Brussell, 22.10.2021

COM(2021) 657 final

2021/0344(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għall-modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u 159, fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konsolidati R.E.3 u R.E.5, fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Reċiproċi M.R.1 u M.R.2, u fir-rigward tal-proposti għall-awtorizzazzjonijiet għall-emenda tal-GTR tan-NU dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq, u biex jiġu żviluppati GTRs tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali u dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.SUĠĠETT TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tikkonċerna deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (WP.29) fir-rigward tal-adozzjoni ta’ emendi għar-Regolamenti eżistenti tan-NU u ta’ emendi għar-Regolamenti Tekniċi Globali eżistenti tan-NU.

2.KUNTEST TAL-PROPOSTA

2.1.Il-Ftehim tal-1958 u l-Ftehim tal-1998

L-għan tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (“NU/KEE”) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”) u tal-Ftehim li jistabbilixxi r-Regolamenti Tekniċi Globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”) huwa li jiżviluppaw rekwiżiti armonizzati maħsubin biex jeliminaw l-ostakli tekniċi għall-kummerċ fil-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti tan-NU/KEE u li jiżguraw li t-tali vetturi joffru livell għoli ta’ sikurezza u ta’ ħarsien tal-ambjent. Għall-UE, il-Ftehimiet daħlu fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998 u fil-15 ta’ Frar 2000 rispettivament. It-tnejn li huma jiġu amministrati mill-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE (il-Grupp ta’ Ħidma 29 jew WP.29).

2.2. Il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) - il-Grupp ta’ Ħidma 29 jew id-WP. 29

Id-WP.29 joffri qafas uniku għal regolamenti dwar il-vetturi armonizzati fuq livell dinji. Id-WP.29 huwa grupp ta’ ħidma permanenti fil-qafas istituzzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti li għandu mandat speċifiku u regoli ta’ proċedura. Dan jaħdem bħala forum globali li jippermetti diskussjonijiet miftuħin dwar ir-regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur, u fih tiġi diskussa l-implimentazzjoni tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u tal-Ftehim Parallel. Kwalunkwe pajjiż membru tan-Nazzjonijiet Uniti u kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika, stabbilita mill-pajjiżi membri tan-Nazzjonijiet Uniti jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fl-attivitajiet tad-WP.29 u jsiru parti kontraenti tal-Ftehimiet dwar il-vetturi li d-WP.29 jamministra. L-Unjoni Ewropea hija parti għal dawn il-Ftehimiet 1 .

Il-laqgħat tad-WP.29 tan-NU/KEE jsiru tliet darbiet fis-sena, jiġifieri f’Marzu, f’Ġunju, u f’Novembru. F’kull sessjoni tal-laqgħat jistgħu jiġu adottati Regolamenti ġodda tan-NU, Regolamenti Tekniċi Globali ġodda tan-NU (“GTRs tan-NU”), emendi għar-Regolamenti u għar-Riżoluzzjonijiet eżistenti tan-NU skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 u emendi għall-GTRs u għar-Riżoluzzjonijiet eżistenti tan-NU skont il-Ftehim Parallel, sabiex ikun jista’ jsir progress tekniku. Qabel kull laqgħa tad-WP.29, dawn l-emendi l-ewwel jiġu diskussi fil-livell tekniku f’korpi sussidjarji speċjalizzati tad-WP.29.

Wara dan, issir votazzjoni fil-livell tad-WP.29 (jiġifieri b’maġġoranza kwalifikata tal-Partijiet Kontraenti preżenti li jkunu qed jivvutaw għall-proposti marbutin mal-Ftehim Rivedut tal-1958 u b’vot ta’ kunsens tal-Partijiet Kontraenti preżenti li jkunu qed jivvutaw għall-proposti marbutin mal-Ftehim Parallel).

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni dwar ir-Regolamenti tan-NU u l-GTRs tan-NU l-ġodda, l-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki, u r-Riżoluzzjonijiet tagħhom hija stabbilita qabel kull laqgħa tad-WP.29 b’Deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

2.3. L-att previst tad-WP.29

Bejn it-23 u l-25 ta’ Novembru 2021, waqt il-185 sessjoni, id-WP.29 jista’ jadotta l-proposti għall-modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u 159, il-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konsolidati R.E.3 u R.E.5, il-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Reċiproċi M.R.1 u M.R.2, u l-proposti għall-awtorizzazzjonijiet għall-emenda tal-GTR tan-NU dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq, u biex jiġu żviluppati GTRs tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali u dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet.

