Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 568 final

2021/0206(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 1 (“il-Patt Ekoloġiku Ewropew”) nediet strateġija ta’ tkabbir ġdida għall-Unjoni Ewropea li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà sostenibbli, aktar ġusta u aktar għanja, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn ma hemmx emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku huwa diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Hija tafferma mill-ġdid l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li żżid l-ambizzjoni klimatika tagħha u li tagħmel l-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew saħansitra komplew jikbru fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri soċjali u ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Abbażi tal-istrateġija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u ta’ valutazzjoni tal-impatt komprensiva, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 2 (“il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030”) ipproponiet li tiżdied l-ambizzjoni tal-Unjoni u li jitressaq pjan komprensiv biex tiżdied il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 lejn tnaqqis nett fl-emissjonijiet ta’ mill-inqas 55 %, b’mod responsabbli. Iż-żieda tal-ambizzjoni tal-2030 issa tgħin biex tingħata ċertezza lil dawk li jfasslu l-politika u lill-investituri, sabiex id-deċiżjonijiet li jittieħdu fis-snin li ġejjin ma jżommux il-livelli tal-emissjonijiet inkonsistenti mal-objettiv tal-UE li ssir newtrali għall-klima sal-2050. Il-mira miżjuda tal-Unjoni għall-2030 hija konformi mal-objettiv tal-Ftehim ta’ Pariġi ffirmat fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (“UNFCCC”) (“il-Ftehim ta’ Pariġi”) 3 li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ferm taħt 2 °C u li jsiru sforzi biex din tinżamm għal 1.5 °C.

Il-Kunsill Ewropew approva l-mira vinkolanti l-ġdida tal-Unjoni għall-2030 fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2020 4 . Fil-25 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid dawn il-konklużjonijiet u stieden lill-Kummissjoni biex tressaq malajr il-pakkett leġiżlattiv tagħha flimkien ma’ eżami fil-fond tal-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali fil-livell tal-Istati Membri. Kemm in-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 kif ukoll it-tnaqqis intermedju nett tal-emissjonijiet ta’ mill-inqas 55 % sal-2030 huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”).

Sabiex timplimenta l-Liġi Ewropea dwar il-Klima u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni rrieżaminat il-leġiżlazzjoni dwar il-klima u l-enerġija attwalment fis-seħħ u qed tipproponi l-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %”.

Iż-żieda tal-ambizzjoni klimatika tal-Unjoni tfisser ukoll li jeħtieġ li jiżdied il-kontribut mis-setturi kollha. Għal dak l-għan, huwa propost l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq bħala parti mir-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE 6 (“id-Direttiva dwar l-ETS”). Jenħtieġ li dan jipprovdi inċentiv ekonomiku addizzjonali biex jitnaqqas il-konsum dirett tal-fjuwils fossili u b’hekk jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-introduzzjoni ta’ prezz tas-suq fuq il-karbonju f’dawn iż-żewġ setturi flimkien ma’ miżuri oħrajn jenħtieġ li tnaqqas, fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil, il-kostijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq, u tipprovdi opportunitajiet ġodda għall-investiment u għall-ħolqien tal-impjiegi li se jittieħed vantaġġ sħiħ minnhom fil-preżenza ta’ politiki xierqa dwar is-suq tax-xogħol u l-ħiliet, bħal dawk appoġġati fil-livell tal-UE mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 u mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 .

Madankollu, iż-żieda fil-prezz għall-fjuwils fossili se jkollha impatti soċjali u distributtivi sinifikanti li jistgħu jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-mikrointrapriżi vulnerabbli u lill-utenti tat-trasport vulnerabbli li jonfqu parti akbar mill-introjtu tagħhom fuq l-enerġija u t-trasport u li, f’ċerti reġjuni, ma għandhomx aċċess għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà u trasport alternattivi u affordabbli. Tali impatti fuq gruppi vulnerabbli jvarjaw bejn l-Istati Membri, u l-impatti fuq il-prezzijiet x’aktarx jinħassu b’mod aktar qawwi fl-Istati Membri, ir-reġjuni u l-popolazzjoni b’introjtu medju aktar baxx. Bħala konsegwenza għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwil permezz tal-ipprezzar tal-karbonju, l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jiġġenera dħul, li jista’ jintuża biex itaffi l-piż fuq il-gruppi vulnerabbli.

Sabiex jiġu indirizzati l-impatti soċjali u distributtivi  fuq dawk l-aktar vulnerabbli li jirriżultaw mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għaż-żewġ setturi l-ġodda tal-bini u tat-trasport bit-triq, jinħoloq Fond Soċjali għall-Klima (“il-Fond”). L-aġġustamenti għall-qafas baġitarju tal-Unjoni meħtieġa għal din il-proposta se jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni bħala parti mill-pakkett ta’ Riżorsi Proprji li jmiss, inkluża proposta biex jiġi emendat il-qafas finanzjarju pluriennali 9 . B’mod partikolari, parti mid-dħul mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport bit-triq se takkumula għall-baġit tal-Unjoni u, fil-prinċipju, persentaġġ minnu se jikkorrispondi għall-Fond il-ġdid. Qabel tmiem is-sena, il-Kummissjoni beħsiebha wkoll tippreżenta proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-aspetti soċjali tat-tranżizzjoni ekoloġika mixtieqa.

Il-Fond għandu l-għan li jtaffi l-impatt fuq il-prezz tal-ipprezzar il-ġdid tal-karbonju u jenħtieġ li jipprovdi finanzjament lill-Istati Membri biex jappoġġaw il-politiki tagħhom biex jindirizzaw l-impatti soċjali ta’ tali skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-mikrointrapriżi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli. Jenħtieġ li dan jinkiseb, notevolment, permezz ta’ appoġġ temporanju għall-introjtu u miżuri u investimenti maħsuba biex inaqqsu, fit-terminu medju sa twil, id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili permezz ta’ effiċjenza enerġetika akbar tal-bini, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini, inkluża l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u l-għoti ta’ aċċess imtejjeb għal mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-istabbiliment tal-Fond Soċjali għall-Klima għandu l-għan li jindirizza parti mill-isfidi soċjali u distributtivi tat-tranżizzjoni ekoloġika tal-Unjoni. Dan huwa konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-azzjoni klimatika u mal-impenji meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri skont il-Ftehim ta’ Pariġi. L-ambizzjoni klimatika miżjuda tal-Unjoni kif ikkonfermata mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2020 u ta’ Mejju 2021, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima jitqiesu waqt li jiġi stabbilit il-Fond. B’mod partikolari, il-Fond huwa maħsub biex itaffi l-piż soċjali u distributtiv mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq, u biex jiffaċilita l-investimenti nodfa biex jittaffa dak il-piż. Barra minn hekk, leġiżlazzjoni oħra dwar il-klima, l-enerġija u t-trasport li għandha impatt fuq dawn is-setturi tkopri aspetti soċjali, pereżempju, id-dispożizzjonijiet attwali tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 (“id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika”) u tad-Direttiva dwar l-ETS, li t-tnejn diġà jindikaw li l-użu tal-fondi u tad-dħul jenħtieġ li jqis l-aspetti soċjali. Il-Fond il-ġdid huwa komplementari għall-istrumenti baġitarji eżistenti li jiffokaw fuq l-investimenti u l-ħiliet b’rabta mat-tranżizzjoni.

L-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, u t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali huma prijorità ewlenija tal-Unjoni. Il-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, Next Generation EU u l-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2021-2027 se jgħinu biex tinkiseb it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali li qed timmira għaliha l-Ewropa. Il-kombinazzjoni ta’ dawn il-politiki se tikkontribwixxi b’mod deċiżiv biex tiġi indirizzata l-kriżi ekonomika u biex jiġi ffaċilitat l-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 u biex titħaffef il-bidla għal ekonomija nadifa u sostenibbli, li tgħaqqad l-azzjoni klimatika u t-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali u territorjali.

Il-ħtieġa u l-valur tat-tranżizzjoni ekoloġika saħansitra komplew jiżdiedu wara l-effetti severi tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Fond se jibda jopera matul l-aħħar sentejn tal-Istrument għall-Irkupru 11 u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 12 li huma l-miżuri tal-Unjoni maħsuba biex itaffu l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19 u biex jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Unjoni aktar sostenibbli, reżiljenti u ppreparati aħjar għall-isfidi u l-opportunitajiet tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-implimentazzjoni tal-Fond, li jenħtieġ li tkompli sal-2032, se tkun konsistenti ma’ dawk il-miżuri preċedenti. Bl-istess mod, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta huwa ffinanzjat mill-qafas finanzjarju pluriennali u se jintemm fl-2027. B’hekk, jenħtieġ li l-Fond ikompli jopera għal ħames snin oħra.

Il-governanza u t-tfassil tal-interventi

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għaraf li l-ħtieġa għal tranżizzjoni soċjalment ġusta trid tiġi riflessa wkoll fil-politiki fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni. Dan jinkludi investimenti biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet affordabbli għal dawk affettwati l-agħar mill-politiki dwar l-ipprezzar tal-karbonju u li huma inqas kapaċi jlaħħqu magħhom, pereżempju, permezz ta’ trasport pubbliku mtejjeb, kif ukoll miżuri maħsuba biex itaffu u jindirizzaw il-faqar enerġetiku u jippromwovu t-taħriġ mill-ġdid. Dan huwa konformi mal-Prinċipju 1 u l-Prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali biex jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fil-kuntest tat-tranżizzjonijiet doppji u l-irkupru mill-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19 u jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi essenzjali bħall-enerġija u l-mobbiltà għal kulħadd.

Skont il-qafas tal-governanza klimatika, l-Istati Membri huma obbligati li fl-2023 jaġġornaw il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (“NECP”) integrati tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 (“ir-Regolament dwar il-Governanza”). L-NECPs ta’ 10 snin jiddeskrivu kif l-Istati Membri tal-UE beħsiebhom jindirizzaw l-effiċjenza enerġetika, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u diġà jkopru l-faqar enerġetiku skont il-leġiżlazzjoni attwali. Il-Kummissjoni tissorvelja u tirrapporta dwar il-progress bħala parti mir-rapport tal-unjoni tal-enerġija. Il-Fond u l-Pjanijiet Soċjali għall-Klima se jkunu marbuta mar-riformi ppjanati u mal-impenji magħmula mill-NECPs u se jitfasslu minnhom. Bil-ħsieb li jiġu minimizzati l-kostijiet amministrattivi addizzjonali, l-għażla taż-żmien tal-preżentazzjoni u l-adozzjoni tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima hija allinjata mal-proċess eżistenti tal-NECP.

L-implimentazzjoni tal-Fond permezz tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tal-Istati Membri se tkun koerenti wkoll mal-politika u l-miżuri appoġġati minn diversi strumenti oħrajn tal-UE li jrawmu tranżizzjoni soċjalment ġusta. Dawn jinkludu l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 14 , li jimmira għal tranżizzjoni ekoloġika soċjalment ġusta u xierqa għall-Ewropej kollha, il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Pjanijiet għal Tranżizzjoni Ġusta skont ir-Regolament (UE) 2021/1056, l-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni tal-bini fit-tul tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 u l-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku, li jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex itaffu u jissorveljaw il-faqar enerġetiku u t-taħlitiet ta’ politika relatati, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Faqar Enerġetiku 16 .

Il-Fond Soċjali għall-Klima se jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-“Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” 17 li għandu l-għan li jimmassimizza s-sinerġiji bejn id-dekarbonizzazzjoni u l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero. Għal dan l-għan, il-miżuri u l-investimenti se jkunu mmirati wkoll lejn azzjonijiet (eż. dwar it-tisħin u l-bojlers) li jistgħu fl-istess ħin jgħinu biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja, minħabba li l-ġlieda kontra t-tniġġis hija wkoll ġlieda għall-ġustizzja u l-ugwaljanza. L-aktar impatti ta’ ħsara tat-tniġġis fuq is-saħħa tal-bniedem tipikament jiġġarrbu mill-aktar gruppi vulnerabbli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażijiet ġuridiċi għal din il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Fond Soċjali għall-Klima huma l-Artikolu 91(1)(d), l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 194(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”).

Il-Fond huwa stabbilit biex jindirizza l-isfidi soċjali u distributtivi mit-tranżizzjoni ekoloġika meħtieġa għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex jinċentiva l-miżuri meħtieġa biex jittaffew il-konsegwenzi soċjali tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq.

Skont l-Artikolu 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi, inter alia, għall-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, għall-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali biex jiġu indirizzati problemi ambjentali reġjonali jew dinjija u, b’mod partikolari, għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent timmira għal livell għoli ta’ protezzjoni filwaqt li titqies id-diversità ta’ sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Il-miżuri mmirati lejn it-trasport sostenibbli huma adottati wkoll skont dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-Fond jindirizza b’mod partikolari l-isfidi tal-faqar enerġetiku għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli u għall-mikrointrapriżi vulnerabbli. Jenħtieġ li dan jappoġġa miżuri maħsuba biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika, l-iffrankar tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ forom ġodda u rinnovabbli ta’ enerġija, kif indikat fl-Artikolu 194(1)(c) tat-TFUE.

Il-Fond jeħtieġ ukoll li jindirizza s-sitwazzjoni tal-utenti tat-trasport vulnerabbli. Jenħtieġ li dan jappoġġa miżuri maħsuba biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi, inkluż it-trasport pubbliku, u b’hekk jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika komuni tat-trasport kif indikat fl-Artikolu 91(1)(d) tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

Il-Fond huwa stabbilit biex jikkomplementa l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq li għandu japplika fl-Unjoni kollha. L-applikazzjoni ta’ prezz uniformi għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq se jkollha impatt mhux uniformi fi Stati Membri u reġjuni differenti. Il-Fond għandu jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri, sabiex ikunu jistgħu jiffinanzjaw sett koerenti ta’ miżuri, inkluż l-appoġġ għall-introjtu dirett temporanju, u investimenti meqjusa meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni u, b’mod partikolari, biex jiġu żgurati tisħin, tkessiħ u mobbiltà affordabbli u sostenibbli. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun jirrifletti s-sitwazzjoni diversa tal-Istati Membri u tar-reġjuni tagħhom, b’kont meħud tal-mapep reġjonali tal-faqar enerġetiku u tal-mapep ta’ żoni remoti u rurali li mhumiex konnessi tajjeb bit-triq jew bil-ferrovija. Dawk il-miżuri u l-investimenti, inkluż l-appoġġ għall-introjtu dirett temporanju, għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-unitajiet domestiċi, għall-mikrointrapriżi u għall-utenti tat-trasport, li huma vulnerabbli u partikolarment affettwati mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq, minħabba li l-entitajiet regolati huma mistennija jgħaddu l-kostijiet lill-konsumaturi finali.

Il-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet li l-objettivi tagħhom ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri kollha weħidhom (“test tan-neċessità”), u fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri weħidhom. F’dan il-każ, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri differenti huma riflessi fil-metodoloġija tal-allokazzjoni. Il-ħolqien ta’ programm tal-Unjoni jiżgura wkoll li l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jieħdu miżuri biex jikkomplementaw l-azzjoni klimatika fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri se jkunu dawk li se jfasslu u jagħżlu l-miżuri u l-investimenti, minħabba li huma fl-aħjar pożizzjoni biex ifasslu miżuri li jkunu jirriflettu l-partikolaritajiet nazzjonali.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jressqu sett komprensiv ta’ miżuri u investimenti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond bħala l-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom li għandhom jiġu sottomessi flimkien mal-aġġornament tal-NECP tagħhom f’konformità mar-Regolament dwar il-Governanza.

Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tinkiseb tranżizzjoni ekoloġika rapida u robusta fejn ħadd ma jitħalla lura. B’hekk, fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa azzjoni biex jiġi kkoordinat rispons xieraq għall-isfidi soċjali mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq (“test tal-effettività”). Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu weħidhom, filwaqt li l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali billi jistabbilixxi strument immirat biex jappoġġa finanzjarjament lill-Istati Membri fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti tant meħtieġa.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, fis-sens li ma tmurx lil hinn mill-minimu meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv iddikjarat fil-livell tal-Unjoni u li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.

