Brussell, 17.9.2021

COM(2021) 548 final

2021/0292(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Ir-Regolament Bażiku tal-PKS (Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013) għandu l-għan li jiżgura li r-riżorsi akkwatiċi ħajjin jiġu sfruttati taħt kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għodda importanti f’dan ir-rigward hija l-istabbiliment annwali tal-opportunitajiet tas-sajd. Ir-Regolamenti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jillimitaw il-ħsad tal-istokkijiet tal-ħut għal livelli konsistenti mal-objettivi kumplessivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).

L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed.

Wara li ġie adottat u daħal fis-seħħ il-pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran, din il-proposta tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri kkonċernati (jiġifieri Spanja, Franza u l-Italja), mogħtija f’termini tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli.

Din il-proposta tistabbilixxi wkoll l-opportunitajiet tas-sajd skont il-ftehimiet li ntlaħqu fil-qafas tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM), li hija organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd responsabbli għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. L-Unjoni Ewropea hija membru tal-GFCM flimkien mal-Bulgarija, mal-Kroazja, ma’ Ċipru, ma’ Franza, mal-Greċja, mal-Italja, ma’ Malta, mar-Rumanija, mas-Slovenja u ma’ Spanja. Il-miżuri adottati fil-qafas tal-GFCM huma vinkolanti fuq il-membri tagħha.

Fl-aħħar nett, din il-proposta tistabbilixxi kwota awtonoma għal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed sabiex ma jiżdiedx il-livell attwali ta’ mortalità mis-sajd. Din tittrasponi wkoll il-qabdiet totali permissibbli (TAC) u l-kwoti għall-barbun imperjali, kif stabbiliti mill-GFCM.

L-objettiv aħħari huwa li jintlaħqu l-livelli tal-istokkijiet li jkunu jistgħu jwasslu għar-rendiment massimu sostenibbli (MSY) u jżommhom ’il fuq. Dan l-objettiv huwa stabbilit b’mod ċar fir-Regolament Bażiku tal-PKS, fejn l-Artikolu 2(2) tiegħu jiddikjara li dan “għandu jintlaħaq sal-2015 fejn possibbli, u […] sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha”. Dan jirrifletti l-impenn li ħadet l-Unjoni b’rabta mal-konklużjonijiet tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar fl-2002 f’Johannesburg u mal-Pjan ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Min-naħa l-oħra, il-pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran huma maħsubin biex jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tal-MSY fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 fejn possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-miżuri proposti huma mfasslin f’konformità mal-objettivi u r-regoli tal-PKS.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-miżuri proposti huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta hija fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li l-PKS hija politika komuni. L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jeħtieġ li l-Kunsill jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

Ir-Regolament propost jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri. Skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament Bażiku tal-PKS, l-Istati Membri huma ħielsa jallokaw dawn l-opportunitajiet fost il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom skont kif jidhrilhom li jkun xieraq. Għaldaqstant, għandhom diskrezzjoni wiesgħa dwar deċiżjonijiet fir-rigward tal-esplojtazzjoni tal-opportunitajiet f’konformità mal-mudelli soċjali u ekonomiċi tagħhom.

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja ġdida għall-Istati Membri.

Għażla tal-istrument

L-istrument propost huwa Regolament tal-Kunsill.

Din hija proposta għall-ġestjoni tas-sajd abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-TFUE u f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati permezz tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Lejn sajd aktar sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2022.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-valutazzjoni tal-istat tal-istokkijiet fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed hija bbażata fuq l-iktar ħidma riċenti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-GFCM dwar is-Sajd u tal-Grupp ta’ Ħidma tal-GFCM dwar il-Baħar l-Iswed.

Valutazzjoni tal-impatt

L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolamenti dwar l-opportunitajiet tas-sajd.

Il-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament Bażiku tal-PKS u għall-pjan pluriennali għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ġew żviluppati, kif xieraq, abbażi ta’ valutazzjonijiet tal-impatt. Wieħed mill-istrumenti ewlenin biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Bażiku tal-PKS huwa li jiġu stabbiliti opportunitajiet tas-sajd. Il-pjan pluriennali introduċa reġim tal-isforz tas-sajd biex jindirizza l-problema tas-sajd żejjed li hemm fis-sajd għall-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran.

Fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti mill-GFCM għall-Baħar Mediterran u għall-Baħar l-Iswed, essenzjalment din il-proposta timplimenta miżuri miftehma fuq livell internazzjonali. Kull element li jista’ jkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-impatti li l-opportunitajiet tas-sajd jista’ jkollhom jiġi ttrattat meta jkunu qed jitħejjew in-negozjati internazzjonali li matulhom ikun se jintlaħaq qbil mal-pajjiżi terzi dwar l-opportunitajiet tas-sajd tal-Unjoni u meta jkunu qed isiru dawn in-negozjati.

Il-proposta ma tirriflettix biss tħassib għall-futur qarib, iżda wkoll approċċ iktar fit-tul li, permezz tiegħu, l-isforz tas-sajd jiġi adattat bil-mod il-mod għal livelli li jkunu sostenibbli fit-tul.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Din il-proposta se tiġi implimentata f’konformità mar-regoli tal-PKS. Il-monitoraġġ u l-konformità se jiġu żgurati f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettal tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 għal ċerti stokkijiet jew ċerti gruppi ta’ stokkijiet fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, partikolarment:

1.ir-reġim tal-isforz tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir li jkunu qed jisfruttaw l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran. Fil-qafas tal-pjan pluriennali għal dak is-sajd li daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2019, kull sena l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għal kull grupp ta’ sforz tas-sajd għal kull Stat Membru u għall-gruppi tal-istokkijiet fl-Anness I tal-pjan. Għall-2020, l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd skont il-pjan, dan tnaqqas b’10 % meta mqabbel mal-linja bażi (mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2017), ikkalkolat mill-Istat Membru u mill-grupp ta’ sforz tas-sajd jew għal kull subżona ġeografika (GSA); għas-snin 25, il-pjan jistabbilixxi tnaqqis massimu ta’ 30 %. Għall-2021, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 jistabbilixxi tnaqqis ta’ 7,5 %.

[Spazju riżervat dwar l-aħjar parir xjentifiku disponibbli]Jenħtieġ li t-tnaqqis għall-2022 jkun ta’ pm %;

2.il-miżuri tal-GFCM applikabbli fil-Mediterran jinkludu:

il-miżuri adottati fil-laqgħa annwali tal-2018

2.1.il-limiti tal-qabdiet u tal-isforz u perjodu magħluq għas-sajd tas-sallura fil-Baħar Mediterran kollu (GSAs 1 sa 27);

2.2.il-limiti fuq in-numru ta’ bastimenti li jistadu għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar fil-Baħar Jonju (GSAs 19 sa 21) u l-Baħar Levantin (GSAs 24 sa 27);

il-miżuri adottati fil-laqgħa annwali tal-2019

2.3.il-limiti tal-isforz tas-sajd u l-kapaċità massima tal-flotta għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (GSAs 17 u 18);

2.4.il-limiti ta’ ħsad tas-sajd u l-limiti għan-numru ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran kollu (GSAs 1 sa 27);

2.5.il-limiti għan-numru ta’ bastimenti li jistadu għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu blu u aħmar fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs 12 sa 16);

2.6.il-limiti tal-qbid għall-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (GSAs 1 sa 3);

2.7.il-limiti għan-numru ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal-lampuki fil-Baħar Mediterran kollu (GSAs 1 sa 27);

3.il-miżuri tal-GFCM applikabbli fil-Baħar l-Iswed, jinkludu:

3.1.kwota awtonoma għal-laċċa kaħla, ibbażata fuq parir xjentifiku;

3.2.it-TAC u l-allokazzjoni tal-kwota għall-barbun imperjali skont il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd tal-barbun imperjali, li jimplimenta r-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 (GSA 29).

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM huma implimentati fid-dritt tal-UE permezz tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 u l-Kummissjoni adottat proposta 2 biex timplimenta r-Rakkomandazzjonijiet adottati mill-GFCM fl-2018 u fl-2019. Il-miżuri marbutin mal-opportunitajiet tas-sajd mil-lat funzjonali, bħall-għeluq fiż-żmien riproduttiv, jenħtieġ li jkunu parti minn dan ir-Regolament, peress li mingħajr dawn il-perjodi magħluqa għas-sajd (bħal dak għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed) l-opportunitajiet tas-sajd ma setgħux jiġu stabbiliti fl-istess livell. Il-punt tal-perjodu magħluq għas-sajd jista’ jvarja, jiddependi fuq l-istat tal-istokk kif ivvalutat mill-parir xjentifiku.