 

3. POŻIZZJONI LI GĦANDHA TITTIEĦED F’ISEM L-UNJONI

Is-sistema tad-WP.29 issaħħaħ l-armonizzazzjoni internazzjonali tal-istandards tal-vetturi. Il-Ftehim tal-1958 għandu rwol importanti f’dan l-objettiv minħabba li l-manifatturi tal-UE jistgħu joperaw skont sett komuni ta’ Regolamenti dwar l-approvazzjoni tat-tip bl-għarfien li l-Partijiet Kontraenti se jirrikonoxxu l-prodott bħala prodott li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Pereżempju, din l-iskema ppermettiet lir-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur iħassar iktar minn 50 Direttiva tal-UE u jissostitwihom bir-Regolamenti korrispondenti żviluppati fil-kuntest tal-Ftehim tal-1958.

Approċċ simili huwa segwit fil-każ tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dan ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Ladarba d-WP.29 jadotta l-proposti għal modifiki għal Regolamenti tan-NU jew għal Regolamenti ġodda tan-NU, u ladarba s-Segretarju Eżekuttiv tan-NU/KEE jgħarraf lill-Partijiet Kontraenti b’dawn l-atti, jekk il-Partijiet Kontraenti li jikkostitwixxu minoranza li timblokka ma joġġezzjonawx għalihom fi żmien sitt xhur, l-atti jkunu jistgħu finalment jidħlu fis-seħħ u jkunu jistgħu jiġu trasposti fir-regoli nazzjonali applikabbli ta’ kull Parti Kontraenti. Fl-UE, it-traspożizzjoni titlesta ladarba dawn l-atti jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għalhekk, jeħtieġ li tiġi ddefinita l-pożizzjoni tal-Unjoni b’rabta mal-atti li ġejjin:

il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u 159, li jirrelataw mal-aġġornament tad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip internazzjonali ta’ vetturi sħaħ, l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, iċ-ċinturini tas-sikurezza, l-elmi protettivi, id-duħħan tad-diżil, is-sorsi tad-dawl bil-filament, tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem, l-installazzjoni ta’ apparat tad-dawl u tas-sinjalazzjoni tad-dawl, l-emissjonijiet ta’ vetturi heavy duty, l-akkoppjamenti mekkaniċi, l-apparat ta’ protezzjoni ta’ wara kontra l-underrun, il-vetturi LPG, l-apparat tal-isteering, l-emissjonijiet ta’ vetturi M1 u N1, l-installazzjoni ta’ apparat tad-dawl u tas-sinjalazzjoni tad-dawl għal vetturi agrikoli, is-sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet, il-ħabtiet frontali u laterali, il-vetturi imħaddma bl-enerġija elettrika, l-emissjonijiet ta’ CO2/konsum tal-fjuwil, il-vetturi CNG u LNG, is-sistemi kontra s-serq u s-sistemi ta’ allarm, il-mod kif jinħarqu ċerti materjali, il-kamp viżiv fuq quddiem tas-sewwieq, il-fanali ta’ quddiem b’sorsi tad-dawl bi skarika f'gass, is-sistemi mtejba ta’ trażżin għat-tfal, il-vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil, ir-riċiklabbiltà tal-vetturi bil-mutur, l-impatt fil-ġenb ma’ arblu, l-impatt frontali b’enfasi fuq is-sistemi ta’ trażżin, is-sistemi ta’ ankraġġ ISOFIX, l-apparat għat-tidwil tat-triq, l-apparat retroriflettiv, l-AEBS għal M1 u N1, l-integrità tas-sistema tal-fjuwil u s-sikurezza tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika fil-każ ta’ kolliżjoni fuq wara, is-sistema ta’ żamma awtomatizzata tal-korsija, il-moviment tar-rivers, u s-sistemi ta’ informazzjoni dwar it-tluq tal-vettura;

jitressqu għall-votazzjoni waqt il-laqgħa tad-WP.29 ta’ Novembru 2021 li se ssir bejn it-23 u l-25 ta’ Novembru 2021. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi ddefinita l-pożizzjoni tal-Unjoni b’rabta mal-affarijiet li ġejjin:

il-proposta li taġġorna t-tabella 1 fid-dokument qafas dwar il-vetturi awtomatizzati/awtonomi;

