Brussell, 4.10.2021

COM(2021) 604 final

2021/0307(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-fond fir-rigward tat-tielet pagament parzjali għall-2021


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Il-proposta tikkonċerna abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tielet pagament parzjali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jridu jitħallsu mill-partijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ”) fl-2021.

Il-11ax-il FEŻ u fondi oħra tal-FEŻ li għadhom miftuħin (jiġifieri d-Disa’ u l-10ar FEŻ) huma ġestiti skont il-ġabra ta’ regoli li ġejja:

(a)il-Ftehim ta’ Sħubija attwali bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) kif emendat l-aħħar 1 ;

(b)Id-Deċiżjoni Nru 2/2020 2 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-4 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni Nru 3/2019 3 li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE għal estensjoni oħra tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sat-30 ta’ Novembru 2021, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim AKP-UE (“il-Ftehim Ġdid”) ġdid jew sal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim il-ġdid bejn l-Unjoni u l-Istati AKP, skont liema tiġi l-ewwel;

(c)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2233 dwar l-impenn tal-fondi li jirriżultaw mir-rimborżi taħt il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP minn operazzjonijiet taħt id-9a’, l-10ar u l-11ax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 4 ;

(d)Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 5 (il-“Ftehim Intern” tal-11ax-il FEŻ);

(e)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11ax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 6 (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11ax-il FEŻ”);

Id-dokumenti msemmij fil-punti (a) sa (e) jinkludu impenji pluriennali mill-partijiet tal-FEŻ biex jappoġġjaw finanzjarjament it-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-11ax-il FEŻ jipprevedi li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-partijiet għall-FEŻ u għat-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji determinati minn qabel. Il-kontribuzzjonijiet regolari jiskattaw minn Deċiżjonijiet tekniċi tal-Kunsill li jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.

Uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni għaldaqstant mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

F’konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-11ax-il FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara li l-Kummissjoni Ewropea, li taġixxi f’isem l-Unjoni Ewropea, tippreżenta din il-proposta.

2021/0307 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-fond fir-rigward tat-tielet pagament parzjali għall-2021

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 7 u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11ax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 8 , u b’mod partikolari l-Artikolu 19(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru2018/1877 9 , il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta’ Ottubru 2021 li tispeċifika l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2021.

(2)Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) se jibgħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti fl-istrumenti li jimmaniġġa.

(3)Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877 l-ewwel is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti (“FEŻ”). Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-BEI u għall-Kummissjoni.

(4)Skont l-Artikoli 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-ftehim dwar il-ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-egħluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-ftehim dwar il-ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11ax-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, m’għandhomx jerġgħu jintużaw.

(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 10 tistabbilixxi l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-FEŻ għall-2021 għal EUR 3 700 000 000 għall-Kummissjoni Ewropea, u għal EUR 300 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment.

(6)Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, bħala t-tielet pagament parzjali għall-2021, għandhom jitħallsu mill-parteċipanti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, skont l-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3
(2)    ĠU L 420, 14.12.2020, p.32
(3)    ĠU L 1, 3.1.2020, p.3
(4)    ĠU L 438, 28.12.2020, p.188-191
(5)    ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(6)    ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1-21
(7)    ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(8)    ĠU L 58, 3.3.2015, p.17-38
(9)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11ax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU L 307, 3.12.2018, p. 7.)
(10)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2022, l-ammont annwali għall-2021, l-ewwel pagament parzjali għall-2021 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti tal-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 13).

Brussell, 4.10.2021

COM(2021) 604 final

ANNESS

tal-

Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-fond fir-rigward tat-tielet pagament parzjali għall-2021


ANNESS

STATI MEMBRI & r-Renju Unit

Skema tal-11ax-il FEŻ %

It-3et pagament parzjali tal-2021 (f’EUR)

Total

BEI

Il-Kummissjoni

il-11ax-il FEŻ

il-11ax-il FEŻ

IL-BELĠJU

3,24927

3 249 270,00

29 243 430,00

32 492 700,00

IL-BULGARIJA

0,21853

218 530,00

1 966 770,00

2 185 300,00

IĊ-ĊEKJA

0,79745

797 450,00

7 177 050,00

7 974 500,00

ID-DANIMARKA

1,98045

1 980 450,00

17 824 050,00

19 804 500,00

IL-ĠERMANJA

20,57980

20 579 800,00

185 218 200,00

205 798 000,00

L-ESTONJA

0,08635

86 350,00

777 150,00

863 500,00

L-IRLANDA

0,94006

940 060,00

8 460 540,00

9 400 600,00

IL-GREĊJA

1,50735

1 507 350,00

13 566 150,00

15 073 500,00

SPANJA

7,93248

7 932 480,00

71 392 320,00

79 324 800,00

FRANZA

17,81269

17 812 690,00

160 314 210,00

178 126 900,00

IL-KROAZJA

0,22518

225 180,00

2 026 620,00

2 251 800,00

L-ITALJA

12,53009

12 530 090,00

112 770 810,00

125 300 900,00

ĊIPRU

0,11162

111 620,00

1 004 580,00

1 116 200,00

IL-LATVJA

0,11612

116 120,00

1 045 080,00

1 161 200,00

IL-LITWANJA

0,18077

180 770,00

1 626 930,00

1 807 700,00

IL-LUSSEMBURGU

0,25509

255 090,00

2 295 810,00

2 550 900,00

L-UNGERIJA

0,61456

614 560,00

5 531 040,00

6 145 600,00

MALTA

0,03801

38 010,00

342 090,00

380 100,00

IN-NETHERLANDS

4,77678

4 776 780,00

42 991 020,00

47 767 800,00

L-AWSTRIJA

2,39757

2 397 570,00

21 578 130,00

23 975 700,00

IL-POLONJA

2,00734

2 007 340,00

18 066 060,00

20 073 400,00

IL-PORTUGALL

1,19679

1 196 790,00

10 771 110,00

11 967 900,00

IR-RUMANIJA

0,71815

718 150,00

6 463 350,00

7 181 500,00

IS-SLOVENJA

0,22452

224 520,00

2 020 680,00

2 245 200,00

IS-SLOVAKKJA

0,37616

376 160,00

3 385 440,00

3 761 600,00

IL-FINLANDJA

1,50909

1 509 090,00

13 581 810,00

15 090 900,00

L-IŻVEZJA

2,93911

2 939 110,00

26 451 990,00

29 391 100,00

IR-RENJU UNIT

14,67862

14 678 620,00

132 107 580,00

146 786 200,00

TOTAL EU-27 & r-Renju Unit

100,00

100 000 000,00

900 000 000,00

1 000 000 000,00