2021/0292 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 jeħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni li jqisu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, meta rilevanti, ir-rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, kif ukoll pariri mogħtija minn Kunsilli Konsultattivi stabbiliti għaż-żoni ġeografiċi jew l-oqsma ta’ kompetenza u rakkomandazzjonijiet konġunti li jsiru mill-Istati Membri.

(2)Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, li jinkludu ċerti kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, kif xieraq. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li jiżguraw stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew żona tas-sajd. 

(3)L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-objettiv tal-PKS huwa li, fejn possibbli, sal-2015 tinkiseb ir-rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli (“MSY”) u, b’mod progressiv u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha.

(4)Għalhekk, jenħtieġ li l-qabdiet totali permissibbli (“TACs”) jiġu stabbiliti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fir-rigward tal-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati espressi waqt il-konsultazzjoni.

(5)L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawk il-pjanijiet.

(6)Il-pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 u daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2019 (“il-pjan”). Il-pjan għandu l-għan li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirkupra l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY.

(7)F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ffissati b’mod li jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tar-Rendiment Massimu Sostenibbli fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 fejn possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu espressi f’termini tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli u li dawn jiġu ffissati f’konformità mar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

(8)Għaldaqstant, jenħtieġ li għall-2022, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jitnaqqas b’pm % meta mqabbel mal-linja bażi, li għandu jitnaqqas mill-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit għall-2021 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 5 .

(9)Fit-42 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (“GFCM”) adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/1 li tistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni għas-sallura (Anguilla anguilla) fil-Baħar Mediterran (fis-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 27 tal-GFCM). Dawk il-miżuri jinkludu limiti ta’ qbid jew ta’ sforz u perjodu annwali magħluq għas-sajd ta’ tliet xhur konsekuttivi li kull Stat Membru jrid jiddefinixxi f’konformità mal-objettivi ta’ konservazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 6 , mal-pjan jew il-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni għas-sallura u max-xejriet temporali tal-migrazzjoni tas-sallura fl-Istat Membru. Fejn il-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni li jirriżultaw fi tnaqqis ta’ sforz jew ta’ qbid ta’ mill-inqas 30 % kienu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni, jenħtieġ li l-limiti ta’ qbid jew ta’ sforz tas-sajd diġà stabbiliti u implimentati ma jinqabżux. F’konformità ma’ dik ir-Rakkomandazzjoni, jenħtieġ li l-perjodu magħluq għas-sajd japplika għall-ibħra kollha tal-Mediterran u għall-ilmijiet salmastri bħall-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni. Il-perjodu magħluq għas-sajd huwa marbut mal-opportunitajiet tas-sajd mil-lat funzjonali, peress, li mingħajru fis-seħħ, jenħtieġ li l-livelli tal-qabdiet jew tal-isforzi tas-sajd jitnaqqsu biex jiġi żgurat l-irkupru tal-istokk. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(10)[Spazju riżervat għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku.]

(11)Fit-42 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2018, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/3 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli bix-xbieki tat-tkarkir li jimmira għall-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Levant (is-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM), li introduċiet [l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress f’] numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(12)Fit-42 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2018, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli bix-xbieki tat-tkarkir li jimmira għall-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Jonju (is-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM), li introduċiet [l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress f’] numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(13)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/6 dwar miżuri ta’ ġestjoni għas-sajd sostenibbli bix-xbieki tat-tkarkir li jimmira għall-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u għall-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 tal-GFCM), li introduċiet [l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress f’] numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(14)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli għall-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM), li introduċiet reġim ta’ sforz tas-sajd u limitu massimu għall-kapaċità tal-flotta għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(15)Filwaqt li jitqiesu l-partikularitajiet tal-flotta Slovena u l-impatt marġinali tagħhom fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar u fuq l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, huwa xieraq li jiġu ppreżervati x-xejriet tas-sajd eżistenti u li jiġi żgurat l-aċċess mill-flotta Slovena għal kwantità minima ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar u għal kwota minima tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ.