il-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konsolidati R.E.3 u R.E.5, li jirrigwardaw l-aġġornament tad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni tal-vetturi u l-ispeċifikazzjoni tal-kategoriji tas-sors tad-dawl;

il-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Reċiproċi M.R.1 u M.R.2, li huma relatati mal-aġġornament tad-dispożizzjonijiet dwar id-deskrizzjoni u l-prestazzjoni tal-għodod u l-apparati tat-test meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ vetturi bir-roti, tagħmir u parts, u definizzjonijiet tas-sistema ta’ propulsjoni tal-vettura;

il-proposti għall-awtorizzazzjonijiet għall-emenda tal-GTR tan-NU dwar is-sikurezza tan-nies mexjin fit-triq, u biex jiġu żviluppati GTRs tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali u dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet; kif ukoll

it-talba biex fil-kompendju ta’ kandidati għar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU jiġu elenkati erba’ proposti ta’ Partijiet Kontraenti oħra.

Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-atti msemmijin hawn fuq minħabba li dawn jikkonformaw mal-politika tas-suq intern tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-industrija tal-karozzi u minħabba li huma konsistenti mal-politiki tal-Unjoni dwar it-trasport, dwar il-klima u dwar l-enerġija.

Dawn l-atti kollha għandhom impatt tassew pożittiv fuq il-kompetittività tal-industrija tal-karozzi tal-UE u fuq il-kummerċ internazzjonali tagħha. Il-vot favur dawn l-atti se jippromwovi l-progress teknoloġiku, se joffri vantaġġi f’termini tal-ekonomiji ta’ skala, se jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq intern u se jiżgura li l-istandards tal-karozzi jiġu applikati bl-istess mod fl-Unjoni kollha.

L-għarfien espert estern mhuwiex rilevanti fil-każ ta’ din il-proposta. Madankollu, din se tiġi eżaminata mill-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur.

4.BAŻI ĠURIDIKA

4.1.    Bażi ġuridika proċedurali

4.1.1.    Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita bi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi atti li jkollhom effetti legali bis-saħħa tar-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw il-korp inkwistjoni. Dan jinkludi wkoll l-istrumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni” 3 .

4.1.2.    Applikazzjoni għall-każ preżenti

Id-WP.29 huwa korp li fih il-Partijiet Kontraenti tan-NU/KEE jiddiskutu bejniethom l-implimentazzjoni tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u tal-Ftehim Parallel.

L-atti li d-WP.29 qed jintalab jadotta huma atti li għandhom effetti legali.

Ir-Regolamenti tan-NU fl-att previst se jkunu jorbtu lill-Unjoni u flimkien ma’ Riżoluzzjonijiet jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

L-atti previsti la jissupplimentaw u lanqas jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għaldaqstant, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2.    Bażi ġuridika sostantiva

4.2.1.    Prinċipji

Il-bażi ġuridika sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament fuq l-objettiv u l-kontenut tal-att previst li fir-rigward tiegħu tiġi adottata pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ miri jew żewġ komponenti, u jekk waħda minn dawn il-miri jew wieħed minn dawk il-komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċement inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tissejjes fuq bażi ġuridika sostantiva waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-mira jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2. Applikazzjoni għall-każ preżenti

L-objettiv ewlieni u l-kontenut tal-att previst huma relatati mal-approssimazzjoni tal-liġijiet. Għaldaqstant, il-bażi ġuridika sostantiva għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 114 tat-TFUE.

4.3.    Konklużjoni

Jenħtieġ li l-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta tkun l-Artikolu 114 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu.

2021/0344 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għall-modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u 159, fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konsolidati R.E.3 u R.E.5, fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Reċiproċi M.R.1 u M.R.2, u fir-rigward tal-proposti għall-awtorizzazzjonijiet għall-emenda tal-GTR tan-NU dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq, u biex jiġu żviluppati GTRs tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali u dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE 4 , l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

(2)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE 5 , l-Unjoni aderiet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

(3)Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dan ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(4)Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE (id-WP.29 tan-NU/KEE) jista’ jadotta l-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU, tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU (GTRs tan-NU) u tar-Riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal Regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u Riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 tan-NU/KEE jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU.

(5)Id-WP.29 tan-NU/KEE, matul il-185 sessjoni tal-Forum Dinji li se ssir bejn it-23 u l-25 ta’ Novembru 2021, jista’ jadotta l-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u 159.