L-għażla tal-istrument

L-għanijiet deskritti fit-taqsimiet preċedenti ma jistgħux jintlaħqu permezz ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet, jew b’azzjoni volontarja tal-Istati Membri. Regolament biss jista’ jippermetti li dawn jintlaħqu. Regolament applikabbli għall-Istati Membri kollha huwa wkoll l-aktar strument legali xieraq biex jiġi organizzat l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-Istati Membri.

Il-maġġoranza tad-dħul mill-iskambju l-ġdid ta’ kwoti tal-emissjonijiet se jakkumula għall-baġits nazzjonali tal-Istati Membri u jenħtieġ li jintuża għal skopijiet relatati mal-klima, inkluż biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali tal-iskambju l-ġdid ta’ kwoti tal-emissjonijiet. L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw tali dħul, kif ukoll jidderieġu finanzjamenti addizzjonali disponibbli minn programmi oħrajn tal-Unjoni, għal miżuri li jappoġġaw dekarbonizzazzjoni soċjalment ġusta tas-setturi. Fond ġdid b’ġestjoni diretta fil-baġit tal-Unjoni jikkomplementa dawn il-miżuri b’mod li jipprevedi speċifikament għall-isfidi soċjali mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq permezz ta’ approċċ integrat orjentat lejn ir-riżultati bbażat fuq pjan miftiehem b’miri, b’objettivi intermedji u b’riżultati tanġibbli ċari, u huwa marbut direttament magħhom. Il-koeffiċjent tad-distribuzzjoni għall-Fond iqis l-impatt mhux uniformi mistenni bejn l-Istati Membri u fihom.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ma kien hemm l-ebda evalwazzjoni ex post jew kontroll tal-idoneità relatat ma’ din il-proposta, minħabba li l-implimentazzjoni taż-żieda tal-ambizzjoni klimatika tal-Unjoni għadha ma bdietx.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri, lir-rappreżentanti tal-industrija mis-settur privat, lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi, lill-istituzzjonijiet ta’ riċerka u akkademiċi, lit-trade unions u liċ-ċittadini biex jipprovdu l-feedback u l-opinjoni tagħhom dwar l-iskambju possibbli ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq, inkluż dwar il-konsegwenzi soċjali tiegħu.

Il-Kummissjoni organizzat l-ewwel ċiklu ta’ konsultazzjoni pubblika qabel ma adottat il-Komunikazzjoni dwar il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 li pproponiet li tiżdied l-ambizzjoni tal-Unjoni u ressqet pjan komprensiv biex tiżdied il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 għal tnaqqis nett ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet, b’mod responsabbli.

Għal kull waħda mill-proposti tal-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, il-Kummissjoni organizzat it-tieni sessjoni ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi online. Fir-rigward tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS, inkluż l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq, waslu kważi 500 tweġiba 18 . Qabel dan, il-Kummissjoni għamlet stedina għal feedback dwar valutazzjoni tal-impatt tal-bidu 19 tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS, inklużi l-kunsiderazzjonijiet inizjali u l-għażliet ta’ politika dwar it-twaqqif possibbli tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

Fir-rigward tas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq, diversi partijiet ikkonċernati, inklużi sħab soċjali kemm min-naħa ta’ dawk li jħaddmu kif ukoll min-naħa tal-impjegati, ġeneralment ikunu xettiċi dwar estensjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal dawn is-setturi. Fost l-għażliet ippreżentati, l-għażla ta’ politika ppreferuta ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati kienet li jibdew b’sistema awtonoma separata għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq, kif riflessa fil-proposta dwar ir-reviżjoni tal-ETS. Diversi partijiet ikkonċernati rreferew ukoll għall-impatti soċjali ta’ żieda fil-prezz għall-fjuwils tat-tisħin u tat-trasport fuq l-aktar unitajiet domestiċi vulnerabbli. B’mod partikolari, ġie enfasizzat li l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx jista’ jkollhom bżonn appoġġ sabiex iwettqu l-investimenti meħtieġa fl-effiċjenza enerġetika u fil-mobbiltà u t-trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Din il-proposta tibni fuq l-evidenza miġbura fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 20 , il-valutazzjoni tal-impatt li tirfed ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS 21 , l-analiżi mwettqa b’appoġġ għall-Istrateġija fit-Tul tal-Kummissjoni 22 u l-evidenza rilevanti miġbura f’inizjattivi konkorrenti oħrajn tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll fi studji preċedenti relatati mal-bini u mat-trasport bit-triq.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-problemi indirizzati mill-Fond propost u d-direzzjonijiet possibbli tas-soluzzjonijiet huma analizzati f’żewġ valutazzjonijiet tal-impatt konsekuttivi u, għalhekk, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt speċifika.

Il-valutazzjoni tal-impatt li tirfed il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 sabet li żieda fil-mira tal-emissjonijiet għall-2030 għal -55 % iżżid is-sehem tan-nefqa tal-unitajiet domestiċi relatat mal-enerġija b’madwar 0,7 sa 0,8 punti perċentwali. Il-bidliet fil-prezzijiet tal-konsumatur jaffettwaw lill-unitajiet domestiċi b’modi kkuntrastanti li jiddependu fuq l-istruttura tan-nefqa tagħhom, il-livell u s-sorsi tal-introjtu, il-ġid u l-kompożizzjoni stess tal-unità domestika.

Il-bidliet stmati fil-prezzijiet relattivi ġġenerati minn ambizzjoni klimatika ogħla jaffettwaw lil dawk b’introjtu aktar baxx ferm aktar minn dawk b’introjtu għoli. Madankollu, dawn ir-riżultati ma jinkludux ir-ridistribuzzjoni tad-dħul mill-irkanti. Jekk, pereżempju, tiġi introdotta ridistribuzzjoni ta’ somma f’daqqa tad-dħul mill-irkanti abbażi tad-daqs tal-unità domestika għal kull Stat Membru, din tista’ tiġġenera impatt pożittiv f’termini tal-benesseri fuq id-deċil tan-nefqa inferjuri tal-popolazzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi u tnaqqas b’mod drastiku l-impatt negattiv fuq il-klassijiet tal-infiq l-oħrajn kollha. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet ukoll li, bħala politika reali, mekkaniżmu ta’ ridistribuzzjoni jista’ jkun immirat b’mod aktar sinifikanti biex jindirizza l-ħtiġijiet tad-deċili tal-introjtu/tan-nefqa aktar baxxi. Dan jippermetti grad ogħla ta’ kumpens għall-unitajiet domestiċi fil-bżonn, kif ukoll appoġġ għalihom, għal kwalunkwe livell partikolari ta’ dħul iġġenerat mill-ipprezzar tal-karbonju.

Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Proposta għall-emendar tad-Direttiva dwar l-ETS fi ħdan il-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” tirfina din l-analiżi. Hija tagħmel enfasi speċifika fuq l-introduzzjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq u tanalizza l-impatti soċjali tiegħu, b’mod partikolari fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u b’introjtu aktar baxx. B’mod partikolari, din tiddiżaggrega n-nefqa tal-unitajiet domestiċi fuq l-enerġija fil-kostijiet tal-fjuwil u fil-kostijiet kapitali għall-investimenti, kif ukoll skont il-gruppi ewlenin tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi u l-gruppi tal-introjtu tal-Istati Membri.

Fl-2030, l-nefqa fuq l-investiment residenzjali hija mistennija tiżdied fl-Unjoni b’bejn 0,4 u 0,7 punti perċentwali tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi meta mqabbel mal-linja bażi bħala konsegwenza tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. F’ambjent ta’ politika aktar xprunat mill-prezz tal-karbonju, in-nefqa fuq l-investiment tiżdied b’mod inqas qawwi milli f’taħlita ta’ politika aktar ibbilanċjata. F’taħlita ta’ politika kosteffettiva, iż-żidiet fin-nefqa fuq l-investiment għall-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx ikunu fil-gruppi kollha ta’ introjtu tal-Istati Membri aktar mid-doppju tal-unità domestika medja. Iż-żidiet huma ferm ogħla mill-medja tal-Unjoni fl-Istati Membri b’PDG per capita taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni. Dan juri l-importanza tal-aċċess għall-finanzi, għar-rinnovazzjoni tad-djar, u għax-xiri ta’ tagħmir effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b’mod partikolari fi Stati Membri b’introjtu aktar baxx.

Il-valutazzjoni tal-impatt għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS sabet li l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini mhux se jaffettwa lill-unitajiet domestiċi bl-istess mod, iżda x’aktarx ikollu impatt regressiv fuq l-introjtu disponibbli, minħabba li l-unitajiet domestiċi bi dħul baxx għandhom it-tendenza li jonfqu proporzjon akbar tal-introjtu tagħhom fuq it-tisħin. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ prezz armonizzat tal-karbonju se jkollha impatt differenti ħafna fuq il-prezzijiet tal-konsumatur fl-Istati Membri skont il-livell eżistenti ta’ taxxi fuq il-fjuwils ikkonċernati, minħabba li l-prezzijiet tal-fjuwils fossili qabel it-taxxa huma komparabbli fl-Istati Membri kollha. Madankollu, in-nefqa ġenerali fuq il-fjuwil bħala persentaġġ tal-introjtu tibqa’ kważi stabbli bħala medja. Dan ifisser li jista’ jkun hemm iffrankar fin-nefqa fuq il-fjuwil minkejja ż-żidiet fil-prezzijiet, diment li jsiru investimenti kosteffettivi. Jekk dawn l-investimenti jsiru, bħala medja, l-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx se jkunu f’pożizzjoni aħjar mill-unità domestika medja. Għall-grupp ta’ Stati Membri b’introjtu baxx, is-sehem tan-nefqa fuq il-fjuwil fin-nefqa tal-konsum tal-unitajiet domestiċi jiżdied fost il-gruppi ta’ introjtu kollha u, b’mod aktar qawwi, għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx. Jekk isiru l-investimenti meħtieġa fl-effiċjenza enerġetika, fir-rinnovazzjoni u fl-enerġija rinnovabbli, l-isfida taż-żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwil tibqa’ limitata u ffokata fuq l-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx fi Stati Membri b’introjtu baxx.

Fir-rigward tat-trasport bit-triq, l-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (‘Sustainable and Smart Mobility Strategy’ - “SSMS”) u l-valutazzjoni tal-impatt, li takkumpanja l-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030, irrikonoxxew l-importanza ċentrali tal-investimenti mmirati biex jagħtu spinta lid-domanda għal vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi u biex iħaffu t-tnedija tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment għal dawn il-vetturi, li se jkollhom rwol ewlieni fil-kisba tal-għan tad-dekarbonizzazzjoni b’mod sinifikanti tat-trasport bit-triq sal-2030.

Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ETS issib li l-impatti fuq l-unitajiet domestiċi mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għat-trasport bit-triq huma mħalltin. Tipikament, huma l-partijiet medji u medji-baxxi tal-klassijiet ta’ introjtu tal-unitajiet domestiċi fejn il-proporzjon tan-nefqa fuq it-trasport huwa l-ogħla (minħabba li l-unitajiet domestiċi bl-aktar introjtu baxx ma għandhomx aċċess għal vettura privata).

Madankollu, il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi wkoll li għalkemm l-ipprezzar tal-karbonju jżid il-kostijiet tal-enerġija għall-konsumaturi, fl-istess ħin huwa jżid id-dħul, li jista’ jintuża għall-investimenti mill-ġdid, biex jistimula l-azzjoni klimatika u biex jindirizza l-impatti soċjali jew distributtivi tal-ipprezzar tal-karbonju. Id-dħul mill-irkantar tal-kwoti taħt dik l-iskema ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jista’ jintuża permezz ta’ mekkaniżmi ridistributtivi differenti bħala kumpens lill-konsumaturi, appoġġ għall-investiment fl-effiċjenza enerġetika jew fis-sorsi rinnovabbli, jew għażliet oħrajn.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-leġiżlazzjoni tal-EU ETS iffavoriet konsistentement approċċi biex timminimizza l-piż regolatorju kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-amministrazzjonijiet.

F’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, din il-proposta tħejjiet filwaqt li tqiesu l-kontribuzzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati (ara wkoll it-taqsima dwar il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert).

Il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima għandhom jiġu sottomessi flimkien mal-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (“NECPs”) biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-isforzi amministrattivi addizzjonali. L-NECPs diġà jinkludu ħarsa ġenerali ddettaljata lejn il-kwistjonijiet sottostanti dwar il-faqar enerġetiku li jindirizza l-Fond. Bl-istess mod, ir-rinnovazzjoni tal-bini, it-trasport sostenibbli u l-proġetti relatati mad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq diġà ġew indirizzati b’mod estensiv fil-Pjanijiet nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

L-isforz amministrattiv addizzjonali meħtieġ jaqa’ l-aktar fuq l-amministrazzjonijiet, filwaqt li l-benefiċċji finali jakkumulaw fuq l-unitajiet domestiċi, il-mikrointrapriżi u l-utenti tat-trasport. L-opportunitajiet għad-dħul u għall-impjiegi jkunu ta’ benefiċċju għall-kumpaniji lokali, ħafna drabi intrapriżi żgħar u medji.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta għandha effett pożittiv fuq il-preservazzjoni u l-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, kif ukoll fuq il-prinċipji tal-inklużjoni u tan-nondiskriminazzjoni, jekk wieħed jassumi li l-Istati Membri jitolbu u jirċievu appoġġ f’oqsma relatati li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt il-Fond.

In-nisa huma partikolarment affettwati minn miżuri ta’ pprezzar tal-karbonju minħabba li jirrappreżentaw 85 % tal-familji b’ġenitur wieħed. Il-familji b’ġenitur wieħed għandhom riskju partikolarment għoli ta’ faqar fost it-tfal. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, kif ukoll l-integrazzjoni ta’ dawk l-objettivi, għandhom jitqiesu u jiġu promossi matul l-implimentazzjoni tal-Fond. Barra minn hekk, 87 miljun ċittadin Ewropew b’xi tip ta’ diżabbiltà jgħixu f’unitajiet domestiċi privati u jiffaċċjaw riskju sinifikanti ta’ faqar u esklużjoni soċjali (28,5 % meta mqabbla ma’ 18,6 % ta’ dawk mingħajr diżabbiltà fl-Unjoni fl-2019).

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-pakkett finanzjarju totali tal-Fond għall-perjodu 2025-32 se jkun ta’ EUR 72,2 biljun fi prezzijiet kurrenti. Il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi emenda mmirata tar-Regolament għall-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 biex takkomoda nefqa addizzjonali tal-Unjoni li tammonta għal EUR 23.7 biljun għall-perjodu 2025-2027. Jenħtieġ li n-nefqa titqassam minn qabel biex tippreċedi u takkumpanja introduzzjoni bla xkiel tal-ETS il-ġdida. L-ammont ta’ EUR 48,5 biljun għall-perjodu 2028-2032 huwa soġġett għad-disponibbiltà tal-fondi taħt il-limiti massimi annwali tal-qafas finanzjarju pluriennali applikabbli msemmi fl-Artikolu 312 tat-TFUE, li għalihom il-Kummissjoni se tagħmel proposta qabel l-1 ta’ Lulju 2025 23 .

Fil-prinċipju, il-pakkett finanzjarju tal-Fond jenħtieġ li jkun jikkorrispondi għal 25 % tad-dħul mistenni mill-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-ETS, minħabba r-rabta diretta tagħha mal-ETS il-ġdida. Il-proposta għal emenda għad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji se tistabbilixxi kif l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu disponibbli d-dħul meħtieġ għall-baġit tal-Unjoni bħala riżorsi proprji.

B’hekk, għall-perjodu 2025-2032, il-Fond se jiġi ffinanzjat mir-riżorsi proprji tal-baġit tal-Unjoni, inkluż, mill-2026, id-dħul mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq kif previst fl-emenda għad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji li l-Kummissjoni se tippreżenta dalwaqt. Jenħtieġ li l-Fond japplika sena qabel l-introduzzjoni tal-prezz tal-karbonju taħt l-ETS il-ġdida.