(16)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/4 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-isfruttar sostenibbli tal-qroll aħmar (Corallium rubrum) fil-Baħar Mediterran (is-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 27 tal-GFCM), li introduċiet l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress b’numru massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd, u limiti tal-ħsad għall-qroll aħmar. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(17)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/2 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 3 tal-GFCM), li introduċiet limitu ta’ qabdiet u ta’ sforz abbażi tal-livell medju awtorizzat u eżerċitat fuq il-perjodu 2010–2015. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(18)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/1 dwar sett ta’ miżuri ta’ ġestjoni għall-użu ta’ rkaptu ankrat biex jinġema’ l-ħut fis-sajd għal-lampuki (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM), li introduċiet [l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress f’] numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-lampuki. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(19)Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM). Dik ir-rakkomandazzjoni introduċiet il-Qabdiet Totali Permissibbli (TAC) reġjonali aġġornata u skema ta’ allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali, kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni ulterjuri, b’mod partikolari perjodu ta’ xahrejn magħluq għas-sajd u restrizzjoni fuq il-jiem tas-sajd ta’ 180 jum fis-sena. Dawn il-miżuri addizzjonali huma marbuta mil-lat funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd, peress li mingħajr dawk il-miżuri fis-seħħ, jenħtieġ li l-livell tat-TAC jitnaqqas biex jiġi żgurat l-irkupru tiegħu. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni.

(20)F’konformità mal-parir xjentifiku mogħti mill-GFCM, jeħtieġ jinżamm il-livell attwali ta’ mortalità mis-sajd biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed. Għalhekk huwa xieraq li tkompli tiġi stabbilita kwota awtonoma għal dak l-istokk.

(21)Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi, u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet li jkunu ngħataw waqt il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(22)L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 7 , u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 34 ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ jiġu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri jridu jużaw meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament.

(23)L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 li jimplimentaw ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fil-GFCM.

(24)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 9 introduċa kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni tat-TACs minn sena għall-oħra li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi skont l-Artikolu 3 u 4 tiegħu. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiġu ffissati t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari abbażi tal-istat bijoloġiku tal-istokkijiet. Iktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal il-mekkaniżmu tal-flessibbiltà ta’ sena b’sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu ta’ ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, li xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u li twassal biex l-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet jiddeterjora, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss meta ma tintużax il-flessibbiltà ta’ sena b’sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(25)Biex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2022. Għal raġunijiet ta’ urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara li jiġi ppubblikat.

(26)Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jintużaw f’konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut.

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jisfruttaw l-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:

(a)is-sallura (Anguilla anguilla), il-qroll aħmar (Corallium rubrun) u l-lampuki (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(b);

(b)il-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-qawwi (Mullus barbatus) fil-Punent tal-Baħar Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(c);

(c)l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardina (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);

(d)il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), u t-trilja tal-qawwi (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);

(e)il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta’ Sqallija kif iddefinit fl-Artikolu 4(e), fil-Baħar Jonju kif iddefinit fl-Artikolu 4(f) u fil-Baħar Levant kif iddefinit fl-Artikolu 4(g);

(f)il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(h);

(g)il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed, kif iddefinit fl-Artikolu 4(i).

2.Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sajd rikreattiv meta dan jissemma b’mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Artikolu 3
Definizzjonijiet 

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-ebda Stat;

(a)“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport;

(b)“qabdiet totali permissibbli” (TAC) tfisser:

(i)fis-sajd soġġett għall-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-kwantità ta’ ħut li tista’ tinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(ii)fis-sajd l-ieħor kollu, il-kwantità ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk fuq perjodu ta’ sena;

(c)“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;

(d)“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu fuq il-qbid allokat b’mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni meta ma jkunx hemm qbil dwar TAC;

(e)“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika;

(f)“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, ibbażata fuq data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li r-rieżami xjentifiku jkun indika li hija ta’ kwalità tajba biżżejjed biex abbażi tagħha jingħataw pariri xjentifiċi dwar l-għażliet għall-qabdiet fil-ġejjieni.

(g)“irkaptu biex jinġema’ l-ħut” jew “FAD” tfisser kull tagħmir ankrat li jżomm fil-wiċċ tal-baħar bl-iskop li jattira l-ħut”.