(6) Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 tan-NU/KEE fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dawk il-proposti, minħabba li r-Regolamenti tan-NU se jorbtu lill-Unjoni u, flimkien mar-Riżoluzzjonijiet tan-NU, jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

(7)Fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbutin ma’ ċerti elementi jew karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u159, jeħtieġ li jiġu emendati, korretti, jew issupplimentati.

(8)Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet fir-Riżoluzzjonijiet tan-NU R.E.3, R.E.5, M.R.1 u M.R.2 jeħtieġ li jiġu emendati.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-185 sessjoni  tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE li se ssir bejn it-23 u l-25 ta’ Novembru 2021 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Il-President

   F’isem il-Kunsill

   Il-President

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(2)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(3)    Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, il-Ġermanja v il-Kunsill, C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-paragrafi 61 sa 64.
(4)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(5)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(6)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

Brussell, 22.10.2021

COM(2021) 657 final

ANNESS

ta' [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għall-modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 14, 16, 22, 24, 37, 45, 48, 49, 55, 58, 67, 79, 83, 86, 90, 94, 95, 100, 101, 110, 116, 118, 125, 128, 129, 133, 134, 135, 137, 145, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 158 u 159, fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konsolidati R.E.3 u R.E.5, fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Riżoluzzjonijiet Reċiproċi M.R.1 u M.R.2, u fir-rigward tal-proposti għall-awtorizzazzjonijiet għall-emenda tal-GTR tan-NU dwar is-sikurezza tal-persuni mixjin fit-triq, u biex jiġu żviluppati GTRs tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali u dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet





ANNESS

Regolament Nru

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument 1

0

Proposta għas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 0 (IWVTA)

(ECE/TRANS/WP.29/1159, para. 85, abbażi ta’ WP.29-184-07)

ECE/TRANS/WP.29/2021/84

14

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 07 tar-Regolament tan-NU Nru 14 (Ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 10, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/9 u GRSP-69-35 kif emendat bl-Anness III tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2021/108

14

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 08 tar-Regolament tan-NU Nru 14 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 10, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/9 u GRSP-69-35 kif emendat bl-Anness III tar-rapport.

ECE/TRANS/WP.29/2021/109

14

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 09 tar-Regolament tan-NU Nru 14 (Ankraġġi taċ-ċinturin tas-sikurezza)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 10, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/9 kif emendat bl-Anness III tar-rapport.

ECE/TRANS/WP.29/2021/110

16

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 07 għar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 11, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/10 mhux emendat.

ECE/TRANS/WP.29/2021/112

16

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 08 għar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 11, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/10 mhux emendat

ECE/TRANS/WP.29/2021/113

16

Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 12 tas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 11, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/16 mhux emendat.

ECE/TRANS/WP.29/2021/111

22

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 22 (Elmi protettivi)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 17, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/13, kif emendat bl-Anness IV tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2021/114

24

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 24 (Tniġġis viżibbli, il-kejl tas-saħħa tal-magna C.I. (Duħħan tad-diżil))

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 29., abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/15

ECE/TRANS/WP.29/2021/128

37

Proposta ta’ abbozz għas-Suppliment 48 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 37 (Sorsi tad-dawl bil-filament)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 20, abbażi ta’ (ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/15/Rev.1 kif emendat permezz ta’ GRE-84-32)

ECE/TRANS/WP.29/2021/85

45

Proposta ta’ abbozz għas-Suppliment 12 tas-serje ta' emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 45 (Tagħmir li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 10, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/7)

ECE/TRANS/WP.29/2021/89

48

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Stallazzjoni tad-dwal u tal-apparat għas-sinjalar bid-dawl)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 24, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/5)

ECE/TRANS/WP.29/2021/90

48

Proposta għas-Suppliment 20 tas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Stallazzjoni tad-dwal u tal-apparat għas-sinjalar bid-dawl)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 24, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/5)

ECE/TRANS/WP.29/2021/91

48

Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje ta’ emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Stallazzjoni tad-dwal u tal-apparat għas-sinjalar bid-dawl)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 24, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/5)

ECE/TRANS/WP.29/2021/92

48

Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Stallazzjoni tad-dwal u tal-apparat għas-sinjalar bid-dawl)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 24 u 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/5 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/8)

ECE/TRANS/WP.29/2021/93

48

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 07 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Stallazzjoni tad-dwal u tal-apparat għas-sinjalar bid-dawl)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 24 u 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/5 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/8)

