Artikoli minn 223 sa 227 għall-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju.”;
(c)fil-paragrafu 2, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:
“(c) japplika l-valur tal-aġġustament għall-volatilità, jew, fejn rilevanti, l-aġġustament għall-volatilità tal-valur assolut xieraq għal grupp partikolari ta’ titoli jew għal tip partikolari ta’ prodotti, għall-valur assolut tal-pożizzjoni netta pożittiva jew negattiva fit-titoli f’dak il-grupp ta’ titoli, jew għall-prodotti minn dak it-tip ta’ prodotti;”;
(d)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw E* skont il-formula li ġejja:
fejn:
i
= l-indiċi li jiddenota t-titoli, il-prodotti jew il-pożizzjonijiet ta’ flus separati kollha skont il-ftehim, li jew jingħataw b’self, jinbiegħu bi ftehim ta’ riakkwist, jew jiġu ddepożitati mill-istituzzjoni lill-kontroparti;
j
= l-indiċi li jiddenota t-titoli, il-prodotti jew il-pożizzjonijiet ta’ flus separati kollha skont il-ftehim, li jew jittieħdu b’self, jinxtraw bi ftehim ta’ bejgħ mill-ġdid, jew jinżammu mill-istituzzjoni;
k
= l-indiċi li jindika l-muniti separati kollha li fihom jiġi ddenominat kwalunkwe titolu, komodità jew pożizzjoni ta’ flus skont il-ftehim;
= il-valur tal-iskopertura ta’ komodità ta’ titolu partikolari jew ta’ pożizzjoni fi flus i, li jew tingħata b’self, tinbiegħ bi ftehim ta’ riakkwist, jew tiġi ddepożitata mal-kontroparti skont il-ftehim li jkun japplika fin-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kreditu, fejn l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-ammonti ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 jew mal-Kapitolu 3, kif applikabbli;
= il-valur ta’ titolu, ta’ komodità jew ta’ pożizzjoni fi flus j partikolari li jew tittieħed b’self, tinxtara bi ftehim ta’ riakkwist, jew tinżamm mill-istituzzjoni skont il-ftehim;
= il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) f’munita partikolari k għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim kif ikkalkolata f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 2;
= l-aġġustament għall-volatilità tal-kambju għall-munita k;
= l-iskopertura netta tal-ftehim, ikkalkolata kif ġej:
fejn:
l
= l-indiċi li jindika l-gruppi distinti kollha tal-istess titoli u t-tipi distinti kollha tal-istess komoditajiet skont il-ftehim;
= il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) fi grupp partikolari ta’ titoli l, jew f’tip partikolari ta’ komoditajiet l, skont il-ftehim, ikkalkolata f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 2;
= l-aġġustament għall-volatilità xieraq għal grupp partikolari ta’ titoli l, jew għal tip partikolari ta’ komoditajiet l, iddeterminat f’konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 2. Is-sinjal ta’ għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
(a)għandu jkollu sinjal pożittiv fejn il-grupp ta’ titoli l jingħata b’self, jinbiegħ bi ftehim ta’ riakkwist, jew jiġi nnegozjat b’mod simili għal self ta’ titoli jew għal ftehim ta’ riakkwist;
(b)għandu jkollu sinjal negattiv fejn grupp ta’ titoli l jittieħed b’self, jinxtara bi ftehim għall-bejgħ mill-ġdid, jew jiġi nnegozjat b’mod simili għal ftehim ta’ teħid b’self ta’ titoli jew ta’ bejgħ bil-patt ta’ xiri mill-ġdid;
N
= in-numru totali ta’ gruppi distinti tal-istess titoli u ta’ tipi distinti tal-istess komoditajiet skont il-ftehim; għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, dawk il-gruppi u t-tipi li għalihom hija anqas minn ma għandux jingħadd;
= l-iskopertura grossa tal-ftehim, ikkalkolata kif ġej:
.”;
(111)l-Artikolu 221 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafi 1, 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:
“1. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistenni għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli jew għal tranżazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għajr tranżazzjonijiet ta’ derivati koperti minn ftehim prinċipali ta’ netting eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu 6, istituzzjoni tista’ tikkalkola l-valur tal-iskopertura aġġustat għal kollox (E*) tal-ftehim bl-użu tal-approċċ tal-mudelli interni, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.”;
2. Istituzzjoni tista’ tuża l-approċċ tal-mudelli interni meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)l-istituzzjoni tuża dak l-approċċ biss għal skoperturi li għalihom l-ammonti ta’ skopertura ooeżata għar-riskju huma kkalkolati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3;
(b)l-istituzzjoni tingħata l-permess li tuża dak l-approċċ mill-awtoritajiet kompetenti tagħha”;
3. Istituzzjoni li tuża approċċ tal-mudelli interni għandha tagħmel dan għall-kontropartijiet u għat-titoli kollha, bl-eċċezzjoni ta’ portafolli immaterjali li għalihom tista’ tuża l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità stabbilit fl-Artikolu 220”;
(b)jitħassar il-paragrafu 8.
(112)l-Artikolu 223 huwa emendat kif ġej
(a)fil-paragrafu 4, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
“(b) għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivattivi ttrattati skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valuri tal-iskopertura tagħhom billi jużaw CCFs ta’ 100 % minflok l-SA-CCFs jew l-IRB-CCFs previsti fil-paragrafi 8, 8a u 8b tal-Artikolu 166.”;
(b)il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:
“6. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-aġġustamenti għall-volatilità billi jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità msemmi fl-Artikoli minn 224 sa 227.”;
(113)Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 224, it-Tabelli minn 1 sa 4 jinbidlu b’dan li ġej:
“Tabella 1
|
Tabella 1 Skala tal-kwalità tal-kreditu li miegħu hija assoċjata l-valutazzjoni tal-kreditu tat-titolu ta’ dejn
|
Maturità Residwa (m), espressa fi snin
|
Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġin minn entitajiet kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 197(1)
|
Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġin minn entitajiet kif imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 197(1)
|
Aġġustamenti għall-volatilità għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u l-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 197(1)
|
|
|
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ għaxart ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ ħamest ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ għaxart ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ ħamest ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ għaxart ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ ħamest ijiem (%)
|
|
1
|
m ≤ 1
|
0,707
|
0,5
|
0,354
|
1,414
|
1
|
0,707
|
2,828
|
2
|
1,414
|
|
|
1 < m ≤ 3
|
2,828
|
2
|
1,414
|
4,243
|
3
|
2,121
|
11,314
|
8
|
5,657
|
|
|
3 < m ≤ 5
|
2,828
|
2
|
1,414
|
5,657
|
4
|
2,828
|
11,314
|
8
|
5,657
|
|
|
5 < m ≤ 10
|
5,657
|
4
|
2,828
|
8,485
|
6
|
4,243
|
22,627
|
16
|
11,314
|
|
|
m > 10
|
5,657
|
4
|
2,828
|
16,971
|
12
|
8,485
|
22,627
|
16
|
11,314
|
|
2-3
|
m ≤ 1
|
1,414
|
1
|
0,707
|
2,828
|
2
|
1,414
|
5,657
|
4
|
2,828
|
|
|
1 < m ≤ 3
|
4,243
|
3
|
2,121
|
5,657
|
4
|
2,828
|
16,971
|
12
|
8,485
|
|
|
3 < m ≤ 5
|
4,243
|
3
|
2,121
|
8,485
|
6
|
4,243
|
16,971
|
12
|
8,485
|
|
|
5 < m ≤ 10
|
8,485
|
6
|
4,243
|
16,971
|
12
|
8,485
|
33,941
|
24
|
16,971
|
|
|
m > 10
|
8,485
|
6
|
4,243
|
28,284
|
20
|
14,142
|
33,941
|
24
|
16,971
|
|
4
|
kollha
|
21,213
|
15
|
10,607
|
M/A
|
M/A
|
M/A
|
M/A
|
M/A
|
M/A
|
Tabella 2
|
Skala tal-kwalità tal-kreditu li magħha hija assoċjata l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ titolu ta’ dejn b’terminu qasir
|
Maturità Residwa (m), espressa fi snin
|
Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġin minn entitajiet kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 197(1) b’valutazzjonijiet tal-kreditu b’terminu qasir
|
Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġin minn entitajiet kif imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 197(1) b’valutazzjonijiet tal-kreditu b’terminu qasir
|
Aġġustamenti għall-volatilità għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u l-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 197(1) b’valutazzjonijiet tal-kreditu b’terminu qasir
|
|
|
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ għaxart ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ ħamest ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ għaxart ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ ħamest ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ għaxart ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ ħamest ijiem (%)
|
|
1
|
|
0,707
|
0,5
|
0,354
|
1,414
|
1
|
0,707
|
2,828
|
2
|
1,414
|
|
2-3
|
|
1,414
|
1
|
0,707
|
2,828
|
2
|
1,414
|
5,657
|
4
|
2,828
|
Tabella 3
Tipi oħra ta’ kollateral jew ta’ skopertura
|
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ għaxart ijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ ħamest ijiem (%)
|
|
Indiċi Ewlieni tal-Ekwitajiet, Indiċi Ewlieni tal-Bonds Konvertibbli
|
28,284
|
20
|
14,142
|
|
Ewkitajiet jew Bonds Konvertibbli oħrajn ikkwotati f’borża rikonoxxuta
|
42,426
|
30
|
21,213
|
|
Flus kontanti
|
0
|
0
|
0
|
|
Bullions tad-deheb
|
28,284
|
20
|
14,142
|
Tabella 4
Aġġustament għall-volatilità għal diskrepanza fil-muniti (Hfx)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ għaxartijiem (%)
|
perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ ħamest ijiem (%)
|
|
11,314
|
8
|
5,657
|
’;
(114)jitħassar l-Artikolu 225;
(115)l-Artikolu 226 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 226
Żieda fl-aġġustament għall-volatilità tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
L-aġġustamenti għall-volatilità stabbiliti fl-Artikolu 224 huma l-aġġustamenti għall-volatilità li l-istituzzjoni għandha tapplika fejn ikun hemm rivalutazzjoni ta’ kuljum. Fejn ir-rivalutazzjoni ma ssirx kuljum, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustamenti għall-volatilità akbar. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolawhom billi jżidu l-aġġustamenti għall-volatilità tar-rivalutazzjoni ta’ kuljum, billi jużaw il-formula tal-għerq kwadrat taż-żmien li ġejja:
fejn:
H = l-aġġustament għall-volatilità li jrid jiġi applikat;
= l-aġġustament għall-volatilità fejn hemm rivalutazzjoni ta’ kuljum;
= in-numru attwali ta’ jiem ta’ negozju bejn ir-rivalwazzjonijiet;
= il-perjodu ta’ likwidazzjoni tat-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni.”;
(116)fl-Artikolu 227, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità msemmi fl-Artikolu 224 jistgħu, għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist u għal tranżazzjonijiet ta’ għoti jew ta’ teħid b’self ta’ titoli, japplikaw aġġustament għall-volatilità ta’ 0 % minflok l-aġġustamenti għall-volatilità kkalkolati skont l-Artikoli minn 224 sa 226, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (h) tal-paragrafu 2. L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ tal-mudelli interni stabbilit fl-Artikolu 221 ma għandhomx jużaw it-trattament stipulat f’dan l-Artikolu.”;
(117)l-Artikolu 228 huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“Il-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju għall-iskoperturi fl-Approċċ Standardizzat”;
(b)jitħassar il-paragrafu 2;
(118)l-Artikolu 229 huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“Prinċipji ta’ valutazzjoni għal kollateral eliġibbli għajr kollateral finanzjarju”;
(b)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Il-valutazzjoni tal-proprjetà immobbli għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)il-valur għandu jiġi stmat b’mod indipendenti mill-akkwiżizzjoni ipotekarju, mill-ipproċessar tas-self u mill-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni dwar is-self ta’ istituzzjoni minn valwatur indipendenti li jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-esperjenza meħtieġa biex iwettaq valutazzjoni;
(b)il-valur jiġi vvalutat bl-użu ta’ kriterji ta’ valwazzjoni prudenti konservattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)il-valur jeskludi l-aspettattivi fuq iż-żidiet fil-prezzijiet;
(ii)il-valur jiġi aġġustat biex iqis il-potenzjal li l-prezz kurrenti tas-suq ikun ogħla b’mod sinifikanti mill-valur li jkun sostenibbli matul il-ħajja tas-self;
(c)il-valur ma jkunx ogħla minn valur tas-suq għall-proprjetà immobbli fejn jista’ jiġi ddeterminat it-tali valur tas-suq.
Il-valur tal-kollateral għandu jirrifletti r-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 208(3) u jqis kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il-proprjetà immobbli.”;
(119)l-Artikolu 230 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 230
kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija għal skopertura b’FCP eliġibbli skont l-Approċċ IRB
1. Skont l-Approċċ IRB, ħlief għal dawk l-iskoperturi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-LGD effettiv (LGD*) bħala l-LGD għall-finijiet tal-Kapitolu 3 biex jirrikonoxxu l-protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu eliġibbli skont dan il-Kapitolu. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-LGD* kif ġej:
fejn:
E
= il-valur tal-iskopertura qabel ma jitqies l-effett tal-protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu. Għal skopertura ggarantita b’kollateral finanzjarju eliġibbli f’konformità ma’ dan il-Kapitolu, dak l-ammont għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 223(3). Fil-każ ta’ titoli mogħtija b’self jew iddepożitati, dak l-ammont għandu jkun ugwali għall-flus mogħtija b’self jew għat-titoli mogħtija b’self jew iddepożitati. Għal titoli li jingħataw b’self jew jiġu ddepożitati, il-valur tal-iskopertura għandu jiżdied billi jiġi applikat l-aġġustament għall-volatilità (HE) f’konformità mal-Artikoli minn 223 sa 227;
ES
= il-valur kurrenti tal-protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu riċevuta wara l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità applikabbli għal dak it-tip ta’ protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu (HC) u l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità għad-diskrepanzi fil-muniti (Hfx) bejn l-iskopertura u l-protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu, f’konformità mal-paragrafi 2 u 2a. ES għandha tiġi limitata bil-valur li ġej: E·(1+HE);
EU
= E·(1+HE) - ES;
LGDU = l-LGD applikabbli għal skopertura mhux iggarantita kif stabbilit fl-Artikolu 161(1);
LGDS = l-LGD applikabbli għall-iskoperturi ggarantiti mit-tip ta’ FCP eliġibbli użat fit-tranżazzjoni, kif speċifikat fit-Tabella 2aaa tal-paragrafu 2.
2. It-Tabella 2aaa tispeċifika l-valuri tal-LGDs u tal-Hc applikabbli fil-formula stabbilita fil-paragrafu 1.
Tabella 2aaa
|
Tip ta’ FCP
|
LGDS
|
Aġġustament għall-volatilità (Hc)
|
|
kollateral finanzjarju
|
0 %
|
Aġġustament għall-volatilità Hc kif stabbilit fl-Artikoli minn 224 sa 227.
|
|
riċevibbli
|
20 %
|
40 %
|
|
proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali
|
20 %
|
40 %
|
|
Kollateral fiżiku ieħor
|
25 %
|
40 %
|
|
FCP ineliġibbli
|
Mhux applikabbli
|
100 %
|
2a. Meta protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu eliġibbli tkun iddenotata f’munita differenti minn dik tal-iskopertura, l-aġġustament għall-volatilità għad-diskrepanza fil-munita (Hfx) għandu jkun l-istess bħal dak li japplika skont l-Artikoli minn 224 sa 227.
3. Minflok it-trattament stipulat fil-paragrafi 1 u 2, u soġġetti għall-Artikolu 124(7), l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta’ 50 % għall-parti tal-iskopertura li hija, fil-limiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 125(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 126(1) rispettivament, kollateralizzata totalment minn proprjetà residenzjali jew minn proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3 jew 4 tal-Artikolu 199.
4. Sabiex jiġu kkalkolati l-ammonti ta’ skoperturi ppeżata għar-riskju u l-ammonti ta’ telf mistenni għall-iskoperturi tal-IRB li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E* f’konformità mal-Artikolu 220(4) u għandhom jużaw l-LGD għal skoperturi mhux iggarantiti, kif stabbilit fil-punti (a), (aa) u (b) tal-Artikolu 161(1).”;
(120)l-Artikolu 231 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 231
Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistenni fil-każ ta’ aggregazzjonijiet ta’ protezzjonijiet iffinanzjati ta’ kreditu eliġibbli għal skopertura skont l-Approċċ IRB
L-istituzzjonijiet li jkunu kisbu diversi tipi ta’ protezzjonijiet iffinanzjati ta’ kreditu jistgħu, għal skoperturi ttrattati skont l-Approċċ IRB, japplikaw il-formula stabbilita fl-Artikolu 230, b’mod sekwenzjali għal kull tip individwali ta’ kollateral. Għal dak l-għan, dawk l-istituzzjonijiet għandhom, wara kull pass tar-rikonoxximent ta’ tip individwali wieħed ta’ FCP, inaqqsu l-valur li jifdal tal-iskopertura mhux iggarantita (EU) bil-valur aġġustat tal-kollateral (ES) rikonoxxut f’dak il-pass. F’konformità mal-Artikolu 230(1), it-total ta’ ES fit-tipi kollha ta’ protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu għandu jkun limitat għall-valur ta’ E·(1+HE), li jirriżulta fil-formula li ġejja:
fejn:
LGDS,i =
l-LGD applikabbli għall-FCP i, kif speċifikat fl-Artikolu 230(2);
ES,i =
il-valur attwali tal-FCP i riċevut wara l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità applikabbli għat-tip ta’ FCP (Hc) skont l-Artikolu 230(2).”;
(121)fl-Artikolu 232, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 212(1), flus depożitati ma’, jew strumenti assimilati ta’ flus miżmuma minn, istituzzjoni terza f’arranġament mhux ta’ kustodja u mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti, jistgħu jiġu ttrattati bħala garanzija pprovduta mill-istituzzjoni terza.”;
(122)fl-Artikolu 233, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. L-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw l-aġġustamenti għall-volatilità għal kwalunkwe diskrepanza fil-munita fuq perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ġranet ta’ xogħol, jekk jassumu rivalwazzjoni ta’ kuljum, u għandhom jikkalkolaw dawk l-aġġustamenti fuq il-bażi tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità kif stabbilit fl-Artikoli 224. L-istituzzjonijiet għandhom iżidu l-aġġustamenti għall-volatilità f’konformità mal-Artikolu 226.”;
(123)l-Artikolu 235 huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu huwa emendat kif ġej:
“Il-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-approċċ ta’ sostituzzjoni meta l-iskopertura ggarantita tkun skont l-Approċċ Standardizzat”;
(b)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Għall-finijiet tal-Artikolu 113(3), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal skoperturi bi protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li għalihom dawk l-istituzzjonijiet japplikaw l-Approċċ Standardizzat, irrispettivament mit-trattament ta’ skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, f’konformità mal-formula li ġejja:
max{0, E - GA} · r + GA · g
fejn:
E
= il-valur tal-iskopertura kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 111. Għal dak l-għan, il-valur tal-iskopertura ta’ element li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ u li huwa mniżżel fl-Anness I għandu jkun ta’ 100 % tal-valur tiegħu u mhux il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 111(1);
GA =
l-ammont ta’ protezzjoni tar-riskju tal-kreditu kif ikkalkolat fl-Artikolu 233(3) (G*) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5;
r =
il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għad-debitur kif speċifikat fil-Kapitolu 2;
g =
il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2.”
(c)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. L-istituzzjonijiet jistgħu jestendu t-trattament preferenzjali stabbilit fil-paragrafi 4 u 7 tal-Artikolu 114, għal skoperturi jew għal partijiet minn skoperturi ggarantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali daqslikieku dawk l-iskoperturi kienu skoperturi diretti għall-gvern ċentrali jew għall-bank ċentrali, dment li l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 4 jew 7 tal-Artikolu 114, kif applikabbli, jiġu ssodisfati għal tali skoperturi diretti.”;
(124)jiddaħħal l-Artikolu 235a li ġej:
“Artikolu 235a
Kalkolu tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistenni skont l-approċċ ta’ sostituzzjoni meta l-iskopertura ggarantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB u skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ Standardizzat
1. Għal skoperturi bi protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li għalihom istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB imsemmi fil-Kapitolu 3 u fejn skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ Standardizzat, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati għar-riskju f’konformità mal-formula li ġejja:
max{0, E - GA} · r + GA · g
fejn:
E
= il-valur tal-iskopertura ddeterminat f’konformità mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 3. Għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura għal elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivati ttrattati skont l-Approċċ IRB bl-użu ta’ CCFs ta’ 100 % minflok l-SA-CCFs jew l-IRB-CCFs previsti fil-paragrafi 8, 8a u 8b tal-Artikolu 166;
GA
= l-ammont ta’ protezzjoni tar-riskju tal-kreditu kif ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 233(3) (G*) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu 3;
r
= il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għad-debitur kif speċifikat fil-Kapitolu 3;
g
= il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2.
2. Meta l-ammont protett (GA) ikun anqas mill-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-formula speċifikata fil-paragrafu 1 biss meta l-partijiet protetti u mhux protetti tal-iskopertura jkollhom prijorità ugwali.
3. L-istituzzjonijiet jistgħu jestendu t-trattament preferenzjali stabbilit fil-paragrafi 4 u 7 tal-Artikolu 114, għal skoperturi jew għal partijiet minn skoperturi ggarantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali daqslikieku dawk l-iskoperturi kienu skoperturi diretti għall-gvern ċentrali jew għall-bank ċentrali, dment li l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 4 jew 7 tal-Artikolu 114, kif applikabbli, jiġu ssodisfati għal tali skoperturi diretti.
4. L-ammont ta’ telf mistenni għall-porzjon kopert tal-valur tal-iskopertura għandu jkun żero.
5. Għal kwalunkwe porzjon mhux kopert tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjoni għandha tuża l-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali jew speċifiku għar-riskju ta’ kreditu jew kwalunkwe aġġustament addizzjonali fil-valur f’konformità mal-Artikolu 34 b’rabta man-negozju fil-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni jew tnaqqis ieħor ta’ fondi proprji b’rabta mal-iskopertura, għall-porzjon mhux kopert tal-valur tal-iskopertura.”;
(125)l-Artikolu 236 huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“Kalkolu tal-ammonti ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni skont l-approċċ ta’ sostituzzjoni meta l-iskopertura ggarantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB”;
(b)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Għal skopertura bi protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB imsemmi fil-Kapitolu 3, iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji tagħha ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD), u meta skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-porzjon kopert tal-iskopertura bħala l-aktar baxx bejn il-valur tal-iskopertura E u l-valur aġġustat tal-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu GA;”
(c)jiddaħħlu l-paragrafi minn 1a sa 1d li ġejjin:
“1a. Istituzzjoni li tapplika għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, l-Approċċ IRB bl-użu tal-istimi proprji tal-PD għandha tikkalkola l-ammont ta’ skopertura ppeżata għar-riskju u l-ammont ta’ telf mistenni għall-porzjon kopert tal-valur tal-iskopertura billi tuża l-PD tal-fornitur tal-protezzjoni u l-LGD Applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 161(1), f’konformità mal-paragrafu 1b. Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-porzjon kopert tal-valur tal-iskopertura huwa l-LGD assoċjat ma’ pretensjonijiet prijoritarji u li jista’ jammonta għal kwalunkwe kollateralizzazzjoni tal-iskopertura sottostanti f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.
1b. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-porzjon kopert tal-iskopertura sottostanti billi jużaw il-PD, l-LGD speċifikat fil-paragrafu 1a, u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità M relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 162.
1c. L-istituzzjonijiet li japplikaw għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni l-Approċċ IRB billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5), għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-porzjon kopert tal-iskopertura li jikkorrispondu għal dawk previsti fl-Artikoli 153(5) u 158(6).
1d. Minkejja l-paragrafu 1c, l-istituzzjonijiet li japplikaw għal skoperturi ggarantiti l-Approċċ IRB billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5) għandhom jikkalkolaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-porzjon kopert tal-iskopertura billi jużaw il-PD, l-LGD applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 161(1), f’konformità mal-paragrafu 1b, u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità M relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 162. Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-porzjon kopert tal-valur tal-iskopertura huwa l-LGD assoċjat ma’ pretensjonijiet prijoritarji u li jista’ jammonta għal kwalunkwe kollateralizzazzjoni tal-iskopertura sottostanti f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.”;
(d)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Għal kwalunkwe porzjon mhux kopert tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali u speċifiku għar-riskju ta’ kreditu, aġġustament tal-valur addizzjonali relatat man-negozju fil-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 34 u tnaqqis ieħor fil-fondi proprji relatat mal-iskopertura għajr it-tnaqqis magħmul f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), għall-porzjon mhux kopert tal-valur tal-iskopertura.”;
(126)jiddaħħal l-Artikolu 236a li ġej:
“Artikolu 236a
Kalkolu tal-ammonti ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni skont l-approċċ ta’ sostituzzjoni meta l-iskopertura ggarantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB bl-użu tal-istimi proprji tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD) u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB
1. Għal skopertura bi protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB imsemmi fil-Kapitolu 3, billi tuża l-istimi proprji tagħha ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD), u meta skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ IRB imsemmi fil-Kapitolu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-porzjon kopert tal-iskopertura bħala l-aktar baxx bejn il-valur tal-iskopertura E u l-valur aġġustat tal-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu GA. L-ammont ta’ skopertura ppeżata għar-riskju u l-ammont ta’ telf mistenni għall-porzjon kopert tal-valur tal-iskopertura għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-PD, tal-LGD u tal-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandha tintuża l-maturità M relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 162.
2. L-istituzzjoni li tapplika l-Approċċ IRB imsemmi fil-Kapitolu 3 iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji tagħha ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD) għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, għandha tiddetermina l-LGD f’konformità mal-Artikolu 161. Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-porzjon kopert tal-valur tal-iskopertura huwa l-LGD assoċjat ma’ pretensjonijiet prijoritarji u li jista’ jammonta għal kwalunkwe kollateralizzazzjoni tal-iskopertura sottostanti f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.
3. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB imsemmi fil-Kapitolu 3 billi jużaw l-istimi proprji tal-LGD tagħhom għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, għandhom jikkalkolaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-porzjon kopert tal-iskopertura sottostanti billi jużaw l-PD, l-LGD u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal tali skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u għandhom jużaw il-maturità M relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkolata, fejn applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 162.
4. Istituzzjoni li tapplika għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni l-Approċċ IRB billi tuża l-metodu previst fl-Artikolu 153(5), għandha tapplika l-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-porzjon kopert tal-iskopertura li jikkorrispondu għal dawk previsti fl-Artikoli 153(5) u 158(6).