Id-distribuzzjoni annwali tal-impenji baġitarji għandha tiġi kkalibrata f’konformità mal-objettiv tal-Fond. Ir-riżultat huwa profil imqassam minn qabel, f’konformità mal-objettivi tal-Fond biex jittaffew l-effetti tal-kamp ta’ applikazzjoni estiż tad-Direttiva dwar l-ETS fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli. Sabiex jiġu antiċipati l-effetti tal-estensjoni, diġà sar disponibbli ċertu appoġġ fl-2025.

L-impenji baġitarji għandhom jiġu diżaggregati f’pagamenti annwali mifruxa fuq żewġ perjodi pluriennali, jiġifieri 2025-2027 u 2028-2032, korrispondenti mal-QFP attwali u li jmiss u f’konformità ma’ skeda ta’ żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tal-objettivi intermedji u l-miri rilevanti inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tal-Istat Membru.

Il-pagamenti tal-allokazzjonijiet finanzjarji lill-Istat Membru għandhom isiru mat-tlestija tal-objettivi intermedji u l-miri miftiehma rilevanti indikati fil-Pjan Soċjali għall-Klima tal-Istat Membru kif approvat u soġġett għall-finanzjament disponibbli. Il-pagamenti se jsiru abbażi tad-Deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-allokazzjoni finanzjarja.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni f’waqtha tal-miżuri u l-investimenti appoġġati, l-ippjanar tal-objettivi intermedji u tal-miri huwa mistenni jsegwi mill-qrib l-iskeda tal-impenji baġitarji annwali, u b’hekk jirfed veloċità mgħaġġla ta’ assorbiment għall-Fond. Il-pagamenti finali se jsiru fl-2032 f’konformità mal-iskadenza għat-tlestija tal-objettivi intermedji u l-miri kollha.

L-allokazzjoni finanzjarja massima mill-Fond lil kull Stat Membru għandha tiġi kkalkolata skont il-formula ppreżentata fl-Anness I tar-Regolament. Il-proporzjon u l-ammont li jirriżultaw ta’ kull Stat Membru fil-pakkett finanzjarju tal-Fond huma ppreżentati fl-Anness II. Kull Stat Membru jista’ jissottometti talba sal-allokazzjoni finanzjarja massima tiegħu biex jimplimenta l-pjan rispettiv tiegħu.

L-allokazzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru għandha tqis il-gross tan-nefqa ta’ appoġġ amministrattiv imsemmija fl-Artikolu 9(3) ta’ dan ir-Regolament. L-ammonti relatati se jitnaqqsu mill-allokazzjonijiet finanzjarji individwali fuq bażi pro rata.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiffinanzjaw mill-inqas 50 % tal-kostijiet totali tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima. Huma għandhom jużaw parti mid-dħul mistenni tagħhom mill-inklużjoni tal-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-ETS għal dan l-iskop, mingħajr preġudizzju għall-bidu tal-Fond fl-2025.

Aktar dettalji dwar l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa huma pprovduti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Sabiex tiġi ssorveljata l-prestazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Fond, se tiġi stabbilita sistema għat-talba u l-eżekuzzjoni ta’ pagamenti mill-Fond.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom biex jistabbilixxu l-miżuri u l-investimenti li għandhom jiġu ffinanzjati, il-kostijiet mistennija tagħhom, kif ukoll l-objettivi intermedji u l-miri biex dawn jinkisbu. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dawk il-pjanijiet u tista’ tapprovahom biss wara valutazzjoni pożittiva bbażata fuq ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tagħhom. L-iżborż tal-allokazzjoni finanzjarja se jsegwi t-tlestija tal-objettivi intermedji u tal-miri miftiehma mal-Istat Membru kkonċernat u magħmula vinkolanti b’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Iż-żmien tas-sottomissjoni kif ukoll iċ-ċikli ta’ rapportar tal-progress huma allinjati mal-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima sottomessi skont ir-Regolament dwar il-Governanza.

Għal dak l-iskop, darba jew darbtejn fis-sena, l-Istati Membri jistgħu jkunu jistgħu jitolbu pagament taħt il-Fond li jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn evidenza dwar l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti miksuba. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar għall-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti skont il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom fir-rapportar biennali dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-NECPs tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Governanza.

Se jitwettqu evalwazzjoni u evalwazzjoni ex post bil-ħsieb li jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-Fond. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se takkumpanja l-evalwazzjoni bi proposta għal rieżami tar-Regolament.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Huwa stabbilit Fond Soċjali għall-Klima għall-perjodu mill-2025 sal-2032 biex jindirizza l-impatti soċjali li jirriżultaw mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq (l-Artikolu 1). Il-fondi tal-Fond jenħtieġ li jiġu pprovduti lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ temporanju għall-introjtu u biex jappoġġaw il-miżuri u l-investimenti tagħhom maħsuba biex inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili permezz ta’ effiċjenza enerġetika akbar tal-bini, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inkluż l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u l-għoti ta’ aċċess imtejjeb għal mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi għall-benefiċċju tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-mikrointrapriżi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli.

Jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi l-Pjan Soċjali għall-Klima tiegħu (l-Artikolu 3). Il-Pjan għandu jiġi sottomess flimkien mal-aġġornament tal-NECP skont il-proċedura u l-iskeda ta’ żmien previsti mir-Regolament dwar il-Governanza, fejn is-sottomissjoni uffiċjali hija dovuta sal-aħħar ta’ Ġunju 2024. Ir-Regolament jistabbilixxi l-kontenut tal-Klima Soċjali (l-Artikolu 4) u jelenka l-azzjonijiet eliġibbli (l-Artikolu 6) u mhux eliġibbli (l-Artikolu 7). Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa attivitajiet li jirrispettaw bis-sħiħ l-istandards u l-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 (l-Artikolu 5).

Il-pakkett finanzjarju tal-Fond huwa ta’ EUR 23,7 biljun għas-snin 2025-2027 u ta’ EUR 48,5 biljun għas-snin 2028-2032 (l-Artikolu 9), li fil-prinċipju jikkorrispondi għal 25 % tad-dħul li mistenni jiġi akkumulat mill-irkantar tal-kwoti fi ħdan l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq. Id-distribuzzjoni tal-fondi fil-Fond se ssir f’konformità mal-Artikolu 13 u mal-Annessi I u II. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu għal mill-inqas 50 % tal-kostijiet stmati totali tal-pjan. Għal dak l-iskop, jenħtieġ li huma, inter alia, jużaw id-dħul mill-irkantar tal-kwoti tagħhom taħt l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għaż-żewġ setturi l-ġodda (l-Artikolu 14).

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-Pjanijiet tal-Istati Membri (l-Artikolu 15). Wara valutazzjoni pożittiva, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 16). Inkella, tista’ tirrifjuta l-Pjan Soċjali għall-Klima, f’liema każ l-Istat Membru kkonċernat jista’ jissottometti aġġornament tal-Pjan.

Matul il-fażi ta’ implimentazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jitolbu emenda motivata tal-Pjan Soċjali għall-Klima tagħhom, fejn l-objettivi intermedji u l-miri tiegħu ma għadhomx jistgħu jintlaħqu, parzjalment jew totalment, minħabba ċirkostanzi oġġettivi (l-Artikolu 17). Jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw l-adegwatezza tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom fid-dawl tal-effetti attwali tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq.

Abbażi ta’ valutazzjoni pożittiva tal-Pjan Soċjali għall-Klima, il-Kummissjoni se tikkonkludi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat (l-Artikolu 18) għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ impenn legali individwali skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 (“ir-Regolament Finanzjarju”).

Il-pagamenti tal-allokazzjonijiet finanzjarji lill-Istati Membri skont il-Fond isiru mat-tlestija tal-objettivi intermedji u l-miri miftiehma rilevanti indikati fil-Pjanijiet Soċjali għall-Klima. Huma stabbiliti regoli konkreti dwar il-pagamenti, is-sospensjoni u t-terminazzjoni ta’ ftehimiet rigward l-allokazzjonijiet finanzjarji (l-Artikolu 19).

Ir-Regolament fih id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex tiġi ssalvagwardjata r-rabta tal-Fond mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (l-Artikolu 20).

Huma inklużi dispożizzjonijiet konkreti biex tiġi żgurata sistema robusta għall-koordinazzjoni, il-komunikazzjoni u l-monitoraġġ (l-Artikoli 21, 22 u 23). Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi f’atti delegati l-indikaturi komuni għar-rapportar dwar il-progress u għall-fini ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

Se titwettaq evalwazzjoni bil-ħsieb li jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-Fond. Se ssir valutazzjoni tad-daqs tal-pakkett finanzjarju tal-Fond fid-dawl tad-dħul mill-irkanti akkumulat mill-irkantar tal-kwoti skont l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq skont id-Direttiva dwar l-ETS. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se takkumpanja l-evalwazzjoni bi proposta għal rieżami tar-Regolament (l-Artikolu 24).

Sabiex jiġi żgurat li l-Fond jintuża biss jekk l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq tiġi implimentata b’mod effettiv, ir-Regolament se japplika mid-data li fiha l-Istati Membri għandhom jittrasponu d-Direttiva dwar l-ETS għall-bini u għat-trasport bit-triq (l-Artikolu 26). Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jitolbu pagament taħt il-Fond mhux aktar kmieni mis-sena ta’ qabel is-sena tal-bidu tal-irkantijiet taħt l-iskema tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet il-ġdida (l-Artikolu 18(1)).



2021/0206 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 91(1), il-punt (d), l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 194(1), il-punt (c), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 26 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 27 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, li ġie ffirmat f’Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (“il-Ftehim ta’ Pariġi”) 28 u daħal fis-seħħ f’Novembru 2016. Skont dak il-Ftehim, huma marbuta li jillimitaw iż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.

(2)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 29 tistabbilixxi strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà sostenibbli, aktar ġusta u aktar għanja, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tipproteġi, tikkonserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li din it-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura.

(3)Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 jistabbilixxi fil-liġi l-mira ta’ newtralità klimatika għall-ekonomija kollha sal-2050. Dak ir-Regolament jistabbilixxi impenn vinkolanti min-naħa tal-Unjoni biex tnaqqas l-emissjonijiet. Sal-2030, jenħtieġ li l-Unjoni tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha, wara t-tnaqqis tal-assorbimenti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, b’mill-inqas 55 %, meta mqabbel mal-livell fl-1990. Is-setturi kollha tal-ekonomija jenħtieġ li jikkontribwixxu biex tintlaħaq dik il-mira.

(4)Fil-11 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew approva dik il-mira, filwaqt li enfasizza l-importanza tal-kunsiderazzjonijiet ta’ ġustizzja u solidarjetà u li ħadd ma jibqa’ lura. Fil-25 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid dawk il-konklużjonijiet u stieden lill-Kummissjoni biex tressaq malajr il-pakkett leġiżlattiv tagħha flimkien ma’ eżami fil-fond tal-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali fil-livell tal-Istati Membri.

(5)Il-prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li “kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba, inkluż l-ilma, is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għandu jkun disponibbli appoġġ għall-aċċess għal dawn is-servizzi għal dawk fil-bżonn”.

(6)Id-Dikjarazzjoni ta’ Porto tat-8 ta’ Mejju 2021 affermat mill-ġdid il-wegħda tal-Kunsill Ewropew li jaħdem lejn Ewropa soċjali, u d-determinazzjoni tiegħu li jkompli japprofondixxi l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-livell nazzjonali u f’dak tal-UE, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kompetenzi rispettivi u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

(7)Sabiex jiġu implimentati l-impenji lejn in-newtralità klimatika, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija ġiet rieżaminata u emendata sabiex jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

(8)Dawk l-emendi għandhom impatti ekonomiċi u soċjali differenti fuq is-setturi differenti tal-ekonomija, fuq iċ-ċittadini, u fuq l-Istati Membri. B’mod partikolari, l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 jenħtieġ li tipprovdi inċentiv ekonomiku addizzjonali biex isir investiment fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwils fossili u, b’hekk, jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Flimkien ma’ miżuri oħrajn, jenħtieġ li dan inaqqas il-kostijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq fuq terminu medju sa twil, u jipprovdi opportunitajiet ġodda għall-ħolqien tal-impjiegi u l-investiment.

(9)Madankollu, huma meħtieġa riżorsi biex jiġu ffinanzjati dawk l-investimenti. Barra minn hekk, qabel ma jseħħu, il-kost sostnut mill-unitajiet domestiċi u mill-utenti tat-trasport għat-tisħin, għat-tkessiħ u għat-tisjir, kif ukoll għat-trasport bit-triq, x’aktarx li jiżdied hekk kif il-fornituri tal-fjuwil soġġetti għall-obbligi taħt l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq jgħaddu l-kostijiet fuq il-karbonju lill-konsumaturi.

(10)Iż-żieda fil-prezz għall-fjuwils fossili tista’ taffettwa b’mod sproporzjonat lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-mikrointrapriżi vulnerabbli u lill-utenti tat-trasport vulnerabbli li jonfqu parti akbar mill-introjtu tagħhom fuq l-enerġija u t-trasport, li, f’ċerti reġjuni, ma għandhomx aċċess għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà u trasport alternattivi u affordabbli u li jistgħu ma jkollhomx il-kapaċità finanzjarja li jinvestu fit-tnaqqis tal-konsum ta’ fjuwils fossili.

(11)Għalhekk, parti mid-dħul iġġenerat mill-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li jintuża biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali li jirriżultaw minn dik l-inklużjoni, sabiex it-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u b’hekk ħadd ma jibqa’ lura.

(12)Dan huwa saħansitra aktar rilevanti fid-dawl tal-livelli eżistenti ta’ faqar enerġetiku. Il-faqar enerġetiku huwa sitwazzjoni li fiha l-unitajiet domestiċi ma jkunux jistgħu jaċċessaw servizzi essenzjali tal-enerġija bħat-tkessiħ, hekk kif it-temperaturi jogħlew, u t-tisħin. Fl-2018, madwar 34 miljun ċittadin Ewropew irrapportaw nuqqas ta’ kapaċità li jżommu djarhom sħan b’mod adegwat, u 6,9 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni qalu li ma jaffordjawx li jsaħħnu djarhom b’mod suffiċjenti fi stħarriġ li sar fl-2019 madwar l-UE kollha 32 . B’mod ġenerali, l-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku jistma li aktar minn 50 miljun unità domestika fl-Unjoni Ewropea jesperjenzaw il-faqar enerġetiku. Għalhekk, il-faqar enerġetiku huwa sfida ewlenija għall-Unjoni. Filwaqt li t-tariffi soċjali jew l-appoġġ dirett għall-introjtu jistgħu jipprovdu serħan immedjat lill-unitajiet domestiċi li qed jiffaċċjaw il-faqar enerġetiku, huma biss il-miżuri strutturali mmirati, b’mod partikolari r-rinnovazzjonijiet tal-enerġija, li jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet fit-tul.

(13)Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit Fond Soċjali għall-Klima (“il-Fond”) biex jipprovdi fondi lill-Istati Membri biex jappoġġaw il-politiki tagħhom maħsuba biex jindirizzaw l-impatti soċjali tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-mikrointrapriżi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli. Jenħtieġ li dan jinkiseb notevolment permezz ta’ appoġġ temporanju għall-introjtu u permezz ta’ miżuri u investimenti maħsuba biex inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili permezz ta’ effiċjenza enerġetika miżjuda tal-binjiet, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ tal-binjiet, inkluża l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u l-għoti ta’ aċċess imtejjeb għal mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi għall-benefiċċju ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli.

(14)Għal dak l-għan, jenħtieġ li kull Stat Membru jissottometti Pjan Soċjali għall-Klima (“il-Pjan”) lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk il-Pjanijiet isegwu żewġ objettivi. L-ewwel nett, jenħtieġ li dawn jipprovdu lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-mikrointrapriżi vulnerabbli u lill-utenti tat-trasport vulnerabbli, ir-riżorsi meħtieġa biex jiffinanzjaw u jwettqu investimenti fl-effiċjenza enerġetika, fid-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ, f’vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi u fil-mobbiltà. It-tieni nett, jenħtieġ li huma jtaffu l-impatt taż-żieda fil-kost tal-fjuwils fossili fuq dawk l-aktar vulnerabbli u, b’hekk, jipprevjenu l-faqar enerġetiku u tat-trasport matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni sakemm ikunu ġew implimentati tali investimenti. Jenħtieġ li l-Pjanijiet ikollhom komponent ta’ investiment li jippromwovi s-soluzzjoni fit-tul għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u jistgħu jipprevedu miżuri oħrajn, inkluż l-appoġġ għall-introjtu dirett temporanju biex jittaffew l-effetti negattivi fuq l-introjtu fuq perjodu ta’ żmien iqsar.