ECE/TRANS/WP.29/2021/94

48

Proposta għal serje ta’ emendi 08 ġdida għar-Regolament Nru 48 tan-NU (Stallazzjoni tad-dwal u tal-apparat għas-sinjalar bid-dawl)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 24, 25 u 27, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/4, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/5 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/8)

ECE/TRANS/WP.29/2021/86

49

Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta’ magni li jaqbdu bil-kompressjoni u minn magni li jaqbdu bl-ispark plaggs (LPG u CNG))

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 22., abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/13, kif emendat bl-Anness IX)

ECE/TRANS/WP.29/2021/129

49

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 49(Emissjonijiet ta’ magni li jaqbdu bil-kompressjoni u minn magni li jaqbdu bl-ispark plaggs (LPG u CNG))

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 22., abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/14, kif emendat bl-Anness X)

ECE/TRANS/WP.29/2021/130

55

Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 55 (Akkoppjamenti mekkaniċi)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/10, para. 58, abbażi ta’ GRSG-121-42)

ECE/TRANS/WP.29/2021/105

55

Proposta għas-Suppliment 02 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 55 (Akkoppjamenti mekkaniċi) (ECE/TRANS/WP.29/GRSG/10, para. 58, abbażi ta’ GRSG-121-42)

ECE/TRANS/WP.29/2021/153

58

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 58 (Tagħmir għall-protezzjoni mit-trikkib minn wara)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 60, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/15)

ECE/TRANS/WP.29/2021/106

67

Proposta għas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 67 (Vetturi LPG)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 66, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/8)

ECE/TRANS/WP.29/2021/97

79

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tal-istering)

(ECE/TRANS/WP.29/GRVA/10, para. 64, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/12 kif emendat permezz ta’ GRVA-10-39 (kif emendat fis-sessjoni))

ECE/TRANS/WP.29/2021/136

79

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tal-istering)

(ECE/TRANS/WP.29/GRVA/10, para. 64, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/12 kif emendat permezz ta’ GRVA-10-39 (kif emendat fis-sessjoni))

ECE/TRANS/WP.29/2021/137

79

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tal-istering)

(ECE/TRANS/WP.29/GRVA/10, para. 64, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/12 kif emendat permezz ta’ GRVA-10-39 (kif emendat fis-sessjoni))

ECE/TRANS/WP.29/2021/138

83

Proposta għas-Suppliment 15 għas-serje ta’ emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 8., abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/10, GRPE-83-15 u kif emendat bl-Anness IV)

ECE/TRANS/WP.29/2021/131

83

Proposta għas-Suppliment 17 għas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 83 (L-emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 8., abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/10, GRPE-83-15 u kif emendat bl-Anness V)

ECE/TRANS/WP.29/2021/132

83

Proposta għas-Suppliment 14 tas-serje ta’ emendi 07 għar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet mill-vetturi tal-kategoriji M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 8., abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/10, GRPE-83-15 u kif emendat bl-Anness VI).

ECE/TRANS/WP.29/2021/133

86

Proposta għas-serje ta’ emendi 02 ġdida tar-Regolament tan-NU Nru 86 (Stallazzjoni tal-apparati tat-tidwil u ta’ sinjalar bid-dawl għal vetturi agrikoli)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 30, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/7/Rev.1)

ECE/TRANS/WP.29/2021/87

90

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 90 (Parts ta' sostituzzjoni tal-brejkijiet)

(ECE/TRANS/WP.29/GRVA/10, para. 87, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/15 kif emendat permezz ta’ GRVA-10–28)

ECE/TRANS/WP.29/2021/139

94

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje ta' emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 94 (Kolliżjoni frontali)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 47, abbażi ta’ GRSP-69-41 kif riprodott fl-Anness X tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2021/115

95

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 95 (Kolliżjoni laterali)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/8, mhux emendat.

ECE/TRANS/WP.29/2021/116

95

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 95 (Kolliżjoni laterali)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 19 u 47, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/8, mhux emendati u fuq GRSP-69-41 kif riprodotti fl-Anness X tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2021/117

100

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 100 (Vetturi bis-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 44, ibbażat fuq GRSP-69-04 kif riprodott fl-Anness IX tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2021/118

101

Proposta għas-Suppliment 11 għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 101 (Emissjonijiet ta’ CO2/konsum tal-fjuwil)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 10., abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/11 u kif emendat bl-Anness VII)

ECE/TRANS/WP.29/2021/134

110

Proposta għas-serje ta' emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 110 (Vetturi CNG u LNG)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 68, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/9)