5. Għal kwalunkwe porzjon mhux kopert tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali u speċifiku għar-riskju ta’ kreditu, aġġustament tal-valur addizzjonali relatat man-negozju fil-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 34 u tnaqqis ieħor fil-fondi proprji relatat mal-iskopertura għajr it-tnaqqis magħmul f’konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), għall-porzjon mhux kopert tal-valur tal-iskopertura.”;
(127)fil-Parti Tlieta, titħassar it-Taqsima 6 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II;
(128)fl-Artikolu 273(3), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
“(b)
f’konformità mal-Artikolu 183, fejn ikun ingħata permess f’konformità mal-Artikolu 143.”
(129)l-Artikolu 273b huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 273b
Nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta’ derivati u l-approċċ simplifikat għall-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA”;
(b)fil-paragrafu 2, il-formulazzjoni introduttorja tinbidel b’din li ġejja:
“L-istituzzjonijiet għandhom jieqfu jikkalkolaw il-valuri tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet ta’ derivati tagħhom f’konformità mat-Taqsima 4 jew 5 u jieqfu jikkalkolaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA f’konformità mal-Artikolu 385, kif applikabbli, fi żmien tliet xhur minn meta sseħħ sitwazzjoni minn dawn li ġejjin:”;
(c)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3.
L-istituzzjonijiet li jkunu waqfu jikkalkolaw il-valuri tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet ta’ derivati tagħhom f’konformità mat-Taqsima 4 jew 5 u waqfu jikkalkolaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA f’konformità mal-Artikolu 385, kif ikun applikabbli, għandhom jitħallew jerġgħu jibdew jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet ta’ derivati tagħhom biss kif stabbilit fit-Taqsima 4 jew 5 u r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA f’konformità mal-Artikolu 385 meta juru lill-awtorità kompetenti li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 tal-Artikolu 273a jkunu ġew issodisfati għal perjodu mhux interrott ta’ sena.”;
(130)l-Artikolu 274 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Meta japplikaw ftehimiet dwar il-marġni multipli għall-istess sett ta’ netting, jew l-istess sett ta’ netting jinkludi kemm tranżazzjonijiet soġġetti għal ftehim dwar il-marġni kif ukoll tranżazzjonijiet mhux soġġetti għal ftehim dwar il-marġni, istituzzjoni għandha tikkalkola l-valur tal-iskopertura tagħha kif ġej:
(a)l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi s-settijiet ta’ subnetting ipotetiku kkonċernati, magħmula minn tranżazzjonijiet inklużi fis-sett ta’ netting, kif ġej:
(i)it-tranżazzjonijiet kollha soġġetti għal ftehim dwar il-marġni u għall-istess perjodu ta’ riskju ta’ marġni kif iddeterminat f’konformità mal-paragrafi minn 2 sa 5 tal-Artikolu 285 għandhom jiġu allokati għall-istess sett ta’ subnetting;
(ii)it-tranżazzjonijiet kollha mhux soġġetti għal ftehim dwar il-marġni għandhom jiġu allokati għall-istess sett ta’ subnetting, distint mis-settijiet ta’ subnetting stabbiliti f’konformità mal-punt (i).
(b)l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-ispiża tas-sostituzzjoni tas-sett ta’ netting imsemmi fis-sentenza introduttorja ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 275(2) billi tqis it-tranżazzjonijiet kollha fis-sett ta’ netting, soġġetti għal ftehim dwar il-marġni jew le, u tapplika dan kollu li ġej:
(i)CMV għandu jiġi kkalkolat għat-tranżazzjonijiet kollha f'sett tan-netting gross minn kwalunkwe kollateral miżmum jew ippreżentat meta l-valuri tas-suq pożittivi u negattivi jiġu kkalkolati b’mod nett sabiex jinħadem is-CMV;
(ii)NICA, VM, TH, u MTA, fejn applikabbli, għandha tiġi kkalkolata separatament bħala s-somma tal-inputs kollha applikabbli għal kull ftehim dwar il-marġni individwali tas-sett ta’ netting.
(c)l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-iskopertura futura potenzjali tas-sett ta’ netting imsemmi fl-Artikolu 278 billi tapplika dan kollu li ġej:
(i)il-moltiplikatur imsemmi fl-Artikolu 278(1) għandu jkun ibbażat fuq l-inputs CMV, NICA u VM, kif applikabbli, f’konformità mal-punt (b) ta’ dan il-paragrafu;
(ii) għandha tiġi kkalkolata f’konformità mal-Artikolu 278, separatament għal kull sett ipotetiku ta’ subnetting imsemmi fil-punt (a)”;
(b)fil-paragrafu 6, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu għażla diġitali vanilla li l-eżerċitar tagħha jkun daqs K bil-kombinazzjoni tal-collar rilevanti ta’ żewġ drittijiet ta’ xiri u put vanilla mibjugħin u mixtrijin li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)iż-żewġ drittijiet tal-kombinazzjoni tal-collar għandu jkollhom:
(i)l-istess data ta’ skadenza u l-istess prezz spot jew forward tal-istrument sottostanti bħad-dritt diġitali vanilla;
(ii)eżerċitar ugwali għal 0,95∙K u 1,05∙K rispettivament;
(b)il-kombinazzjoni tal-collar tirreplika eżattament il-gwadann tad-dritt diġitali vanilla li jirriżulta barra mill-medda bejn l-ewwel u t-tieni eżerċitar imsemmijin fil-punt (a);
Il-pożizzjoni tar-riskju taż-żewġ drittijiet tal-kombinazzjoni tal-collar għandha tiġi kkalkolata separatament f’konformità mal-Artikolu 279.”;
(131)fil-Parti Tlieta, it-Titolu III jinbidel b’dan li ġej:
“TITOLU III
REKWIŻITI TA’ FONDI PROPRJI GĦAR-RISKJU OPERATTIV
L-Artikolu 311a
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)“avveniment ta’ riskju operattiv” tfisser kwalunkwe avveniment marbut ma’ riskju operattiv li jiġġenera telf jew telf multiplu, fi żmien sena finanzjarja waħda jew aktar;
(b)“telf gross aggregat” tfisser is-somma tat-telf gross kollu marbut mal-istess avveniment ta’ riskju operattiv fuq sena finanzjarja waħda jew aktar;
(c)“telf nett aggregat” tfisser is-somma tat-telf nett kollu marbut mal-istess avveniment ta’ riskju operattiv fuq sena finanzjarja waħda jew aktar.
KAPITOLU 1
Kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv
Artikolu 312
Rekwiżit ta’ fondi proprji
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv għandu jkun il-komponent tal-indikatur tan-negozju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 313.
Artikolu 313
Komponent tal-indikatur tan-negozju
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-komponent tal-indikatur tan-negozju tagħhom f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
BIC
=
il-komponent tal-indikatur tan-negozju;
BI
=
l-indikatur tan-negozju, espress f’biljuni ta’ euro, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 314.
Artikolu 314
Indikatur tan-negozju
1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-indikatur tan-negozju tagħhom f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
BI
=
l-indikatur tan-negozju, espress f’biljuni ta’ euro;
ILDC
=
il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi, espress f’biljuni ta’ euro u kkalkolati f’konformità mal-paragrafu 2;
SC
=
il-komponent tas-servizzi, espress f’biljuni ta’ euro u kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 3;
FC
=
il-komponent finanzjarju, espress f’biljuni ta’ euro u kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 4.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-imgħax, il-kiri u l-komponent tad-dividendi għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
ILDC
=
il-komponent tal-imgħax, tal-kiri u tad-dividendi;
IC
=
il-komponent tal-imgħax, li huwa l-introjtu mill-imgħax tal-istituzzjoni mill-assi finanzjarji kollha u minn introjtu ieħor mill-imgħax, inkluż introjtu finanzjarju minn kiri finanzjarju u operattiv u profitti minn assi mikrija, nieqes l-ispejjeż tal-imgħax tal-istituzzjoni mill-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha u spejjeż oħrajn tal-imgħax, inklużi l-ispiża tal-imgħax minn kiri finanzjarju u operattiv, id-deprezzament u l-indeboliment ta’, u t-telf minn, assi mikrija operattivi, ikkalkolati bħala l-medja annwali tal-valuri assoluti tad-differenza matul it-tliet snin finanzjarji preċedenti;
AC
=
il-komponent tal-assi, li huwa s-somma tas-self pendenti gross totali tal-istituzzjoni, tal-avvanzi, tat-titoli li jġorru l-imgħax, inklużi bonds tal-gvern, u assi ta’ kiri, ikkalkolata bħala l-medja annwali fuq it-tliet snin finanzjarji preċedenti fuq il-bażi tal-ammonti fi tmiem kull waħda mis-snin finanzjarji rispettivi;
DC
=
il-komponent tad-dividendi, li huwa l-introjtu mid-dividendi tal-istituzzjoni minn investimenti fi stokks u f’fondi mhux konsolidati fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni, inkluż l-introjtu mid-dividendi minn sussidjarji mhux konsolidati, minn kumpaniji assoċjati u minn impriżi konġunti, ikkalkolat bħala l-medja annwali fuq it-tliet snin finanzjarji preċedenti.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-komponent tas-servizzi għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
SC
=
il-komponent tas-servizzi;
OI
=
l-introjtu operatorju l-ieħor, li huwa l-medja annwali matul it-tliet snin finanzjarji preċedenti tal-introjtu tal-istituzzjoni minn operazzjonijiet bankarji ordinarji mhux inklużi f’elementi oħrajn tal-indikatur tan-negozju iżda ta’ natura simili;
OE
=
l-ispejjeż l-oħrajn tal-operat, li huma l-medja annwali matul it-tliet snin finanzjarji preċedenti tal-ispejjeż u tat-telf tal-istituzzjoni minn operazzjonijiet bankarji ordinarji mhux inklużi f’elementi oħrajn tal-indikatur tan-negozju iżda ta’ natura simili, u minn avvenimenti ta’ riskju operattiv;
FI
=
il-komponent tal-introjtu mit-tariffi u mill-kummissjoni, li huwa l-medja annwali matul it-tliet snin finanzjarji preċedenti tal-introjtu tal-istituzzjoni riċevut mill-għoti ta’ pariri u ta’ servizzi, inkluż l-introjtu riċevut mill-istituzzjoni bħala esternalizzatur tas-servizzi finanzjarji;
FE
=
il-komponent tal-ispejjeż tat-tariffi u tal-kummissjoni, li huwa l-medja annwali matul it-tliet snin finanzjarji preċedenti tal-ispejjeż tal-istituzzjoni mħallsa biex tirċievi pariri u servizzi, inklużi t-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin mill-istituzzjoni għall-provvista ta’ servizzi finanzjarji, iżda esklużi t-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin għall-provvista ta’ servizzi mhux finanzjarji.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-komponent finanzjarju għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
FC
=
il-komponent finanzjarju;
TC
=
il-komponent tal-portafoll tan-negozjar, li huwa l-medja annwali tal-valuri assoluti matul it-tliet snin finanzjarji preċedenti tal-profitt jew telf nett, kif applikabbli, fuq il-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni, inkluż fuq l-assi tan-negozjar u fuq l-obbligazzjonijiet tan-negozjar, mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, u mid-differenzi tal-kambju;
BC
=
il-komponent tal-portafoll bankarju, li huwa l-medja annwali tal-valuri assoluti matul it-tliet snin finanzjarji preċedenti tal-profitt jew telf nett, kif applikabbli, fuq il-portafoll bankarju tal-istituzzjoni, inkluż fuq l-assi u fuq l-obbligazzjonijiet finanzjarji mkejlin fuq il-bażi tal-valur ġust permezz ta’ profitt u telf, mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, minn differenzi tal-kambju, u l-qligħ u t-telf realizzat fuq l-assi u fuq l-obbligazzjonijiet finanzjarji mhux imkejlin fuq il-bażi tal-valur ġust permezz ta’ profitt u telf.
5. L-istituzzjonijiet ma għandhom jużaw l-ebda wieħed mill-elementi li ġejjin fil-kalkolu tal-indikatur tan-negozju tagħhom:
(a)introjtu u spejjeż minn negozji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
(b)primjums imħallsin u pagamenti riċevuti minn poloz tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni mixtrija;
(c)l-ispejjeż amministrattivi, inklużi l-ispejjeż tal-persunal, it-tariffi tal-esternalizzazzjoni mħallsin għall-provvista ta’ servizzi mhux finanzjarji, u spejjeż amministrattivi oħrajn;
(d)l-irkupru tal-ispejjeż amministrattivi inkluż l-irkupru tal-pagamenti f’isem il-klijenti;
(e)l-ispejjeż tal-bini u tal-assi fissi, ħlief meta dawk l-ispejjeż jirriżultaw minn avvenimenti ta’ telf operattiv;
(f)id-deprezzament tal-assi tanġibbli u tal-amortizzament tal-assi intanġibbli, ħlief id-deprezzament relatat mal-assi tal-kiri operattiv, li għandu jiġi inkluż fl-ispejjeż tal-kiri finanzjarju u operattiv;
(g)provvedimenti u treġġigħ lura ta’ provvedimenti, ħlief meta dawk id-dispożizzjonijiet ikunu relatati ma’ avvenimenti ta’ telf operattiv;
(h)spejjeż dovuti għal kapital azzjonarju ripagabbli fuq talba;
(i)indeboliment u treġġigħ lura tal-indeboliment;
(j)bidliet fl-avvjament negattiv rikonoxxut fil-profitt jew telf;
(k)taxxa korporattiva.
6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dawn li ġejjin:
(a)il-komponenti tal-indikatur tan-negozju billi tiġi żviluppata lista ta’ subelementi tipiċi, filwaqt li jitqiesu l-istandards regolatorji internazzjonali;
(b)l-elementi elenkati fil-paragrafu 5.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-elementi tal-indikatur tan-negozju billi tidentifika dawk l-elementi maċ-ċelloli ta’ rapportar ikkonċernati stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451*5.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 315
Aġġustamenti għall-indikatur tan-negozju
1. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu elementi tal-indikatur tan-negozju ta’ entitajiet jew attivitajiet fużi jew akkwiżiti fil-kalkolu tal-indikatur tan-negozju tagħhom miż-żmien tal-fużjoni jew tal-akkwiżizzjoni, kif ikun applikabbli, u għandhom ikopru t-tliet snin finanzjarji preċedenti.
2. L-istituzzjonijiet jistgħu jitolbu permess mill-awtorità kompetenti sabiex jeskludu l-elementi tal-indikatur tan-negozju relatati ma’ entitajiet jew ma’ attivitajiet disposti mill-kalkolu tal-indikatur tan-negozju tagħhom.
3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dawn li ġejjin:
(a)kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-aġġustamenti għall-indikatur tan-negozju msemmi fil-paragrafi 1 u 2;
(b)il-kundizzjonijiet li skont dawn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess imsemmi fil-paragrafu 2;
(c)it-twaqqit tal-aġġustamenti msemmijin fil-paragrafu 2.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
KAPITOLU 2
Ġbir u governanza tad-data
Artikolu 316
Kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operattiv
1. L-istituzzjonijiet b’indikatur tan-negozju ugwali għal jew ogħla minn EUR 750 miljun għandhom jikkalkolaw it-telf annwali mir-riskju operattiv bħala s-somma tat-telf nett kollu fuq sena finanzjarja partikolari, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 318(1), li huwa daqs jew jaqbeż il-limiti tad-data dwar it-telf stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2, rispettivament, tal-Artikolu 319.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżit li jiġi kkalkolat telf annwali mir-riskju operattiv lill-istituzzjonijiet b’indikatur tan-negozju li ma jaqbiżx il-EUR 1 biljun, dment li l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li jkun ta’ piż bla bżonn għall-istituzzjoni li tapplika l-ewwel subparagrafu.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-indikatur tan-negozju rilevanti għandu jkun l-ogħla valur tal-indikatur tan-negozju li l-istituzzjoni tkun irrapportat fl-aħħar tmien dati ta’ referenza tar-rapportar. Istituzzjoni li tkun għadha ma rrapportatx l-indikatur tan-negozju tagħha għandha tuża l-aktar indikatur tan-negozju riċenti tagħha.
3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjoni ta’ “piż bla bżonn” għall-finijiet tal-ewwel paragrafu.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 317
Sett ta’ data dwar it-telf
1. L-istituzzjonijiet li jikkalkolaw it-telf annwali mir-riskju operattiv f’konformità mal-Artikolu 316(1) għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi biex jinformaw u jżommu aġġornat fuq bażi kontinwa sett ta’ data dwar it-telf li jiġbor għal kull avveniment ta’ riskju operattiv irreġistrat l-ammonti ta’ telf gross, l-irkupri mhux tal-assigurazzjoni, l-irkupri tal-assigurazzjoni, id-data ta’ referenza u t-telf raggruppat, inklużi dawk minn avvenimenti ta’ kondotta ħażina.
2. Is-sett ta’ data dwar it-telf tal-istituzzjoni għandu jkopri l-avvenimenti kollha ta’ riskju operattiv li jirriżultaw mill-entitajiet kollha li huma parti mill-ambitu tal-konsolidazzjonijiet skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
3. Għall-fini tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom:
(a)jinkludu fis-sett tad-data dwar it-telf kull avveniment ta’ riskju operattiv rreġistrat matul sena finanzjarja waħda jew aktar;
(b)jużaw data mhux aktar tard mid-data tal-kontabilità għall-inklużjoni ta’ telf relatat ma’ avvenimenti ta’ riskju operattiv fis-sett ta’ data dwar it-telf;
(c)jallokaw it-telf u l-irkupri relatati ddepożitati fil-kontijiet fuq diversi snin għas-snin finanzjarji korrispondenti tas-sett ta’ data dwar it-telf, f’konformità mat-trattament kontabilistiku tagħhom.
4. L-istituzzjonijiet għandhom jiġbru wkoll:
(a)informazzjoni dwar id-dati ta’ referenza tal-avvenimenti ta’ riskju operattiv, inklużi:
(i)id-data meta seħħ jew beda l-avveniment ta’ riskju operattiv (“data tal-okkorrenza”), fejn disponibbli;
(ii)id-data li fiha l-istituzzjoni saret taf bl-avveniment ta’ riskju operattiv (“data ta’ skoperta”);
(iii)id-data jew id-dati li fihom avveniment ta’ riskju operattiv jirriżulta f’telf, jew ir-riżerva jew il-provvediment kontra telf, rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni (“data tal-kontabilità”);
(b)informazzjoni dwar kwalunkwe rkupru ta’ ammonti ta’ telf gross kif ukoll informazzjoni deskrittiva dwar il-fatturi jew il-kawżi tal-avvenimenti ta’ telf.
Il-livell ta’ dettall ta’ kwalunkwe informazzjoni deskrittiva għandu jkun proporzjonat mad-daqs tal-ammont ta’ telf gross.
5. Istituzzjoni ma għandhiex tinkludi fis-sett ta’ data dwar it-telf avvenimenti ta’ riskju operattiv relatati mar-riskju ta’ kreditu li jitqiesu fl-ammont ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju għar-riskju ta’ kreditu. L-avvenimenti tar-riskju operattiv li jirrigwardjaw ir-riskju ta’ kreditu iżda li ma jiġux ikkunsidrati fl-ammont tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju għar-riskju ta’ kreditu għandhom jiġu inklużi fis-sett ta’ data dwar it-telf.
6. L-avvenimenti ta’ riskju operattiv relatati mar-riskju tas-suq għandhom jiġu ttrattati bħala riskju operattiv u jiġu inklużi fis-sett ta’ data dwar it-telf.
7. Istituzzjoni għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tkun tista’ tidentifika d-data storika interna tagħha dwar it-telf għat-tip ta’ avvenimenti.
8. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw is-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tal-infrastruttura tal-IT neċessarji biex jinżamm u jiġi aġġornat is-sett ta’ data dwar it-telf billi jikkonfermaw dan kollu li ġej:
(a)li s-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tal-istituzzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu jkunu solidi u reżiljenti u li s-solidità u r-reżiljenza jkunu jistgħu jiġu mantnuti fuq bażi kontinwa;
(b)li l-infrastruttura tal-IT tal-istituzzjoni implimentata għall-fini ta’ dan l-Artikolu tkun soġġetta għall-proċessi ta’ mmaniġġjar tal-konfigurazzjoni, ta’ mmaniġġjar tat-tibdiliet u ta’ mmaniġġjar tal-ħarġiet;
(c)meta l-istituzzjoni testernalizza partijiet mill-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-IT implimentata għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, li s-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tal-infrastruttura tal-IT ikunu żgurati billi jikkonfermaw tal-anqas dan li ġej:
(i)li s-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tal-istituzzjoni għall-fini ta’ dan l-Artikolu jkunu solidi u reżiljenti u li dawk il-karatteristiċi jkunu jistgħu jiġu mantnuti fuq bażi kontinwa;
(ii)li l-proċess għall-ippjanar, għall-ħolqien, għall-ittestjar u għall-varar tal-infrastruttura tal-IT għall-fini ta’ dan l-Artikolu jkun solidu u xieraq b’referenza għall-immaniġġjar tal-proġett, għall-immaniġġjar tar-riskju, u għall-governanza, għall-inġinerija, għall-assigurazzjoni tal-kwalità u għall-ippjanar tat-testijiet, għall-immudellar u għall-iżvilupp tas-sistemi, għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-attivitajiet kollha, inklużi r-rieżamijiet tal-kodiċi u, fejn xieraq, fil-verifika tal-kodiċi, u fl-ittestjar, inkluż fl-aċċettazzjoni tal-utenti;
(iii)li l-infrastruttura tal-IT tal-istituzzjoni għall-fini ta’ dan l-Artikolu tkun soġġetta għall-proċessi ta’ mmaniġġjar tal-konfigurazzjoni, ta’ mmaniġġjar tat-tibdiliet u ta’ mmaniġġjar tal-ħarġiet;
(iv)li l-proċess għall-ippjanar, għall-ħolqien, għall-ittestjar, u għall-varar tal-infrastruttura tal-IT u tal-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu jkun approvat mill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew mill-maniġment superjuri u li l-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri jiġu informati perjodikament dwar il-prestazzjoni tal-infrastruttura tal-IT għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
9. Għall-finijiet tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu tassonomija tar-riskju fuq ir-riskju operattiv u metodoloġija biex tikklassifika, fuq il-bażi ta’ dik it-tassonomija tar-riskju fuq ir-riskju operattiv, l-avvenimenti ta’ telf inklużi fis-sett ta’ data dwar it-telf.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
10. Għall-finijiet tal-paragrafu 7, l-ABE għandha tiżviluppa linji gwida li jispjegaw l-elementi tekniċi neċessarji sabiex tiżgura s-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza biex jinżamm is-sett ta’ data dwar it-telf, b’enfasi partikolari fuq is-sistemi u fuq l-infrastrutturi tal-IT.
Dawk il-linji gwida għandhom jinħarġu f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 318
Kalkolu tat-telf nett u tat-telf gross
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 316(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw għal kull avveniment ta’ riskju operattiv telf nett kif ġej:
Telf nett = telf gross – irkupru
fejn:
telf gross = telf marbut ma’ avveniment ta’ riskju operattiv qabel l-irkupri ta’ kwalunkwe tip;
irkupru = avveniment indipendenti wieħed jew aktar, relatat mal-avveniment tar-riskju operattiv oriġinali, separat fiż-żmien, li fih jiġu riċevuti fondi jew influssi ta’ benefiċċji ekonomiċi minn terza persuna.
L-istituzzjonijiet għandhom iżommu fuq bażi kontinwa kalkolu aġġornat tat-telf nett għal kull avveniment speċifiku ta’ riskju operattiv. Għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-kalkolu tat-telf nett fuq il-bażi tal-varjazzjonijiet osservati jew stmati tat-telf gross u l-irkupru għal kull waħda mill-aħħar 10 snin finanzjarji. Meta t-telf, marbut mal-istess avveniment ta’ riskju operattiv, jiġi osservat matul snin finanzjarji multipli f’dak il-perjodu ta’ żmien ta’ 10 snin, l-istituzzjoni għandha tikkalkola u żżomm aġġornat:
(a)it-telf nett, it-telf gross u l-irkupru għal kull waħda mis-snin finanzjarji tal-perjodu ta’ żmien ta’ 10 snin fejn dawk it-telf nett, it-telf gross u l-irkupru ġew irreġistrati;
(b)it-telf nett aggregat, it-telf gross aggregat u l-irkupru aggregat tas-snin finanzjarji rilevanti kollha tal-perjodu ta’ żmien ta’ 10 snin.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-komputazzjoni tat-telf gross:
(a)imposti diretti, inklużi indebolimenti, saldi, ammonti mħallsa biex jagħmlu tajjeb għad-danni, penali, imgħax f’arretrati u tariffi legali għar-rapporti tal-introjtu tal-istituzzjoni u tniżżil fil-valur minħabba l-avveniment ta’ riskju operattiv, inkluż:
(i)meta l-avveniment ta’ riskju operattiv jkun relatat mar-riskju tas-suq, l-ispejjeż għat-treġġigħ lura ta’ stralċ tal-pożizzjonijiet tas-suq fl-ammont ta’ telf irkuprat tal-elementi tar-riskju operattiv;
(ii)meta l-pagamenti jkunu relatati ma’ nuqqasijiet jew ma’ proċessi inadegwati tal-istituzzjoni, penali, imposti tal-imgħax, imposti fuq ħlas tard, u tariffi legali, u, bl-esklużjoni tal-ammont tat-taxxa oriġinarjament dovut, it-taxxa;
(b)l-ispejjeż imġarrba bħala konsegwenza tal-avveniment tar-riskju operattiv, inklużi l-ispejjeż esterni b’rabta diretta mal-avveniment ta’ riskju operattiv u l-ispejjeż tat-tiswija jew tas-sostituzzjoni, imġarrba biex tiġi rrestawrata l-pożizzjoni li kienet prevalenti qabel ma seħħ l-avveniment ta’ riskju operattiv;
(c)provvedimenti jew riżervi mniżżla fir-rapporti tal-introjtu kontra l-impatt potenzjali tat-telf operattiv, inklużi dawk minn avvenimenti ta’ mġiba ħażina;
(d)telf li jirriżulta minn avvenimenti ta’ riskju operattiv b’impatt finanzjarju definittiv li huma temporanjament iddepożitati f’kontijiet tranżitorji jew sospiżi u li jkunu għadhom ma humiex riflessi fir-rapporti tal-introjtu (“telf pendenti”);
(e)impatti ekonomiċi negattivi ddepożitati f’sena finanzjarja u li huma dovuti għal avvenimenti ta’ riskju operattiv li jħallu impatt fuq il-flussi ta’ flus jew fuq ir-rapporti finanzjarji tas-snin finanzjarji preċedenti (“telf tat-twaqqit”).