(15)L-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet fil-livell reġjonali, huma fl-aħjar pożizzjoni biex ifasslu u jimplimentaw Pjanijiet li huma adattati u mmirati għaċ-ċirkostanzi lokali, reġjonali u nazzjonali tagħhom bħall-politiki eżistenti tagħhom fl-oqsma rilevanti u l-użu ppjanat ta’ fondi rilevanti oħrajn tal-UE. B’dak il-mod, id-diversità wiesgħa tas-sitwazzjonijiet, l-għarfien speċifiku tal-gvernijiet lokali u reġjonali, ir-riċerka u l-innovazzjoni u r-relazzjonijiet industrijali u l-istrutturi ta’ djalogu soċjali, kif ukoll it-tradizzjonijiet nazzjonali, jistgħu jiġu rrispettati bl-aħjar mod u jikkontribwixxu għall-effettività u l-effiċjenza tal-appoġġ globali lil dawk li huma vulnerabbli.

(16)L-iżgurar li l-miżuri u l-investimenti jkunu mmirati b’mod partikolari lejn unitajiet domestiċi foqra jew vulnerabbli fl-enerġija, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli huwa kruċjali għal tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika. Il-miżuri ta’ appoġġ maħsuba biex jippromwovu t-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra jenħtieġ li jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw l-impatti soċjali li jirriżultaw mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq.

(17)Sakemm jibda jinħass l-impatt ta’ dawk l-investimenti fuq it-tnaqqis tal-kostijiet u tal-emissjonijiet, appoġġ dirett immirat tajjeb għall-introjtu għal dawk l-aktar vulnerabbli jgħin għat-tranżizzjoni ġusta. Tali appoġġ jenħtieġ li jinftiehem bħala miżura temporanja li takkumpanja d-dekarbonizzazzjoni tas-setturi tad-djar u tat-trasport. Dan ma jkunx permanenti minħabba li ma jindirizzax il-kawżi ewlenin tal-faqar enerġetiku u tat-trasport. Jenħtieġ li tali appoġġ ikun jikkonċerna biss l-impatti diretti tal-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, mhux il-kostijiet tal-elettriku jew tat-tisħin relatati mal-inklużjoni tal-produzzjoni tal-enerġija u tas-sħana fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Jenħtieġ li l-eliġibbiltà għal tali appoġġ dirett għall-introjtu tkun limitata fiż-żmien.

(18)B’kont meħud tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Ftehim ta’ Pariġi, u mal-impenn għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira li 30 % tan-nefqa kollha taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2021-2027 tkun fuq l-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi u tikkontribwixxi għall-ambizzjoni li 10 % tan-nefqa annwali tiġi pprovduta għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u fl-2027, filwaqt li jitqies it-trikkib eżistenti bejn l-għanijiet tal-klima u tal-bijodiversità. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-metodoloġija stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 tintuża għall-ittaggjar tan-nefqa tal-Fond. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa attivitajiet li jirrispettaw bis-sħiħ l-istandards u l-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u li jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 . Huma biss tali miżuri u investimenti li jenħtieġ li jiġu inklużi fil-Pjanijiet. Bħala regola, jenħtieġ li l-miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu jitqiesu li għandhom impatt prevedibbli insinifikanti fuq l-objettivi ambjentali u, bħala tali, jitqiesu konformi mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Il-Kummissjoni beħsiebha toħroġ gwida teknika lill-Istati Membri ferm qabel it-tħejjija tal-Pjanijiet. Il-gwida se tispjega kif il-miżuri u l-investimenti jridu jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852. Fl-2021, il-Kummissjoni beħsiebha tippreżenta proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-aspetti soċjali tat-tranżizzjoni ekoloġika.

(19)In-nisa huma partikolarment affettwati mill-ipprezzar tal-karbonju billi jirrappreżentaw 85 % tal-familji b’ġenitur wieħed. Il-familji b’ġenitur wieħed għandhom riskju partikolarment għoli ta’ faqar fost it-tfal. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u l-integrazzjoni ta’ dawk l-objettivi, kif ukoll kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà jenħtieġ li jitqiesu u jiġu promossi matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla lura.

(20)Jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-Pjanijiet tagħhom flimkien mal-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 . Jenħtieġ li l-Pjanijiet jinkludu l-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati, il-kostijiet stmati tagħhom u l-kontribuzzjoni nazzjonali. Jenħtieġ li dawn jinkludu wkoll l-objettivi intermedji u l-miri ewlenin biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri.

(21)Il-Fond u l-Pjanijiet jenħtieġ li jkunu koerenti mar-riformi ppjanati u mal-impenji magħmula mill-Istati Membri skont il-pjanijiet nazzjonali integrati u aġġornati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, u jitfasslu minnhom, skont id-Direttiva [ssss/nnn] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika] 36 , il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 37 , il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 , il-Pjanijiet għal Tranżizzjoni Ġusta skont ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 u l-istrateġiji fit-tul dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 . Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza amministrattiva, fejn applikabbli, jenħtieġ li l-informazzjoni inkluża fil-Pjanijiet tkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni u l-pjanijiet elenkati hawn fuq.

(22)Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa lill-Istati Membri b’mezzi finanzjarji biex jimplimentaw il-Pjanijiet tagħhom permezz tal-Fond Soċjali għall-Klima. Il-pagamenti mill-Fond Soċjali għall-Klima jenħtieġ li jsiru bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-objettivi intermedji u l-miri inklużi fil-Pjanijiet. Dan jippermetti li jitqiesu b’mod effiċjenti ċ-ċirkostanzi u l-prijoritajiet nazzjonali, filwaqt li jiġi ssimplifikat il-finanzjament u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tiegħu ma’ programmi ta’ nfiq nazzjonali oħrajn, kif ukoll jiġu ggarantiti l-impatt u l-integrità tan-nefqa tal-UE.

(23)Fil-prinċipju, jenħtieġ li l-pakkett finanzjarju tal-Fond ikun proporzjonat għal ammonti li jikkorrispondu għal 25 % tad-dħul mistenni mill-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fil-perjodu 2026-2032. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 41 , jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dak id-dħul disponibbli għall-baġit tal-Unjoni bħala riżorsi proprji. L-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw 50 % tal-kostijiet totali tal-Pjan tagħhom huma stess. Għal dan l-iskop, kif ukoll għall-investiment u l-miżuri biex titħaffef u tittaffa t-tranżizzjoni meħtieġa għaċ-ċittadini affettwati b’mod negattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri, inter alia, jużaw id-dħul mistenni tagħhom mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq skont id-Direttiva 2003/87/KE għal dak l-iskop.

(24)Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa miżuri li jirrispettaw il-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Fond ma jkunx sostitut għan-nefqa nazzjonali rikorrenti, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati.

(25)Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti tal-fondi u jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament ikunu konsistenti mal-programmi kontinwi tal-Unjoni, u jkunu komplementari għalihom, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni għall-istess nefqa. B’mod partikolari, jenħtieġ li, fl-istadji kollha tal-proċess, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni effettiva sabiex jissalvagwardjaw il-konsistenza, il-koerenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija fost is-sorsi ta’ finanzjament. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat meta jissottomettu l-pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju taħt il-Fond ikun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni. Il-miżuri u l-investiment iffinanzjati taħt il-Fond jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu finanzjament minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, diment li tali appoġġ ma jkunx ikopri l-istess kostijiet.

(26)Jenħtieġ li l-pagamenti jsiru abbażi ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-iżborż lill-Istat Membru kkonċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li ssir deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 , sabiex l-iskadenza għall-ħlas tkun tista’ tibda tiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat ta’ dik id-deċiżjoni u mhux mid-data li fiha tasal talba għall-ħlas.

(27)Sabiex jiġu żgurati regoli trasparenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-iffissar ta’ indikaturi komuni għar-rapportar dwar il-progress u għall-fini ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(28)L-implimentazzjoni tal-Fond jenħtieġ li titwettaq f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, inklużi l-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi tal-frodi, il-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess.

(29)Għall-fini ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, filwaqt li tiġi rrispettata n-natura bbażata fuq il-prestazzjoni tal-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-pagamenti, għas-sospensjoni, u għall-irkupru tal-fondi, kif ukoll għat-terminazzjoni tal-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-użu tal-fondi b’rabta mal-miżuri appoġġati mill-Fond ikun konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. L-Istati Membri jridu jiżguraw li tali appoġġ jingħata f’konformità mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli. B’mod partikolari, jenħtieġ li huma jiżguraw li l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess jiġu evitati, identifikati u kkoreġuti, u li jiġi evitat finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni. Is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju, kif ukoll it-tnaqqis u l-irkupru tal-allokazzjoni finanzjarja jenħtieġ li jkunu possibbli meta l-Pjan ma jkunx ġie implimentat b’mod sodisfaċenti mill-Istat Membru kkonċernat, jew fil-każ ta’ irregolaritajiet serji, jiġifieri frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess b’rabta mal-miżuri appoġġati mill-Fond, jew ksur serju ta’ obbligu taħt il-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri kontradittorji xierqa biex jiżguraw li d-deċiżjoni mill-Kummissjoni b’rabta mas-sospensjoni u l-irkupru tal-ammonti mħallsa, kif ukoll mat-terminazzjoni tal-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju, tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jissottomettu osservazzjonijiet.

(30)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti b’mod effettiv. Filwaqt li hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istat Membru nnifsu li jiżgura li l-Fond jiġi implimentat f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tirċievi assigurazzjoni suffiċjenti mill-Istati Membri f’dak ir-rigward. Għal dak l-għan, meta jiġu biex jimplimentaw il-Fond, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-funzjonament ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti u jirkupraw l-ammonti mħallsa indebitament jew użati ħażin. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddependu fuq is-sistemi ta’ ġestjoni tal-baġit nazzjonali regolari tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru, jirreġistraw u jaħżnu f’sistema elettronika kategoriji standardizzati ta’ data u informazzjoni li jippermettu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet serji, jiġifieri frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess, b’rabta mal-miżuri appoġġati mill-Fond. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli sistema ta’ informazzjoni u monitoraġġ, inkluża għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju, sabiex taċċessa u tanalizza tali data u informazzjoni, bil-ħsieb li ssir applikazzjoni obbligatorja mill-Istati Membri.

(31)Jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ikunu jistgħu jużaw is-sistema ta’ informazzjoni u monitoraġġ fi ħdan il-kompetenzi u d-drittijiet tagħhom.

(32)Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jitħallew jipproċessaw data personali biss fejn dan ikun meħtieġ għall-iskop li jiżguraw il-kwittanza, l-awditjar u l-kontroll, l-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-pubbliċità tal-użu tal-fondi b’rabta mal-miżuri għall-implimentazzjoni taħt il-Fond. Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 jew mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 , skont liema minnhom ikun applikabbli.

(33)F’konformità mar-Regolament (EU, Euratom) 2018/1046, mar-Regolament (EU, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 , u mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 46 , (Euratom, KE) Nru 2185/96 47 u (UE) 2017/1939 48 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi miżuri relatati mal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-OLAF għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-UPPE għandu s-setgħa, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 . F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-baġit tal-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(34)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament (EU, Euratom) Nru 2018/1046 u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli fuq ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati skont l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.



ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u objettivi

Il-Fond Soċjali għall-Klima (“il-Fond”) huwa stabbilit.

Huwa għandu jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri għall-finanzjament tal-miżuri u tal-investimenti inklużi fil-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom (“il-Pjanijiet”).

Il-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-unitajiet domestiċi, għall-mikrointrapriżi u għall-utenti tat-trasport, li huma vulnerabbli u partikolarment affettwati mill-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, speċjalment l-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku u ċ-ċittadini mingħajr trasport pubbliku alternattiv għal karozzi individwali (f’żoni remoti u rurali).

L-objettiv ġenerali tal-Fond huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika billi jindirizza l-impatti soċjali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. L-objettiv speċifiku tal-Fond huwa li jappoġġa lil unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli permezz ta’ appoġġ temporanju dirett għall-introjtu u permezz ta’ miżuri u investimenti maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-binjiet, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini, inkluża l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u l-għoti ta’ aċċess imtejjeb għal mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“rinnovazzjoni tal-bini” tfisser it-tipi kollha ta’ rinnovazzjoni tal-bini relatata mal-enerġija, inkluż l-iżolament tal-involukru tal-bini, jiġifieri l-ħitan, is-saqaf, l-art, il-bdil tat-twieqi, il-bdil tal-apparati tat-tisħin, tat-tkessiħ u tat-tisjir, u l-installazzjoni tal-produzzjoni fuq il-post ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(2)“faqar enerġetiku” tfisser faqar enerġetiku kif iddefinit fil-punt [(49)] tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) [ssss/nnn] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 ;

(3)“kostijiet totali stmati tal-Pjan” tfisser il-kostijiet totali stmati tal-miżuri u tal-investimenti inklużi fil-Pjan sottomess;

(4)“allokazzjoni finanzjarja” tfisser appoġġ finanzjarju li ma jistax jitħallas lura taħt il-Fond li huwa disponibbli għall-allokazzjoni jew li jkun ġie allokat lil Stat Membru;

(5)“unità domestika” tfisser unità domestika privata kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 51 ;

(6) “objettiv intermedju” tfisser kisba kwalitattiva użata biex jitkejjel il-progress lejn il-kisba ta’ miżura jew investiment;

(7)“mira” tfisser kisba kwantitattiva użata biex jitkejjel il-progress lejn il-kisba ta’ miżura jew investiment;

(8)“enerġija minn sorsi rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi mhux fossili rinnovabbli kif definita fil-punt (1) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 ;

(9)“mikrointrapriża” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali jew il-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbżux EUR 2 miljun, ikkalkolati f’konformità mal-Artikoli minn 3 sa 6 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 53 ;

(10) “utenti tat-trasport” tfisser unitajiet domestiċi jew mikrointrapriżi li jużaw diversi għażliet ta’ trasport u mobbiltà;

(11)“unitajiet domestiċi vulnerabbli” tfisser unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi, inklużi dawk b’introjtu medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;

(12)“mikrointrapriżi vulnerabbli” tfisser mikrointrapriżi li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;

(13)“utenti tat-trasport vulnerabbli” tfisser utenti tat-trasport, inkluż minn unitajiet domestiċi b’introjtu medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jixtru vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi jew biex jaqilbu għal modi sostenibbli alternattivi ta’ trasport, inkluż it-trasport pubbliku, b’mod partikolari f’żoni rurali u remoti.

KAPITOLU II

PJANIJIET SOĊJALI GĦALL-KLIMA

Artikolu 3

Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1.Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni Pjan Soċjali għall-Klima (“il-Pjan”) flimkien mal-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999 f’konformità mal-proċedura u mal-iskeda ta’ żmien stabbiliti f’dak l-Artikolu. Il-Pjan għandu jinkludi sett koerenti ta’ miżuri u investimenti maħsuba biex jindirizzaw l-impatt tal-ipprezzar tal-karbonju fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli sabiex jiġu żgurati tisħin, tkessiħ u mobbiltà affordabbli, filwaqt li jakkumpanjaw u jħaffu l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni.