ECE/TRANS/WP.29/2021/98

110

Proposta għas-suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 110 (Vetturi CNG u LNG)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 70, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/10 kif emendat permezz ta’ GRSG-121-22)

ECE/TRANS/WP.29/2021/107

116

Proposta għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 116 (Is-sistemi kontra s-serq u s-sistemi ta’ allarm)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 75, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/11 kif emendat permezz ta’ GRSG-121-12)

ECE/TRANS/WP.29/2021/99

118

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 118 (Il-mod kif jinħarqu ċerti materjali)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 28, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/3 kif emendat permezz ta’ GRSG-121-04)

ECE/TRANS/WP.29/2021/101

118

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 118 (Il-mod kif jinħarqu ċerti materjali)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 28, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/3)

ECE/TRANS/WP.29/2021/152

125

Proposta għas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 125 (Il-kamp Viżiv ta' Quddiem is-Sewwieqa)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 80, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/12 kif emendat permezz ta’ GRSG-121-15)

ECE/TRANS/WP.29/2021/100

128

Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 128 (Fanali ta’ quddiem b’sorsi ta’ dawl bi skarika f’gass)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/17)

ECE/TRANS/WP.29/2021/88

129

Proposta għas-Suppliment 11 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal imtejba)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/3 mhux emendat)

ECE/TRANS/WP.29/2021/119

129

Proposta għas-Suppliment 8 għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal imtejba)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/69, para. 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/4)

ECE/TRANS/WP.29/2021/120

129

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal Imtejba)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/5 mhux emendat)

ECE/TRANS/WP.29/2021/121

129

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal Imtejba)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 22, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/6 mhux emendat)

ECE/TRANS/WP.29/2021/122

133

Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament tan-NU Nru 133 (Riċiklabbiltà tal-vetturi bil-mutur)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 31., abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/16 u kif emendat bl-Anness XI)

ECE/TRANS/WP.29/2021/135

134

Proposta għas-Suppliment 4 tar-Regolament tan-NU Nru 134 (Vetturi tal-Idroġenu u taċ-Ċelluli tal-Fjuwil (HFCV))

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 25, ibbażat fuq ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/12 kif emendat bl-Anness V tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2021/123

134

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 134

(Vetturi tal-Idroġenu u taċ-Ċelluli tal-Fjuwil (HFCV)) (ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/12 kif emendat bl-Anness V tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2021/124

135

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 135 (Impatt fil-ġenb ma’ arblu)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 27, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/14 kif emendat bl-Anness VI tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2021/157

137

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 137 tan-NU (Impatt frontali b’enfasi fuq is-sistema ta’ trażżin)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 47, abbażi ta’ GRSP-69–41 kif riprodott fl-Anness X tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2021/125

145

Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 145 ((Sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX, ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size))

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 30, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/11 mhux emendat)

ECE/TRANS/WP.29/2021/126

149

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi oriġinali għar-Regolament tan-NU Nru 149 (Apparat għall-illuminazzjoni tat-triq)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 31, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/6)

ECE/TRANS/WP.29/2021/95

150

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 150 (Apparati retroriflettivi)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 12, abbażi ta’ GRE-84-04)

ECE/TRANS/WP.29/2021/96

151

Proposta għas-Suppliment 3 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 151 (Sistemi ta’ Informazzjoni tal-Punti Moħbija (BSIS))

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 43, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/4, kif emendat permezz ta’ GRSG-121-07)

ECE/TRANS/WP.29/2021/102

152

Proposta għas-Suppliment 4 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 152 (AEBS għal M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRVA/10, para. 70, abbażi ta’ GRVA-10–03)

ECE/TRANS/WP.29/2021/140

152

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 152 (AEBS għal M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRVA/10, para. 70, abbażi ta’ GRVA-10–03)

ECE/TRANS/WP.29/2021/141

152

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 152 (AEBS għal M1 u N1)

(ECE/TRANS/WP.29/GRVA/10, para. 70, abbażi ta’ GRVA-10–03)

ECE/TRANS/WP.29/2021/142

153

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 153 (L-integrità tas-sistema tal-fjuwil u s-sikurezza tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika f’każ ta’ ħabta minn wara)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 47, abbażi ta’ GRSP-69–41 kif riprodott fl-Anness X tar-rapport)

ECE/TRANS/WP.29/2021/127

157

Proposta għas-Suppliment 3 tar-Regolament tan-NU Nru 157 (ALKS)