Għall-finijiet tal-punt (d), it-telf pendenti materjali għandu jiġi inkluż fis-sett ta’ data dwar it-telf f’perjodu ta’ żmien proporzjonat mad-daqs u mal-età tal-element pendenti.
Għall-finijiet tal-punt (e), l-istituzzjoni għandha tinkludi fis-sett ta’ data dwar it-telf, it-telf tat-twaqqit materjali meta dak it-telf ikun dovut għal avvenimenti ta’ riskju operattiv li jkopru aktar minn sena finanzjarja waħda u li jwasslu għal riskju legali. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fl-ammont ta’ telf irreġistrat tal-element tar-riskju operattiv ta’ telf ta’ sena finanzjarja li huwa dovut għall-korrezzjoni ta’ żbalji tat-tidħil fil-kotba li jkunu seħħew f’sena finanzjarja preċedenti, anki meta dak it-telf ma jkunx jaffettwa lil terzi persuni direttament. Meta jkun hemm telf materjali ta’ twaqqit u l-avveniment ta’ riskju operattiv ikun jaffettwa lil terzi persuni direttament, inklużi lil klijenti, lil fornituri u lil impjegati tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni għandha tinkludi wkoll id-dikjarazzjoni mill-ġdid uffiċjali ta’ rapporti finanzjarji maħruġa qabel.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni tat-telf gross:
(a)l-ispejjeż ta’ kuntratti tal-manutenzjoni ġenerali fuq proprjetà, fuq impjant jew fuq tagħmir;
(b)in-nefqiet interni jew esterni biex jissaħħaħ in-negozju wara telf mir-riskju operattiv, inklużi aġġornamenti, titjib, inizjattivi tal-valutazzjoni tar-riskju u tisħiħ;
(c)primjums tal-assigurazzjoni.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-irkupri għandhom jintużaw biex jitnaqqas it-telf gross biss meta l-istituzzjoni tkun irċiviet pagament. Ir-riċevibbli ma għandhomx jitqiesu bħala rkupri.
Fuq talba mill-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni għandha tipprovdi d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex titwettaq verifika tal-pagamenti riċevuti u meqjusin fil-kalkolu tat-telf nett ta’ avveniment ta’ riskju operattiv.
Artikolu 319
Limiti ta’ data dwar it-telf
1. Sabiex jikkalkolaw telf annwali mir-riskju operattiv kif meħtieġ mill-Artikolu 316(1), l-istituzzjonijiet għandhom iqisu mis-sett ta’ data dwar it-telf l-avvenimenti ta’ riskju operattiv b’telf nett, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 318, li huma daqs jew ogħla minn EUR 20 000.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, u għall-finijiet tal-Artikolu 446, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ukoll it-telf annwali mir-riskju operattiv imsemmi fl-Artikolu 316(1), filwaqt li jqisu l-avvenimenti ta’ riskju operattiv tas-sett ta’ data dwar it-telf b’telf nett, ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 318, li jkunu daqs jew aktar minn EUR 100 000.
3. F’każ ta’ avveniment ta’ riskju operattiv li jwassal għal telf matul aktar minn sena finanzjarja waħda, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 318(1), it-telf nett li għandu jitqies għal-limiti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun it-telf nett aggregat.
Artikolu 320
Esklużjoni tat-telf
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni teskludi mill-kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operattiv tal-istituzzjoni avvenimenti eċċezzjonali ta’ riskju operattiv li ma jkunux għadhom rilevanti għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)l-istituzzjoni tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-avveniment ta’ riskju operattiv fl-oriġini ta’ dak it-telf mir-riskju operattiv mhux se jerġa’ jseħħ;
(b)it-telf mir-riskju operattiv jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)daqs jew ogħla minn 15 % tat-telf medju annwali mir-riskju operattiv tal-istituzzjoni, ikkalkolat fuq il-bażi tal-limitu msemmi fl-Artikolu 319(1), meta l-avveniment ta’ telf mir-riskju operattiv jirreferi għal attivitajiet li għadhom parti mill-indikatur tan-negozju;
(ii)ogħla minn 0 % tat-telf medju annwali mir-riskju operattiv tal-istituzzjoni, ikkalkolat fuq il-bażi tal-limitu msemmi fl-Artikolu 319(1), fejn l-avveniment ta’ telf mir-riskju operattiv jirreferi għal attivitajiet divestiti mill-indikatur tan-negozju f’konformità mal-Artikolu 315(2);
(c)it-telf mir-riskju operattiv kien fil-bażi ta’ data dwar it-telf għal perjodu minimu ta’ sena, sakemm it-telf mir-riskju operattiv ma jkunx relatat ma’ attivitajiet divestiti mill-indikatur tan-negozju f’konformità mal-Artikolu 315(2).
Għall-finijiet tal-punt (c), il-perjodu minimu ta’ sena għandu jibda mid-data li fiha l-avveniment ta’ riskju operattiv, inkluż fis-sett ta’ data dwar it-telf, l-ewwel sar akbar mil-limitu ta’ materjalità msemmi fl-Artikolu 319(1).
2. Istituzzjoni li titlob il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’ġustifikazzjonijiet iddokumentati għall-esklużjoni ta’ telf eċċezzjonali, inklużi:
(a)deskrizzjoni tal-avveniment ta’ riskju operattiv li jiġi ppreżentat għall-esklużjoni;
(b)prova li t-telf mill-avveniment ta’ riskju operattiv jkun ogħla mil-limitu ta’ materjalità għall-esklużjoni tat-telf imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, inkluża d-data li fiha dak l-avveniment ta’ riskju operattiv jsir akbar mil-limitu ta’ materjalità;
(c)id-data li fiha l-avveniment ta’ riskju operattiv kkonċernat jiġi eskluż, meta jitqies il-perjodu minimu ta’ holding stabbilit fil-punt (c) tal-paragrafu 1;
(d)ir-raġuni għaliex l-avveniment ta’ riskju operattiv ma għadux meqjus rilevanti għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni;
(e)id-dimostrazzjoni li ma hemm l-ebda skopertura legali simili jew residwa u li l-avveniment ta’ riskju operattiv li għandu jiġi eskluż ma għandu l-ebda rilevanza għal attivitajiet jew għal prodotti oħra;
(f)rapporti tar-rieżami jew tal-validazzjoni indipendenti tal-istituzzjoni, li jikkonfermaw li l-avveniment ta’ riskju operattiv ma għadux rilevanti u li ma hemm l-ebda skopertura legali simili jew residwa;
(g)prova li l-korpi kompetenti tal-istituzzjoni, permezz tal-proċessi ta’ approvazzjoni tal-istituzzjoni, ikunu approvaw it-talba għall-esklużjoni tal-avveniment ta’ riskju operattiv u d-data ta’ tali approvazzjoni;
(h)l-impatt tal-esklużjoni tal-avveniment ta’ riskju operattiv fuq it-telf annwali tar-riskju operattiv.
3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet li l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta skont il-paragrafu 1, inkluż kif it-telf medju annwali mir-riskju operattiv għandu jiġi kkalkolat u kif l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tinġabar skont il-paragrafu 2 jew kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja biex titwettaq il-valutazzjoni.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 321
Inklużjoni ta’ telf minn entitajiet jew minn attivitajiet fużi jew akkwiżiti
1. It-telf li jirriżulta minn entitajiet jew minn attivitajiet fużi jew akkwiżiti għandu jiġi inkluż fis-sett ta’ data dwar it-telf malli l-elementi tal-indikatur tan-negozju relatati ma’ dawk l-entitajiet jew l-attivitajiet jiġu inklużi fil-kalkolu tal-indikatur tan-negozju tal-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 315(1). Għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu t-telf osservat matul perjodu ta’ 10 snin qabel l-akkwiżizzjoni jew il-fużjoni.
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-aġġustamenti għas-sett ta’ data dwar it-telf tagħhom wara l-inklużjoni tat-telf minn entitajiet jew minn attivitajiet fużi jew akkwiżiti kif imsemmi fil-paragrafu 1.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 322
Rieżami tal-komprensività, tal-akkuratezza u tal-kwalità tad-data dwar it-telf
1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ l-organizzazzjoni u l-proċessi sabiex jirrieżaminaw il-komprensività, l-akkuratezza u l-kwalità tad-data dwar it-telf b’mod indipendenti.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw perjodikament il-kwalità tad-data dwar it-telf ta’ istituzzjoni li tikkalkola t-telf annwali mir-riskju operattiv f’konformità mal-Artikolu 316(1). L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu tali rieżami tal-anqas kull tliet snin għal istituzzjoni b’indikatur tan-negozju ta’ aktar minn EUR 1 biljun.
Artikolu 323
Qafas għall-ġestjoni tar-riskju operattiv
1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ:
(a)sistema ta’ valutazzjoni u ta’ ġestjoni ddokumentata sew għar-riskju operattiv li tkun integrata mill-qrib fil-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kuljum, tifforma parti integrali mill-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-profil tar-riskju operattiv tal-istituzzjoni, u li għaliha ġew assenjati responsabbiltajiet ċari. Is-sistema ta’ valutazzjoni u ta’ ġestjoni għar-riskju operattiv għandha tidentifika l-iskoperturi tal-istituzzjoni għar-riskju operattiv u ssegwi d-data rilevanti dwar ir-riskju operattiv, inkluża d-data dwar it-telf materjali;
(b)funzjoni ta’ ġestjoni tar-riskji operattivi li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju u operattivi tal-istituzzjoni;
(c)sistema ta’ rapportar lill-maniġment superjuri li tipprovdi rapporti dwar ir-riskju operattiv lill-funzjonijiet rilevanti fl-istituzzjoni;
(d)sistema ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar regolari tal-iskoperturi għar-riskju operattiv u tal-esperjenza tat-telf, u proċeduri għat-teħid ta’ azzjonijiet korrettivi xierqa;
(e)rutini għall-iżgurar tal-konformità, u politiki għat-trattament tan-nuqqas ta’ konformità;
(f)rieżamijiet regolari tal-proċessi u tas-sistemi ta’ valutazzjoni tar-riskju operattiv u ta’ ġestjoni tal-istituzzjoni, imwettqin minn awdituri interni jew esterni li jkollhom l-għarfien neċessarju biex iwettqu tali rieżamijiet;
(g)proċessi ta’ validazzjoni interna li joperaw b’mod tajjeb u effettiv;
(h)flussi u proċessi tad-data trasparenti u aċċessibbli assoċjati mas-sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju operattiv.
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-obbligi skont il-punti minn (a) sa (h) tal-paragrafu 1, filwaqt li tqis id-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjonijiet.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
_________________________________________________
*5
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1).”;
(132)l-Artikolu 325 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafi minn 1 sa 5 jinbidlu b’dan li ġej:
“1. Istituzzjoni għandha tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji tas-suq ta’ kull pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar u kull pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f’konformità mal-approċċi li ġejjin:
(a)l-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a;
(b)l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b għal dawk il-pożizzjonijiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat permess mill-awtoritajiet kompetenti biex tuża dak l-approċċ alternattiv kif stabbilit fl-Artikolu 325az(1);
(c)l-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325a(1).
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni ma għandhiex tikkalkola rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju għal pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju meta dawk il-pożizzjonijiet jitnaqqsu mill-fondi proprji tal-istituzzjoni.
2. Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ikkalkolati f’konformità mal-approċċ standardizzat simplifikat għandhom ikunu s-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji li ġejjin, kif ikun applikabbli:
(a)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju fil-pożizzjonijiet imsemmijin fil-Kapitolu 2, immoltiplikati bi:
(i)1,3, għar-riskji ġenerali u speċifiċi tal-pożizzjonijiet fl-istrumenti ta’ dejn, esklużi l-istrumenti ta’ titolizzazzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 337;
(ii)3,5, għar-riskji ġenerali u speċifiċi ta’ pożizzjonijiet fi strumenti azzjonisti.
(b)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju msemmi fil-Kapitolu 3, immoltiplikati b’1,2;
(c)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet imsemmijin fil-Kapitolu 4, immoltiplikati b’1,9;
(d)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-istrumenti ta’ titolizzazzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 337.
3. Istituzzjoni li tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), sabiex tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet għandha tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti l-kalkolu ta’ kull xahar tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, għal kull post tan-negozjar li lilu jkunu ġew assenjati dawk il-pożizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 104b.
4. Istituzzjoni tista’ tuża kombinazzjoni tal-approċċi standardizzati alternattivi msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1, u l-approċċ tal-mudell intern alternattiv imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, fuq bażi permanenti fi grupp. L-istituzzjoni ma għandha tuża l-ebda wieħed minn dawk l-approċċi flimkien mal-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1.
5. Istituzzjoni ma għandhiex tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għall-istrumenti fil-portafoll tan-negozjar tagħha li huma pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jew pożizzjonijiet inklużi fil-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni alternattiv (ACTP) stabbilit fil-paragrafi 6, 7 u 8.”;
(b)il-paragrafu 9 jinbidel b’dan li ġej:
“9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet f’konformità mal-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 104b, fejn applikabbli.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = disa' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(133)l-Artikolu 325a huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“Kundizzjonijiet għall-użu tal-Approċċ Standardizzat Simplifikat”;
(b)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
“1. Istituzzjoni tista’ tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża l-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325(1), dment li d-daqs tan-negozju li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni soġġett għar-riskju tas-suq ikun daqs jew anqas minn kull wieħed mil-limiti li ġejjin, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta’ kull xahar bl-użu ta’ data mill-aħħar jum tax-xahar:”;
(c)fil-paragrafu 2, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
“(b) il-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu inklużi, ħlief dawk il-pożizzjonijiet li huma esklużi mill-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju f’konformità mal-Artikolu 104c jew li jitnaqqsu mill-fondi proprji tal-istituzzjoni”;
(d)fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
“5. L-istituzzjonijiet għandhom jieqfu jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq f’konformità mal-approċċ stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 325(1), fi żmien tliet xhur minn wieħed mill-każijiet li ġejjin:”;
(e)il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:
“6. Istituzzjoni li ma tieqaf tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża l-approċċ stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 325(1), għandha tkun permessa biss li tibda tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża dak l-approċċ meta turi lill-awtorità kompetenti li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 ikunu ġew issodisfati għal perjodu ta’ sena sħiħa mingħajr interruzzjoni.”;
(134)fl-Artikolu 325b, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:
“4. Meta awtorità kompetenti ma tkunx tat lil istituzzjoni l-permess imsemmi fil-paragrafu 2 għal tal-anqas istituzzjoni jew impriża waħda tal-grupp, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq fuq bażi konsolidata f’konformità ma’ dan it-Titolu:
(a)l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità ma’ dan it-Titolu għall-pożizzjonijiet kollha fl-istituzzjonijiet jew fl-impriżi tal-grupp li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 2, billi tuża t-trattament stabbilit fil-paragrafu 1;
(b)l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità ma’ dan it-Titolu individwalment għall-pożizzjonijiet kollha f’kull istituzzjoni jew impriża tal-grupp li għaliha l-istituzzjoni ma tkunx ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 2;
(c)l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali f’konformità ma’ dan it-Titolu fuq bażi konsolidata billi żżid l-ammonti kkalkolati fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu.
Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punti (a) u (b), l-istituzzjonijiet u l-impriżi msemmijin fil-punti (a) u (b) għandhom jużaw l-istess munita ta’ rapportar bħall-munita ta’ rapportar użata sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq f’konformità ma’ dan it-Titolu fuq bażi konsolidata għall-grupp.”;
(135)l-Artikolu 325c huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“Ambitu, struttura u rekwiżiti kwalitattivi tal-approċċ standardizzat alternattiv”
(b)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ, u jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, sett dokumentat ta’ politiki, ta’ proċeduri u ta’ kontrolli interni għall-monitoraġġ u għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu. Kwalunkwe bidla f’dawn il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien xieraq.”;
(c)jiżdiedu l-paragrafi minn 3 sa 6 li ġejjin:
“3. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u li tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri. Dik l-unità għall-kontroll tar-riskji għandha tkun responsabbli għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-approċċ standardizzat alternattiv. Għandha tipproduċi u tanalizza rapporti ta’ kull xahar dwar l-output tal-approċċ standardizzat alternattiv, kif ukoll dwar l-adegwatezza tal-limiti tan-negozjar tal-istituzzjoni.
4. L-istituzzjonijiet għandhom jirrieżaminaw b’mod indipendenti l-approċċ standardizzat alternattiv li jużaw għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jew bħala parti mill-proċess ta’ awditjar intern regolari tagħhom, jew billi jagħtu mandat lil impriża terza sabiex twettaq dak ir-rieżami.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, impriża ta’ terza persuna tfisser impriża li tipprovdi servizzi ta’ awditjar jew ta’ konsulenza lil istituzzjonijiet u li għandha persunal li għandu biżżejjed ħiliet fil-qasam tar-riskju tas-suq.
5. Ir-rieżami tal-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jkopri kemm l-attivitajiet tal-unitajiet tan-negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji u għandu jivvaluta dawn kollha li ġejjin:
(a)il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni għall-monitoraġġ u għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 1;
(b)l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u tal-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju u tal-organizzazzjoni tal-unità għall-kontroll tar-riskji msemmija fil-paragrafu 2;
(c)l-akkuratezza tal-komputazzjonijiet tas-sensittività u tal-proċess użat sabiex jiġu dderivati dawn il-komputazzjonijiet mill-mudelli tal-ipprezzar tal-istituzzjoni li jservu bħala bażi għar-rapportar tal-profitt u telf lill-maniġment superjuri, kif imsemmi fl-Artikolu 325t;
(d)il-proċess ta’ verifika li l-istituzzjoni tuża biex tevalwa l-konsistenza, il-puntwalità u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ standardizzat alternattiv, inkluża l-indipendenza ta’ dawk is-sorsi tad-data.
Istituzzjoni għandha twettaq ir-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-anqas darba fis-sena, jew fuq bażi anqas frekwenti wara l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.”;
(136)l-Artikolu 325j huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. Istituzzjoni għandha tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ pożizzjoni f’CIU billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:
(a)istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 104(7) għandha tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ dik il-pożizzjoni billi tixtarr il-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIU, fuq bażi ta’ kull xahar, daqslikieku dawk il-pożizzjonijiet kienu miżmumin direttament mill-istituzzjoni;
(b)istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-Artikolu 104(7) għandha tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ dik il-pożizzjoni billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:
(i)għandha tikkalkola r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tas-CIU billi tqis il-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni ta’ ekwità unika allokata lit-taqsima “Settur ieħor” fit-Tabella 8 tal-Artikolu 325ap(1);
(ii)għandha tikkalkola r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tas-CIU f’konformità mal-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u fil-liġi rilevanti.
Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt (i), l-istituzzjoni għandha tikkunsidra l-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni ta’ ekwità mhux klassifikata unika allokata lit-taqsima “Mhux klassifikata” fit-Tabella 2 tal-Artikolu 325y(1).
Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt (ii), l-istituzzjoni tista’ tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-pożizzjonijiet ta’ derivati tas-CIU, bl-użu tal-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 132a(3).”;
(b)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
“1a. Għall-finijiet tal-approċċi msemmijin fil-punti (b)(i) u (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha:
(a)tapplika r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 u ż-żieda għar-riskju residwu stabbilita fit-Taqsima 4 għal pożizzjoni f’CIU, meta l-mandat ta’ dik is-CIU jippermettilha tinvesti fi skoperturi li għandhom ikunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;
(b)għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU, tuża l-istess approċċ fost l-approċċi stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 1, biex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat.”;
(c)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, istituzzjoni għandha tiddetermina l-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tiddetermina l-portafoll ipotetiku li jkun jattira l-ogħla rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 325c(2), fuq il-bażi tal-mandat jew tal-liġi rilevanti tas-CIU, b’kont meħud tal-lieva finanzjarja sal-punt massimu, fejn applikabbli.
L-istituzzjoni għandha tuża l-istess portafoll ipotetiku bħal dak imsemmi fl-ewwel subparagrafu sabiex tikkalkola, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 u ż-żieda għar-riskju residwu stabbiliti fit-Taqsima 4 għal pożizzjoni f’CIU.
Il-metodoloġija żviluppata mill-istituzzjoni sabiex tiddetermina l-portafolli ipotetika tal-pożizzjonijiet kollha fis-CIUs li għalihom jintużaw il-kalkoli msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti tagħha.”;
(d)jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:
“6. L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni adegwata sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ pożizzjoni ta’ CIU f’konformità mal-approċċ stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1, jistgħu jiddependu fuq terza persuna sabiex twettaq tali kalkolu, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)it-terza persuna hija waħda minn dawn li ġejjin:
(i)l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja tas-CIU, dment li s-CIU tinvesti b’mod esklużiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha f’dik l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja;
(ii)għal CIUs li ma jkunux koperti mill-punt (i), il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, dment li l-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3);
(b)it-terza persuna tipprovdi lill-istituzzjoni bid-data jew bl-informazzjoni adegwata nieqsa sabiex tikkalkola r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjoni tas-CIU f’konformità mal-approċċ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1;
(c)awditur estern tal-istituzzjoni jkun ikkonferma l-adegwatezza tad-data jew tal-informazzjoni tat-terza persuna msemmija fil-punt (b) u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għal din id-data u għal din l-informazzjoni fuq talba.
7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar l-elementi tekniċi tal-metodoloġija sabiex jiġu ddeterminati l-portafolli ipotetika għall-finijiet tal-approċċ stabbilit fil-paragrafu 4, inkluż il-mod li bih l-istituzzjonijiet għandhom iqisu fil-metodoloġija, fejn applikabbli, il-lieva finanzjarja sal-punt massimu.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(137)fl-Artikolu 325q, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Il-fatturi vega ta’ riskju tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal drittijiet b’sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju bejn il-muniti akkoppjati. Dawn il-volatilitajiet implikati għandhom jiġu kklassifikati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f’konformità mal-maturitajiet tad-drittijiet korrispondenti soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji: 0,5 ta’ sena, sena (1), 3 snin, 5 snin u 10 snin.”;
(138)fl-Artikolu 325s(1), il-formula għal tinbidel b’dan li ġej:
“ ”;
(139)l-Artikolu 325t huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
“Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li istituzzjoni li ngħatat il-permess tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b tuża l-funzjonijiet ta’ pprezzar tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni tagħhom fil-kalkolu ta’ sensittivitajiet skont dan il-Kapitolu għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ kalkolu u ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 325(3).”;
(b)fil-paragrafu 5, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju intern jew għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;”;
(c)fil-paragrafu 6, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju intern jew għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;”;
(140)fl-Artikolu 325v, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. Għal derivati tal-kreditu u tal-ekwità mhux ta’ titolizzazzjoni nnegozjati, l-ammonti tal-JTD skont il-kostitwenti individwali għandhom jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni ta’ approċċ ta’ trasparenza.”;
(141)fl-Artikolu 325y, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:
“6. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità tal-kreditu li tkun assenjata skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta’ kreditu stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II.”;
(142)fl-Artikolu 325ab, jitħassar il-paragrafu 2.
(143)fl-Artikolu 325ae, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. Il-piżijiet tar-riskju tal-fatturi tar-riskju bbażati fuq il-muniti inklużi fis-subkategorija tal-munita l-aktar likwida kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325bd(7), u fuq il-munita domestika tal-istituzzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a)għall-fatturi ta’ riskju tar-rata mingħajr riskju, il-piżijiet tar-riskju msemmijin fit-Tabella 3 tal-paragrafu 1, diviżi bi ;
(b)għall-fattur tar-riskju tal-inflazzjoni u għall-fatturi tar-riskju bażi bejn muniti differenti, il-piżijiet tar-riskju msemmijin fil-paragrafu 2 diviżi bi .”;
(144)l-Artikolu 325ah huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)fit-Tabella 4, is-settur tat-taqsima 13 jinbidel b’dan li ġej:
“L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, minn gvern reġjonali jew minn awtorità lokali, mutwanti promozzjonali u bonds koperti.”;
(ii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità tal-kreditu li tkun assenjata skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta’ kreditu stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II.”;
(b)jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw skopertura għar-riskju ta’ bond kopert mhux ikklassifikat lit-taqsima 4 meta l-istituzzjoni li tkun ħarġet il-bond kopert ikollha l-iskala minn 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu.”;
(145)Fl-Artikolu 325ai(1), id-definizzjoni tat-terminu ρkl (isem) tinbidel b’dan li ġej:
“ρkl (isem) għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet tas-sensittivitajiet k u l ikunu identiċi; għandha tkun ugwali għal 35 % meta ż-żewġ ismijiet tas-sensittivitajiet k u l ikunu fit-taqsimiet minn 1 sa 18 fit-Tabella 4 tal-Artikolu 325ah(1), inkella għandha tkun ugwali għal 80 %”;
(146)fl-Artikolu 325aj, id-definizzjoni ta’ γbc (klassifikazzjoni) tinbidel b’dan li ġej:
“γbc (klassifikazzjoni) għandha tkun ugwali għal:
(a)1, meta t-taqsimiet b u c ikunu t-taqsimiet minn 1 sa 17 u ż-żewġ taqsimiet ikollhom l-istess kategorija ta’ kwalità tal-kreditu (jew “skali minn 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu” jew “skali minn 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu”); inkella, għandha tkun ugwali għal 50 %; għall-finijiet ta’ dak il-kalkolu, it-taqsima 1 għandha titqies li tappartjeni għall-istess kategorija ta’ kwalità tal-kreditu bħat-taqsimiet li jinsabu fl-iskali minn 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu
(b)1, fejn jew it-taqsima b jew c hija t-taqsima 18;
(c)1, fejn it-taqsima b jew c hija t-taqsima 19 u t-taqsima l-oħra għandha l-iskala minn 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu; inkella għandha tkun ugwali għal 50 %;
(d)1, fejn it-taqsima b jew c hija t-taqsima 20 u t-taqsima l-oħra għandha l-iskala minn 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu; inkella għandha tkun ugwali għal 50 %;”;
(147)l-Artikolu 325ak huwa emendat kif ġej:
fl-ewwel paragrafu, (a) fit-Tabella 6, is-settur tat-taqsima 13 jinbidel b’dan li ġej:
“L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, minn gvern reġjonali jew minn awtorità lokali, mutwanti promozzjonali u bonds koperti”;
(b)jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
“Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità tal-kreditu li tkun assenjata skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta’ kreditu stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II.