2.Il-Pjan jista’ jinkludi miżuri nazzjonali li jipprovdu appoġġ għall-introjtu dirett temporanju lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-unitajiet domestiċi li huma utenti tat-trasport vulnerabbli biex jitnaqqas l-impatt taż-żieda fil-prezz tal-fjuwils fossili li tirriżulta mill-inklużjoni tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

3.Il-Pjan għandu jinkludi proġetti nazzjonali maħsuba biex:

(a)jiffinanzjaw miżuri u investimenti biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-bini, biex jiġu implimentati miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, biex titwettaq rinnovazzjoni tal-bini, u biex jiġu dekarbonizzati t-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inkluża l-integrazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

(b)jiffinanzjaw miżuri u investimenti biex jiżdied l-użu ta’ mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

Artikolu 4

Il-kontenut tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1.Il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima għandhom jistabbilixxu b’mod partikolari l-elementi li ġejjin:

(a)miżuri u investimenti konkreti f’konformità mal-Artikolu 3 biex jitnaqqsu l-effetti msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu, flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kif dawn jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 fil-qafas ġenerali tal-politiki rilevanti ta’ Stat Membru;

(b)miżuri ta’ akkumpanjament konkreti meħtieġa biex jitwettqu l-miżuri u l-investimenti tal-Pjan u jitnaqqsu l-effetti msemmija fil-punt (c), kif ukoll informazzjoni dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ miżuri u investimenti minn sorsi pubbliċi jew privati tal-Unjoni jew internazzjonali oħrajn;

(c)stima tal-effetti probabbli taż-żieda fil-prezzijiet fuq l-unitajiet domestiċi u, b’mod partikolari, fuq l-inċidenza tal-faqar enerġetiku, fuq il-mikrointrapriżi u fuq l-utenti tat-trasport, li tinkludi, b’mod partikolari, stima u l-identifikazzjoni ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli; dawn l-impatti għandhom jiġu analizzati b’livell suffiċjenti ta’ diżaggregazzjoni reġjonali, filwaqt li jitqiesu elementi bħall-aċċess għat-trasport pubbliku u għal servizzi bażiċi u jiġu identifikati ż-żoni l-aktar affettwati, b’mod partikolari t-territorji li huma remoti u rurali;

(d)fejn il-Pjan jipprevedi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2), il-kriterji għall-identifikazzjoni tar-riċevituri finali eliġibbli, l-indikazzjoni tal-limitu ta’ żmien previst għall-miżuri inkwistjoni u l-ġustifikazzjoni tagħhom abbażi ta’ stima kwantitattiva u spjegazzjoni kwalitattiva ta’ kif il-miżuri fil-Pjan huma mistennija jnaqqsu l-faqar enerġetiku u tat-trasport u l-vulnerabbiltà tal-unitajiet domestiċi, tal-mikrointrapriżi u tal-utenti tat-trasport għal żieda fil-prezzijiet tat-trasport bit-triq u tal-fjuwil għat-tisħin;

(e)l-objettivi intermedji previsti, il-miri u skeda ta’ żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tal-miżuri u tal-investimenti li għandhom jitlestew sal-31 ta’ Lulju 2032;

(f)il-kostijiet totali stmati tal-Pjan akkumpanjati minn ġustifikazzjoni xierqa tal-kostijiet u spjegazzjonijiet dwar kif dan huwa konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonat għall-impatt mistenni tal-Pjan;

(g)il-kontribuzzjoni nazzjonali prevista għall-kostijiet totali stmati, ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 14;

(h)spjegazzjoni ta’ kif il-Pjan jiżgura li l-ebda investiment jew miżura, inklużi fil-Pjan, ma jagħmlu ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852; il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida teknika lill-Istati Membri mmirata għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond għal dak l-għan; l-ebda spjegazzjoni għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2) ma hija meħtieġa;

(i)l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan mill-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari tal-objettivi intermedji u l-miri proposti, inklużi indikaturi għall-implimentazzjoni ta’ miżuri u investimenti li, fejn rilevanti, għandhom ikunu dawk disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika u għall-Osservatorju Ewropew tal-Faqar Enerġetiku kif identifikati mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2020/1563 54 dwar il-faqar enerġetiku;

(j)għat-tħejjija u, fejn disponibbli, għall-implimentazzjoni tal-Pjan, sommarju tal-proċess ta’ konsultazzjoni, imwettaq f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u mal-qafas legali nazzjonali, ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali, sħab soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn, u kif il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati huwa rifless fil-Pjan;

(k)spjegazzjoni tas-sistema tal-Istat Membru li tipprevjeni, tiskopri u tikkoreġi l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess, meta jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Fond, u l-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni.

2.Il-Pjanijiet għandhom ikunu konsistenti mal-informazzjoni inkluża u mal-impenji magħmula mill-Istati Membri taħt il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057, taħt il-programmi operazzjonali tagħhom tal-politika ta’ koeżjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1058 55 , taħt il-Pjanijiet tagħhom għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 , taħt l-istrateġiji fit-tul tagħhom tar-rinnovazzjoni tal-bini skont id-Direttiva 2010/31/UE u taħt il-pjanijiet nazzjonali integrati u aġġornati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Dawn għandhom ikunu wkoll komplementari għall-Pjanijiet għal Tranżizzjoni Ġusta skont ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 .

3.Meta jkunu qed iħejju l-Pjanijiet tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta’ prattiki tajbin. L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll appoġġ tekniku taħt il-faċilità ELENA, stabbilita permezz ta’ Ftehim tal-Kummissjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment fl-2009, jew taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 58 .

KAPITOLU III

APPOĠĠ MILL-FOND GĦALL-PJANIJIET SOĊJALI GĦALL-KLIMA

Artikolu 5

Il-prinċipji li jirregolaw il-Fond u l-eliġibbiltà

1.Il-Fond għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-miżuri u l-investimenti stabbiliti fil-Pjanijiet tagħhom.

2.Il-ħlas tal-appoġġ għandu jkun kundizzjonali fuq il-kisba tal-objettivi intermedji u tal-miri għall-miżuri u l-investimenti stabbiliti fil-Pjanijiet. Dawk l-objettivi intermedji u l-miri għandhom ikunu kompatibbli mal-miri klimatiċi tal-Unjoni u jkopru b’mod partikolari:

(a)l-effiċjenza enerġetika;

(b)ir-rinnovazzjoni tal-bini;

(c)il-mobbiltà u t-trasport b’emissjonijiet żero u baxxi;

(d)it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(e)it-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, speċjalment unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli u ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli, inkluż f’żoni rurali u remoti.

3.Il-Fond għandu jappoġġa biss miżuri u investimenti li jirrispettaw il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” msemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.

Artikolu 6

Il-miżuri u l-investimenti li għandhom jiġu inklużi fil-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1.L-Istati Membri jistgħu jinkludu l-kostijiet ta’ miżuri li jipprovdu appoġġ temporanju dirett għall-introjtu lil unitajiet domestiċi vulnerabbli u lil unitajiet domestiċi vulnerabbli li huma utenti tat-trasport biex jassorbu ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil għat-trasport bit-triq u għat-tisħin. Tali appoġġ għandu jonqos maż-żmien u jkun limitat għall-impatt dirett tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport bit-triq. L-eliġibbiltà għal tali appoġġ dirett għall-introjtu għandha tieqaf fil-limiti ta’ żmien identifikati taħt il-punt (d) tal-Artikolu 4(1).

2.L-Istati Membri jistgħu jinkludu l-kostijiet tal-miżuri u tal-investimenti li ġejjin fil-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet, diment li dawn ikunu ta’ benefiċċju prinċipalment għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, għall-mikrointrapriżi vulnerabbli jew għall-utenti tat-trasport vulnerabbli u jkollhom l-għan li:

(a)jappoġġaw ir-rinnovazzjonijiet tal-bini, speċjalment għal dawk li jokkupaw binjiet bl-agħar rendiment, inkluż fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju jew inċentivi fiskali, bħall-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-kostijiet tar-rinnovazzjoni mill-kera, indipendentement mis-sjieda tal-binjiet ikkonċernati;

(b)jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni, inkluża l-elettrifikazzjoni, tat-tisħin u t-tkessiħ tal-binjiet, u t-tisjir fihom, u l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li jikkontribwixxu għall-kisbiet tal-iffrankar tal-enerġija;

(c)jappoġġaw lill-entitajiet pubbliċi u privati fl-iżvilupp u l-forniment ta’ soluzzjonijiet affordabbli ta’ rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u strumenti ta’ finanzjament xierqa f’konformità mal-għanijiet soċjali tal-Fond;

(d)jipprovdu aċċess għal vetturi u roti b’emissjonijiet żero u baxxi, inklużi appoġġ finanzjarju jew inċentivi fiskali għax-xiri tagħhom, kif ukoll għal infrastruttura pubblika u privata xierqa, inkluż għall-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil; għall-appoġġ li jikkonċerna vetturi b’emissjonijiet baxxi, għandha tiġi pprovduta skeda ta’ żmien għat-tnaqqis gradwali tal-appoġġ;

(e)jagħtu aċċess mingħajr ħlas għat-trasport pubbliku jew tariffi adattati għall-aċċess għat-trasport pubbliku, kif ukoll irawmu mobbiltà sostenibbli fuq talba u servizzi ta’ mobbiltà kondiviża;

(f)jappoġġaw lill-entitajiet pubbliċi u privati fl-iżvilupp u l-forniment ta’ servizzi affordabbli ta’ mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi u fl-użu ta’ għażliet ta’ mobbiltà attiva attraenti għal żoni rurali, insulari, muntanjużi, remoti u inqas aċċessibbli jew għal reġjuni jew territorji inqas żviluppati, inklużi żoni periurbani inqas żviluppati.

Artikolu 7

Esklużjonijiet mill-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1.Il-Fond ma għandux jappoġġa, u l-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet ma għandhomx jinkludu, miżuri fil-forma ta’ appoġġ dirett għall-introjtu skont l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament għall-unitajiet domestiċi li diġà jibbenefikaw:

(a)minn intervent pubbliku fil-livell tal-prezz tal-fjuwils koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE;

(b)minn interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-gass f’konformità mal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/73/KE;

2.Fejn ikun ipprovat mill-Istat Membru kkonċernat fil-Pjan tiegħu li l-interventi pubbliċi msemmija fil-paragrafu 1 ma jikkumpensawx kompletament għaż-żieda fil-prezz li tirriżulta mill-inklużjoni tas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, jista’ jiġi inkluż appoġġ dirett għall-introjtu fil-kostijiet totali stmati fil-limiti taż-żieda fil-prezz mhux ikkumpensata kompletament.

Artikolu 8

Trasferiment tal-benefiċċji lill-unitajiet domestiċi, lill-mikrointrapriżi u lill-utenti tat-trasport

L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-kostijiet totali stmati l-appoġġ finanzjarju pprovdut lil entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, jekk dawk l-entitajiet iwettqu miżuri u investimenti li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ta’ benefiċċju għal unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu s-salvagwardji statutorji u kuntrattwali meħtieġa biex jiżguraw li l-benefiċċju kollu jiġi mgħoddi lill-unitajiet domestiċi, lill-mikrointrapriżi u lill-utenti tat-trasport.

Artikolu 9

Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2025-2027 għandu jkun ta’ EUR 23 700 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

2.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2028-2032 għandu jkun ta’ EUR 48 500 000 000 fi prezzijiet attwali, soġġett għad-disponibbiltà tal-ammonti taħt il-limiti massimi annwali tal-qafas finanzjarju pluriennali applikabbli msemmi fl-Artikolu 312 tat-TFUE.

3.L-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż li jappartjenu għal attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Fond u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat ta’ esperti, konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni inklużivi, u l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, mal-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, mal-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u mal-ispejjeż l-oħrajn kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Fond. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta’ attivitajiet ta’ sostenn oħrajn, bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta’ proġetti fuq il-post u l-kostijiet ta’ konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet eliġibbli.

Artikolu 10

Ir-riżorsi mill-programmi b’ġestjoni kondiviża u l-użu tar-riżorsi

1.Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tagħhom, jiġu ttrasferiti lill-Fond soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw esklussivament għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

2.L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lill-awtoritajiet maniġerjali tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1057 u tal-programmi operazzjonali tal-politika ta’ koeżjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1058 bl-implimentazzjoni ta’ miżuri u investimenti li jibbenefikaw minn dan il-Fond, fejn applikabbli fid-dawl tas-sinerġiji ma’ dawk il-fondi tal-Unjoni u f’konformità mal-objettivi tal-Fond. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jinkarigaw lil dawk l-awtoritajiet fil-Pjanijiet tagħhom.

3.L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-Pjan tagħhom, bħala parti mill-kostijiet totali stmati, il-pagamenti għal appoġġ tekniku addizzjonali skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/240 u l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-fini tal-kompartiment tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/523. Dawk il-kostijiet ma għandhomx jaqbżu l-4 % tal-allokazzjoni totali finanzjarja għall-Pjan, u l-miżuri rilevanti, kif stabbiliti fil-Pjan, għandhom ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Implimentazzjoni

59 Il-Fond għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni f’ġestjoni diretta f’konformità mar-regoli rilevanti adottati skont l-Artikolu 322 tat-TFUE, b’mod partikolari r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 12

Addizzjonalità u finanzjament komplementari

1.L-appoġġ taħt il-Fond għandu jkun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt fondi, programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni. Il-miżuri u l-investimenti appoġġati taħt il-Fond jistgħu jirċievu appoġġ minn fondi, programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, diment li tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost.

2.L-appoġġ mill-Fond għandu jkun addizzjonali u ma għandux jissostitwixxi n-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti.

Artikolu 13

Allokazzjoni finanzjarja massima

1.L-allokazzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkolata għal kull Stat Membru kif speċifikat fl-Anness I u fl-Anness II.

2.Kull Stat Membru jista’ jissottometti talba sal-allokazzjoni finanzjarja massima tiegħu biex jimplimenta l-Pjan tiegħu.

Artikolu 14

Kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet totali stmati

1.L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għal mill-inqas 50 fil-mija tal-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet tagħhom.

2.L-Istati Membri għandhom, inter alia, jużaw id-dħul mill-irkantar tal-kwoti tagħhom f’konformità mal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE għall-kontribuzzjoni nazzjonali tagħhom għall-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet tagħhom.

Artikolu 15

Valutazzjoni tal-Kummissjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjan u, fejn applikabbli, kwalunkwe emenda għal dak il-Pjan sottomessa minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 17, għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Meta twettaq dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista’ jirrevedi l-Pjan, jekk ikun meħtieġ, inkluż wara s-sottomissjoni tal-Pjan. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu l-iskadenza għall-valutazzjoni b’perjodu raġonevoli, jekk ikun meħtieġ.

2.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-Pjan kif ġej:

(a)Għall-fini tal-valutazzjoni tar-rilevanza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(i) jekk il-Pjan jirrappreżentax rispons għall-impatt soċjali fuq, u l-isfidi ffaċċjati minn, unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli fl-Istat Membru kkonċernat mill-istabbiliment tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE, speċjalment unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-isfidi identifikati fil-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-enerġija u l-klima u tal-progress tiegħu skont l-Artikolu 9(3), u l-Artikoli 13 u 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri maħruġa skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999 fid-dawl tal-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050. Dan għandu jqis l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat;

(ii) jekk il-Pjan huwiex mistenni jiżgura li l-ebda miżura jew investiment inklużi fil-Pjan ma jagħmlu ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852;

(iii) jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha u, b’mod partikolari, għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u l-objettivi intermedji għall-2030 tal-Istrateġija għall-Mobbiltà.

(b)Għall-fini tal-valutazzjoni tal-effettività, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(i) jekk il-Pjan huwiex mistenni jkollu impatt fit-tul fuq l-isfidi indirizzati minn dak il-Pjan u, b’mod partikolari, fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, speċjalment unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, fl-Istat Membru kkonċernat;

(ii) jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex mistennija jiżguraw il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan, inklużi l-iskeda ta’ żmien prevista, l-objettivi intermedji u l-miri, u l-indikaturi relatati;

(iii) jekk il-miżuri u l-investimenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex konsistenti u konformi mar-rekwiżiti skont id-Direttiva [ssss/nnn] [Proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE], id-Direttiva (UE) 2018/2001, id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 60 , id-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2010/31/UE;

(c)Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(i) jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru għall-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan hijiex raġonevoli, plawżibbli, konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonata għall-impatt ambjentali u soċjali nazzjonali mistenni;

(ii) jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex mistennija jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess meta jkunu qed jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Fond, inklużi l-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw il-finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni;

(iii) jekk l-objettivi intermedji u l-miri proposti mill-Istat Membru humiex effiċjenti fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli tal-Fond;

(d)Għall-fini tal-valutazzjoni tal-koerenza, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.