Artikolu 4
Żoni tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

(a)“Is-subżoni ġeografiċi tal-GFCM” tfisser iż-żoni ddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 ;

(b)“Il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(c)“il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(d)“il-Baħar Adrijatiku” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(e)“il-Fliegu ta’ Sqallija” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16, tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(f)“il-Baħar Jonju” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(g)“il-Baħar Levant” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(h)“il-Baħar Alboran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 3 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(i)“il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet tas-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

TITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

KAPITOLU I
Il-Baħar Mediterran

Artikolu 5
Sallura

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu s-sallura (Anguilla anguilla), jiġifieri sajd immirat, inċidentali u rikreattiv, fl-ilmijiet kollha tal-Baħar Mediterran, inklużi l-ilmijiet ħelwin u salmastri ta’ tranżizzjoni, bħal laguni u estwarji.

2.Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu għas-sallura fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran għal perjodu ta’ tliet xhur konsekuttivi li jridu jiġu determinati minn kull Stat Membru. Il-perjodu magħluq għas-sajd għandu jkun konsistenti mal-objettivi ta’ konservazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1100/2007, mal-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni li jkunu fis-seħħ u max-xejriet temporali tal-migrazzjoni tas-sallura fl-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-perjodu stabbilit sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma jidħol fis-seħħ il-perjodu magħluq għas-sajd u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2022.

3.L-Istati Membri ma għandhomx jaqbżu l-livell massimu ta’ qabdiet jew ta’ sforz tas-sajd tas-sallura stabbiliti u implimentati permezz tal-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali tagħhom, adottati f’konformità mal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament 1100/2007.

Artikolu 6
Qroll aħmar

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni għall-ħsad tal-qroll aħmar (Corallium rubrum), jiġifieri sajd immirat u rikreattiv fil-Baħar Mediterran.

2.Għas-sajd immirat, in-numru massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-kwantitajiet massimi ta’ stokkijiet tal-qroll aħmar maħsuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-attivitajiet ta’ ħsad tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-livelli stabbiliti fl-Anness I.

3.Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma soġġetti għall-paragrafu 2 għandhom ikunu pprojbiti milli jittrasbordaw qroll aħmar fuq il-baħar.

4.Għas-sajd rikreattiv, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu l-qabda u ż-żamma abbord, it-trasbord jew il-ħatt l-art tal-qroll aħmar.

Artikolu 7
Lampuki

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kummerċjali kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu biex jinġema’ l-ħut għall-qbid tal-lampuki (Coryphaena hippurus), fl-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.

2.In-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għal-lampuki huwa stabbilit fl-Anness II

KAPITOLU II
Il-Punent tal-Baħar Mediterran

Artikolu 8
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/1022, fil-Punent tal-Baħar Mediterran.

2.L-isforz tas-sajd massimu permissibbli huwa stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

Artikolu 9
Trażmissjoni tad-data

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-data dwar l-isforz tas-sajd u jibagħtuha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

Meta tiġi sottomessa d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness III.

KAPITOLU III
Il-Baħar Adrijatiku

Artikolu 10 
[Spazju riżervat għal stokkijiet pelaġiċi żgħar] 

Artikolu 11
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku.

2.L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ u l-kapaċità massima tal-flotta fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness IV.

3.L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 12
Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet li jkunu qabdu skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness IV.

KAPITOLU IV
Il-Baħar Jonju, il-Baħar Levant u l-Fliegu ta’ Sqallija

Artikolu 13

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu blu u aħmar (Aristeus antennatus), fil-Baħar Jonju, fil-Baħar Levant u fil-Fliegu ta’ Sqallija.

2.In-numru massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet ta’ ħut tal-qiegħ huwa stabbilit fl-Anness V.

KAPITOLU V
Il-Baħar Alboran

Artikolu 14

1.Dan l-Artikolu japplika għas-sajd kummerċjali bil-konz u bix-xlief minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran.

2.Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VI.

KAPITOLU VI
Il-Baħar l-Iswed

Artikolu 15
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar l-Iswed.

2.Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla, l-allokazzjoni tat-tali kwota fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom mil-lat funzjonali, meta dan ikun xieraq, huma stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 16
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali

1.Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed.

2.It-TAC għall-barbun imperjali applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed u l-allokazzjoni tat-tali TAC fost l-Istati Membri, kif ukoll il-kundizzjonijiet marbutin magħhom mil-lat funzjonali, meta dan ikun xieraq, huma stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 17
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu għall-barbun imperjali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16 ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta’ sajd fis-sena, irrispettivament mit-tul totali tagħhom.