B’deroga mit-tieni paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw skopertura għar-riskju ta’ bond kopert mhux ikklassifikat lit-taqsima 4 meta l-istituzzjoni li toħroġ il-bond kopert ikollha l-iskala minn 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu.”;
(148)fl-Artikolu 325am(1), jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, skopertura għandha tiġi assenjata l-kategorija tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi għall-kategorija tal-kwalità tal-kreditu li tkun assenjata skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta’ kreditu stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II.”;
(149)fl-Artikolu 325as, it-Tabella 9 huwa emendat kif ġej:
(a)l-isem tat-taqsima 3 jinbidel b’dan li ġej:
“Enerġija - elettriku”;
(b)jiddaħħal il-kamp li ġej:
|
3a
|
Enerġija – il-kummerċ tal-karbonju
|
40 %
|
’;
(150)l-Artikolu 325ax huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:
“1. It-taqsimiet għall-fatturi vega tar-riskju għandhom ikunu simili għat-taqsimiet stabbiliti għall-fatturi delta tar-riskju f’konformità mas-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu.
2. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi vega tar-riskju għandhom jiġu assenjati f’konformità mal-klassi tar-riskju tal-fatturi tar-riskju, kif ġej:
Tabella 11
|
Klassi tar-riskju
|
Piżijiet tar-riskju
|
|
GIRR
|
100 %
|
|
Nontitolizzazzjonijiet CSR
|
100 %
|
|
Titolizzazzjonijiet CSR (ACTP)
|
100 %
|
|
Titolizzazzjonijiet CSR (mhux ACTP)
|
100 %
|
|
Ekwità (kapitalizzazzjoni kbira u indiċijiet)
|
77,78 %
|
|
Ekwità (kapitalizzazzjoni żgħira u settur ieħor)
|
100 %
|
|
Komodità
|
100 %
|
|
Munita barranija
|
100 %
|
(b)jitħassar il-paragrafu 3.”;
(151)l-Artikolu 325az huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. L-approċċ tal-mudell intern alternattiv jista’ jintuża minn istituzzjoni sabiex tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha għar-riskju tas-suq dment li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan il-Kapitolu.”;
(c)l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punti (c) u (d) jinbidlu b’dan li ġej:
“(c) il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmijin fl-Artikolu 325bf(3);
(d) il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf (“attribuzzjoni P&L”) imsemmijin fl-Artikolu 325bg;”;
(ii)jiżdied il-punt (g) li ġej:
“(g) ma tkun ġiet assenjata l-ebda pożizzjoni fis-CIUs li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-Artikolu 104(7) lill-postijiet tan-negozjar.”;
(c)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. L-istituzzjonijiet li jkunu rċivew il-permess biex jużaw l-approċċ tal-mudell intern alternattiv għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżit ta’ rapportar stabbilit fl-Artikolu 325(3).”;
(d)l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
“(b) li jiġi limitat il-kalkolu taż-żieda għal dak li jirriżulta minn qbiż tal-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta’ bidliet ipotetika kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(6);”;
(ii)jiddaħħal il-punt (c) li ġej:
“(c) li jiġi eskluż il-qbiż tal-valur muri mill-ittestjar retrospettiv ta’ bidliet ipotetika jew attwali mill-kalkolu taż-żieda kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(6);”;
(152)fl-Artikolu 325ba, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. Istituzzjoni li tuża mudell intern alternattiv għandha tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali għar-riskju tas-suq għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar u għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskji tal-kambju jew tal-komoditajiet f’konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
AIMA
= is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmijin fil-paragrafi 1 u 2;
= ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali msemmi fl-Artikolu 325bg(2);
= ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq kif ikkalkolati skont l-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 325(1), għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar u għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskji tal-kambju jew tal-komoditajiet;
= ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq kif ikkalkolati skont l-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 325(1), għall-portafoll tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u tal-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskji tal-kambju jew tal-komoditajiet li għalihom l-istituzzjoni tkun użat l-istess approċċ sabiex tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq;
= ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq kif ikkalkolati skont l-approċċ standardizzat alternattiv imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 325(1), għall-portafoll tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u tal-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li jiġġeneraw riskji tal-kambju jew tal-komoditajiet li għalihom l-istituzzjoni tkun użat l-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325(1), sabiex tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq;
(153)fl-Artikolu 325bc, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:
“6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji għall-użu tal-inputs tad-data fil-mudell tal-kalkolu tar-riskju msemmi f’dan l-Artikolu, inklużi kriterji dwar l-akkuratezza tad-data u kriterji dwar il-kalibrazzjoni tal-inputs tad-data fejn id-data tas-suq ma tkunx biżżejjed.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”
(154)l-Artikolu 325be huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw data tas-suq ipprovduta minn bejjiegħa terzi.”;
(b)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
“1a. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni tikkunsidra mhux mudellabbli fattur tar-riskju li jkun ġie vvalutat bħala mudellabbli mill-istituzzjoni f’konformità mal-paragrafu 1, meta l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta’ xokkijiet futuri applikati għall-fattur tar-riskju ma jissodisfawx, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 325bc(6).”;
(c)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
“2a. F’ċirkostanzi straordinarji, li jseħħu matul perjodi ta’ tnaqqis sinifikanti f’ċerti attivitajiet ta’ negozjar fis-swieq finanzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet kollha li jużaw l-approċċ stabbilit f’dan il-Kapitolu jikkunsidraw bħala mudellabbli xi fatturi tar-riskju li ġew ivvalutati bħala mhux mudellabbli minn dawn l-istituzzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)il-fatturi tar-riskju soġġetti għat-trattament jikkorrispondu għall-attivitajiet ta’ negozjar li jitnaqqsu b’mod sinifikanti fis-swieq finanzjarji;
(b)it-trattament jiġi applikat temporanjament, u mhux għal aktar minn sitt xhur fi żmien sena finanzjarja waħda;
(c)it-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jnaqqasx b’mod sinifikanti r-rekwiżiti totali ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-istituzzjonijiet li japplikawh;
(d)l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw minnufih lill-ABE bi kwalunkwe deċiżjoni li tippermetti lill-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ stabbilit f’dan il-Kapitolu biex jikkunsidraw bħala mudellabbli xi fatturi tar-riskju li ġew ivvalutati bħala mhux mudellabbli, kif ukoll tal-attivitajiet tan-negozjar ikkonċernati, u jissostanzjaw dik id-deċiżjoni.”;
(d)il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji sabiex tiġi vvalutata l-mudellabbiltà ta’ fatturi tar-riskju f’konformità mal-paragrafu 1, inkluż meta tintuża d-data tas-suq imsemmija fil-paragrafu 2b, u l-frekwenza ta’ dik il-valutazzjoni.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(155)l-Artikolu 325bf huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:
(i)fl-ewwel subparagrafu, is-sentenza tal-bidu tinbidel b’dan li ġej:
“Il-fattur ta’ multiplikazzjoni (mc) għandu jkun ugwali għal tal-anqas is-somma ta’ 1,5 u żieda ddeterminata f’konformità mat-Tabella 3. Għall-portafoll imsemmi fil-paragrafu 5, iż-żieda għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tan-numru ta’ qabżiet fil-valur li jkunu seħħew matul l-aktar 250 ġurnata ta’ xogħol reċenti kif evidenzjat mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni tan-numru tal-valur fir-riskju kkalkolat f’konformità mal-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu. Il-kalkolu taż-żieda għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:”;
(ii)l-aħħar subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
“F’ċirkostanzi straordinarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni:
(a)tillimita l-kalkolu taż-żieda għal dak li jirriżulta minn qabżiet tal-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta’ bidliet ipotetiċi meta n-numru ta’ qabżiet tal-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta’ bidliet attwali ma jirriżultax minn nuqqasijiet fil-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni;
(b)teskludi l-qabżiet tal-valur evidenzjat mill-ittestjar retrospettiv ta’ bidliet ipotetika jew attwali mill-kalkolu taż-żieda meta dawk il-qabżiet tal-valur ma jirriżultawx minn nuqqasijiet fil-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni.”;
(iii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu l-valur tal-mc ’il fuq mis-somma msemmija f’dak is-subparagrafu, meta mudell intern alternattiv ta’ istituzzjoni juri nuqqasijiet fil-kalkolu kif xieraq tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq.”;
(b)il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:
“8. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 2 u 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni ma tgħoddx qbiż tal-valur meta bidla ta’ ġurnata fil-valur tal-portafoll tagħha li jaqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkolat permezz tal-mudell intern ta’ dik l-istituzzjoni tkun attribwibbli għal fattur tar-riskju mhux mudellabbli.”
(c)jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:
“10. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-kriterji li skont dawn istituzzjoni tista’ titħalla ma tgħoddx qbiż tal-valur meta l-bidla ta’ ġurnata fil-valur tal-portafoll tagħha li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkolat permezz tal-mudell intern ta’ dik l-istituzzjoni tkun attribwibbli għal fattur tar-riskju mhux mudellabbli.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(156)l-Artikolu 325bg huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafi minn 1 sa 3 jinbidlu b’dan li ġej:
“1. Post tan-negozjar ta’ istituzzjoni jkun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ attribuzzjoni P&L meta l-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta’ dak il-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-kalkolu tar-riskju tal-istituzzjoni, ikunu qrib jew qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetika fil-valur tal-portafoll ta’ dak l-uffiċċju tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell ta’ pprezzar tal-istituzzjoni.
2. Minkejja l-paragrafu 1, meta l-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta’ post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-kalkolu tar-riskju tal-istituzzjoni jkunu qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetika fil-valur tal-portafoll ta’ dak il-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni għandha tikkalkola, għall-pożizzjonijiet kollha assenjati lil dak il-post tan-negozjar, rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 325ba.
3. Għal kull pożizzjoni ta’ post tan-negozjar partikolari, il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha twassal għall-identifikazzjoni ta’ lista preċiża ta’ fatturi tar-riskju li jitqiesu adatti għall-verifika tal-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżit tal-ittestjar retrospettiv stabbilit fl-Artikolu 325bf.”;
(b)il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:
“(a) il-kriterji li jispeċifikaw jekk il-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta’ post tan-negozjar ikunux qrib jew qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll ta’ post tan-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 1, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi regolatorji internazzjonali;
(b) ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali msemmi fil-paragrafu 2;”;
(ii)jitħassar il-punt (e);
(iii)l-aħħar żewġ subparagrafi jinbidlu b’dan li ġej:
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;
(157)l-Artikolu 325bh huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (i) li ġej:
“(i) għal pożizzjonijiet f’CIUs, l-istituzzjonijiet għandhom iħarsu lejn il-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIUs tal-anqas kull ġimgħa sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom f’konformità ma’ dan il-Kapitolu; l-istituzzjonijiet li ma għandhomx inputs tad-data jew informazzjoni adegwata sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ pożizzjoni ta’ CIU f’konformità mal-approċċ ta’ trasparenza jistgħu jiddependu fuq terza persuna biex tikseb dawk l-inputs tad-data jew l-informazzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)i- terza persuna tkun waħda minn dawn li ġejjin:
–l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja tas-CIU, dment li s-CIU tinvesti b’mod esklużiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha f’dik l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja;
–għal CIUs li ma jkunux koperti mill-ewwel inċiż ta’ dan il-punt (i), il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, dment li l-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3).
(ii)it-terza persuna tipprovdi lill-istituzzjoni bl-inputs tad-data jew bl-informazzjoni adegwati sabiex tikkalkola r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjoni tas-CIU f’konformità mal-approċċ imsemmi fl-ewwel subparagrafu;
(iii)awditur estern tal-istituzzjoni jkun ikkonferma l-adegwatezza tad-data jew tal-informazzjoni tat-terza persuna msemmija fil-punt (ii) u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għal din id-data u għal din l-informazzjoni b'talba.”;
(b)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Istituzzjoni tista’ tuża korrelazzjonijiet empiriċi f’kategoriji wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju u, għall-fini tal-kalkolu tal-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni tal-UESt kif imsemmi fl-Artikolu 325bb(1) f’kategoriji wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju biss fejn l-approċċ tal-istituzzjoni għall-kejl ta’ dawk il-korrelazzjonijiet ikun tajjeb, konsistenti mal-perjodi ta’ likwidità applikabbli jew, mas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni, mal-perjodu ta’ żmien bażi ta’ għaxart ijiem stabbilit fl-Artikolu 325bc(1) u implimentat b’integrità.”;
(c)jitħassar il-paragrafu 3;
(158)fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (b) huwa emendat kif ġej:
“(b) istituzzjoni għandu jkollha unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u li tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri. Dik l-unità għandha:
(i)tkun responsabbli għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe mudell intern għall-kalkolu tar-riskju użat fl-approċċ tal-mudell intern alternattiv għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu;
(ii)tkun responsabbli għas-sistema ġenerali ta’ ġestjoni tar-riskju;
(iii)tipproduċi u tanalizza rapporti ta’ kuljum dwar l-output ta’ kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskji tas-suq, u dwar l-adegwatezza tal-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-limiti tan-negozjar.
Unità ta’ validazzjoni separata mill-unità ta’ kontroll tar-riskju għandha twettaq il-validazzjoni inizjali u kontinwa ta’ kwalunkwe mudell intern ta’ kalkolu tar-riskju użat fl-approċċ tal-mudell intern alternattiv għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.”;
(159)l-Artikolu 325bp huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punti (d) u (e) jinbidlu b’dan li ġej:
“(d) istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tistma l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għall-klassi tal-iskoperturi u għas-sistema ta’ klassifikazzjoni korrispondenti għal emittent partikolari għandha tuża l-metodoloġija stabbilita hemm sabiex tikkalkola l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza ta’ dak l-emittent, dment li d-data għal tali stima tkun disponibbli;
(e) istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess sabiex tistma l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza msemmijin fil-punt (d) għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni sabiex tistma dawn il-probabbiltajiet ta’ inadempjenza b’mod konsistenti mar-rekwiżiti li japplikaw għall-istimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza skont dan l-Artikolu.”;
(ii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (d), id-data sabiex titwettaq l-istima tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza ta’ emittent partikolari ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar tkun disponibbli meta, fid-data tal-kalkolu, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar fuq l-istess obbligant li għaliha tistma l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II sabiex tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha stabbiliti f’dak il-Kapitolu.”;
(b)il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punti (c) u (d) jinbidlu b’dan li ġej:
“(c) istituzzjoni li tkun ingħatat permess sabiex tistma t-telf fil-każ ta’ inadempjenza f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għall-klassi tal-iskoperturi u għas-sistema ta’ klassifikazzjoni korrispondenti għal skopertura partikolari għandha tuża l-metodoloġija stabbilita hemm sabiex tikkalkola l-istimi tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza ta’ dak l-emittent, dment li d-data għal tali stima tkun disponibbli;
(d) istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess sabiex tistma t-telf fil-każ ta’ inadempjenza msemmi fil-punt (c) għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni sabiex tistma t-telf fil-każ ta’ inadempjenza b’mod konsistenti mar-rekwiżiti li japplikaw għat-telf fil-każ ta’ inadempjenza skont dan l-Artikolu.”;
(ii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (c), id-data sabiex titwettaq l-istima tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza ta’ emittent partikolari ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar tkun disponibbli meta, fid-data tal-kalkolu, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar fuq l-istess skopertura li għaliha tistma t-telf fil-każ ta’ inadempjenza f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II sabiex tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha stabbiliti f’dak il-Kapitolu.”;
(160)fl-Artikolu 337, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Meta jiddeterminaw il-piżijiet tar-riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw esklussivament l-approċċ stabbilit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II.”;
(161)fl-Artikolu 338, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:
“1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, istituzzjoni għandha tiddetermina l-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni tagħha f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6, 7 u 8 tal-Artikolu 325.
2. Istituzzjoni għandha tiddetermina l-akbar wieħed mill-ammonti li ġejjin bħala r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku għall-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni:
(a)ir-rekwiżit totali ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku li jkun japplika biss għall-pożizzjonijiet netti twal tal-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni;
(b)ir-rekwiżit totali ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku li jkun japplika biss għall-pożizzjonijiet netti qosra tal-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni.”;
(162)fl-Artikolu 352, jitħassar il-paragrafu 2;
(163)fl-Artikolu 361, jitħassru l-punt (c) u l-aħħar paragrafu;
(164)fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, jitħassar il-Kapitolu 5;
(165)fl-Artikolu 381, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, “riskju ta’ CVA” tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn bidliet fil-valur ta’ CVA, ikkalkolat għall-portafoll ta’ tranżazzjonijiet ma’ kontroparti kif stabbilit fl-ewwel paragrafu, minħabba movimenti fil-fatturi tar-riskju tal-firxiet tal-kreditu ta’ kontroparti u f’fatturi tar-riskju oħrajn inkorporati fil-portafoll tat-tranżazzjonijiet.”;
(166)l-Artikolu 382 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Istituzzjoni għandha tinkludi fil-kalkolu tal-fondi proprji meħtieġa mill-paragrafu 1 tranżazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ titoli b’valur ġust skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għall-istituzzjoni meta l-iskoperturi tar-riskju ta’ CVA tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet ikunu materjali.”;
(b)jiddaħħlu l-paragrafi 4a u 4b li ġejjin:
“4a. B’deroga mill-paragrafu 4, istituzzjoni tista’ tagħżel li tikkalkola rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA, billi tuża kwalunkwe wieħed mill-approċċi applikabbli msemmijin fl-Artikolu 382a, għal dawk it-tranżazzjonijiet li huma esklużi f’konformità mal-paragrafu 4, meta l-istituzzjoni tuża ħeġġijiet eliġibbli ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 386 sabiex jittaffa r-riskju ta’ CVA ta’ dawk it-tranżazzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu politiki li jispeċifikaw fejn jagħżlu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom għar-riskju ta’ CVA għal tali tranżazzjonijiet.
4b. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom ir-riżultati tal-kalkoli tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għat-tranżazzjonijiet kollha msemmijin fil-paragrafu 4. Għall-finijiet ta’ dak ir-rekwiżit ta’ rapportar, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA billi jużaw l-approċċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 382a(1), li kienu jużaw sabiex jissodisfaw rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA li kieku dawk it-tranżazzjonijiet ma kinux esklużi mill-ambitu f’konformità mal-paragrafu 4.”
(c)jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:
“6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-kriterji li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw biex jivvalutaw jekk l-iskoperturi għar-riskju ta’ CVA li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli b’valur ġust humiex materjali, kif ukoll il-frekwenza ta’ dik il-valutazzjoni.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fit-tieni subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.’;
(167)jiddaħħal l-Artikolu 382a li ġej:
“Artikolu 382a
Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA
1. Istituzzjoni għandha tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għat-tranżazzjonijiet kollha msemmijin fl-Artikolu 382 f’konformità mal-approċċi li ġejjin:
(a)l-approċċ standardizzat stabbilit fl-Artikolu 383, meta l-istituzzjoni tkun ingħatat permess li tuża dak l-approċċ mill-awtoritajiet kompetenti;
(b)l-approċċ bażiku stabbilit fl-Artikolu 384;
(c)l-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 385, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu.
2. Istituzzjoni ma għandhiex tuża l-approċċ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, flimkien mal-approċċi msemmijin fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1.
3. Istituzzjoni tista’ tuża taħlita tal-approċċi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 sabiex tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA fuq bażi permanenti fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)għal kontropartijiet differenti;
(b)għal settijiet ta’ netting eliġibbli differenti mal-istess kontroparti;
(c)għal tranżazzjonijiet differenti tal-istess sett ta’ netting eliġibbli, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)l-istituzzjoni għandha taqsam is-sett ta’ netting f’żewġ settijiet ipotetiċi ta’ netting, u talloka t-tranżazzjonijiet kollha soġġetti għall-approċċ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, għall-istess sett ipotetiku ta’ netting u għat-tranżazzjonijiet kollha soġġetti għall-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għas-sett ipotetiku l-ieħor ta’ netting sabiex tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA;
(ii)il-qasma msemmija fil-punt (a) għandha tkun konsistenti mal-mod li bih l-istituzzjoni tiddetermina n-netting legali tas-CVA ikkalkolat għall-finijiet kontabilistiċi;
(iii)il-permess mogħti mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jużaw l-approċċ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, għandu jkun limitat għas-sett ipotetiku ta’ netting li għalih l-istituzzjoni tuża l-approċċ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 sabiex tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA.
L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu politiki sabiex jispjegaw kif jużaw taħlita tal-approċċi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, u kif stabbilit f’dan il-paragrafu, sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA fuq bażi permanenti.”;
(168)l-Artikolu 383 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 383
Approċċ standardizzat
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lill-istituzzjoni sabiex tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha għar-riskju ta’ CVA għal portafoll ta’ tranżazzjonijiet ma’ kontroparti waħda jew aktar billi tuża l-approċċ standardizzat f’konformità mal-paragrafu 3, wara li tkun ivvalutat jekk l-istituzzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) l-istituzzjoni tkun stabbiliet unità distinta li tkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tar-riskju u għall-iħħeġġjar tar-riskju ta’ CVA tal-istituzzjoni;
(b)għal kull kontroparti kkonċernata, l-istituzzjoni tkun żviluppat mudell regolatorju tas-CVA sabiex tikkalkola s-CVA ta’ dik il-kontroparti f’konformità mal-Artikolu 383a;
(c)għal kull kontroparti kkonċernata, l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkola, tal-anqas fuq bażi ta’ kull xahar, is-sensittivitajiet tas-CVA tagħha għall-fatturi tar-riskju kkonċernati kif iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 383b;
(d)għall-pożizzjonijiet kollha f’ħeġġijiet eliġibbli rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 386 għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għar-riskju ta’ CVA bl-użu tal-approċċ standardizzat, l-istituzzjoni tista’ tikkalkola, u tal-anqas fuq bażi ta’ kull xahar, is-sensittivitajiet ta’ dawk il-pożizzjonijiet għall-fatturi tar-riskju rilevanti ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 383b.
Għall-finijiet tal-punt (c), is-sensittività ta’ CVA ta’ kontroparti għal fattur tar-riskju tfisser il-bidla relattiva fil-valur ta’ dak is-CVA, bħala riżultat ta’ bidla fil-valur ta’ wieħed mill-fatturi tar-riskju rilevanti ta’ dak is-CVA, ikkalkolata bl-użu tal-mudell regolatorju tas-CVA tal-istituzzjoni f’konformità mal-Artikoli minn 383i sa 383j.
Għall-finijiet tal-punt (d), is-sensittività ta’ pożizzjonijiet f’ħeġġ eliġibbli għal fattur tar-riskju tfisser il-bidla relattiva fil-valur ta’ dik il-pożizzjoni, bħala riżultat ta’ bidla fil-valur ta’ wieħed mill-fatturi tar-riskju rilevanti ta’ dik il-pożizzjoni, ikkalkolata bl-użu tal-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni f’konformità mal-Artikoli minn 383i sa 383j.
2. Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)“klassi tar-riskju” tfisser kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:
(i)riskju tar-rata tal-imgħax;
(ii)riskju ta’ firxiet tal-kreditu tal-kontroparti;
(iii)riskju ta’ firxa tal-kreditu ta’ referenza;
(iv)riskju ta’ ekwità;
(v)ir-riskju tal-komoditajiet;
(vi)riskju tal-kambju;
(b)“portafoll tas-CVA” tfisser il-portafoll magħmul mis-CVA aggregat u l-ħeġġijiet eliġibbli kollha msemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 1;
(c)“CVA aggregat” tfisser is-somma tas-CVAs ikkalkolata bl-użu tal-mudell regolatorju tas-CVA għall-kontropartijiet kollha msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA bl-użu tal-approċċ standardizzat bħala s-somma taż-żewġ rekwiżiti ta’ fondi proprji li ġejjin ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 383b:
(a)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju delta li jkopru r-riskju ta’ bidliet fil-portafoll ta’ CVA tal-istituzzjoni minħabba l-movimenti fil-fatturi tar-riskju rilevanti relatati man-nonvolatilità;
(b)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju vega li jkopru r-riskju ta’ bidliet fil-portafoll ta’ CVA tal-istituzzjoni minħabba l-movimenti fil-fatturi tar-riskju rilevanti relatati mal-volatilità.”;
(169)jiddaħħlu l-Artikoli minn 383a sa 383w li ġejjin:
“Artikolu 383a
Mudell regolatorju ta’ CVA
1. Mudell regolatorju ta’ CVA użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA f’konformità mal-Artikolu 384 għandu jkun validu kunċettwalment, għandu jiġi implimentat b’integrità, u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)il-mudell regolatorju ta’ CVA għandu jkun kapaċi jimmudella s-CVA ta’ kontroparti partikolari, filwaqt li jirrikonoxxi l-ftehim ta’ netting u dwar il-marġni fil-livell tas-sett ta’ netting, fejn rilevanti, f’konformità ma’ dan l-Artikolu;
(b)l-istituzzjoni tistma l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza tal-kontroparti msemmija fil-punt (a) mill-firxiet ta’ kreditu tal-kontroparti u mit-telf fil-każ ta’ inadempjenza skont il-konvenzjoni tas-suq għal dik il-kontroparti.
(c)it-telf mistenni f’inadempjenza msemmi fil-punt (a) għandu jkun l-istess bħat-telf fil-każ ta’ inadempjenza skont il-konvenzjoni tas-suq imsemmi fil-punt (b), sakemm l-istituzzjoni ma tkunx tista’ tiġġustifika li l-prijorità tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet ma’ dik il-kontroparti tkun differenti mill-prijorità ta’ bonds superjuri mhux iggarantiti maħruġin minn dik il-kontroparti;
(d)f’kull punt ta’ żmien futur, l-iskopertura futura skontata simulata tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet ma’ kontroparti tiġi kkalkolata b’mudell ta’ skopertura billi jiġu pprezzati mill-ġdid it-tranżazzjonijiet kollha f’dak il-portafoll, fuq il-bażi tal-bidliet konġunti ssimulati tal-fatturi tar-riskju tas-suq li huma materjali għal dawk it-tranżazzjonijiet bl-użu ta’ numru xieraq ta’ xenarji, u l-iskontar tal-prezzijiet sad-data tal-kalkolu bl-użu ta’ rati tal-imgħax mingħajr riskju;
(d)il-mudell regolatorju ta’ CVA ikun kapaċi jimmudella dipendenza sinifikanti bejn l-iskopertura futura ssimulata tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet mal-firxiet ta’ kreditu tal-kontroparti;
(e)meta t-tranżazzjonijiet tal-portafoll jiġu inklużi f’sett ta’ netting soġġett għal ftehim dwar il-marġni u għal valutazzjoni ta’ kuljum skont il-valur fis-suq, il-kollateral depożitat u riċevut bħala parti minn dak il-ftehim jiġi rrikonoxxut bħala mitigant tar-riskju fl-iskopertura futura skontati ssimulata, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ riskju tal-marġni rilevanti għal dak is-sett ta’ netting f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5 tal-Artikolu 285, u tirrifletti dak il-perjodu ta’ marġni fil-kalkolu tal-iskopertura futura skontata ssimulata;
(ii)il-karatteristiċi applikabbli kollha tal-ftehim dwar il-marġni, inkluża l-frekwenza tas-sejħiet ta’ marġni, it-tip ta’ kollateral eliġibbli kuntrattwalment, l-ammonti ta’ limitu, l-ammonti minimi ta’ trasferiment, l-ammonti indipendenti u l-marġni inizjali kemm għall-istituzzjoni kif ukoll għall-kontroparti jkunu riflessi kif xieraq fil-kalkolu tal-iskopertura futura ssimulata;
(iii)l-istituzzjoni tkun stabbiliet unità ta’ ġestjoni tal-kollateral li tikkonforma mal-Artikolu 287 għall-kollateral kollu rrikonoxxut għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA bl-użu tal-approċċ standardizzat.