Artikolu 16

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni

1.Abbażi tal-valutazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-Pjan ta’ Stat Membru, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, fi żmien sitt xhur mid-data tas-sottomissjoni ta’ dak il-Pjan skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament.

Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni pożittiva, dik id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi:

(a)il-miżuri u l-investimenti li għandhom jiġu implimentati mill-Istat Membru, l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan u l-objettivi intermedji u l-miri;

(b)l-allokazzjoni finanzjarja tal-Unjoni allokata f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament li għandha titħallas f’pagamenti parzjali ladarba l-Istat Membru jkun issodisfa b’mod sodisfaċenti l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti identifikati b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan, li għandhom ikunu soġġetti, għall-perjodu 2028-2032, għad-disponibbiltà tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament taħt il-limiti massimi annwali tal-qafas finanzjarju pluriennali msemmi fl-Artikolu 312 tat-TFUE;

(c)il-kontribuzzjoni nazzjonali;

(d)l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni inklużi, fejn rilevanti, il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament;

(e)l-indikaturi rilevanti relatati mal-issodisfar tal-objettivi intermedji u l-miri previsti;

(f)l-arranġamenti biex jingħata aċċess sħiħ mill-Kummissjoni għad-data rilevanti sottostanti.

2.L-allokazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan propost mill-Istat Membru kkonċernat, kif ivvalutat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2).

L-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)fejn il-Pjan ikun konformi b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pakkett nieqes il-kontribuzzjoni nazzjonali jkun ugwali għal, jew ogħla minn, l-allokazzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 13(1), l-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat għandha tkun ugwali għall-ammont totali tal-allokazzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 9;

(b)fejn il-Pjan ikun konformi b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pakkett nieqes il-kontribuzzjoni finanzjarja jkun aktar baxx mill-allokazzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 13(1), l-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun ugwali għall-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pakkett nieqes il-kontribuzzjoni nazzjonali;

(c)fejn il-Pjan ikun konformi b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), iżda l-valutazzjoni tistabbilixxi dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll, il-Kummissjoni tista’ titlob li jintlaħqu objettivi intermedji u miri addizzjonali qabel ma jsir l-ewwel pagament;

(d)fejn il-Pjan ma jkunx konformi b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), ma għandha tiġi allokata l-ebda allokazzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat.

3.Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva lil Pjan, id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi r-raġunijiet għal dik il-valutazzjoni negattiva. L-Istat Membru kkonċernat għandu jerġa’ jissottometti l-Pjan, wara li jqis il-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 17

Emenda tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1.Fejn Pjan Soċjali għall-Klima, inklużi l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti, ma jkunx jista’ jinkiseb aktar, kompletament jew parzjalment, mill-Istat Membru kkonċernat minħabba ċirkostanzi oġġettivi, b’mod partikolari minħabba l-effetti diretti attwali tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jissottometti lill-Kummissjoni emenda tal-Pjan tiegħu biex jinkludi l-bidliet meħtieġa u debitament ġustifikati. L-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ tekniku għat-tħejjija ta’ tali talba.

2.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjan emendat f’konformità mal-Artikolu 15.

3.Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni pożittiva lill-Pjan emendat, hija għandha tadotta, f’konformità mal-Artikolu 16(1), fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni uffiċjali tal-Pjan emendat mill-Istat Membru, deċiżjoni li tistabbilixxi r-raġunijiet għall-valutazzjoni pożittiva tiegħu, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

4.Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva lill-Pjan emendat, hija għandha tirrifjuta t-talba fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien tliet xhur mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

5.Sal-15 ta’ Marzu 2027, kull Stat Membru kkonċernat għandu jivvaluta l-adegwatezza tal-Pjanijiet tiegħu fid-dawl tal-effetti diretti attwali tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/087/KE. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapportar biennali tal-progress skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 18

Impenn tal-allokazzjoni finanzjarja

1.Wara li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16, hija għandha, fi żmien debitu, tikkonkludi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat li jikkostitwixxi impenn legali individwali skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 li jkopri l-perjodu 2025-2027. Dak il-ftehim jista’ jiġi konkluż mhux aktar kmieni minn sena qabel is-sena tal-bidu tal-irkantijiet skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.L-impenn legali individwali li jkopri l-perjodu 2028-2032 għandu jiġi konkluż soġġett għad-disponibbiltà tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament taħt il-limiti massimi annwali tal-qafas finanzjarju pluriennali msemmi fl-Artikolu 312 tat-TFUE.

3.L-impenji baġitarji jistgħu jkunu bbażati fuq impenji globali u, fejn xieraq, jistgħu jiġu diżaggregati f’pagamenti annwali mifruxa fuq diversi snin.

Artikolu 19

Regoli dwar il-ħlasijiet, is-sospensjoni u t-terminazzjoni ta’ ftehimiet rigward allokazzjonijiet finanzjarji

1.Il-ħlasijiet tal-allokazzjonijiet finanzjarji lill-Istat Membru kkonċernat skont dan l-Artikolu għandhom isiru mal-ikkompletar tal-objettivi intermedji u l-miri rilevanti miftiehma indikati fil-Pjan kif approvati f’konformità mal-Artikolu 16 u soġġetti għall-finanzjament disponibbli. Ma’ dan l-ikkompletar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti lill-Kummissjoni talba debitament ġustifikata għall-ħlas tal-allokazzjoni finanzjarja. Tali talbiet għall-ħlas għandhom jiġu sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni darba jew darbtejn fis-sena sal-31 ta’ Lulju.

2. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta mingħajr dewmien żejjed, u sa mhux aktar tard minn xahrejn minn meta tirċievi t-talba, jekk l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 16 intlaħqux b’mod sodisfaċenti. L-ilħuq sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u tal-miri għandu jippresupponi li l-miżuri relatati ma’ objettivi intermedji u miri milħuqa b’mod sodisfaċenti preċedentement ma jkunux treġġgħu lura mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista’ tiġi assistita minn esperti.

3.Meta l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni pożittiva, hija għandha tadotta mingħajr dewmien żejjed deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-allokazzjoni finanzjarja f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046.

4.Meta, b’riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 16 ma jkunux intlaħqu b’mod sodisfaċenti, il-ħlas tal-allokazzjoni finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha għandu jiġi sospiż. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Is-sospensjoni għandha titneħħa biss meta l-objettivi intermedji u l-miri jkunu ġew issodisfati b’mod sodisfaċenti kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 16.

5.B’deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046, l-iskadenza għall-ħlas għandha tibda tiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż lill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jew mid-data tal-komunikazzjoni tat-tneħħija ta’ sospensjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

6.Meta l-objettivi intermedji u l-miri ma jkunux intlaħqu b’mod sodisfaċenti fi żmien perjodu ta’ sitt xhur mis-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja b’mod proporzjonat wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.

7.Meta, fi żmien 12-il xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 18, ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta’ kwalunkwe objettivi intermedji u miri rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tittermina l-ftehimiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 18 u għandha tiddiżimpenja l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar it-terminazzjoni tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 18 wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien perjodu ta’ xahrejn mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tiegħu dwar jekk ma sarx progress tanġibbli.

Artikolu 20

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni 

1.Meta jiġu biex jimplimentaw il-Fond, l-Istati Membri, bħala benefiċjarji tal-fondi taħt il-Fond, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex jiżguraw li l-użu tal-fondi b’rabta mal-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond ikun konformi mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern kif spjegata f’aktar dettall fl-Anness III u l-irkupru tal-ammonti mħallsa b’mod żbaljat jew użati b’mod skorrett. L-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq is-sistemi ta’ ġestjoni tal-baġit nazzjonali regolari tagħhom.

2.Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 18 għandhom jipprevedu l-obbligi tal-Istati Membri:

(a)li jikkontrollaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut ikun intuża kif suppost f’konformità mar-regoli applikabbli kollha u li kwalunkwe miżura jew investiment taħt il-Pjan ikunu ġew implimentati kif suppost f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess;

(b)li jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess kif definiti fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jieħdu azzjonijiet legali biex jirkupraw fondi li jkunu ġew miżapproprjati, inkluż b’rabta ma’ kwalunkwe miżura jew investiment implimentati taħt il-Pjan;

(c)li jakkumpanjaw talba għall-ħlas:

(i) b’dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li l-fondi ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, li l-informazzjoni ppreżentata mat-talba għall-ħlas hija kompluta, preċiża u affidabbli, u li s-sistemi ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-assigurazzjonijiet meħtieġa li l-fondi ġew ġestiti f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari r-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess, il-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u l-finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; u

(ii) b’sommarju tal-awditi mwettqa f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-awditi f’termini tal-ammont ta’ nfiq kopert u l-perjodu ta’ żmien kopert u l-analiżi tad-dgħufijiet identifikati u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda;

(a)għall-fini tal-awditjar u l-kontroll u biex tiġi prevista informazzjoni komparabbli dwar l-użu ta’ fondi b’rabta mal-miżuri u l-investimenti implimentati taħt il-Pjan, li jiġbru, jirreġistraw u jaħżnu f’sistema elettronika u jiżguraw l-aċċess għall-kategoriji standardizzati ta’ data li ġejjin:

(i) l-isem tar-riċevituri finali tal-fondi, in-numri tar-reġistrazzjoni tal-VAT tagħhom jew in-numri ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja mill-Fond;

(ii) l-isem tal-kuntrattur(i) u tas-sottokuntrattur(i) u n-numru/i tar-reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tagħhom fejn ir-riċevitur finali tal-fondi jkun awtorità kontraenti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku, u l-valur tal-kuntratt(i);

(iii) l-isem/ismijiet, il-kunjom(ijiet), id-data tat-twelid u n-numru/i ta’ reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tas-sid/sidien benefiċjarju/i tar-riċevitur tal-fondi jew tal-kuntrattur, kif definiti fil-punt (6) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 ;

(iv) lista ta’ kwalunkwe miżura u investiment implimentati taħt il-Fond bl-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku ta’ dawk il-miżuri u l-investimenti u li tindika l-ammont ta’ fondi mħallsa taħt fondi oħrajn iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

(b)li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-UPPE, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 u biex jimponu obbligi fuq ir-riċevituri finali kollha ta’ fondi mħallsa għall-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti inklużi fil-Pjan, jew lill-persuni jew l-entitajiet l-oħrajn kollha involuti fl-implimentazzjoni tagħhom biex jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-UPPE, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 u biex jimponu obbligi simili fuq ir-riċevituri finali kollha tal-fondi żborżati;

(c)li jżommu rekords f’konformità mal-Artikolu 132 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046.

3.Id-data personali msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi pproċessata mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-fini, u d-durata korrispondenti, tal-proċedimenti ta’ kwittanza, awditjar u kontroll, informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità relatati mal-użu ta’ fondi relatati mal-implimentazzjoni tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 18. Id-data personali għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 jew mar-Regolament (UE) 2018/1725, skont liema minnhom ikun applikabbli. Fil-qafas tal-proċedura ta’ kwittanza lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE, il-Fond għandu jkun soġġett għal rapportar taħt ir-rapportar finanzjarju u ta’ akkontabbiltà integrat imsemmi fl-Artikolu 247 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 u, b’mod partikolari, separatament fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni.

4.Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri sistema ta’ informazzjoni u monitoraġġ integrata u interoperabbli li tinkludi għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u l-kejl tar-riskju biex tiġi aċċessata u analizzata d-data rilevanti. L-Istati Membri għandhom jużaw l-għodda għall-finijiet ta’ awditjar u kontroll biex jevitaw finanzjament doppju u biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess b’rabta mal-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond. Il-Kummissjoni, l-OLAF, il-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, l-UPPE jistgħu jużaw l-għodda fil-kompetenzi u d-drittijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 18 għandhom jipprevedu wkoll id-dritt tal-Kummissjoni li tnaqqas b’mod proporzjonat l-appoġġ taħt il-Fond u li tirkupra kwalunkwe ammont dovut lill-baġit tal-Unjoni, f’każijiet ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-Istat Membru, jew ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta minn tali ftehimiet.

Meta tkun qed tiddeċiedi fuq l-ammont tal-irkupru u t-tnaqqis, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis is-serjetà tal-frodi, tal-korruzzjoni u tal-kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew ta’ ksur ta’ obbligu. L-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma jsir it-tnaqqis.

KAPITOLU IV
KOMPLEMENTARJETÀ, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 21

Il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, b’mod proporzjonat mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Fond u programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, inklużi l-Programm InvestEU, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u l-Fondi koperti mir-Regolament (UE) 2021/1060. Għal dak l-iskop, huma għandhom:

(a)jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza fost strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;

(b)itejbu kemm jista’ jkun il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforzi; u

(c)jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni u l-kontroll fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fond.

Artikolu 22
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-data msemmija fil-punt (d), (i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament disponibbli għall-pubbliku u aġġornata f’sit web uniku f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 62 , li għandhom jippermettu li d-data tiġi magħżula, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid. L-informazzjoni msemmija fil-punt (d), (i) u (ii) tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi ppubblikata fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 jew jekk l-appoġġ dirett għall-introjtu mħallas ikun inqas minn EUR 15 000.

2.Ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil udjenzi multipli, inklużi l-midja u l-pubbliku.

3.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond, mal-azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament u mar-riżultati miksuba, inkluż, fejn xieraq u bil-qbil tal-awtoritajiet nazzjonali, permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 23

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.Kull Stat Membru kkonċernat għandu, fuq bażi biennali, jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan tiegħu bħala parti mir-rapport ta’ progress nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u f’konformità mal-Artikolu 28 tiegħu. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu fir-rapport ta’ progress tagħhom:

(a)informazzjoni kwantitattiva dettaljata dwar l-għadd ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku;

(b)meta applikabbli, informazzjoni dettaljata dwar il-progress lejn l-objettiv indikattiv nazzjonali biex jitnaqqas l-għadd ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku;

(c)informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tal-miżuri u l-investimenti, inklużi fil-Pjan tagħhom;

(d)informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri tal-gassijiet serra u dwar il-projezzjonijiet, kif ukoll dwar il-faqar enerġetiku, ipprovduta skont l-Artikolu 18 u l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(e)informazzjoni rrapportata skont l-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni tal-bini fit-tul skont id-Direttiva 2010/31/UE;

(f)fl-2027, valutazzjoni tal-Pjan imsemmi fl-Artikolu 17(5) fid-dawl tal-effetti diretti attwali tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/087/KE;

(g)informazzjoni dwar il-bidliet fil-Pjan tagħhom f’konformità mal-Artikolu 17.

2.Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Fond u tkejjel il-kisba tal-objettivi tagħha. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqa taħt il-Fond.

3.Is-sistema ta’ rapportar tal-prestazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tar-riżultati tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Għal dak l-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni.

4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi l-indikaturi komuni li għandhom jintużaw għar-rapportar dwar il-progress u għall-fini ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Fond lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1.

KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

L-evalwazzjoni u r-rieżami tal-Fond

1.Sal-1 ta’ Lulju 2028, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni b’rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-Fond.

2.Sal-31 ta’ Diċembru 2033, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni b’rapport ta’ evalwazzjoni ex post indipendenti.

3.B’mod partikolari, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jivvaluta sa liema punt intlaħqu l-objettivi tal-Fond stabbiliti fl-Artikolu 1, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tal-Unjoni. Dan għandu jqis ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 6 fid-dawl tal-impatt fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE u mill-miżuri nazzjonali meħuda biex jintlaħaq it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 63 . Dan għandu jqis ukoll ir-rilevanza kontinwa tal-pakkett finanzjarju tal-Fond b’rabta mal-iżviluppi possibbli li jikkonċernaw l-irkantar tal-kwoti taħt l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE u kunsiderazzjonijiet rilevanti oħrajn.

4.Fejn xieraq, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.

5.Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti f’valutazzjoni globali tal-Fond u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu.