(ECE/TRANS/WP.29/GRVA/10, para. 35–36, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/3 kif emendat permezz ta’ GRVA-10-35 u GRVA-10-36)

ECE/TRANS/WP.29/2021/143/Rev.1

158

Proposta għas-Suppliment 1 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 158 (Moviment tar-rivers)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 47, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/5, kif emendat permezz ta’ GRSG-121-08)

ECE/TRANS/WP.29/2021/103

159

Proposta għas-Suppliment 1 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 159 (Sistema ta’ Informazzjoni waqt it-Tluq tal-Vettura)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 49, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/6, kif ikkomplimentat permezz ta’ GRSG-121-10)

ECE/TRANS/WP.29/2021/104

 

Mixxellanji

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

Dokument ta’ Qafas

Proposta għal Tabella 1 aġġornata fid-dokument Qafas dwar il-vetturi awtomatizzati/awtonomi

ECE/TRANS/WP.29/2021/151

Riżoluzzjoni Konsolidata

Proposta għal emendi għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-kostruzzjoni tal-vetturi (R.E.3)

(ECE/TRANS/WP.29/GRSG/100, para. 111, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSG/2021/14 kif emendat permezz ta’ GRSG-121-30)

ECE/TRANS/WP.29/2021/144

Riżoluzzjoni Konsolidata

Proposta għall-emenda nru 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni tal-kategoriji tas-sorsi tad-dawl (R.E.5)

(ECE/TRANS/WP.29/GRE/84, para. 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/16/Rev.1 kif emendat permezz ta’ GRE-84–32 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/3)

ECE/TRANS/WP.29/2021/145

Riżoluzzjoni Reċiproka

Proposta għall-Emenda 3 għar-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 1 (M.R.1)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/69, para. 31, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/2, kif emendat bl-Anness VII tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2021/146

Riżoluzzjoni Reċiproka

Proposta għal emenda tar-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 2 (M.R.2)

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 52, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/19)

ECE/TRANS/WP.29/2021/147

Awtorizzazzjoni

Proposta għal awtorizzazzjoni riveduta biex jiġi żviluppat GTR tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali Reali tas-Sewqan (RDE).

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 18., abbażi ta’ GRPE-83-32 u modifikat matul is-sessjoni, kif emendat bl-Anness VIII)

ECE/TRANS/WP.29/2021/149

Awtorizzazzjoni

Talba għall-awtorizzazzjoni tal-iżvilupp ta’ GTR tan-NU ġdida dwar l-emissjonijiet ta’ partikuli tal-brejkijiet

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/83, para. 36., abbażi ta’ GRPE-83-11 kif emendat bl-Anness XII)

ECE/TRANS/WP.29/2021/150

Awtorizzazzjoni

Talba għal awtorizzazzjoni biex jiġu żviluppati emendi għar-Regolament Tekniku Globali tan-NU Nru 9 (Sikurezza tal-persuni mexjin fit-triq)

(ECE/TRANS/WP.29/AC.3/31, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/2021/83 u ECE/TRANS/WP.29/1159, para. 152)

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/31/Add.1

Kompendju tal-Kandidati għall-GTRs tan-NU

Talba biex jitniżżel fil-kompendju ta’ kandidati għar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU dwar il-Proċedura tal-Ġappun għall-Infurzar tad-Durabbiltà fis-Sewqan għal vetturi b’żewġ roti

ECE/TRANS/WP.29/2021/154

Kompendju tal-Kandidati għall-GTRs tan-NU

Talba biex tiddaħħal fil-Kompendju tal-Kandidati għall-GTR tan-NU

ECE/TRANS/WP.29/2021/155

Kompendju tal-Kandidati għall-GTRs tan-NU

Talba biex tiddaħħal fil-Kompendju tal-Kandidati għall-GTR tan-NU

ECE/TRANS/WP.29/2021/156

Kompendju tal-Kandidati għall-GTRs tan-NU

Talba biex jitniżżel fil-Kompendju tal-Kandidati għall-GTR tan-NU dwar it-Test tad-Durabbiltà ta’ Apparati għall-Kontroll tal-Emissjonijiet taċ-Ċina (Test tat-Tip V)

ECE/TRANS/WP.29/2021/158

(1)    Id-dokumenti kollha msemmijin fit-tabella jinsabu fuq: (WP.29) Il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (il-185 sessjoni) | NU/KEE