Għall-finijiet tal-punt (a), CVA għandu jkollu sinjal pożittiv u għandu jiġi kkalkolat bħala funzjoni tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza mistenni tal-kontroparti, sett xieraq tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza tal-kontroparti f’punti ta’ żmien futuri u sett xieraq ta’ skoperturi futuri skontati ssimulati tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet ma’ dik il-kontroparti f’punti ta’ żmien futuri sal-maturità tal-itwal tranżazzjoni f’dak il-portafoll.
Għall-finijiet tal-punt (b), fejn il-firxiet tal-iswaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tal-kontroparti jkunu osservabbli fis-suq, istituzzjoni għandha tuża dawk il-firxiet. Meta tali firxiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu ma jkunux disponibbli, istituzzjoni għandha tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:
(i)firxiet tal-kreditu minn strumenti oħrajn maħruġin mill-kontroparti li jirriflettu l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq;
(ii)firxiet ta’ approssimazzjoni indiretta li jkunu xierqa meta jitqiesu l-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti.
Għall-finijiet tal-ġustifikazzjoni msemmija fil-punt (d), il-kollateral riċevut mill-kontroparti ma għandux jibdel il-prijorità tal-iskopertura.
Għall-finijiet tal-punt (f)(iii), meta l-istituzzjoni tkun diġà stabbiliet tali unità għall-użu tal-metodu tal-mudell intern imsemmi fl-Artikolu 283, l-istituzzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa tistabbilixxi unità ta’ ġestjoni tal-kollateral addizzjonali meta dik l-istituzzjoni turi lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li tali unità tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 287 għall-kollateral kollu rikonoxxut għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji ta’ CVA bl-użu tal-approċċ standardizzat.
2. Istituzzjoni li tuża mudell regolatorju ta’ CVA għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:
(a)il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1, huwa parti mis-sistema interna ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ CVA tal-istituzzjoni li tinkludi l-identifikazzjoni, il-kalkolu, il-ġestjoni, l-approvazzjoni u r-rapportar intern ta’ CVA u tar-riskju ta’ CVA għal finijiet kontabilistiċi;
(b)l-istituzzjoni għandu jkollha proċess fis-seħħ sabiex tiżgura l-konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki interni, ta’ kontrolli, ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni u ta’ proċeduri tal-mudell li jikkonċernaw il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1;
(c)l-istituzzjoni għandu jkollha unità ta’ kontroll indipendenti li tkun responsabbli għall-validazzjoni inizjali u kontinwa effettiva tal-mudell tal-iskopertura msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1. Din l-unità għandha tkun indipendenti mill-kreditu tan-negozju u mill-unitajiet tan-negozjar, inkluża l-unità msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 383(1), u għandha tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri; għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persunal b’livell ta’ ħiliet li jkun xieraq sabiex jilħaq dan l-għan;
(d)il-maniġment superjuri tal-istituzzjoni għandu jkun involut b’mod attiv fil-proċess ta’ kontroll tar-riskju u għandu jqis il-kontroll tar-riskju ta’ CVA bħala aspett essenzjali tan-negozju, li għalih jeħtieġ li jiġu ddedikati r-riżorsi xierqa;
(e)l-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-proċess għall-validazzjoni inizjali u kontinwa tal-mudell tal-iskopertura tagħha msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1, għal livell ta’ dettall li jippermetti lil terza persuna tifhem kif joperaw il-mudelli, il-limitazzjonijiet tagħhom, u s-suppożizzjonijiet ewlenin tagħhom, u terġa’ toħloq l-analiżi. Din id-dokumentazzjoni għandha tistabbilixxi l-frekwenza minima li biha se titwettaq il-validazzjoni kontinwa, kif ukoll ċirkostanzi oħrajn (bħal bidla f’daqqa fl-imġiba tas-suq) li fihom għandha titwettaq validazzjoni addizzjonali; għandha tiddeskrivi kif titwettaq il-validazzjoni fir-rigward tal-flussi u tal-portafolli tad-data, liema analiżijiet jintużaw u kif jinbnew il-portafolli tal-kontroparti rappreżentattivi;
(f)il-mudelli tal-ipprezzar użati fil-mudell tal-iskopertura msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għal xenarju partikolari ta’ fatturi tar-riskju tas-suq issimulati għandhom jiġu ttestjati skont parametri referenzjarji indipendenti xierqa għal firxa wiesgħa ta’ stati tas-suq bħala parti mill-proċess inizjali u kontinwu ta’ validazzjoni tal-mudell. Mudelli tal-ipprezzar għall-opzjonijiet għandhom jikkunsidraw in-nuqqas ta’ linearità tal-valur tal-opzjonijiet rigward il-fatturi tar-riskju tas-suq;
(g)rieżami indipendenti tas-sistema interna ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ CVA tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandu jitwettaq mill-proċess ta’ awditjar intern tal-istituzzjoni fuq bażi regolari. Jenħtieġ li dan ir-rieżami jinkludi kemm l-attivitajiet tal-unità msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 383(1), kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu;
(h)il-mudell użat mill-istituzzjoni għall-kalkolu tal-iskopertura futura skontata ssimulata msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jirrifletti t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet u l-arranġamenti tal-marġni b’mod puntwali, komplut, u konservattiv. It-termini u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jirrisjedu f’bażi ta’ data sigura soġġetta għal awditu formali u perjodiku. It-trażmissjoni tad-data u tal-arranġamenti tal-marġni tat-termini u tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet għall-mudell tal-iskopertura għandha tkun soġġetta wkoll għal awditu intern, u għandhom ikunu fis-seħħ proċessi formali ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-mudell intern u s-sistemi tad-data tas-sors sabiex jiġi vverifikat fuq bażi kontinwa li t-termini, l-ispeċifikazzjonijiet u l-arranġamenti tal-marġni tat-tranżazzjonijiet ikunu qed jiġu riflessi fis-sistema ta’ skopertura b’mod korrett jew, tal-anqas, b’mod konservattiv;
(i)l-inputs kurrenti u storiċi tad-data tas-suq użati fil-mudell użat mill-istituzzjoni għall-kalkolu tal-iskopertura futura skontata ssimulata msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jinkisbu indipendentement mil-linji operatorji. Għandhom jiġu inklużi fil-mudell użat mill-istituzzjoni għall-kalkolu tal-iskopertura futura skontata ssimulata msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, b’mod puntwali u komplut, u jinżammu f’bażi ta’ data sigura soġġetta għal awditu formali u perjodiku. Istituzzjoni għandu jkollha proċess żviluppat sew ta’ integrità tad-data sabiex tittratta osservazzjonijiet mhux xierqa tad-data. Fil-każ li fih il-mudell jiddependi fuq data tas-suq ta’ approssimazzjoni, istituzzjoni għandha tfassal politiki interni sabiex tidentifika approssimazzjonijiet xierqa u għandha turi b’mod empiriku fuq bażi kontinwa li l-approssimazzjonijiet jipprovdu rappreżentazzjoni konservattiva tar-riskju sottostanti;
(j)il-mudell tal-iskopertura għandu jkopri l-informazzjoni speċifika għat-tranżazzjonijiet u kuntrattwali neċessarja sabiex jiġu aggregati iskoperturi fil-livell tas-sett ta’ netting. Istituzzjoni għandha tivverifika li t-tranżazzjonijiet jiġu assenjati għas-sett ta’ netting adatt fil-mudell.
Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskji ta’ CVA msemmi fil-punt (a), il-mudell tal-iskopertura jista’ jkollu speċifikazzjonijiet u suppożizzjonijiet differenti sabiex jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 383a, ħlief li d-data tal-input tas-suq u r-rikonoxximent tan-netting tagħha għandhom jibqgħu l-istess bħal dawk użati għall-finijiet kontabilistiċi.
3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika kif il-firxiet ta’ approssimazzjoni msemmijin fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, għandhom jiġu ddeterminati mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza.
4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)elementi tekniċi ulterjuri li l-istituzzjoni għandha tqis meta tikkalkola t-telf fil-każ ta’ inadempjenza mistenni tal-kontroparti, il-probabbiltajiet ta’ inadempjenza tal-kontroparti u l-iskopertura futura ssimulata tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet ma’ dik il-kontroparti u s-CVA, kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1;
(b)liema strumenti oħrajn imsemmijin fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 1, huma xierqa sabiex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza tal-kontroparti u kif l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu din l-istima.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmijin fil-paragrafi 3 u 4 lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u tal-bidliet fl-użu tal-approċċ standardizzat kif imsemmi fl-Artikolu 383(3);
(b)il-metodoloġija ta’ valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 383 u 383a.
L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni 36 xahar [wara d-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament].
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 383b
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskji delta u vega
1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi tar-riskju delta u vega deskritti fl-Artikoli minn 383c sa 383h, u l-proċess stabbilit fil-paragrafi minn 2 sa 8, sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji delta u vega.
2. Għal kull klassi ta’ riskju msemmija fl-Artikolu 383(2), is-sensittività tas-CVAs aggregati u s-sensittività tal-pożizzjonijiet kollha f’ħeġġijiet eliġibbli li jaqgħu fl-ambitu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji delta jew vega għal kull wieħed mill-fatturi tar-riskju delta jew vega applikabbli inklużi f’dik il-klassi tar-riskju għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formuli korrispondenti stabbiliti fl-Artikoli 383i u 383j. Jekk il-valur ta’ strument jiddependi fuq diversi fatturi tar-riskju, is-sensittività għandha tiġi ddeterminata b’mod separat għal kull fattur tar-riskju.
Għall-kalkolu tas-sensittivitajiet tar-riskju vega tas-CVAs aggregati, għandhom jiġu inklużi s-sensittivitajiet kemm għall-volatilitajiet użati fil-mudell tal-iskopertura sabiex jiġu ssimulati l-fatturi tar-riskju kif ukoll għall-volatilitajiet użati sabiex jerġgħu jiġu pprezzati t-tranżazzjonijiet tal-opzjonijiet fil-portafoll mal-kontroparti.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista’ tuża definizzjonijiet alternattivi ta’ sensittivitajiet għar-riskju delta u vega fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju intern u għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;
(b)l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi jkunu aktar xierqa sabiex ikopru s-sensittivitajiet tal-pożizzjoni milli l-formuli stabbiliti fl-Artikolu 383i u 383j, u li s-sensittivitajiet li jirriżultaw ma jvarjawx materjalment minn dawk il-formuli.
3. Meta ħeġġ eliġibbli tkun strument tal-indiċi, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta’ dik il-ħeġġ eliġibbli għall-fatturi tar-riskju rilevanti kollha billi japplikaw il-bidla ta’ wieħed mill-fatturi tar-riskju rilevanti għal kull wieħed mill-kostitwenti tal-indiċi.
4. Istituzzjoni tista’ tintroduċi klassijiet ta’ riskju addizzjonali għal dawk imsemmijin fl-Artikolu 383(2) li jikkorrispondu għal strumenti tal-indiċi kwalifikati. Għall-finijiet tar-riskji delta, strument tal-indiċi jitqies li jkun ikkwalifikat meta jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325i(3). Għal riskji vega, l-istrumenti tal-indiċi kollha għandhom jitqiesu bħala kwalifikati.
Istituzzjoni għandha tikkalkola s-sensittivitajiet delta u vega għal fattur tar-riskju tal-indiċi kwalifikat bħala sensittività unika għall-indiċi kkwalifikat sottostanti. Meta 75 % tal-kostitwenti ta’ indiċi kkwalifikat jiġu mmappjati għall-istess settur kif stabbilit fl-Artikoli 383o, 383r u 383t, l-istituzzjoni għandha timmappja l-indiċi kkwalifikat għal dak l-istess settur. Inkella, l-istituzzjoni għandha timmappja s-sensittività għat-taqsima tal-indiċi kkwalifikat applikabbli.
5. Is-sensittivitajiet ippeżati tas-CVA aggregat u tal-valur tas-suq tal-ħeġġijiet eliġibbli kollha għal kull fattur tar-riskju għandhom jiġu kkalkolati billi s-sensittivitajiet netti rispettivi jiġu mmoltiplikati bil-piż tar-riskju korrispondenti, f’konformità mal-formuli li ġejjin:
fejn:
= l-indiċi li jiddenota l-fattur tar-riskju k;
= il-piż tar-riskju applikabbli għall-fattur tar-riskju k;
= is-sensittività ppeżata tas-CVA aggregat għall-fattur tar-riskju k;
= is-sensittività netta tas-CVA aggregat għall-fattur tar-riskju k;
= is-sensittività ppeżata tal-valur tas-suq tal-ħeġġijiet eliġibbli kollha fil-portafoll ta’ CVA għall-fattur tar-riskju k;
= is-sensittività netta tal-valur tas-suq tal-ħeġġijiet eliġibbli kollha fil-portafoll ta’ CVA għall-fattur tar-riskju k.
6. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-sensittività ppeżata netta tal-portafoll ta’ CVA għall-fattur tar-riskju k f’konformità mal-formula li ġejja:
7. Is-sensittivitajiet netti ppeżati fl-istess taqsima għandhom jiġu aggregati f’konformità mal-formula li ġejja, bl-użu tal-korrelazzjonijiet korrispondenti għas-sensittivitajiet ippeżati fl-istess taqsima stabbilita fl-Artikoli 383l, 383s u 383p li jwasslu għas-sensittività speċifika għat-taqsima :
fejn:
= is-sensittività speċifika għat-taqsima tat-taqsima b;
= il-parametri ta’ korrelazzjoni intrataqsima korrispondenti;
= il-parametru ta’ esklużjoni tal-iħħeġġjar ugwali għal 0,01;
= is-sensittivitajiet netti ppeżati.
8. Is-sensittività speċifika għat-taqsima għandha tiġi kkalkolata f’konformità mal-paragrafi 5, 6 u 7 għal kull taqsima fi klassi tar-riskju. Ladarba s-sensittività speċifika għat-taqsima tkun ġiet ikkalkolata għat-taqsimiet kollha, is-sensittivitajiet ippeżati għal kull fattur tar-riskju fit-taqsimiet għandhom jiġu aggregati f’konformità mal-formula li ġejja, permezz tal-korrelazzjonijiet korrispondenti għal sensittivitajiet ippeżati f’taqsimiet differenti stipulati fl-Artikoli 383l, 383 u 383q, li jwasslu għar-rekwiżit ta’ fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta’ riskju għar-riskju delta jew vega:
fejn:
= fattur moltiplikatur li huwa ugwali għal 1; l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu l-valur ta’ meta l-mudell regolatorju ta’ CVA tal-istituzzjoni juri nuqqasijiet għall-kalkolu kif xieraq tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA;
= is-sensittività speċifika għat-taqsima tat-taqsima b;
= il-parametru ta’ korrelazzjoni bejn it-taqsimiet b u c;
għall-fatturi tar-riskju kollha fit-taqsima b;
għall-fatturi tar-riskju kollha fit-taqsima c.
Artikolu 383c
Fatturi tar-riskju tar-rata tal-imgħax
1. Għall-fatturi tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax, inkluż ir-riskju tar-rata tal-inflazzjoni, għandu jkun hemm taqsima waħda għal kull munita, b’kull taqsima li jkun fiha tipi differenti ta’ fatturi tar-riskju.
Il-fatturi tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax li huma applikabbli għal strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-portafoll ta’ CVA għandhom ikunu r-rati mingħajr riskju għal kull munita kkonċernata u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: sena, sentejn, 5 snin, 10 snin u 30 sena.
Il-fatturi tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax applikabbli għal strumenti sensittivi għar-rata tal-inflazzjoni fil-portafoll ta’ CVA għandhom ikunu r-rati tal-inflazzjoni għal kull munita kkonċernata u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: sena, sentejn, 5 snin, 10 snin u 30 sena.
2. Il-muniti li għalihom istituzzjoni għandha tapplika l-fatturi tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom ikunu USD, EUR, GBP, AUD, CAD, SEK, JPY u l-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni.
3. Għall-muniti mhux speċifikati fil-paragrafu 2, il-fatturi tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax għandhom ikunu l-bidla assoluta fir-rata tal-inflazzjoni u x-xift parallela tal-kurva sħiħa mingħajr riskju għal munita partikolari.
4. L-istituzzjonijiet għandhom jiksbu r-rati mingħajr riskju għal kull munita mill-istrumenti tas-suq monetarju miżmuma fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni li jkollhom l-aktar riskju ta’ kreditu baxx, inklużi swaps tal-indiċi mil-lum għall-għada.
5. Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu japplikaw l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 4, ir-rati mingħajr riskju għandhom ikunu bbażati fuq kurva ta’ swaps implikata mis-suq waħda jew aktar użati mill-istituzzjonijiet sabiex jipprezzaw il-pożizzjonijiet skont il-valur tas-suq, bħall-kurvi ta’ swaps ta’ rati interbankarji offruti.
Meta d-data dwar kurvi ta’ swaps implikati mis-suq deskritti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tkun insuffiċjenti, ir-rati mingħajr riskju jistgħu jiġu derivati mill-kurva tal-bonds sovrani l-iktar xierqa għal munita partikolari.
Artikolu 383d
Fatturi tar-riskju tal-kambju
1. Il-fatturi tar-riskju delta tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti fil-portafoll ta’ CVA sensittivi għar-rati tal-kambju spot għandhom ikunu r-rati tal-kambju spot bejn il-munita li fiha jkun iddenominat l-istrument u l-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni. Għandu jkun hemm taqsima waħda għal kull sett ta’ muniti akkoppjati, li tkun tinkludi fattur tar-riskju uniku u sensittività netta unika.
2. Il-fatturi tar-riskju vega tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti f’portafoll ta’ CVA sensittivi għall-volatilità tal-kambju għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju bejn il-muniti akkoppjati msemmijin fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm taqsima waħda għall-muniti u għall-maturitajiet kollha, li jkun fiha l-fatturi kollha tar-riskju vega tal-kambju u sensittività netta waħda.
3. L-istituzzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa jiddistingwu bejn varjanti onshore u offshore ta’ munita għall-fatturi kollha tar-riskju delta u vega.
Artikolu 383e
Fatturi tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu tal-kontroparti
1. Il-fattur tar-riskju delta tal-firxiet ta’ kreditu tal-kontroparti applikabbli għal strumenti sensittivi għall-firxiet ta’ kreditu tal-kontroparti fil-portafoll ta’ CVA għandu jkun il-firxiet ta’ kreditu tal-kontropartijiet individwali u l-ismijiet ta’ referenza u l-indiċijiet ikkwalifikati għall-maturitajiet li ġejjin: 0,5 ta’ sena, sena (1), 3 snin, 5 snin u 10 snin.
2. Il-fattur tar-riskju delta tar-rata tal-imgħax applikabbli għal strumenti sensittivi għar-rata tal-inflazzjoni fil-portafoll ta’ CVA għandu jkun ir-rati tal-inflazzjoni rilevanti għal kull munita u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: sena, sentejn, 5 snin, 10 snin u 30 sena.
Artikolu 383f
Fatturi tar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu ta’ referenza
1. Il-fattur tar-riskju delta tal-firxiet ta’ kreditu ta’ referenza applikabbli għal strumenti sensittivi għall-firxiet ta’ kreditu ta’ referenza fil-portafoll ta’ CVA għandu jkun il-firxiet ta’ kreditu tal-maturitajiet kollha għall-ismijiet ta’ referenza kollha f'taqsima. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkolata għal kull taqsima.
2. Il-fattur tar-riskju vega ta’ firxiet ta’ kreditu ta’ referenza applikabbli għal strumenti fil-poratfoll ta’ CVA sensittivi għall-volatilità tal-firxiet ta’ kreditu ta’ referenza għandu jkun il-volatilitajiet tal-firxiet ta’ kreditu tat-tenuri kollha għall-ismijiet ta’ referenza kollha f'taqsima. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkolata għal kull taqsima.
Artikolu 383g
Fatturi tar-riskju ta’ ekwità
1. It-taqsimiet għall-fatturi kollha tar-riskju ta’ ekwità għandhom ikunu t-taqsimiet imsemmijin fl-Artikolu 383s.
2. Il-fatturi tar-riskju delta ta’ ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti fil-portafoll ta’ CVA sensittivi għall-prezzijiet spot ta’ ekwità għandhom ikunu l-prezzijiet spot tal-ekwitajiet kollha mmappjati għall-istess taqsima msemmija fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkolata għal kull taqsima.
3. Il-fatturi tar-riskju vega ta’ ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti fil-portafoll ta’ CVA sensittivi għall-volatilità ta’ ekwità għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-ekwitajiet kollha mmappjati għall-istess taqsima msemmija fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkolata għal kull taqsima.
Artikolu 383h
Fatturi tar-riskju tal-komoditajiet
1. It-taqsimiet għall-fatturi kollha tar-riskju tal-komoditajiet għandhom ikunu t-taqsimiet settorjali msemmijin fl-Artikolu 383v.
2. Il-fatturi tar-riskju delta tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti fil-portafoll ta’ CVA sensittivi għall-prezzijiet spot tal-komoditajiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot tal-komoditajiet kollha mmappjati għall-istess taqsima settorjali msemmija fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkolata għal kull taqsima settorjali.
3. Il-fatturi tar-riskju vega tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti fil-portafoll ta’ CVA sensittivi għall-volatilità tal-prezz tal-komoditajiet għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-komoditajiet kollha mmappjati għall-istess taqsima settorjali msemmija fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda kkalkolata għal kull taqsima settorjali.
Artikolu 383i
Sensittivitajiet għar-riskju delta
1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-sensittivitajiet delta li jikkonsistu f’fatturi tar-riskju tar-rata tal-imgħax kif ġej:
(a)is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f’rati mingħajr riskju, kif ukoll f’ħeġġ eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
fejn:
= is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tar-rata mingħajr riskju;
=
il-valur tal-fattur tar-riskju tar-rata mingħajr riskju k bil-maturità t;
=
is-CVA aggregat ikkalkolat bil-mudell regolatorju ta’ CVA;
= fatturi tar-riskju minbarra fi ;
= is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tar-rata mingħajr riskju;
= il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fil-funzjoni tal-ipprezzar .
(b)is-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f’rati tal-inflazzjoni kif ukoll f’ħeġġ eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
fejn:
= is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni;
= il-valur tal-fattur tar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni k bil-maturità t;
= is-CVA aggregat ikkalkolat bil-mudell regolatorju ta’ CVA;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fi ;
= is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni;
= il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fil-funzjoni tal-ipprezzar .
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f’rati spot tal-kambju, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:
fejn:
= is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tar-rata spot tal-kambju;
= il-valur tal-fattur tar-riskju tar-rata spot tal-kambju k;
= is-CVA aggregat ikkalkolat bil-mudell regolatorju ta’ CVA;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fi ;
= is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tar-rata tal-kambju spot;
= il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fil-funzjoni tal-ipprezzar .
3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f’rati ta’ firxiet tal-kreditu tal-kontroparti, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:
fejn:
= is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tar-rata ta’ firxiet tal-kreditu tal-kontroparti;
= il-valur tal-fattur tar-riskju tar-rata ta’ firxiet tal-kreditu tal-kontroparti k fil-maturità t;
= is-CVA aggregat ikkalkolat bil-mudell regolatorju ta’ CVA;
= fatturi tar-riskju minbarra fi ;
= is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tar-rata ta’ firxiet tal-kreditu tal-kontroparti;
= il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i
= il-fatturi tar-riskju minbarra fil-funzjoni tal-ipprezzar .
4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu f’rati ta’ firxiet tal-kreditu ta’ referenza, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:
fejn:
= is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tar-rata ta’ firxiet tal-kreditu ta’ referenza;
= il-valur tal-fattur tar-riskju tar-rata ta’ firxiet tal-kreditu ta’ referenza k fil-maturità t;
= is-CVA aggregat ikkalkolat bil-mudell regolatorju ta’ CVA;
= fatturi tar-riskju minbarra fi ;
= is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tar-rata ta’ firxiet tal-kreditu ta’ referenza;
= il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i
= il-fatturi tar-riskju minbarra fil-funzjoni tal-ipprezzar .
5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu fi prezzijiet spot ta’ ekwità, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:
fejn:
= is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tal-prezz spot ta’ ekwità;
= il-valur tal-prezz spot tal-ekwità;
= is-CVA aggregat ikkalkolat bil-mudell regolatorju ta’ CVA;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fi ;
= is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tal-prezz spot ta’ ekwità;
= il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fil-funzjoni tal-ipprezzar .
6. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-sensittivitajiet delta tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu fi prezzijiet spot tal-komoditajiet, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:
fejn:
= is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tal-prezz spot tal-komoditajiet;
= il-valur tal-prezz spot tal-komoditajiet;
= is-CVA aggregat ikkalkolat bil-mudell regolatorju ta’ CVA;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fi ;
= is-sensittivitajiet tal-ħeġġ eliġibbli i għal fattur tar-riskju tal-prezz spot tal-komoditajiet;
= il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fil-funzjoni tal-ipprezzar .
Artikolu 383j
Sensittivitajiet għar-riskju vega
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-sensittivitajiet għaar-riskju vega tas-CVA aggregat għall-fatturi tar-riskju li jikkonsistu fil-volatilità implikata, kif ukoll fi strument għall-iħħeġġjar eliġibbli għal dawk il-fatturi tar-riskju, kif ġej:
fejn:
= is-sensittivitajiet tas-CVA aggregat għal fattur tar-riskju tal-volatitilà implikata;
= il-valur tal-fattur tar-riskju tal-volatilità implikata, espress bħala perċentwal;
= is-CVA aggregat ikkalkolat bil-mudell regolatorju ta’ CVA;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fil-funzjoni tal-ipprezzar ;
= is-sensittivitajiet tal-istrument għall-iħħeġġjar eliġibbli i għal fattur tar-riskju tal-volatilità implikata;
= il-funzjoni tal-ipprezzar tal-ħeġġ eliġibbli i;
= il-fatturi tar-riskju minbarra fil-funzjoni tal-ipprezzar .