Artikolu 25

Eżerċitar tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati għandha tingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l- Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 23(4) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

3.Id-delegi tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23(4) jistgħu jiġu rrevokati fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 23(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data sa meta l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva (UE) [ssss/nnn] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 64 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.2.1.    Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

3.2.3.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.4.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

L-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-faqar enerġetiku, il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija, il-promozzjoni ta’ mezzi sostenibbli tat-trasport

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 65  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-Fond huwa li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika billi jindirizza l-impatti soċjali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

L-objettiv speċifiku tal-Fond huwa li jappoġġa lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-mikrointrapriżi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli permezz ta’ miżuri u investimenti maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini permezz ta’ miżuri bħar-rinnovazzjoni tal-bini, biex jiddekarbonizzaw it-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inkluża l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u biex jiffinanzjaw l-użu ta’ mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-Fond jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira globali riveduta tal-UE ta’ tnaqqis nett ta’ mill-inqas -55 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2030, meta mqabbla mal-1990, billi jappoġġa l-investimenti meħtieġa u jtaffi l-impatti soċjali fuq l-aktar gruppi vulnerabbli.

Il-fondi tal-Fond jenħtieġ li jiġu pprovduti lill-Istati Membri biex jappoġġaw il-miżuri u l-investimenti tagħhom maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini, biex iwettqu rinnovazzjoni tal-bini, u biex jiddekarbonizzaw it-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inkluża l-integrazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u biex jiffinanzjaw il-mobbiltà u t-trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Indikaturi tal-output

Indikatur nru 1: l-għadd ta’ pjanijiet kif approvati mill-Kummissjoni

Indikatur nru 2: l-allokazzjoni finanzjarja globali allokata lill-pjanijiet

Indikaturi tar-riżultati:

Indikatur nru 3: l-għadd ta’ pjanijiet implimentati

Indikaturi tal-impatt:

Indikatur nru 4: l-objettivi milħuqa li huma stabbiliti fil-pjanijiet

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Kull Stat Membru għandu jikkonforma mar-rekwiżiti deskritti fir-Regolament. Dan se jtaffi l-iżbilanċi soċjali bejn u fi ħdan l-Istati Membri meta dawn ikunu qed ifittxu li jilħqu l-mira aġġornata li jnaqqsu l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’55 %, meta mqabbla mal-1990, speċjalment fir-rigward tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq.

Il-Fond għandu jkun applikabbli mill-2025 sal-2032.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali u l-azzjoni tal-UE tista’ tikkomplementa u ssaħħaħ b’mod effettiv l-azzjoni nazzjonali. Iż-żieda tal-mira tal-2030 għat-tnaqqis tal-gassijiet serra tal-UE se jkollha impatt fuq ħafna setturi madwar l-ekonomija tal-UE u, għalhekk, huwa indispensabbli li tittieħed azzjoni kkoordinata, kif ukoll li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju fil-livell tal-UE. F’konformità mal-Artikolu 191(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi għall-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; kif ukoll għall-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jiġu ttrattati problemi ambjentali reġjonali jew globali u, b’mod partikolari, għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent timmira għal livell għoli ta’ protezzjoni filwaqt li titqies id-diversità ta’ sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni.

Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 194(1)(c) tat-TFUE, fl-ispirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, il-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija għandha timmira, b’mod partikolari, li tippromwovi l-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija, kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ġodda u rinnovabbli ta’ enerġija.

Il-Fond jeħtieġ ukoll li jindirizza s-sitwazzjoni tal-utenti tat-trasport vulnerabbli. Jenħtieġ li dan jappoġġa miżuri maħsuba biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi, inkluż it-trasport pubbliku, u b’hekk jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika komuni tat-trasport kif indikat fl-Artikolu 91(1)(d) tat-TFUE.

Il-Fond huwa stabbilit biex itaffi l-piż soċjali mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq billi jappoġġa l-miżuri u l-investimenti tal-Istati Membri maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini, biex iwettqu rinnovazzjoni tal-bini, u biex jiddekarbonizzaw it-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inklużi l-integrazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-iffinanzjar ta’ mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)

L-appoġġ finanzjarju mill-Fond se jitqassam b’mod ġust u xieraq biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali fuq l-aktar gruppi vulnerabbli ta’ ċittadini tal-UE fl-Istati Membri kollha. Sabiex jirċievu finanzjament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu Pjanijiet Soċjali għall-Klima li jelenkaw l-attivitajiet (il-miżuri u l-investimenti) li beħsiebhom jiffinanzjaw mill-Fond. Il-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet li l-objettivi tagħhom ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom (“test tan-neċessità”), u fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri weħidhom. Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġi kkoordinat rispons xieraq għall-isfidi soċjali mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq (“test tal-effettività”). Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu weħidhom, filwaqt li l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali billi jistabbilixxi strument immirat biex jappoġġa lill-Istati Membri finanzjarjament fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti meħtieġa.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Dan il-Fond jibni fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta’ finanzjamenti oħra tal-Unjoni. L-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-Fond isegwu l-prinċipji ewlenin tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“RRF”).

1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, u t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali huma prijorità ewlenija tal-Unjoni Ewropea. Il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, Next Generation EU u l-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2021-2027 se jgħinu biex tinkiseb it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali li qed timmira għaliha l-Ewropa. Il-kombinazzjoni ta’ dawn il-politiki se tindirizza l-kriżi ekonomika wara l-pandemija tal-COVID-19 u taċċellera l-bidla għal ekonomija nadifa u sostenibbli, billi tgħaqqad l-azzjoni klimatika u t-tkabbir ekonomiku.

Din il-proposta hija parti mill-pakkett dwar il-klima u l-enerġija “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”. L-objettiv ġenerali tal-pakkett huwa li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi allinjata mal-ambizzjoni klimatika miżjuda tal-UE. L-inizjattivi kollha fil-pakkett huma interkonnessi mill-qrib, u kull waħda tiddependi mit-tfassil tal-oħrajn. Din il-proposta leġiżlattiva hija komplementari għall-proposti magħmula fil-pakkett u żżomm il-konsistenza magħhom.

Il-Fond se jiġi ffinanzjat taħt l-Intestatura 3 “Riżorsi Naturali u Ambjent” tal-qafas finanzjarju pluriennali, u fin-nomenklatura baġitarja annwali bħala parti mir-raggruppament 9 “Politika ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent u l-Klima”.

Fil-prinċipju, jenħtieġ li d-daqs tal-Fond Soċjali għall-Klima jkun jikkorrispondi għal 25 % tad-dħul mistenni mill-inklużjoni tat-trasport bit-triq u tal-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-Kummissjoni dalwaqt se tagħmel proposta għal emenda tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, li skontha l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu dak id-dħul disponibbli għall-baġit tal-Unjoni bħala riżorsi proprji.

Ammont ekwivalenti għas-sehem imsemmi hawn fuq se jkun disponibbli taħt il-qafas finanzjarju pluriennali biex jappoġġa l-Fond. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi reviżjoni mmirata tal-qafas finanzjarju pluriennali sabiex il-limitu massimu fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-Intestatura 3 “Riżorsi Naturali u Ambjent” jiżdied b’ammont ta’ EUR 2 176 miljun fl-2025, EUR 9 132 miljun fl-2026 u EUR 8 786 miljun fl-2027, fi prezzijiet tal-2018.

Fid-dawl tal-fatt li ż-żidiet proposti fil-limitu massimu fl-impenji se jirriżultaw f’żieda ekwivalenti fil-ħtiġijiet tal-ħlas, b’hekk, il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-limitu massimu tal-ħlas għas-snin 2025, 2026 u 2027 bl-istess ammonti.

Fir-rigward tas-sinerġiji ma’ strumenti oħrajn, l-aktar rilevanti hija l-RRF, li diġà qed tippermetti lill-Istati Membri jiffinanzjaw miżuri biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku. L-RRF se tikkompleta l-iżborżi finanzjarji tagħha lill-Istati Membri sal-aħħar tal-2026, b’hekk, dan il-Fond Soċjali għall-Klima se jikkomplementaha fil-ħin u fil-kamp ta’ applikazzjoni b’enfasi fuq dawk l-aktar vulnerabbli. Bl-istess mod, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u, speċjalment, il-parti tal-finanzjament tiegħu minn NextGeneration EU se jiġu fi tmiemhom ftit wara l-bidu tal-Fond Soċjali għall-Klima.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-Fond se jkun komplementari u se jiżgura sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni, notevolment il-proġetti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Abbażi tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tal-Istati Membri, il-Fond se jipprovdi appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli għall-kofinanzjament ta’ skemi nazzjonali li jipprovdu appoġġ għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx primarjament permezz ta’ appoġġ għall-investiment u, kif meħtieġ, permezz ta’ appoġġ temporanju għall-introjtu.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-2025 sal-2032 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2025 sal-2032 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

◻ Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS, segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 66  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

⌧ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi regolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi regolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

N/A

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Sabiex tiġi ssorveljata l-prestazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Fond, se tiġi stabbilita sistema għat-talba u l-eżekuzzjoni ta’ pagamenti mill-Fond.

Sabiex jirċievu fondi mill-Fond, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima (“Pjanijiet”) tagħhom biex jistabbilixxu l-miżuri u l-investimenti li għandhom jiġu ffinanzjati. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dawk il-Pjanijiet u tista’ tapprovahom biss wara valutazzjoni pożittiva bbażata fuq ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tagħhom. L-iżborż tal-allokazzjoni finanzjarja se jsegwi l-ikkompletar tal-objettivi intermedji u tal-miri miftiehma mal-Istat Membru kkonċernat. L-għażla taż-żmien għas-sottomissjoni tal-Pjanijiet, kif ukoll iċ-ċikli ta’ rapportar tal-progress huma allinjati mal-aġġornamenti tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima sottomessi skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.

Għal dak l-iskop, darbtejn fis-sena, l-Istati Membri jistgħu jitolbu pagament taħt il-Fond li jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn evidenza dwar il-progress li jkun sar lejn l-objettivi intermedji u l-miri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu rapportar lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar għall-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti skont il-pjanijiet tagħhom fir-rapportar biennali dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (NECPs) tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Governanza.

Se jitwettqu evalwazzjoni u evalwazzjoni ex post bil-ħsieb li jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-Fond. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se takkumpanja l-evalwazzjoni bi proposta għal rieżami tar-Regolament.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-finanzjament tal-azzjonijiet inklużi fil-Pjanijiet sottomessi mill-Istati Membri, b’kontribuzzjonijiet nazzjonali, huwa l-aktar soluzzjoni xierqa. Il-ġestjoni diretta flimkien ma’ strument ibbażat fuq il-prestazzjoni tiżgura bl-aħjar mod ir-riżultati għall-flus u timminimizza l-istrutturi amministrattivi involuti fil-proċess, u b’hekk tnaqqas ukoll il-kumplessità u l-kostijiet amministrattivi.

Il-Fond huwa mistenni jkollu l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

Minn nofs l-2023, l-Istati Membri jistgħu jibdew jissottomettu l-abbozzi tal-pjanijiet tagħhom għall-użu tal-Fond.

Fl-aħħar tal-2023 u fil-bidu tal-2024, is-Servizzi tal-Kummissjoni jkollhom jibdew iħejju l-atti delegati dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar taħt il-Fond.

It-30 ta’ Ġunju 2024 hija d-data ppjanata għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament biex jiġi stabbilit il-Fond.

It-30 ta’ Ġunju 2024 hija wkoll l-iskadenza sa meta l-Istati Membri jkollhom bżonn jissottomettu uffiċjalment il-Pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni. Madankollu, kif imsemmi hawn fuq, huma jistgħu jibdew jissottomettu dawn il-pjanijiet diġà f’nofs l-2023, minħabba li dawn għandhom jiġu sottomessi f’konformità mal-NECPs skont ir-Regolament dwar il-Governanza.

Bejn it-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjanijiet għall-użu tal-Fond u eventwalment tadotta atti delegati għall-approvazzjoni tagħhom. Dan se jkun ammont enormi ta’ xogħol, meta wieħed iżomm f’moħħu li qed nipprevedu l-istess sistema bħal dik għall-Faċilità/Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Mill-bidu tal-2025, il-Kummissjoni se tibda tiffirma Ftehimiet individwali mal-Istati Membri dwar l-użu tal-Fond – dawn se jkunu l-impenji finanzjarji għall-użu tal-flus mill-Istati Membri taħt il-Fond.

Minn nofs l-2025, l-Istati Membri jistgħu jibdew jitolbu pagamenti mill-Fond. L-Istati Membri jistgħu jitolbu pagamenti mill-Fond darbtejn fis-sena. Il-pagamenti se jsiru mal-valutazzjoni tal-objettivi intermedji u l-miri kompluti.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskju jirrigwardja l-kejl tal-prestazzjoni (in-nuqqas ta’ kisba ta’ miri /objettivi intermedji definiti minn qabel).

Il-miżuri li se jiġu implimentati biex itaffu dawn ir-riskji huma dawn li ġejjin:

   proċess ta’ evalwazzjoni bir-reqqa qabel l-iżborż ta’ fondi biex jintlaħqu l-objettivi intermedji/il-miri mill-Istati Membri benefiċjarji;

   l-attivazzjoni tas-sospensjoni, l-irkupru tal-fondi, it-terminazzjoni tal-ftehimiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ kisba tal-objettivi intermedji/miri mill-Istati Membri benefiċjarji jew fil-każ ta’ irregolaritajiet serji jew ksur tal-obbligi fil-ftehimiet mal-Istati Membri.

Il-Fond se jiġi implimentat f’ġestjoni diretta mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

L-allokazzjoni finanzjarja se tiġi pprovduta lill-Istati Membri fil-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Ir-Regolament fih id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun konformi mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Il-proċessi xierqa ta’ kontroll intern se japplikaw fil-livelli ta’ ġestjoni u jitfasslu biex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li se jintlaħqu l-objettivi li ġejjin: l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet; l-affidabbiltà tar-rapportar; is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni; il-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, u l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, u l-korrezzjoni ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess, irregolaritajiet u finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

09 01 04 01 – Nefqa ta’ appoġġ għall-Fond Soċjali għall-Klima

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3

09 05 01- Il-Fond Soċjali għall-Klima – Nefqa operazzjonali

Diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

3

RIŻORSI NATURALI U AMBJENT

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2025

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali  

09 05 01

Impenji

-1

2.495,000

10.695,000

10.495,000

10.145,000

9.945,000

9.745,000

9.495,000

9.145,000

72.160,000

Pagamenti

-2

2.495,000

10.695,000

10.495,000

10.145,000

9.945,000

9.745,000

9.495,000

9.145,000

72.160,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

09 01 04 01

 

-3

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

40,000

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

= 1 + 3

2.500,000

10.700,000

10.500,000

10.150,000

9.950,000

9.750,000

9.500,000

9.150,000

72.200,000

Pagamenti

= 2 + 3

2.500,000

10.700,000

10.500,000

10.150,000

9.950,000

9.750,000

9.500,000

9.150,000

72.200,000

   



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl-Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi. 