Artikolu 383k
Piżijiet tar-riskju għar-riskju tar-rata tal-imgħax
1. Għall-muniti msemmijin fl-Artikolu 383c(2), il-piżijiet tar-riskju tas-sensittivitajiet delta tar-rata mingħajr riskju għal kull taqsima fit-Tabella 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Tabella 1
|
Taqsima
|
Maturità
|
Piż tar-Riskju
|
|
1
|
sena
|
1,11 %
|
|
2
|
sentejn
|
0,93 %
|
|
3
|
5 snin
|
0,74 %
|
|
4
|
10 snin
|
0,74 %
|
|
5
|
30 sena
|
0,74 %
|
2. Għal muniti għajr il-muniti msemmijin fl-Artikolu 383c(2), il-piż tar-riskju tas-sensittivitajiet delta tar-rata mingħajr riskju għandu jkun ta’ 1,58 %.
3. Għar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni ddenominat f’waħda mill-muniti msemmijin fl-Artikolu 383c(2), il-piż tar-riskju tas-sensittività għar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni għandu jkun ta’ 1,11 %.
4. Għar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni ddenominat f’munita għajr il-muniti msemmijin fl-Artikolu 383c(2), il-piż tar-riskju tas-sensittività għar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni għandu jkun ta’ 1,58 %.
5. Il-piżijiet tar-riskju li għandhom jiġu applikati għas-sensittivitajiet għall-fatturi tar-riskju vega tar-rata tal-imgħax u għall-fatturi tar-riskju tar-rata tal-inflazzjoni għall-muniti kollha għandhom ikunu ta’ 100 %.
Artikolu 383l
Korrelazzjonijiet intrataqsima għar-riskju tar-rata tal-imgħax
1. Għall-muniti msemmijin fl-Artikolu 383c(2), il-parametri ta’ korrelazzjoni li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw għall-aggregazzjoni tas-sensittivitajiet delta tar-rata mingħajr riskju bejn it-taqsimiet differenti stabbiliti fit-Tabella 2 għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Tabella 2
|
Taqsima
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
|
1
|
100 %
|
91 %
|
72 %
|
55 %
|
31 %
|
|
2
|
|
100 %
|
87 %
|
72 %
|
45 %
|
|
3
|
|
|
100 %
|
91 %
|
68 %
|
|
4
|
|
|
|
100 %
|
83 %
|
|
5
|
|
|
|
|
100 %
|
2. Il-parametru ta’ korrelazzjoni li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw għall-aggregazzjoni tas-sensittività għar-riskju delta tar-rata tal-inflazzjoni u tas-sensittività delta tar-rata mingħajr riskju ddenominati fl-istess munita għandu jkun ta’ 40 %.
3. Il-parametru ta’ korrelazzjoni li l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw għall-aggregazzjoni tas-sensittività tal-fattur tar-riskju vega tar-rata tal-inflazzjoni u tas-sensittività tal-fattur tar-riskju vega tar-rata tal-imgħax iddenominati fl-istess munita għandu jkun ta’ 40 %.
Artikolu 383m
Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju
1. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta kollha għall-fattur tar-riskju tal-kambju bejn munita tar-rapportar ta’ istituzzjoni u munita oħra għandhom ikunu ta’ 11 %.
2. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet vega kollha għall-fattur tar-riskju tal-kambju għandhom ikunu ta’ 100 %.
Artikolu 383n
Korrelazzjonijiet għar-riskju tal-kambju
Parametru ta’ korrelazzjoni uniformi ugwali għal 60 % għandu japplika għall-aggregazzjoni tas-sensitivitajiet għall-fatturi tar-riskju delta u vega tal-kambju.
Artikolu 383o
Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-firxiet ta’ kreditu tal-kontroparti
1. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-firxiet ta’ kreditu għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta’ sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f’kull taqsima fit-Tabella 3 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Tabella 3
|
Taqsima
numru
|
Kreditu
kwalità
|
Settur
|
Piż tar-riskju
(punti perċentwali)
|
|
1
|
Kollha
|
Il-gvern ċentrali, inklużi l-banek ċentrali, ta’ Stat Membru
|
0,5 %
|
|
2
|
Skala minn 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu
|
Il-gvern ċentrali, inklużi l-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikoli 117(2) u 118
|
0,5 %
|
|
3
|
|
L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku
|
1,0 %
|
|
4
|
|
L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, minn gvern reġjonali jew minn awtorità lokali u minn mutwanti promozzjonali
|
5,0 %
|
|
5
|
|
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri
|
3,0 %
|
|
6
|
|
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ sostenn
|
30 %
|
|
7
|
|
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet
|
2,0 %
|
|
8
|
|
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi
|
1,5 %
|
|
9
|
|
Settur ieħor
|
5,0 %
|
|
10
|
|
Indiċijiet ikkwalifikati
|
1,5 %
|
|
11
|
Skala minn 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu u mingħajr klassifikazzjoni
|
Il-gvern ċentrali, inklużi l-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikoli 117(2) u 118
|
2,0 %
|
|
12
|
|
L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku
|
4,0 %
|
|
13
|
|
L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, minn gvern reġjonali jew minn awtorità lokali u minn mutwanti promozzjonali
|
12,0 %
|
|
14
|
|
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri
|
7,0 %
|
|
15
|
|
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ sostenn
|
8,5 %
|
|
16
|
|
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet
|
5,5 %
|
|
17
|
|
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi
|
5,0 %
|
|
18
|
|
Settur ieħor
|
12,0 %
|
|
19
|
|
Indiċijiet ikkwalifikati
|
5,0 %
|
2. Sabiex jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni li tintuża ta’ spiss fis-suq għar-raggruppament ta’ emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal waħda mit-taqsimiet settorjali stabbiliti fit-Tabella 3. Skoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tistax tassenja f’settur b’tali mod għandhom jiġu assenjati jew fit-taqsima 9 jew fit-taqsima 18 fit-Tabella 3, skont il-kwalità tal-kreditu tal-emittent.
3. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw għat-taqsimiet 10 u 19 fit-Tabella 3 biss dawk l-iskoperturi li jirreferenzjaw l-indiċijiet ikkwalifikati ta’ referenza kif imsemmi fl-Artikolu 383b(4).
4. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ ta’ trasparenza sabiex jiddeterminaw is-sensittivitajiet ta’ skopertura li tirreferenzja indiċi mhux ikkwalifikat.
Artikolu 383p
Korrelazzjonijiet intrataqsima għar-riskju tal-firxiet ta’ kreditu tal-kontroparti
1. Bejn żewġ sensittivitajiet u , li jirriżultaw minn skoperturi għar-riskju assenjati fit-taqsimiet minn 1 sa 9 u minn 11 sa 18 tas-settur, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Artikolu 383o(1), il-parametru ta’ korrelazzjoni għandu jiġi stabbilit kif ġej:
fejn:
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, inkella għandha tkun ugwali għal 90 %;
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, inkella għandha tkun ugwali għal 50 %;
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ikunu kemm fit-taqsimiet minn 1 sa 9 jew ikunu t-tnejn fit-taqsimiet minn 11 sa 18, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %.
2. Bejn żewġ sensittivitajiet u , li jirriżultaw minn skoperturi għar-riskju assenjati fit-taqsimiet 10 u 19, il-parametru ta’ korrelazzjoni għandu jiġi stabbilit kif ġej:
fejn:
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, inkella għandha tkun ugwali għal 90 %;
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ta’ sensittivitajiet k u l ikunu identiċi u ż-żewġ indiċijiet ikunu tal-istess serje, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %;
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ikunu t-tnejn fit-taqsima 10 jew ikunu t-tnejn fit-taqsima 19, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %.
Artikolu 383q
Korrelazzjonijiet bejn it-taqsimiet għar-riskju tal-firxiet ta’ kreditu tal-kontroparti
Il-korrelazzjonijiet bejn it-taqsimiet għar-riskju delta tal-firxiet ta’ kreditu għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Tabella 4
|
Taqsima
|
1, 2, 3, 11 u 12
|
4 u 13
|
5 u 14
|
6 u 15
|
7 u 16
|
8 u 17
|
9 u 18
|
10 u 19
|
|
1, 2, 3, 11 u 12
|
100 %
|
10 %
|
20 %
|
25 %
|
20 %
|
15 %
|
0 %
|
45 %
|
|
4 u 13
|
|
100 %
|
5 %
|
15 %
|
20 %
|
5 %
|
0 %
|
45 %
|
|
5 u 14
|
|
|
100 %
|
25 %
|
25 %
|
5 %
|
0 %
|
45 %
|
|
6 u 15
|
|
|
|
100 %
|
83 %
|
5 %
|
0 %
|
45 %
|
|
7 u 16
|
|
|
|
|
100 %
|
5 %
|
0 %
|
45 %
|
|
8 u 17
|
|
|
|
|
|
100 %
|
0 %
|
45 %
|
|
9 u 18
|
|
|
|
|
|
|
100 %
|
0 %
|
|
10 u 19
|
|
|
|
|
|
|
|
100 %
|
Artikolu 383r
Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-firxiet ta’ kreditu ta’ referenza
1. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-firxiet ta’ kreditu ta’ referenza għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta’ sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) u l-iskoperturi tal-firxiet ta’ kreditu ta’ referenza kollha f’kull taqsima fit-Tabella 5 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Tabella 5
|
Numru tat-taqsima
|
Kwalità tal-kreditu
|
Settur
|
Piż tar-riskju
(punti perċentwali)
|
|
1
|
Kollha
|
Il-gvern ċentrali, inklużi l-banek ċentrali, ta’ Stat Membru
|
0,5 %
|
|
2
|
Skala minn 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu
|
Il-gvern ċentrali, inklużi l-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikoli 117(2) u 118
|
0,5 %
|
|
3
|
|
L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku
|
1,0 %
|
|
4
|
|
L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, minn gvern reġjonali jew minn awtorità lokali u minn mutwanti promozzjonali
|
5,0 %
|
|
5
|
|
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri
|
3,0 %
|
|
6
|
|
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ sostenn
|
3,0 %
|
|
7
|
|
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet
|
2,0 %
|
|
8
|
|
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi
|
1,5 %
|
|
10
|
|
Indiċijiet ikkwalifikati
|
1,5 %
|
|
11
|
Skala minn 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu u mingħajr klassifikazzjoni
|
Il-gvern ċentrali, inklużi l-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikoli 117(2) u 118
|
2,0 %
|
|
12
|
|
L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku
|
4,0 %
|
|
13
|
|
L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, minn gvern reġjonali jew minn awtorità lokali u minn mutwanti promozzjonali
|
12,0 %
|
|
14
|
|
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri
|
7,0 %
|
|
15
|
|
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ sostenn
|
8,5 %
|
|
16
|
|
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet
|
5,5 %
|
|
17
|
|
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi
|
5,0 %
|
|
18
|
|
Indiċijiet ikkwalifikati
|
5,0 %
|
|
19
|
Settur ieħor
|
12,0 %
|
2. Sabiex jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni li tintuża ta’ spiss fis-suq għar-raggruppament ta’ emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal waħda mit-taqsimiet settorjali fit-Tabella 5. Skoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tistax tassenja f’settur b’tali mod għandhom jiġu assenjati fit-taqsima 19 fit-Tabella 5, skont il-kwalità tal-kreditu tal-emittent.
3. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw għat-taqsimiet 10 u 18 biss dawk l-iskoperturi li jirreferenzjaw l-indiċijiet ikkwalifikati ta’ referenza kif imsemmi fl-Artikolu 383b(4).
4. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ ta’ trasparenza sabiex jiddeterminaw is-sensittivitajiet ta’ skopertura li tirreferenzja indiċi mhux ikkwalifikat.
Artikolu 383s
Korrelazzjonijiet intrataqsima għar-riskju tal-firxiet ta’ kreditu ta’ referenza
1. Bejn żewġ sensittivitajiet u , li jirriżultaw minn skoperturi għar-riskju assenjati fit-taqsimiet minn 1 sa 9 u minn 11 sa 18 tas-settur tat-Tabella 5 tal-Artikolu A383r(1), il-parametru ta’ korrelazzjoni għandu jiġi stabbilit kif ġej:
fejn:
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, inkella għandha tkun ugwali għal 90 %;
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, inkella għandha tkun ugwali għal 50 %;
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ikunu kemm fit-taqsimiet minn 1 sa 9 jew ikunu t-tnejn fit-taqsimiet minn 11 sa 18, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %.
2. Bejn żewġ sensittivitajiet u , li jirriżultaw minn skoperturi għar-riskju assenjati fit-taqsimiet 10 u 19, il-parametru ta’ korrelazzjoni għandu jiġi stabbilit kif ġej:
fejn:
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ punti tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, inkella għandha tkun ugwali għal 90 %;
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ta’ sensittivitajiet k u l ikunu identiċi u ż-żewġ indiċijiet ikunu tal-istess serje, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %;
għandha tkun ugwali għal 1 meta ż-żewġ ismijiet ikunu t-tnejn fit-taqsima 10 jew ikunu t-tnejn fit-taqsima 19, inkella għandha tkun ugwali għal 80 %.
Artikolu 383t
Taqsimiet tal-piżijiet tar-riskju għar-riskju ta’ ekwità
1. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-prezz spot ta’ ekwità għandhom ikunu l-istess għall-iskoperturi kollha tar-riskju ta’ ekwità f’kull taqsima fit-Tabella 6 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Tabella 6
|
Numru tat-taqsima
|
Kapitalizzazzjoni tas-suq
|
Ekonomija
|
Settur
|
Piż tar-riskju għall-prezz spot ta’ ekwità
(punti perċentwali)
|
|
1
|
Kbir
|
Ekonomija tas-suq emerġenti
|
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet
|
55 %
|
|
2
|
|
|
Telekomunikazzjonijiet, industrijali
|
60 %
|
|
3
|
|
|
Materjali bażiċi, enerġija, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri
|
45 %
|
|
4
|
|
|
Finanzjarji inklużi finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija
|
55 %
|
|
5
|
|
Ekonomija avvanzata
|
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet
|
30 %
|
|
6
|
|
|
Telekomunikazzjonijiet, industrijali
|
35 %
|
|
7
|
|
|
Materjali bażiċi, enerġija, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri
|
40 %
|
|
8
|
|
|
Finanzjarji inklużi finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija
|
50 %
|
|
9
|
Żgħir
|
Ekonomija tas-suq emerġenti
|
Is-setturi kollha deskritti taħt it-taqsimiet bin-numri 1, 2, 3 u 4
|
70
|
|
10
|
|
Ekonomija avvanzata
|
Is-setturi kollha deskritti taħt it-taqsimiet bin-numri 5, 6, 7 u 8
|
50 %
|
|
11
|
Settur ieħor
|
70 %
|
|
12
|
Kbir
|
Ekonomija avvanzata
|
Indiċijiet ikkwalifikati
|
15 %
|
|
13
|
Oħrajn
|
Indiċijiet ikkwalifikati
|
25 %
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dak li jikkostitwixxi kapitalizzazzjoni żgħira u kbira għandu jiġi speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-Artikolu 325bd(7).
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dak li jikkostitwixxi suq emerġenti u ekonomija avvanzata għandu jiġi speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-Artikolu 325ap(3).
4. Meta jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni li tintuża ta’ spiss fis-suq għar-raggruppament ta’ emittenti skont is-settur industrijali. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal waħda mit-taqsimiet settorjali fil-paragrafu 1 tat-Tabella 6 u għandhom jassenjaw l-emittenti kollha mill-istess industrija għall-istess settur. L-iskoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tistax tassenja għal settur b’din il-manjiera għandhom jiġu assenjati għat-taqsima 11. L-emittenti ta’ ekwità multinazzjonali jew multisettorjali għandhom jiġu allokati għal taqsima partikolari fuq il-bażi tal-aktar reġjun u settur materjali li fihom jopera l-emittent tal-ekwità.
5. Il-piżijiet tar-riskju għar-riskju vega ta’ ekwità għandhom jiġu stabbiliti għal 78 % għat-taqsimiet minn 1 sa 8 u għat-taqsima 12, u għal 100 % għat-taqsimiet l-oħrajn kollha.
Artikolu 383u
Korrelazzjonijiet fost it-taqsimiet għar-riskju ta’ ekwità
Il-parametru ta’ korrelazzjoni bejn it-taqsimiet għar-riskju delta u vega ta’ ekwità għandu jiġi stabbilit għal:
(a)15 %, meta ż-żewġ taqsimiet jaqgħu fit-taqsimiet minn 1 sa 10 tat-Tabella 6 tal-Artikolu 383t(1);
(b)75 %, meta ż-żewġ taqsimiet ikunu t-taqsimiet 12 u 13 tat-Tabella 6 tal-Artikolu 383t(1);
(c)45 %, meta waħda mit-taqsimiet tkun it-taqsima 12 jew 13 tat-Tabella 6 tal-Artikolu 383t(1), u t-taqsima l-oħra taqa’ bejn it-taqsimiet 1 u 10 tat-Tabella 6 tal-Artikolu 383t(1);
(d)0 %, meta waħda miż-żewġ taqsimiet tkun it-taqsima 11 tat-Tabella 6 tal-Artikolu 383t(1).
Artikolu 383v
Taqsimiet tal-piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-komoditajiet
1. Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-prezz spot tal-komoditajiet għandhom ikunu l-istess għall-iskoperturi kollha tar-riskju tal-komoditajiet f’kull taqsima fit-Tabella 7 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:
Tabella 7
|
Numru tat-taqsima
|
Isem tat-taqsima
|
Piż tar-riskju għall-prezz spot tal-komoditajiet
(punti perċentwali)
|
|
1
|
Enerġija – Kombustibbli solidi
|
30 %
|
|
2
|
Enerġija – Kombustibbli likwidi
|
35 %
|
|
3
|
Enerġija - Elettriku
|
60 %
|
|
4
|
Enerġija – Il-kummerċ tal-karbonju
|
40 %
|
|
5
|
Merkanzija
|
80 %
|
|
6
|
Metalli – mhux prezzjużi
|
40 %
|
|
7
|
Kombustibbli gassużi
|
45 %
|
|
8
|
Metalli prezzjużi (inkluż id-deheb)
|
20 %
|
|
9
|
Ħbub u żrieragħ żejtnin
|
35 %
|
|
10
|
Bhejjem u prodotti tal-ħalib
|
25 %
|
|
11
|
Prodotti agrikoli mkabbrin u prodotti agrikoli oħrajn
|
35 %
|
|
12
|
Komodità oħra
|
50 %
|
2. Il-piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-vega tal-komoditajiet għandhom jiġu stabbiliti għal 100 %.
Artikolu 383w
Taqsimiet tal-piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-komoditajiet
1. Il-parametru ta’ korrelazzjoni bejn it-taqsimiet għar-riskju delta tal-komoditajiet għandu jiġi stabbilit għal:
(a)20 %, meta ż-żewġ taqsimiet jaqgħu fit-taqsimiet minn 1 sa 11 tat-Tabella 7 tal-Artikolu 383v(1);
(b)0 %, meta waħda miż-żewġ taqsimiet tkun it-taqsima 12 tat-Tabella 7 tal-Artikolu 383v(1).
2. Il-parametru ta’ korrelazzjoni bejn it-taqsimiet għar-riskju vega tal-komoditajiet għandu jiġi stabbilit għal:
(a)20 %, meta ż-żewġ taqsimiet jaqgħu fit-taqsimiet minn 1 sa 11 tat-Tabella 7 tal-Artikolu 383v(1);
(b)0 %, meta waħda miż-żewġ taqsimiet tkun it-taqsima 12 tat-Tabella 7 tal-Artikolu 383v(1).”;
(170)L-Artikoli 384, 385 u 386 jinbidlu b’dan li ġej:
“Artikolu 384
Approċċ bażiku
1. Istituzzjoni għandha tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA f’konformità mal-paragrafu 2 jew 3, kif ikun applikabbli, għal portafoll ta’ tranżazzjonijiet ma’ kontroparti waħda jew aktar billi tuża waħda mill-formuli li ġejjin, kif xieraq:
(a)il-formula stabbilita fil-paragrafu 2, meta l-istituzzjoni tinkludi fil-kalkolu ħeġġ eliġibbli waħda jew aktar rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 386;
(b)il-formula stabbilita fil-paragrafu 3, meta l-istituzzjoni ma tinkludix fil-kalkolu kwalunkwe ħeġġ eliġibbli rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 386.
L-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) ma għandhomx jintużaw flimkien.
2. Istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji ta’ CVA kif ġej:
fejn:
= ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont l-approċċ bażiku;
= ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont l-approċċ bażiku kif ikkalkolat f’konformità mal-paragrafu 3 għal istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 1;
= 0,65;
= 0,25;
fejn:
=
1,4;
=
0,5;
c
=
l-indiċi li jiddenota l-kontropartijiet kollha li għalihom l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA billi tuża l-approċċ stabbilit f’dan l-Artikolu;
NS
=
l-indiċi li jiddenota s-settijiet kollha ta’ netting ma’ kontroparti partikolari li għaliha l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA billi tuża l-approċċ stabbilit f’dan l-Artikolu;
h
=
l-indiċi li jiddenota l-istrumenti kollha b’isem wieħed rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 386 għal kontroparti partikolari li għaliha l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA billi tuża l-approċċ stabbilit f’dan l-Artikolu;
i
=
l-indiċi li jiddenota l-istrumenti tal-indiċi kollha rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 386 għall-kontropartijiet kollha li għalihom l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA billi tuża l-approċċ stabbilit f’dan l-Artikolu;
=
il-piż tar-riskju applikabbli għall-kontroparti “c”. Il-kontroparti “c” għandha tiġi mmappjata għal wieħed mill-piżijiet tar-riskju fuq il-bażi ta’ kombinazzjoni ta’ settur u ta’ kwalità tal-kreditu u ddeterminata f’konformità mat-Tabella 1.
=
il-maturità effettiva għas-sett ta’ netting NS mal-kontroparti c;
Għal istituzzjoni li tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II, għandha tiġi kkalkulata f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 162(2). Madankollu, għal dak il-kalkolu, ma għandhiex tkun limitata għal ħames snin, iżda għall-itwal maturità kuntrattwali li jifdal fis-sett tan-netting.
Għal istituzzjoni li ma tużax il-metodi stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II, għandha tkun il-maturità medja nozzjonali ppeżata kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 162(2). Madankollu, għal dak il-kalkolu, ma għandhiex tkun limitata għal ħames snin, iżda għall-itwal maturità kuntrattwali li jifdal fis-sett tan-netting.
=
il-valur tal-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti tas-sett ta’ netting NS mal-kontroparti c, inkluż l-effett tal-kollateral f’konformità mal-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet minn 3 sa 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II, kif applikabbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti msemmi fil-punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(4);
=
il-fattur ta’ skont superviżorju għas-sett ta’ netting NS mal-kontroparti c.
Għal istituzzjoni, bl-użu tal-metodi stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II, il-fattur ta’ skont superviżorju għandu jiġi stabbilit għal 1. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-fattur ta’ skont superviżorju għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
= il-korrelazzjoni superviżorja bejn ir-riskju ta’ firxiet tal-kreditu tal-kontroparti c u r-riskju ta’ firxiet tal-kreditu ta’ strument b’isem wieħed rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli h għall-kontroparti c, iddeterminata f’konformità mat-Tabella 2;
= il-maturità ta’ strument b’isem wieħed rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli;
= in-nozzjonali ta’ strument b’isem wieħed rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli;
= il-fattur ta’ skont superviżorju għal strument b’isem wieħed rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli, ikkalkolat kif ġej:
=
il-piż tar-riskju superviżorju ta’ strument b’isem wieħed rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli. Dawk il-piżijiet tar-riskju għandhom ikunu bbażati fuq taħlita ta’ settur u ta’ kwalità tal-kreditu tal-firxa tal-kreditu ta’ referenza tal-istrument għall-iħħeġġjar u ddeterminati f’konformità mat-Tabella 1;
=
il-maturità ta’ pożizzjoni waħda jew aktar fl-istess strument tal-indiċi rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli. Fil-każ ta’ aktar minn pożizzjoni waħda fl-istess strument tal-indiċi, għandha tkun il-maturità nozzjonali ppeżata ta’ dawk il-pożizzjonijiet kollha;
=
in-nozzjonali sħiħ ta’ pożizzjoni waħda jew aktar fl-istess strument tal-indiċi rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli. Fil-każ ta’ aktar minn pożizzjoni waħda fl-istess strument tal-indiċi, għandha tkun il-maturità nozzjonali ppeżata ta’ dawk il-pożizzjonijiet kollha;
=
il-fattur ta’ skont superviżorju għal pożizzjoni waħda jew aktar fl-istess strument tal-indiċi rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli, ikkalkolat kif ġej:
=
il-piż tar-riskju superviżorju ta’ strument tal-indiċi rikonoxxut bħala ħeġġ eliġibbli. għandha tkun ibbażata fuq kombinazzjoni ta’ settur u ta’ kwalità tal-kreditu tal-kostitwenti kollha tal-indiċi, ikkalkolati kif ġej:
(a)meta l-kostitwenti kollha tal-indiċi jkunu jappartjenu għall-istess settur u jkollhom l-istess kwalità tal-kreditu, kif iddeterminata f’konformità mat-Tabella 1, għandha tiġi kkalkolata bħala l-piż tar-riskju rilevanti tat-Tabella 1 għal dak is-settur u dik il-kwalità tal-kreditu mmoltiplikat b’0,7;
(b)meta l-kostitwenti kollha tal-indiċi ma jkunux jappartjenu għall-istess settur jew ma jkollhomx l-istess kwalità tal-kreditu, għandha tiġi kkalkolata bħala medja ppeżata tal-piżijiet tar-riskju tal-kostitwenti tal-indiċi kollha, kif iddeterminati f’konformità mat-Tabella 1, immoltiplikat b’0,7;
Tabella 1
|
Settur tal-kontroparti
|
Kwalità tal-kreditu
|
|
|
Skala minn 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu
|
Skala minn 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu u mingħajr klassifikazzjoni
|
|
Il-gvern ċentrali, inklużi l-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118
|
0,5 %
|
3,0 %
|
|
L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku
|
1,0 %
|
4,0 %
|
|
L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, minn gvern reġjonali jew minn awtorità lokali u minn mutwanti promozzjonali
|
5,0 %
|
12,0 %
|
|
Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri
|
3,0 %
|
7,0 %
|
|
Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ sostenn
|
3,0 %
|
8,5 %
|
|
Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet
|
2,0 %
|
5,5 %
|
|
Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi
|
1,5 %
|
5,0 %
|
|
Settur ieħor
|
5,0 %
|
12,0 %
|
Tabella 2
|
Korrelazzjonijiet bejn il-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti u l-ħeġġ b’isem wieħed
|
|
Ħeġġ b’isem wieħed h tal-kontroparti i
|
Valur ta’ rhc
|
|
Kontropartijiet imsemmijin fil-punt (i) tal-Artikolu 386(3)(a)
|
100 %
|
|
Kontropartijiet imsemmijin fil-punt (ii) tal-Artikolu 386(3)(a)
|
80 %
|
|
Kontropartijiet imsemmijin fil-punt (iii) tal-Artikolu 386(3)(a)
|
50 %
|
2. Istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA kif ġej:
meta t-termini kollha jkunu dawk stabbiliti fil-paragrafu 2.
Artikolu 385
Approċċ simplifikat
1. Istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(2) tista’ tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA bħala l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għar-riskju għall-kontroparti għal pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar u tal-portafoll tan-negozjar, rispettivament, imsemmijin fil-punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(3) diviżi bi 12,5.
2. Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, għandhom ikunu japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)tranżazzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA stabbiliti fl-Artikolu 382 biss għandhom ikunu soġġetti għal dak il-kalkolu;
(b)id-derivati ta’ kreditu li jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet interni kontra skoperturi għar-riskju għall-kontroparti ma għandhomx jiġu inklużi f’dak il-kalkolu.
3. Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(2) għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 273b.
Artikolu 386
Ħeġġijiet Eliġibbli
1. Il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rikonoxxuti bħala “ħeġġijiet eliġibbli” għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA f’konformità mal-Artikoli 383 u 384 meta dawk il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)dawk il-pożizzjonijiet jintużaw għall-fini tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ CVA u jiġu ġestiti bħala tali;
(b)dawk il-pożizzjonijiet jistgħu jiġu konklużi ma’ terzi persuni jew mal-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni bħala ħeġġ intern, f’liema każ għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 106(7);
(c)huma biss il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar kif imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 li jistgħu jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji ta’ CVA f’konformità mal-Artikoli 383 u 384 rispettivament;
(d)strument partikolari għall-iħħeġġjar jifforma pożizzjoni waħda f’ħeġġ eliġibbli u ma jistax jinqasam f’aktar minn pożizzjoni waħda f’aktar minn ħeġġ eliġibbli waħda.
2. Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA f’konformità mal-Artikolu 383, huma biss il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar li ġejjin li għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli:
(a)strumenti li jiħħeġġjaw il-varjabbiltà tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 325(5);
(b)strumenti li jiħħeġġjaw il-varjabbiltà tal-komponent tal-iskopertura tar-riskju ta’ CVA, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 325(5).
3. Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA f’konformità mal-Artikolu 384, huma biss il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar li ġejjin li għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli:
(a)swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu b’isem wieħed u swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu kontinġenti b’isem wieħed, li jirreferenzjaw:
(i)il-kontroparti direttament;
(ii)entità legalment relatata mal-kontroparti, fejn legalment relatata tirreferi għal każijiet li fihom l-isem ta’ referenza u l-kontroparti jkunu jew kumpanija prinċipali u s-sussidjarja tagħha jew żewġ sussidjarji ta’ kumpanija prinċipali komuni;
(iii)entità li tappartjeni għall-istess settur u reġjun bħall-kontroparti;
(b)swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu tal-indiċi.
4. Pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar konklużi ma’ terzi persuni li huma rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 u inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Titolu IV.
5. Il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar li ma humiex rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Titolu IV.”;
(171)l-Artikolu 402 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i)l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
“Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet jistgħu, ħlief fejn dan ikun ipprojbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, inaqqsu l-valur ta’ skopertura jew ta’ kwalunkwe parti minn skopertura li tkun iggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali f’konformità mal-Artikolu 125(1) bl-ammont mirhun tal-valur tal-proprjetà, iżda b’mhux aktar minn 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”;
(ii)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux stabbilew piż tar-riskju ogħla minn 20 % għal skoperturi jew għal partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali f’konformità mal-Artikolu 124(7);”;
(b)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i)l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
“Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet jistgħu, ħlief fejn dan ikun ipprojbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, inaqqsu l-valur ta’ skopertura jew ta’ kwalunkwe parti minn skopertura li tkun iggarantita permezz ta’ proprjetà kummerċjali f’konformità mal-Artikolu 126(1) bl-ammont mirhun tal-valur tal-proprjetà, iżda b’mhux aktar minn 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”;
(ii)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux stabbilew piż tar-riskju ogħla minn 60 % għal skoperturi jew għal partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta’ proprjetà residenzjali f’konformità mal-Artikolu 124(7);”;
(172)fl-Artikolu 429, il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:
“6.
Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 429g, “xiri jew bejgħ fi żmien regolari” tfisser xiri jew bejgħ ta’ assi finanzjarju taħt kuntratti li għalihom it-termini jeħtieġu konsenja tal-assi finanzjarju fil-perjodu stabbilit ġeneralment mil-liġi jew permezz ta’ konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.”;
(173)l-Artikolu 429c huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 3, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) għal negozji mhux ikklerjati permezz ta’ QCCP, il-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti riċevitriċi ma humiex segregati mill-assi tal-istituzzjoni;”;
(b)il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
“4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu kollateral riċevut fil-kalkolu tal-NICA kif iddefinit fil-punt (12a) tal-Artikolu 272.”;
(c)jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:
“4a. B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi kwalunkwe kollateral riċevut f’konformità mat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)il-kollateral jiġi riċevut minn klijent għal kuntratt ta’ derivati kklerjat mill-istituzzjoni f’isem dak il-klijent;
(b)il-kuntratt imsemmi fil-punt (a) jiġi kklerjat permezz ta’ QCCP;
(c)meta l-kollateral ikun ġie riċevut fil-forma ta’ marġni inizjali, dak il-kollateral jiġi ssegregat mill-assi tal-istituzzjoni.”;
(d)fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stipulat fit-Taqsima 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti ta’ derivati elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, iżda biss meta jużaw ukoll dak il-metodu sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta’ dawk il-kuntratti bl-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1).”;
(174)l-Artikolu 429f huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw, f’konformità mal-Artikolu 111(2), il-valur tal-iskopertura tal-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ, eskluż kuntratti ta’ derivati elenkati fl-Anness II, derivati tal-kreditu, tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-pożizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 429d.
Meta impenn jirreferi għall-estensjoni ta’ impenn ieħor, għandu japplika l-Artikolu 166(9).”;
(b)jitħassar il-paragrafu 3;
(175)fl-Artikolu 429g, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw flus kontanti relatati ma’ bejgħ fi żmien regolari u ma’ assi finanzjarji relatati ma’ xiri fi żmien regolari li jibqgħu fil-karta tal-bilanċ sad-data ta’ maturità bħala assi f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 429(4).”;
(176)fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 430, jiżdied il-punt (h) li ġej:
“(h)
l-iskoperturi tagħhom għal riskji ESG.”;
(177)fl-Artikolu 430a, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi annwali d-data aggregata li ġejja għal kull suq tal-proprjetà immobbli nazzjonali li jkunu skoperti għalih:
(a)telf li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, sal-ammont l-aktar baxx tal-ammont mirhun u 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li ma jiġix deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 124(7);
(b)telf kumplessiv li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, sal-parti tal-iskopertura li tkun iggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 124(2);
(c)il-valur tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral limitat għall-parti li tkun iggarantita permezz ta’ proprjetà residenzjali f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 124(2);
(d)telf li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà kummerċjali immobbli bħala kollateral, sal-ammont l-aktar baxx tal-ammont mirhun u 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li ma jiġix deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 124(7);
(e)telf kumplessiv li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà kummerċjali immobbli bħala kollateral, sal-parti tal-iskopertura li tkun iggarantita permezz ta’ proprjetà kummerċjali immobbli f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 124(2);
(f)il-valur tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà kummerċjali immobbli bħala kollateral limitat għall-parti li tkun iggarantita permezz ta’ proprjetà kummerċjali immobbli f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 124(2).”;
(178)l-Artikolu 433 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 433
Frekwenza u ambitu tad-divulgazzjonijiet
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni meħtieġa skont it-Titoli II u III bil-mod stipulat f’dan l-Artikolu u fl-Artikoli 433a, 433b, 433c u 434.
L-ABE għandha tippubblika divulgazzjonijiet annwali fuq is-sit web tagħha fl-istess data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom jew mill-aktar fis possibbli wara dik id-data.
L-ABE għandha tippubblika divulgazzjonijiet semiannwali u trimestrali fuq is-sit web tagħha fl-istess data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom għall-perjodu korrispondenti, fejn applikabbli, jew kemm jista’ jkun malajr wara dik id-data.
Kwalunkwe dewmien bejn id-data ta’ pubblikazzjoni tad-divulgazzjonijiet meħtieġa skont din il-Parti u r-rapporti finanzjarji rilevanti għandu jkun raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, ma għandux jaqbeż il-limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva 2013/36/UE.”;
(179)fil-punt (c) tal-Artikolu 433a(1), il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:
“(i) il-punti (d), (da) u (h) tal-Artikolu 438;”;
(180)fl-Artikolu 433b(1), il-punt (a) huwa emendat kif ġej:
(a)il-punt (ii) jinbidel b’dan li ġej:
“(ii) il-punti (c), (d) u (da) tal-Artikolu 438;”;
(b)jiżdied il-punt (iv) li ġej:
“(iv) il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 442;”;
(181)fl-Artikolu 433c, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(a)il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:
“(d) il-punti (c), (d) u (da) tal-Artikolu 438:”;
(b)jiżdied il-punt (g) li ġej:
“(g) il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 442.”;
(182)l-Artikolu 434 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 434
Mezzi ta’ divulgazzjonijiet
1. L-istituzzjonijiet għajr l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni kollha meħtieġa skont it-Titoli II u III f’format elettroniku lill-ABE mhux aktar tard mid-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom jew ir-rapporti finanzjarji tagħhom għall-perjodu korrispondenti, fejn applikabbli, jew mill-aktar fis possibbli wara dik id-data. L-ABE għandha tippubblika wkoll id-data tas-sottomissjoni ta’ din l-informazzjoni.
L-ABE għandha tiżgura li d-divulgazzjonijiet magħmulin fuq is-sit web tal-ABE jkun fihom informazzjoni identika għal dik li l-istituzzjonijiet jippreżentaw lill-ABE. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom id-dritt li jippreżentaw l-informazzjoni mill-ġdid lill-ABE f’konformità mal-istandards tekniċi msemmijin fl-Artikolu 434a. L-ABE għandha tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha d-data meta tkun saret is-sottomissjoni mill-ġdid.
L-ABE għandha tħejji u żżomm aġġornata l-għodda li tispeċifika l-immappjar tal-formoli u tat-tabelli għad-divulgazzjonijiet ma’ dawk dwar ir-rapportar superviżorju. L-għodda ta’ mmappjar għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-ABE.
L-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jippubblikaw dokument awtonomu li jipprovdi sors aċċessibbli faċilment ta’ informazzjoni prudenzjali għal utenti ta’ dik l-informazzjoni jew sezzjoni distintiva inkluża fi jew mehmuża mar-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet jew mar-rapporti finanzjarji li jkun fihom id-divulgazzjonijiet meħtieġa u jkunu faċilment identifikabbli għal dawk l-utenti. L-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu fis-sit web tagħhom link għas-sit web tal-ABE fejn l-informazzjoni prudenzjali tiġi ppubblikata b’mod ċentralizzat.
2. Istituzzjonijiet kbar u istituzzjonijiet oħrajn li ma humiex istituzzjonijiet kbar jew istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jippreżentaw lill-ABE d-divulgazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 433a u fl-Artikolu 433c, rispettivament, iżda mhux aktar tard mid-data tal-pubblikazzjoni tar-rapporti finanzjarji jew tar-rapporti finanzjarji għall-perjodu korrispondenti jew mill-aktar fis possibbli wara din. Jekk id-divulgazzjoni tkun meħtieġa li ssir għal perjodu meta istituzzjoni ma tħejji l-ebda rapport finanzjarju, l-istituzzjoni għandha tippreżenta lill-ABE l-informazzjoni dwar id-divulgazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun.
3. L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha d-divulgazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi fuq il-bażi tal-informazzjoni rrapportata minn dawk l-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 430.
4. Filwaqt li s-sjieda tad-data u r-responsabbiltà għall-akkuratezza tagħha jibqgħu f’idejn l-istituzzjonijiet li jipproduċuha, l-ABE għandha tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni meħtieġa li tiġi ddivulgata f’konformità ma’ din il-Parti. Dak l-arkivju għandu jinżamm aċċessibbli għal perjodu ta’ żmien li ma għandux ikun anqas mill-perjodu ta’ ħżin stabbilit mil-liġi nazzjonali għall-informazzjoni inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet.
5. L-ABE għandha timmonitorja n-numru ta’ żjarat fil-punt uniku ta’ aċċess tagħha dwar id-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet u tinkludi l-istatistika relatata fir-rapporti annwali tagħha.”;
(183)l-Artikolu 434a huwa emendat kif ġej:
(a)l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tinbidel b’dan li ġej:
“L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-formati ta’ divulgazzjoni uniformi, l-istruzzjonijiet assoċjati, l-informazzjoni dwar il-politika ta’ sottomissjoni mill-ġdid u s-soluzzjonijiet tal-IT għad-divulgazzjonijiet meħtieġa skont it-Titoli II u III.”;
(b)ir-raba’ sentenza tal-ewwel paragrafu tinbidel b’dan li ġej:
“L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [OP idaħħal id-data = sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]”;
(184)l-Artikolu 438 huwa emendat kif ġej:
(a)il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
“(b) l-ammont tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali bbażati fuq il-proċess ta’ rieżami superviżorju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE sabiex jiġu indirizzati riskji għajr ir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva u l-kompożizzjoni tagħha;”;
(a)il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:
“(d) l-ammonti totali tal-iskopertura ppeżata għar-riskju kif ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 92(3) u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji korrispondenti kif iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 92(2), li għandhom jiġu diżaggregati skont il-kategoriji u s-subkategoriji ta’ riskju jew ta’ skopertura differenti, kif ikun applikabbli, stipulati fil-Parti Tlieta u, fejn applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu ta’ ammonti ta’ fondi proprji u ta’ skoperturi ppeżati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ minimi ta’ kapital u min-nuqqas ta’ tnaqqis tal-elementi mill-fondi proprji;”;
(c)jiżdied il-punt (da) li ġej:
“(da) fejn meħtieġ sabiex jiġu kkalkolati l-ammonti li ġejjin, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu kif ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(4), u l-ammont totali standardizzat tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(5), li għandu jiġi ddiżaggregat skont il-kategoriji u s-subkategoriji differenti ta’ riskju, kif applikabbli, stabbiliti fil-Parti Tlieta u, fejn applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu tal-fondi proprji u tal-ammonti tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ minimi ta’ kapital u li min-nuqqas ta’ tnaqqis tal-elementi mill-fondi proprji;”;
(185)l-Artikolu 445 jinbidel kif ġej:
“Artikolu 445
Divulgazzjoni ta’ skoperturi għar-riskju tas-suq skont l-approċċ standardizzat
1. Istituzzjonijiet li ma jingħatawx permess mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jużaw l-approċċ alternattiv tal-mudell tar-riskju tas-suq intern kif stabbilit fl-Artikolu 325az, u li jużaw l-Approċċ Standardizzat Simplifikat f’konformità mal-Artikolu 325a jew il-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta għandhom jiddikjaraw ħarsa ġenerali lejn il-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar tagħhom.
2. L-istituzzjonijiet li jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom f’konformità mal-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta għandhom jiddikjaraw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom għall-metodi bbażati fuq is-sensittivitajiet, it-tariffa tar-riskju ta’ inadempjenza tagħhom u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom għar-riskji residwi. Id-divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-miżuri tal-metodi bbażati fuq is-sensittivitajiet u għar-riskju ta’ inadempjenza għandha tiġi disaggregata għall-istrumenti li ġejjin:
(a)strumenti finanzjarji għajr strumenti ta’ titolizzazzjoni miżmumin fil-portafoll tan-negozjar, b’diżaggregazzjoni skont il-klassi tar-riskju, u identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza;
(b)strumenti ta’ titolizzazzjoni mhux miżmumin fl-ACTP, b’identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu u tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza;
(c)strumenti ta’ titolizzazzjoni miżmumin fl-ACTP, b’identifikazzjoni separata tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ firxiet tal-kreditu u tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza.”;
(186)Jiddaħħal l-Artikolu 445a li ġej:
“Artikolu 445a
Divulgazzjoni tar-riskju ta’ CVA
1. L-istituzzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni li ġejja:
(a)ħarsa ġenerali lejn il-proċessi tagħhom sabiex jidentifikaw, ikejlu, jiħħeġġjaw u jimmonitorjaw ir-riskju ta’ CVA tagħhom;
(b)jekk l-istituzzjonijiet jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(2); meta dawk il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, jekk l-istituzzjonijiet għażlux li jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA billi jużaw l-approċċ simplifikat stabbilit fl-Artikolu 385; meta l-istituzzjonijiet jagħżlu li jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA billi jużaw l-approċċ simplifikat, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA f’konformità ma’ dak l-approċċ;
(c)in-numru totali ta’ kontropartijiet li għalihom jintuża l-approċċ standardizzat, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ kontropartijiet.
2. L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ standardizzat kif iddefinit fl-Artikolu 383 għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għandhom jiddikjarw, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja:
(a)l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni u tal-governanza interni tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju ta’ CVA;
(b)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali tagħhom għar-riskju ta’ CVA skont l-approċċ standardizzat b’diżaggregazzjoni skont il-klassi tar-riskju;
(c)ħarsa ġenerali lejn il-ħeġġijiet eliġibbli użati f’dak il-kalkolu, b’diżaggregazzjoni għal kull tip kif iddefinit fl-Artikolu 386(2).
3. L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ bażiku kif iddefinit fl-Artikolu 384 għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għandhom jiddikjaraw ukoll, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja:
(a)ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali tagħhom għar-riskju ta’ CVA skont l-approċċ bażiku, u l-komponenti u
(b)ħarsa ġenerali lejn il-ħeġġijiet eliġibbli użati f’dan il-kalkolu, b’diżaggregazzjoni għal kull tip kif iddefinit fl-Artikolu 386(3).”;
(187)l-Artikolu 446 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 446
Divulgazzjoni tar-riskju operattiv
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni li ġejja:
(a)il-karatteristiċi u l-elementi ewlenin tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju operattiv tagħhom;
(b)ir-rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv;
(c)il-komponent tal-indikatur tan-negozju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 313;
(d)l-indikatur tan-negozju, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 314(1), u l-ammonti ta’ kull waħda mis-subelementi tal-indikatur tan-negozju għal kull waħda mit-tliet snin rilevanti għall-kalkolu tal-indikatur tan-negozju;
(e)in-numru u l-ammonti ta’ elementi tal-indikatur tan-negozju li ġew esklużi mill-kalkolu tal-indikatur tan-negozju f’konformità mal-Artikolu 315(2), kif ukoll il-ġustifikazzjonijiet korrispondenti għall-esklużjoni.
2. L-istituzzjonijiet li jikkalkolaw it-telf annwali tar-riskju operattiv tagħhom f’konformità mal-Artikolu 316(1) għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1:
(a)it-telf annwali tar-riskju operattiv tagħhom għal kull waħda mill-aħħar 10 snin, ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 316(1);
(b)in-numru u l-ammonti ta’ telf mir-riskju operattiv li ġew esklużi mill-kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operattiv f’konformità mal-Artikolu 320(1), u l-ġustifikazzjonijiet korrispondenti għal dik l-esklużjoni.”;
(188)l-Artikolu 447 huwa emendat kif ġej:
(a)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a)
il-kompożizzjoni tal-fondi proprji tagħhom u r-l-proporzjonijiet tal-kapital ibbażat fuq ir-riskju tagħhom ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 92(2);”;
(b)jiżdied il-punt (aa) li ġej:
“(aa) fejn applikabbli, il-proporzjonijiet tal-kapital ibbażati fuq ir-riskju kif ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 92(2), bl-użu ta’ ammonti totali mingħajr minimu tal-iskopertura għar-riskju minflok l-ammonti totali tal-iskopertura għar-riskju;”;
(c)il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
“(b)
l-ammonti totali tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 92(3) u, fejn applikabbli, l-ammonti totali mingħajr minimu tal-iskopertura għar-riskju kif ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 92(4);”;
(d)il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:
“(d) ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tagħhom li l-istituzzjonijiet jenħtieġu li jżommu f’konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE;”;
(189)l-Artikolu 449a jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 449a
Divulgazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (riskji ESG)
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw informazzjoni dwar ir-riskji ESG, inklużi r-riskji fiżiċi u r-riskji ta’ tranżizzjoni.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi ddivulgata fuq bażi annwali minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi u fuq bażi semiannwali minn istituzzjonijiet oħrajn.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw formati uniformi ta’ divulgazzjoni għar-riskji ESG, kif stabbiliti fl-Artikolu 434a, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità u jirrispettawh.” Għall-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, il-formati ma għandhomx jeħtieġu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni lil hinn mill-informazzjoni meħtieġa li tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-punt (h) tal-Artikolu 430(1).”;
(190)fl-Artikolu 451(1), jiżdied il-punt (f) li ġej:
“(f)
l-ammont tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali bbażati fuq il-proċess ta’ rieżami superviżorju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva u l-kompożizzjoni tagħha;”;
(191)l-Artikolu 455 jinbidel kif ġej:
“Artikolu 455
Użu ta’ mudelli interni għar-riskju tas-suq
1. Istituzzjoni li tuża l-mudelli interni msemmijin fl-Artikolu 325az għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq għandha tiddivulga:
(a)l-objettivi tal-istituzzjoni fit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ negozjar u l-proċessi implimentati sabiex jiġu identifikati, jitkejlu, jiġu mmonitorjati u kkontrollati r-riskji tas-suq tal-istituzzjoni;
(b)il-politiki msemmijin fl-Artikolu 104(1) għad-determinazzjoni ta’ liema pożizzjoni għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar;
(c)deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-postijiet tan-negozjar koperti mill-mudelli interni msemmijin fl-Artikolu 325az, inkluża, għal kull post deskrizzjoni wiesgħa tal-istrateġija tan-negozju tal-post, l-istrumenti permessi fih u t-tipi ta’ riskji ewlenin fir-rigward ta’ dak il-post;
(d)ħarsa ġenerali lejn il-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar mhux koperti mill-mudelli interni msemmijin fl-Artikolu 325az, inkluża deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-post u tat-tip ta’ strumenti inklużi fil-postijiet jew fil-kategoriji ta’ postijiet f’konformità mal-Artikolu 104b;
(e)l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni u tal-governanza għall-ġestjoni tar-riskji tas-suq;
(f)l-ambitu, il-karatteristiċi ewlenin u l-għażliet ewlenin tal-immudellar tal-mudelli interni differenti msemmijin fl-Artikolu 325az użati għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura għar-riskju għall-mudelli ewlenin użati fil-livell konsolidat, u deskrizzjoni ta’ sa liema punt dawk il-mudelli interni jirrappreżentaw il-mudelli kollha użati fil-livell konsolidat, inklużi fejn applikabbli:
(i)deskrizzjoni wiesgħa tal-approċċ ta’ mmudellar użat għall-kalkolu tan-nuqqas mistenni msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1), inkluża l-frekwenza tal-aġġornament tad-data;
(ii)deskrizzjoni wiesgħa tal-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju tal-istress imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325ba(1), għajr l-ispeċifikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 325bk(3);
(iii)deskrizzjoni wiesgħa tal-approċċ ta’ mmudellar użat sabiex tiġi kkalkolata r-responsabbiltà għar-riskju ta’ inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325ba(2), inkluża l-frekwenza tal-aġġornament tad-data.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw fuq bażi aggregata għall-postijiet tan-negozjar kollha koperti mill-mudelli interni msemmijin fl-Artikolu 325az il-komponenti li ġejjin, fejn applikabbli:
(a)l-aktar valur riċenti kif ukoll l-ogħla valur, l-aktar baxx u l-valur medju għas-60 jum ta’ xogħol preċedenti ta’:
(i)il-kalkolu tan-nuqqas mistenni mhux ristrett kif iddefinit fl-Artikolu 325bb(1);
(ii)il-miżura tan-nuqqas mistenni mhux ristrett kif iddefinit fl-Artikolu 325bb(1) għal kull kategorija regolatorja ta’ fattur tar-riskju wiesa’;
(b)l-aktar valur riċenti kif ukoll il-valur medju għas-60 jum ta’ xogħol preċedenti ta’:
(i)il-kalkolu tar-riskju tan-nuqqas mistenni kif iddefinit fl-Artikolu 325bb(1);
(ii)il-kalkolu tar-riskju tax-xenarju tal-istress kif iddefinit fil-punt (b) tal-Artikolu 325ba(1);
(iii)ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza kif iddefinit fl-Artikolu 325ba(2);
(iv)is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif iddefiniti fl-Artikoli 325ba(1) u 325ba(2), inkluż il-fattur moltiplikatur applikabbli;
(c)in-numru ta’ qbiż tal-valur tal-ittestjar retrospettiv matul l-aħħar 250 jum ta’ xogħol fid-99 perċentil kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 325bf(1), separatament.
4. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw fuq bażi aggregata għall-postijiet tan-negozjar kollha r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji tas-suq li jiġu kkalkolati f’konformità mal-Kapitolu 1a ta’ dan it-Titolu, li kieku l-istituzzjonijiet ma ngħataw l-ebda permess sabiex jużaw il-mudelli interni tagħhom għal dawk il-postijiet tan-negozjar.”;
(192)l-Artikolu 458 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:
“6. Meta l-Istati Membri jirrikonoxxu l-miżuri stabbiliti f’konformità ma’ dan l-Artikolu, huma għandhom jinnotifikaw lill-BERS. Il-BERS għandu jgħaddi dawn in-notifiki mingħajr dewmien lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-ABE, lill-BERS u lill-Istat Membru awtorizzat sabiex japplika l-miżuri.”;
(b)il-paragrafu 9 jinbidel b’dan li ġej:
“9. Qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni maħruġa f’konformità mal-paragrafu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu, f’konsultazzjoni mal-BERS, u mal-ABE u mal-Kummissjoni, jirrieżamina s-sitwazzjoni u jista’ jadotta, f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 4, deċiżjoni ġdida għall-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali għal mhux aktar minn sentejn addizzjonali kull darba.”;
(193)l-Artikolu 461a jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 461a
Rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskji tas-suq
“Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq f’pajjiżi terzi. Meta jiġu osservati differenzi sinifikanti bejn l-implimentazzjoni tal-Unjoni u l-implimentazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ dawk l-istandards internazzjonali, inkluż fir-rigward tal-impatt tar-regoli f’termini tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji u fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tagħhom, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 462 sabiex temenda dan ir-Regolament billi:
(a)tapplika, fejn neċessarju, sabiex tipprovdi kundizzjonijiet ekwi, moltiplikatur ugwali għal 0 jew akbar, iżda anqas minn 1, għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjonijiet għar-riskju tas-suq, ikkalkolat għal klassijiet tar-riskju speċifiċi u għal fatturi tar-riskju speċifiċi bl-użu ta’ wieħed mill-approċċi msemmijin fl-Artikolu 325(1), u stabbiliti f’dawn:
(i)l-Artikoli minn 325c sa 325ay, li jispeċifikaw l-approċċ standardizzat alternattiv;
(ii)l-Artikoli minn 325az sa 325bp, li jispeċifikaw l-approċċ tal-mudell intern alternattiv;
(iii)l-Artikoli minn 326 sa 361, li jispeċifikaw l-approċċ standardizzat simplifikat, sabiex jikkumpensaw għal dawk id-differenzi osservati bejn ir-regoli tal-pajjiżi terzi u d-dritt tal-Unjoni;
(b)tipposponi b’sentejn id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, jew kwalunkwe approċċ għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq imsemmijin fl-Artikolu 325(1).”;
(194)jiddaħħal l-Artikolu 461b li ġej:
“Artikolu 461b
Trattament prudenzjali tal-kriptoassi
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina jekk jenħtieġx li jiġi żviluppat trattament prudenzjali dedikat għall-iskoperturi għall-kriptoassi, u, wara li tikkonsulta lill-ABE, għandha tqis l-iżviluppi internazzjonali
(195)tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.” l-Artikolu 462 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:
“2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), u fl-Artikoli minn 456 sa 460 u fl-Artikoli 461a u 461b għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-28 ta’ Ġunju 2013.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), u fl-Artikoli minn 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a u 461b tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.”;
(b)il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:
“6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 244(6) u 245(6), l-Artikoli minn 456 sa 460 u l-Artikoli 461a u 461b għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jinformaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
(196)l-Artikolu 465 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 465
Arranġamenti tranżizzjonali għall-minimu tal-output
1. B’deroga mill-paragrafi 3 u 6 tal-Artikolu 92, l-istituzzjonijiet prinċipali, il-kumpaniji azzjonisti finanzjarji prinċipali, il-kumpaniji azzjonista finanzjarji mħallta prinċipali, l-istituzzjonijiet awtonomi fl-UE jew l-istituzzjonijiet sussidjarji awtonomi fl-Istati Membri jistgħu japplikaw il-fattur “x” li ġej meta jikkalkolaw it-TREA:
(a)50 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025;
(b)55 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026;
(c)60 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2027 sal-31 ta’ Diċembru 2027;
(d)65 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2028;
(e)70 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2029 sal-31 ta’ Diċembru 2029;
2. B’deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, il-kumpaniji azzjonisti finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpaniji azzjonisti finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE, l-istituzzjonijiet awtonomi fl-UE jew l-istituzzjonijiet sussidjarji awtonomi fl-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2029, japplikaw il-formula li ġejja meta jikkalkolaw it-TREA:
Għall-finijiet ta’ dak il-kalkolu, l-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, il-kumpaniji azzjonisti finanzjarji prinċipali tal-UE jew il-kumpaniji azzjonisti finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom iqisu l-fatturi rilevanti “x” imsemmijin fil-paragrafu 1.
3. Permezz ta’ deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 92(5)(a), l-istituzzjonijiet prinċipali, il-kumpaniji azzjonisti finanzjarji prinċipali jew il-kumpaniji azzjonisti finanzjarji mħallta prinċipali, l-istituzzjonijiet awtonomi fl-UE jew l-istituzzjonijiet sussidjarji awtonomi fl-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2032, jassenjaw piż tar-riskju ta’ 65 % għal skoperturi għal korporattivi li għalihom ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata dment li dik l-entità tistma li l-PD ta’ dawk l-iskoperturi, ikkalkolata f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, ma tkunx ogħla minn 0,5 %.
L-ABE għandha timmonitorja l-użu tat-trattament tranżizzjonali stabbilit fl-ewwel subparagrafu u d-disponibbiltà ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati għall-iskoperturi għal impriżi. L-ABE għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.
Fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta’ Diċembru 2031.
4. B’deroga mill-punt (iv) tal-Artikolu 92(5)(a), l-istituzzjonijiet prinċipali, il-kumpaniji azzjonisti finanzjarji prinċipali jew il-kumpaniji azzjonisti finanzjarji mħallta prinċipali, l-istituzzjonijiet awtonomi fl-UE jew l-istituzzjonijiet sussidjarji awtonomi fl-Istati Membri għandhom, sal-31 ta’ Diċembru 2029, jissostitwixxu l-alfa b’1 fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għall-kuntratti elenkati fl-Anness II f’konformità mal-approċċi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, meta l-istess valuri tal-iskopertura jiġu kkalkolati f’konformità mal-approċċ stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta għall-finijiet tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr limitu.
Il-Kummissjoni tista’, wara li tqis ir-rapport tal-ABE msemmi fl-Artikolu 514, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 462 sabiex timmodifika b’mod permanenti l-valur tal-alfa, fejn xieraq.
5. B’deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 92(5)(a), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet prinċipali, lill-kumpaniji azzjonisti finanzjarji prinċipali jew lill-kumpaniji azzjonisti finanzjarji mħallta prinċipali, lill-istituzzjonijiet awtonomi fl-UE jew lill-istituzzjonijiet sussidjarji awtonomi fl-Istati Membri sabiex jassenjaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fit-tieni subparagrafu.
(a)sal-31 ta’ Diċembru 2032, jitnaqqas piż tar-riskju ta’ 10 % għall-parti tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali sa 55 % tal-valur tal-proprjetà li jifdal wara li jitnaqqas kwalunkwe rahan bi klassifikazzjoni prijoritarja jew pari passu li ma jkunx miżmum mill-istituzzjoni,
(b)sal-31 ta’ Diċembru 2029, jitnaqqas piż tar-riskju ta’ 45 % għal kwalunkwe parti li jifdal tal-iskoperturi ggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali sa 80 % tal-valur tal-proprjetà li jifdal wara li jitnaqqas kwalunkwe rahan bi klassifikazzjoni prijoritarja jew pari passu li ma jkunx miżmum mill-istituzzjoni, dment li ma jiġix applikat l-aġġustament għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu msemmi fl-Artikolu 501.
Għall-finijiet tal-assenjazzjoni tal-piżijiet tar-riskju f’konformità mal-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)l-iskoperturi kwalifikanti jkunu jinsabu fl-Istat Membru li jkun eżerċita d-diskrezzjoni;
(b)matul l-aħħar sitt snin, it-telf tal-istituzzjoni min-naħa ta’ tali skoperturi sa 55 % tal-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx, bħala medja, 0,25 % tal-ammont totali, fost l-iskoperturi kollha bħal dawn, tal-obbligi ta’ kreditu pendenti f’sena partikolari;
(c)għall-iskoperturi kwalifikanti, l-istituzzjoni jkollha dawn iż-żewġ pretensjonijiet li ġejjin fil-każ ta’ inadempjenza kif ukoll ta’ nuqqas ta’ pagament tad-debitur:
(i)pretensjoni fuq il-proprjetà immobbli residenzjali li tiggarantixxi l-iskopertura;
(ii)pretensjoni fuq l-assi l-oħrajn u fuq l-introjtu tad-debitur;
(d)l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (c).
Meta tkun ġiet eżerċitata d-diskrezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet assoċjati kollha fit-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw il-piżijiet tar-riskju li ġejjin għall-parti li jifdal tal-iskoperturi msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu sal-31 ta’ Diċembru 2032:
(a)52.5 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2030;
(b)60 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2031 sal-31 ta’ Diċembru 2031;
(c)67.5 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2032.
Meta l-Istati Membri jeżerċitaw dik id-diskrezzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-ABE u jissostanzjaw id-deċiżjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-verifiki kollha msemmijin fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu lill-ABE.
L-ABE għandha timmonitorja l-użu tat-trattament tranżizzjonali fl-ewwel subparagrafu u tirrapporta lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028 dwar l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju assoċjati.
Fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta’ Diċembru 2031.”;
(197)jiddaħħal l-Artikolu 494d li ġej:
“Artikolu 494d
Treġġigħ lura mill-Approċċ IRB għall-Approċċ Standardizzat
B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 149, mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2027 istituzzjoni tista’ terġa’ lura għall-Approċċ Standardizzat għal waħda jew aktar mill-klassijiet tal-iskoperturi previsti fl-Artikolu 147(2), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)l-istituzzjoni kienet diġà fi [OP idaħħal id-data = jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju] eżistenti u awtorizzata mill-awtorità kompetenti tagħha sabiex tittratta dawk il-klassijiet ta’ skoperturi skont l-Approċċ IRB;
(b)l-istituzzjoni titlob treġġigħ lura għall-Approċċ Standardizzat darba biss matul dak il-perjodu ta’ tliet snin;
(c)it-talba għat-treġġigħ lura għall-Approċċ Standardizzat ma ssirx bl-għan ta’ involviment f’arbitraġġ regolatorju;
(d)l-istituzzjoni tkun innotifikat formalment lill-awtorità kompetenti li tixtieq terġa’ lura għall-Approċċ Standardizzat għal dawk il-klassijiet ta’ skoperturi tal-anqas sitt xhur qabel ma effettivament terġa’ lura għal dak l-approċċ;
(e)l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat għat-talba tal-istituzzjoni għal tali treġġigħ lura fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-punt (d).”;
(198)l-Artikolu 495 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 495
Trattament ta’ skoperturi tal-ekwitajiet skont l-Approċċ IRB
1. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 107(1), l-istituzzjonijiet li jkunu rċevew il-permess sabiex japplikaw l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni sabiex jikkalkolaw l-ammont tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju għall-iskoperturi tal-ekwitajiet għandhom, sal-31 ta’ Diċembru 2029, jikkalkolaw l-ammont tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju għal kull skopertura tal-ekwitajiet li għaliha jkunu rċivew il-permess sabiex japplikaw l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:
(a)l-ammont tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju kkalkolat f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 495a;
(b)l-ammont tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju kkalkolat skont dan ir-Regolament kif kien qabel [OP idaħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju]
2. Minflok ma japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet li jkunu rċivew il-permess sabiex japplikaw l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni sabiex jikkalkolaw l-ammont tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju għall-iskoperturi tal-ekwitajiet jistgħu jagħżlu li japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 133 u l-arranġamenti tranżizzjonali fl-Artikolu 495a għall-iskoperturi tal-ekwitajiet kollha tagħhom fi kwalunkwe waqt sal-31 ta’ Diċembru 2029.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ma għandhomx ikunu japplikaw il-kundizzjonijiet għat-treġġigħ lura tal-użu ta’ approċċi anqas sofistikati stabbiliti fl-Artikolu 149.
3. L-istituzzjonijiet li japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1 għandhom jikkalkolaw l-EL f’konformità mal-paragrafi 7, 8 jew 9 tal-Artikolu 158, kif applikabbli, hekk kif kien dak il-paragrafu fl-1 ta’ Jannar 2021.
4. Meta l-istituzzjonijiet jitolbu l-permess sabiex japplikaw l-Approċċ IRB sabiex jikkalkolaw l-ammont tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju għal skoperturi tal-ekwitajiet, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu tali permess wara [OP idaħħal id-data = id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].”;
(199)jiddaħħlu l-Artikoli 495a, 495b u 495d li ġejjin:
“Artikolu 495a
Arranġamenti tranżizzjonali għal skoperturi tal-ekwitajiet
1. Permezz ta’ deroga mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 133(3), l-iskoperturi tal-ekwitajiet għandhom jiġu assenjati l-piżijiet tar-riskju li ġejjin:
(a)100 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025;
(b)130 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026;
(c)160 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2027 sal-31 ta’ Diċembru 2027;
(d)190 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2028;
(e)220 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2029 sal-31 ta’ Diċembru 2029.
2. Permezz ta’ deroga mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 133(4), l-iskoperturi tal-ekwitajiet għandhom jiġu assenjati l-piżijiet tar-riskju li ġejjin:
(a)100 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025;
(b)160 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026;
(c)220 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2027 sal-31 ta’ Diċembru 2027;
(d)280 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2028;
(e)340 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2029 sal-31 ta’ Diċembru 2029.
3. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 133, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jassenjaw l-istess piż tar-riskju li kien applikabbli minn [OP idaħħal id-data = jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju] għal skoperturi tal-ekwitajiet għal entitajiet li kienu azzjonisti fihom fi [data tal-adozzjoni] għal sitt snin konsekuttivi u li fuqhom jeżerċitaw influwenza sinifikanti fis-sens tad-Direttiva 2013/34/UE, jew l-istandards kontabilistiċi li għalihom tkun soġġetta istituzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża.
Artikolu 495b
Arranġamenti tranżizzjonali għal skoperturi fuq self speċjalizzat
1.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 161(4), il-minimi tal-input tal-LGD applikabbli għal skoperturi fuq self speċjalizzat ittrattati skont l-Approċċ IRB meta jintużaw l-istimi proprji tal-LGDs, għandhom ikunu l-minimi tal-input tal-LGD applikabbli previsti fl-Artikolu 161(4), immoltiplikati bil-fatturi li ġejjin:
(a)50 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2027;
(b)80 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2028;
(c)100 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2029 sal-31 ta’ Diċembru 2029.
2. L-ABE għandha tħejji rapport dwar il-kalibrazzjoni xierqa tal-parametri tar-riskju applikabbli għal skoperturi fuq self speċjalizzat skont l-Approċċ IRB, u b’mod partikolari dwar l-istimi proprji tal-LGD u tal-minimi tal-input tal-LGD. L-ABE għandha b’mod partikolari tinkludi fir-rapport tagħha data dwar in-numri medji ta’ inadempjenzi u t-telf realizzat osservati fl-Unjoni għal kampjuni differenti ta’ istituzzjonijiet b’negozju u bi profili tar-riskju differenti.
L-ABE għandha tippreżenta r-rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda dan ir-Regolament billi tadotta att delegat, fejn xieraq, f’konformità mal-Artikolu 462, sabiex temenda t-trattament applikabbli għal skoperturi fuq self speċjalizzat skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta.”;
Artikolu 495c
Arranġamenti tranżizzjonali għal skoperturi ta’ kiri bħala teknika tas-CRM
1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 230, il-valur applikabbli ta’ Hc li jikkorrispondi għal “kollateral fiżiku ieħor” għall-iskoperturi msemmijin fl-Artikolu 199(7) meta l-proprjetà mikrija tikkorrispondi għat-tip ta’ “kollateral fiżiku ieħor” ta’ protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu, għandu jkun il-valur ta’ Hc għal “kollateral fiżiku ieħor” previst fit-Tabella 1 tal-Artikolu 230(2), immoltiplikat bil-fatturi li ġejjin:
(a)50 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2027;
(b)80 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2028;
(c)100 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2029 sal-31 ta’ Diċembru 2029.
2. L-ABE għandha tħejji rapport dwar il-kalibrazzjonijiet xierqa tal-parametri tar-riskju assoċjati mal-iskoperturi ta’ kiri skont l-Approċċ IRB, u b’mod partikolari dwar l-LGDs u l-Hc previsti fl-Artikolu 230. L-ABE għandha b’mod partikolari tinkludi fir-rapport tagħha data dwar in-numri medji ta’ ta’ inadempjenzi u t-telf realizzat osservati fl-Unjoni għal skoperturi assoċjati ma’ tipi differenti ta’ proprjetajiet mikrijin u ma’ tipi differenti ta’ istituzzjonijiet li jwettqu attivitajiet ta’ kiri.
L-ABE għandha tippreżenta r-rapport dwar is-sejba tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2026.
Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda dan ir-Regolament billi tadotta att delegat, fejn xieraq, f’konformità mal-Artikolu 462, sabiex temenda t-trattament applikabbli għal skoperturi li jirriżultaw mill-kiri skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta.”;
Artikolu 495d
Arranġamenti tranżizzjonali għal impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet
1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 111(2), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura ta’ element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ fil-forma ta’ impenn kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet billi jimmoltiplikaw il-perċentwal previst f’dak l-Artikolu bil-fatturi li ġejjin:
(a)0 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2029;
(b)25 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2030;
(c)50 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2031 sal-31 ta’ Diċembru 2031;
(d)75 % matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2032 sal-31 ta’ Diċembru 2032.
2. L-ABE għandha tħejji rapport sabiex tivvaluta jekk id-deroga msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhiex tiġi estiża għal wara l-31 ta’ Diċembru 2032 u, fejn neċessarju, il-kundizzjonijiet li fihom jenħtieġ li tinżamm dik id-deroga.
L-ABE għandha tippreżentar-rapport dwar is-sejba tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.
Fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards relatati miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sal-31 ta’ Diċembru 2031.”;
(200)fl-Artikolu 501(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
“(b) SME għandu jkollha t-tifsira stabbilita fil-punt (8) tal-Artikolu 5;”;
(201)L-Artikolu 501a(1) huwa emendat kif ġej:
(a)il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a) l-iskopertura tiġi assenjata għall-klassi ta’ skopertura korporattiva msemmija jew fil-punt (g) tal-Artikolu 112, jew fil-punt (c) tal-Artikolu 147(2), bl-esklużjoni ta’ skoperturi f’inadempjenza;”;
(b)il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:
“(f) ir-riskju ta’ rifinanzjament tal-iskopertura mid-debitur ikun baxx jew mitigat b’mod adegwat, b’kont meħud ta’ kwalunkwe sussidju, għotja jew finanzjament ipprovdut minn waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-punti (b)(i) u (b)(ii) tal-paragrafu 2;”;
(202)L-Artikolu 501c jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 501c
Trattament prudenzjali ta’ skoperturi għal fatturi ambjentali u/jew soċjali
L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha tivvaluta, fuq il-bażi tad-data disponibbli u tas-sejbiet tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament Sostenibbli, jekk ikunx iġġustifikat trattament prudenzjali dedikat tal-iskoperturi relatati mal-assi, inklużi t-titolazzjonijiet, jew mal-attivitajiet soġġetti għal impatti minn fatturi ambjentali u/jew soċjali. B’mod partikolari, l-ABE għandha tivvaluta:
(a)metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskjożità effettiva ta’ skoperturi relatati mal-assi u mal-attivitajiet soġġetti għal impatti minn fatturi ambjentali u/jew soċjali meta mqabblin mar-riskjożità ta’ skoperturi oħrajn;
(b)l-iżvilupp ta’ kriterji adatti għall-valutazzjoni ta’ riskji fiżiċi u ta’ riskji ta’ transizzjoni, inklużi r-riskji relatati mad-deprezzament ta’ assi minħabba bidliet regolatorji;
(c)l-effetti potenzjali fuq terminu qasir, medju u twil ta’ trattament prudenzjali ddedikat ta’ skoperturi relatati mal-assi u mal-attivitajiet soġġetti għal impatti minn fatturi ambjentali u/jew soċjali fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq is-self bankarju fl-Unjoni.
L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sat-28 ta’ Ġunju 2023.”;
(203)l-Artikoli 505 u 506 jinbidlu b’dan li ġej:
“Artikolu 505
Rieżami tal-finanzjament agrikolu
Sal-31 ta’ Diċembru 2030, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fuq il-finanzjament agrikolu.
Artikolu 506
Riskju ta’ kreditu – assigurazzjoni ta’ kreditu
Sal-31 ta’ Diċembru 2026, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà u l-użu tal-assigurazzjoni tal-poloz bħala tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu u dwar l-adegwatezza tal-parametri tar-riskju assoċjati msemmijin fil-Kapitoli 3 u 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.
Fuq il-bażi tar-rapport mill-ABE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda dan ir-Regolament billi tadotta att delegat, fejn xieraq, f’konformità mal-Artikolu 462, sabiex temenda t-trattament applikabbli għall-assigurazzjoni ta’ kreditu msemmi fit-Titolu II tal-Parti Tlieta.”;
(204)jiddaħħal l-Artikolu 506c li ġej:
“Artikolu 506c
Riskju ta’ kreditu – interazzjoni bejn it-tnaqqis tal-Grad 1 ta’ Ekwità komuni u l-parametri tar-riskju ta’ kreditu
Sal-31 ta’ Diċembru 2026, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-konsistenza bejn il-kalkolu attwali tar-riskju ta’ kreditu u l-parametri tar-riskju ta’ kreditu individwali u dwar it-trattament ta’ kwalunkwe aġġustament għall-fini tal-komputazzjoni tan-nuqqas jew tal-eċċess tal-IRB kif imsemmi fl-Artikolu 159, u dwar il-konsistenza tagħha mad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura f’konformità mal-Artikolu 166 ta’ dan ir-Regolament u mal-istima tal-LGD. Ir-rapport għandu jqis it-telf ekonomiku massimu possibbli li jirriżulta minn avveniment ta’ inadempjenza flimkien mal-kopertura miksuba tiegħu f’termini ta’ tnaqqis tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità komuni, filwaqt li jitqies kwalunkwe tnaqqis tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità komuni bbażat fuq il-kontabilità, inkluż minn telf ta’ kreditu mistenni jew minn aġġustamenti fil-valur ġust, u kwalunkwe skont fuq l-iskoperturi riċevuti, u l-implikazzjonijiet tagħhom għat-tnaqqis regolatorju.”;
(205)jiddaħħlu l-Artikoli 519c u 519d li ġejjin:
“Artikolu 519c
Qafas tal-minimi tat-telf għall-SFTs
L-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-AETS, għandha, sa [OP idaħħal id-data = 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-implimentazzjoni fid-dritt tal-Unjoni tal-qafas tal-minimi tat-telf applikabbli għall-SFTs sabiex tiġi indirizzata l-akkumulazzjoni potenzjali ta’ lieva finanzjarja barra mis-settur bankarju.
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jqis dan kollu li ġej:
(a)il-grad ta’ lieva finanzjarja barra mis-sistema bankarja fl-Unjoni u sa liema punt il-qafas tal-minimi tat-telf jista’ jnaqqas dik il-lieva finanzjarja jekk dik il-lieva finanzjarja ssir eċċessiva;
(b)il-materjalità tal-SFTs miżmumin mill-istituzzjonijiet tal-UE u soġġetti għall-qafas tal-minimi tat-telf, inkluża d-diżaggregazzjoni ta’ dawk l-SFTs li ma jikkonformawx mal-minimi tat-telf;
(c)l-impatt stmat tal-qafas tal-minimi tat-telf għall-istituzzjonijiet tal-UE skont iż-żewġ approċċi ta’ implimentazzjoni rrakkomandati mill-FSB li huwa regolament tas-suq jew rekwiżit ta’ fondi proprji aktar punittiv skont dan ir-Regolament, f’xenarju li fih l-istituzzjonijiet tal-UE ma jaġġustawx it-telf tal-SFTs tagħhom sabiex jikkonformaw mal-minimi tat-telf u f’xenarju alternattiv li fih jaġġustaw dak it-telf sabiex jikkonformaw mal-minimi tat-telf;
(d)il-fatturi ewlenin wara dawk l-impatti stmati, kif ukoll il-konsegwenzi potenzjali mhux intenzjonati tal-introduzzjoni tal-qafas tal-minimi tat-telf fuq il-funzjonament tas-swieq tal-SFTs tal-UE;
(e)l-approċċ ta’ implimentazzjoni li jkun l-aktar effettiv sabiex jintlaħqu l-objettivi regolatorji tal-qafas tal-minimi tat-telf, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (d) u filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ekwi fis-settur finanzjarju kollu fl-Unjoni.
Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport u filwaqt li tqis kif xieraq ir-rakkomandazzjoni tal-FSB għall-implimentazzjoni tal-qafas tal-minimi tat-telf applikabbli għall-SFTs, kif ukoll l-istandards internazzjonali miftiehma relatati żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva minn [OP idaħħal id-data = 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
Artikolu 519d
Riskju operattiv
Sa [OP idaħħal id-data = 60 xahar wara d-data tal-applikazzjoni tat-Titolu III tal-Parti Tlieta], l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar dan kollu li ġej:
(a)l-użu tal-assigurazzjoni fil-kuntest tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv;
(b)jekk ir-rikonoxximent tal-irkupri tal-assigurazzjoni jistax jippermetti arbitraġġ regolatorju billi jnaqqas it-telf annwali tar-riskju operattiv mingħajr tnaqqis proporzjonali fl-iskopertura attwali għat-telf operattiv;
(c)jekk ir-rikonoxximent tal-irkupri tal-assigurazzjoni għandux impatt differenti fuq il-kopertura xierqa tat-telf rikorrenti u tal-valur fir-riskju kundizzjonat potenzjali, rispettivament.
Fuq il-bażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva sa [OP idaħħal id-data = 72 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tat-Titolu III tal-Parti Tlieta].”;
(206)L-Anness I jinbidel bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2.Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a)id-dispożizzjonijiet fil-punti (1)(a), (b) and(c), (e) to (h), (j), (u), (v) u (x) dwar ċerti definizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet fil-punt (6) dwar l-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali kif ukoll id-dispożizzjonijiet fil-punti (8), minn (10) sa (12), u minn (14) sa (23) dwar il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, li għandhom japplikaw minn [OP idaħħal id-data = sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament];
(b)id-dispożizzjonijiet fil-punti (1)(d) u (4) dwar l-emendi f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2033, u d-dispożizzjonijiet fil-punt (47) dwar it-trattament tal-iskoperturi f’inadempjenza, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;
(c)id-dispożizzjonijiet fil-punti (9), (26)(a), (27), (28)(a), (29), (34), (41), (42), (44), (47), (54), (59)(c) (60)(c), (61)(g) u (h), (64)(c), 66(d), (69), (81), (85)(b), (90)(c), (91)(c), (92)(c), (131), (132)(b), (136)(d), (153), (154)(d), (155)(c), (156)(b), (166)(c), (169), (178), (182), (183), (189), (192), (194), (196), (199), minn (201) sa (205) li jirrikjedu li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jew il-BERS jippreżentaw lill-Kummissjoni abbozzi ta’ standards u rapporti tekniċi regolatorji jew ta’ implimentazzjoni, id-dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-Kummissjoni tipproduċi rapporti, id-dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati jew atti ta’ implimentazzjoni, id-dispożizzjonijiet dwar ir-rieżami u d-dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej joħorġu linji gwida, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President