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

TOTAL

Riżorsi umani

1,824

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

88,464

Nefqa amministrattiva oħra

-

-

0,059

0,016

-

-

-

-

-

-

-

0,075

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Impenji totali = Pagamenti totali)

1,824

8,664

8,723

8,680

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

88,539

   miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

1,824

8,664

8,723

2.508,680

10.708,664

10.508,664

10.158,664

9.958,664

9.758,664

9.508,664

9.158,664

72.288,539

Pagamenti

1,824

8,664

8,723

2.508,680

10.708,664

10.508,664

10.158,664

9.958,664

9.758,664

9.508,664

9.158,664

72.288,539

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1,824

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

88,464

Nefqa amministrattiva oħra

-

-

0,059

0,016

-

-

-

-

-

-

-

0,075

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

1,824

8,664

8,723

8,680

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

8,664

88,539

Barra mill-INTESTATURA 7 67
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Other expenditure
ta’ natura amministrattiva

-

-

-

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

40,000

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

-

-

-

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

5,000

40,000

TOTAL

1,824

8,664

8,723

13,680

13,664

13,664

13,664

13,664

13,664

13,664

13,664

128,539

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

 

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

12

57

57

57

57

57

57

57

57

57

57

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[1]

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

XX 01 xx yy zz

- fil-Kwartieri Ġenerali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

- fid-Delegazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

12

57

57

57

57

57

57

57

57

57

57

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

   It-tfassil, l-abbozzar legali, il-konsultazzjonijiet, il-koordinazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni

   Valutazzjoni tal-abbozzi tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima Nazzjonali u ta’ dawk finali, f’sinerġija ma’ proċessi oħrajn (2023-2024);

   It-tħejjija u l-ġestjoni tal-ftehimiet ta’ għotja u tal-operazzjonijiet finanzjarji relatati;

   Is-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Fond (mill-2025 ’il quddiem)

• Proċeduri baġitarji u ta’ monitoraġġ mad-DĠ BUDG (mill-2025 ’il quddiem)

Persunal estern

3.2.3.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Il-Fond se jiġi ffinanzjat taħt l-Intestatura 3 “Riżorsi Naturali u Ambjent” tal-qafas finanzjarju pluriennali, u fin-nomenklatura baġitarja annwali bħala parti mir-raggruppament 9 “Politika ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent u l-Klima”.

Fil-prinċipju, jenħtieġ li d-daqs tal-Fond Soċjali għall-Klima jkun jikkorrispondi għal 25 % tad-dħul mistenni mill-inklużjoni tat-trasport bit-triq u tal-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

Ammont ekwivalenti għas-sehem imsemmi hawn fuq se jkun disponibbli taħt il-qafas finanzjarju pluriennali biex jappoġġa l-Fond. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi reviżjoni mmirata tal-qafas finanzjarju pluriennali sabiex il-limitu massimu fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-Intestatura 3 “Riżorsi Naturali u Ambjent” jiżdied b’ammont ta’ EUR 2 176 miljun fl-2025, EUR 9 132 miljun fl-2026 u EUR 8 786 miljun fl-2027, fi prezzijiet tal-2018.Fid-dawl tal-fatt li ż-żidiet proposti fil-limitu massimu fl-impenji se jirriżultaw f’żieda ekwivalenti fil-ħtiġijiet tal-ħlas, b’hekk, il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-limitu massimu tal-ħlas għas-snin 2025, 2026 u 2027 bl-istess ammonti.

3.2.4.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika jekk id-dħul hu x assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 68

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

L-Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).[…]

[…]

(1)    COM(2019) 640 final.
(2)    COM (2020) 562 final.
(3)    Il-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
(4)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10-11 ta’ Diċembru 2020 EUCO 22/20 CO EUR 17 KONKL 8.
(5)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(6)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(7)    Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).
(8)    Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).
(9)    Proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027, COM/2021/XXX final.
(10)    Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(11)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 23).
(12)    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(13)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(14)    Approvat mill-Kunsill Ewropew fl-24 u l-25 ta’ Ġunju 2021.
(15)    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(16)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar il-faqar enerġetiku C/2020/9600 (ĠU L 357, 27.10.2020, p. 35).
(17)    COM(2021) 400.
(18)    Din kienet miftuħa għal 12-il ġimgħa mit-13 ta’ Novembru 2020 sal-5 ta’ Frar 2021. L-eżitu jista’ jinstab fuq is-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12660-Updating-the-EU-Emissions-Trading-System/public-consultation.
(19)    Il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu kienet miftuħa għall-feedback mid-29 ta’ Ottubru 2020 sas-26 ta’ Novembru 2020 u rċeviet madwar 250 kontribuzzjoni. L-eżitu jista’ jinstab fuq is-sit web li ġej: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12660-Updating-the-EU-Emissions-Trading-System.
(20)    SWD(2020)176, b’mod partikolari t-taqsima 6.5.2.
(21)    [Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja ….]
(22)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment “Pjaneta Nadifa għal kulħadd, Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima”, COM/2018/773 final.
(23)    L-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).
(24)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(25)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(26)    ĠU C , , p. 
(27)    ĠU C , , p. .
(28)    Il-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
(29)    COM(2019) 640 final.
(30)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(31)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(32)    Data mill-2018. Eurostat, SILC [ilc_mdes01]).
(33)    Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(34)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(35)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(36)    [Żid ref]
(37)    Approvat mill-Kunsill Ewropew fl-24 u l-25 ta’ Ġunju 2021.
(38)    Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21).
(39)    Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).
(40)    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(41)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(42)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(43)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(44)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(45)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(46)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(47)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(48)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(49)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(50)    [Id-Direttiva (UE) [ssss/nnn] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C […], […], p. […]).] [Proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika]
(51)    Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/980 (ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1).
(52)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(53)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(54)    ĠU L 357, 27.10.2020, p. 35.
(55)    Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60).
(56)    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).
(57)    Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).
(58)    Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(59)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 1).
(60)    Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
(61)    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(62)    Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(63)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26-42).
(64)    [Id-Direttiva (UE) ssss/nnn tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill…. (ĠU …..).] [Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/87/KE]
(65)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(66)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx
(67)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(68)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 568 final

ANNESSI

tar-

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima


ANNESS I

Metodoloġija għall-kalkolu tal-allokazzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru fil-qafas tal-Fond skont l-Artikolu 13

Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-allokazzjoni finanzjarja massima disponibbli għal kull Stat Membru skont l-Artikoli 9 u 13.

Il-metodoloġija tqis il-varjabbli li ġejjin fir-rigward ta’ kull Stat Membru:

il-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar li tgħix f’żoni rurali (2019);

l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni tal-fjuwil mill-unitajiet domestiċi (medja tal-2016–2018);

il-perċentwal ta’ unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar b’arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom (2019);

il-popolazzjoni totali (2019);

l-ING per capita tal-Istat Membru, imkejjel fi standard tal-kapaċità tal-akkwist (2019);

is-sehem tal-emissjonijiet ta’ referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 għas-setturi koperti minn [Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE] (medja tal-2016–2018).

L-allokazzjoni finanzjarja massima ta’ Stat Membru fil-qafas tal-Faċilità (MFCi) hija definita kif ġej:

Fejn:

Il-pakkett finanzjarju totali (TFE) għall-implimentazzjoni tal-Fond huwa s-somma tal-pakketti finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 9 (1) u (2) u huwa s-sehem tal-Istat Membru i fil-pakkett finanzjarju totali, iddeterminat fuq il-bażi tal-passi li ġejjin:

Fejn

βi = min(

γi =

δi = min(

fi = 1 jekk ; fi = 2.5 jekk

Fejn għal kull Stat Membru i:

hija l-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar li tgħix f’żoni rurali tal-Istat Membru i;

hija s-somma tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar li tgħix f’żoni rurali tal-Istati Membri tal-EU-27;

 hija l-popolazzjoni tal-Istat Membru i;

 hija s-somma tal-popolazzjoni tal-Istati Membri tal-EU-27;

huma l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni tal-fjuwil mill-unitajiet domestiċi tal-Istat Membru i;

hija s-somma tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni tal-fjuwil mill-unitajiet domestiċi tal-Istati Membri tal-EU-27;

huwa l-perċentwal tal-unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar b’arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet tal-Istat Membru i;

huwa l-perċentwal ta’ unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar b’arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom tal-EU-27;

hija l-ING per capita tal-Istat Membru i;

hija l-ING per capita tal-EU-27.

Il-βi ta’ dawk l-Istati Membri b’ING per capita taħt il-valur tal-EU-27 li għalihom huwa l-komponent minimu, jiġu aġġustati proporzjonalment biex jiġi żgurat li l-somma ta’ βi għall-Istati Membri kollha tkun ugwali għal 100 %. Il-λi kollha jiġu aġġustati proporzjonalment biex jiġi żgurat li s-somma tagħhom tkun ugwali għal 100 %.

Għall-Istati Membri b’ING per capita ta’ 90 % tal-valur tal-EU-27, ma jistax ikun inqas mis-sehem tal-emissjonijiet ta’ referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 għas-setturi koperti mill- [Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE] għall-medja tal-perjodu 2016-2018. Il- tal-Istati Membri b’ING per capita ogħla mill-valur tal-EU-27 jiġu aġġustati proporzjonalment biex jiżguraw li s-somma ta’ kollha tkun ugwali għal 100 %.

ANNESS II

Allokazzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru fil-qafas tal-Fond skont l-Artikolu 9 u l-Artikolu 13

L-applikazzjoni tal-metodoloġija fl-Anness I għall-ammonti msemmija fl-Artikolu 9 (1) u (2) tirriżulta fis-sehem u l-allokazzjoni finanzjarja massima (MFA) li ġejja għal kull Stat Membru.

Kwalunkwe ammont li jappartjeni għall-Artikolu 9(3) se jkun kopert fil-limiti tal-allokazzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru fuq bażi pro rata.

Allokazzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru tal-UE

Stat Membru

Sehem bħala % tat-total

TOTAL

2025-2032

(f’EUR, prezzijiet attwali)

Ammont għal

2025-2027

(f’EUR, prezzijiet attwali)

Ammont għal

2028-2032

(f’EUR, prezzijiet attwali)

Il-Belġju

2.56

1 844 737 639

605 544 073

1 239 193 566

Il-Bulgarija

3.85

2 778 104 958

911 926 420

1 866 178 538

Iċ-Ċekja

2.40

1 735 707 679

569 754 460

1 165 953 219

Id-Danimarka

0.50

361 244 536

118 580 270

242 664 266

Il-Ġermanja

8.19

5 910 983 488

1 940 308 984

3 970 674 504

L-Estonja

0.29

207 004 992

67 950 392

139 054 600

L-Irlanda

1.02

737 392 966

242 052 816

495 340 150

Il-Greċja

5.52

3 986 664 037

1 308 641 796

2 678 022 241

Spanja

10.53

7 599 982 898

2 494 731 228

5 105 251 670

Franza

11.20

8 087 962 701

2 654 912 964

5 433 049 737

Il-Kroazja

1.94

1 403 864 753

460 825 411

943 039 343

L-Italja

10.81

7 806 923 117

2 562 660 358

5 244 262 759

Ċipru

0.20

145 738 994

47 839 531

97 899 463

Il-Latvja

0.71

515 361 901

169 170 042

346 191 859

Il-Litwanja

1.02

738 205 618

242 319 573

495 886 046

Il-Lussemburgu

0.10

73 476 421

24 118 991

49 357 430

L-Ungerija

4.33

3 129 860 199

1 027 391 783

2 102 468 416

Malta

0.01

5 112 942

1 678 348

3 434 594

In-Netherlands

1.11

800 832 270

262 877 075

537 955 195

L-Awstrija

0.89

643 517 259

211 237 660

432 279 599

Il-Polonja

17.61

12 714 118 688

4 173 471 093

8 540 647 595

Il-Portugall

1.88

1 359 497 281

446 261 573

913 235 708

Ir-Rumanija

9.26

6 682 901 998

2 193 694 977

4 489 207 021

Is-Slovenja

0.55

397 623 987

130 522 001

267 101 985

Is-Slovakkja

2.36

1 701 161 680

558 414 568

1 142 747 112

Il-Finlandja

0.54

386 966 933

127 023 772

259 943 161

L-Iżvezja

0.62

445 050 067

146 089 842

298 960 225

EU27

100 %

72 200 000 000

23 700 000 000

48 500 000 000

ANNESS III

Rekwiżiti ewlenin għas-sistema ta’ kontroll tal-Istat Membru

(1)L-Istat Membru għandu jipprovdi sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti, li tinkludi s-separazzjoni tal-funzjonijiet u l-arranġamenti ta’ rappurtar, superviżjoni u monitoraġġ.

Dan jinkludi:

·in-nomina ta’ awtorità bħala “koordinatur” li jkollu r-responsabbiltà ġenerali għall-Pjan Soċjali tal-Azzjoni Klimatika u li jkun il-punt uniku ta’ kuntatt għall-Kummissjoni;

·li l-koordinatur ikollu (i) l-kapaċità amministrattiva f’termini ta’ riżorsi umani (numri u profili tal-persunal), esperjenza u għarfien espert istituzzjonali, u (ii) l-mandat u l-awtorità biex jeżerċita l-kompiti rilevanti kollha, inkluż ir-responsabbiltajiet ta’ superviżjoni u ta’ rappurtar;

·il-ħatra tal-awtoritajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-Pjan Soċjali tal-Azzjoni Klimatika u l-allokazzjoni tal-funzjonijiet relatati;

·il-ħatra tal-awtorità responsabbli għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li takkumpanja t-talbiet għal pagament;

·proċeduri li jiżguraw li din l-awtorità se tingħata garanzija dwar il-kisba tal-istadji importanti u l-miri stabbiliti fil-pjan, li l-fondi ġew ġestiti skont ir-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari r-regoli dwar l-evitar tal-kunflitti ta’ interess, il-prevenzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni u tal-finanzjament doppju;

·separazzjoni xierqa bejn il-funzjonijiet ta’ ġestjoni u ta’ awditjar.

(2)L-Istat Membru għandu jwettaq implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri proporzjonati kontra l-frodi u l-korruzzjoni, kif ukoll kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiġu evitati b’mod effettiv il-kunflitti ta’ interess.

Dawn jinkludu:

·miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni, mal-kxif u mal-korrezzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni u tal-kunflitti ta’ interess, kif ukoll mal-evitar ta’ finanzjament doppju u biex tittieħed azzjoni legali biex jiġu rkuprati l-fondi li ġew miżapproprjati;

·valutazzjoni tar-riskju tal-frodi u d-definizzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni kontra l-frodi.

(3)L-Istat Membru għandu jżomm proċeduri xierqa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u tas-sommarju tal-awditi u l-kontrolli mwettqa fil-livell nazzjonali.

Dawn jinkludu:

·Proċedura effettiva għat-tfassil tad-Dikjarazzjoni ta’ Ġestjoni, li tiddokumenta s-sommarju tal-awditi u l-kontrolli u ż-żamma tal-informazzjoni sottostanti għar-rekord tal-awditjar;

·Proċeduri effettivi biex jiġi żgurat li l-każijiet kollha ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess jiġu rrappurtati u kkoreġuti kif xieraq permezz ta’ rkupri.

(4)Sabiex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa, l-Istat Membru għandu jiżgura l-verifiki ta’ ġestjoni xierqa, inklużi l-proċeduri għall-verifika tal-issodisfar tal-miri u l-istadji importanti u tal-konformità mal-prinċipji orizzontali ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Dawn jinkludu:

·verifiki ta’ ġestjoni xierqa li permezz tagħhom l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni se jivverifikaw l-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri tal-fond (eż. eżamijiet dokumentarji, verifiki fuq il-post);

·verifiki ta’ ġestjoni xierqa li permezz tagħhom l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni se jivverifikaw in-nuqqas ta’ irregolaritajiet serji (frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess) u finanzjament doppju (eż. eżamijiet dokumentarji, verifiki fuq il-post).

(5)L-Istati Membri għandhom iwettqu awditi adegwati u indipendenti tas-sistemi u tal-operazzjonijiet f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

Dawn jinkludu:

·Il-ħatra tal-korp/korpi li se jwettqu l-awditi tas-sistemi u tal-operazzjonijiet u kif tiġi żgurata l-indipendenza funzjonali tiegħu/tagħhom;

·L-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti lil dan/dawn il-korp(i) għall-fini tal-Fond;

·L-indirizzar effettiv mill-korp/korpi tar-riskju ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess u finanzjament doppju kemm permezz ta’ awditi tas-sistema kif ukoll permezz ta’ awditi tal-operazzjonijiet.

(6)L-Istat Membru għandu jżomm sistema effettiva biex jiżgura li jinżammu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa għall-finijiet tar-rekord tal-awditjar.

Dawn jinkludu:

·il-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-ħażna effettivi f’sistema elettronika ta’ data dwar ir-riċevituri finali tal-miżuri jew l-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-istadji/il-miri importanti;

·l-aċċess għall-Kummissjoni, l-OLAF, l-ECA u l-EPPO (fejn applikabbli) għad-data dwar ir-riċevituri finali.

ANNESS […]