Artikolu 18
Perjodu magħluq għas-sajd għall-barbun imperjali

Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu kull attività tas-sajd, inkluż it-trasbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ tal-barbun imperjali, fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed

1.L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-affarijiet li ġejjin:

(a)għall-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)għat-tnaqqis u għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; u

(c)għat-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta’ sena b’sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 20
Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jissottomettu d-data lill-Kummissjoni marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-laċċa kaħla u tal-barbun imperjali li jkunu qabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness VII.

TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44).
(2)    COM(2018) 143 final
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(4)    Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1).
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.01.2021, p. 1-19).
(6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17).
(7)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(8)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44).
(9)    Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p.44).

Brussell, 17.9.2021

COM(2021) 548 final

ANNESSI

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022






ANNESS I

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA’ ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-GFCM GĦALL-QROLL AĦMAR FIL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu n-numru massimu permissibbli ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u ta’ qabdiet tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Corallium rubrum

COL

Qroll aħmar

  

Tabella 1. Numru massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd 1  

Stati Membri

Qroll aħmar

COL

Il-Greċja

12

Spanja

0 ( 2 )

Franza

32

Il-Kroazja

28

L-Italja

40

Tabella 2. Il-livell massimu ta’ kwantitajiet maħsuda espressi f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Qroll aħmar

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Mediterran — GSA 1-27

Corallium rubrum

COL/GF1-27

Il-Greċja

1 844

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Spanja

0 (*)

Franza

1 400

Il-Kroazja

1 226

L-Italja

1 378

L-Unjoni

5 848

TAC

Mhix rilevanti /Ma hemmx qbil dwarha

ANNESS II

L-ISFORZ TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-LAMPUKI FIL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabella f’dan l-Anness tistabbilixxi n-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għal-lampuki fl-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-ilmijiet internazzjonali tal-Baħar Mediterran.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Coryphaena hippurus

DOL

Lampuka

Numru massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti li joperaw f’ilmijiet internazzjonali 3

Stat Membru

Lampuka DOL

L-Italja

797

Malta

130

ANNESS III

L-ISFORZ TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET TAL-ĦUT TAL-QIEGĦ FIL-PUNENT TAL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/1022, u skont it-tul totali tal-bastimenti għat-tipi ta’ bastimenti tat-tkarkir kollha 41 li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran.

L-isforzi tas-sajd massimi permissibbli kollha stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu blu u aħmar

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’jiem tas-sajd

(a) Il-Baħar Alboran, il-Gżejjer Baleariċi, it-Tramuntana ta’ Spanja u l-Golf tal-Iljuni (is-subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fil-GSAs 1, 5, 6 u 7; Il-merluzz fil-GSAs 1, 5, 6 u 7; Il-gamblu abjad fil-GSAs 1, 5 u 6; L-iskampu fil-GSAs 5 u 6.

< 12 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR1

≥ 12 m u < 18 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR2

≥ 18 m u < 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR3

≥ 24 metru

pm

pm

pm

EFF1/MED1_TR4

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

Il-gamblu blu u aħmar fil-GSAs 1, 5, 6 u 7.

< 12 m

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR1

≥ 12 m u < 18 m

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR2

≥ 18 m u < 24 m

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR3

≥ 24 metru

pm

pm

pm

EFF2/MED1_TR4

(b) Il-Gżira ta’ Korsika, il-Baħar Ligurjan, il-Baħar Tirren u l-Gżira ta’ Sardinja (GSAs 8-9-10-11)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fil-GSAs 9, 10 u 11; Il-merluzz fil-GSAs 9, 10 u 11; Il-gamblu abjad fil-GSAs 9, 10 u 11; L-iskampu fil-GSAs 9 u 10.

< 12 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR1

≥ 12 m u < 18 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR2

≥ 18 m u < 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR3

≥ 24 m

pm

pm

pm

EFF1/MED2_TR4

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

Il-gamblu aħmar kbir fil-GSAs 9, 10 u 11.

< 12 m

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR1

≥ 12 m u < 18 m

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR2

≥ 18 m u < 24 m

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR3

≥ 24 m

pm

pm

pm

EFF2/MED2_TR4

ANNESS IV

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta’ sforz tal-bastimenti u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn ikun xieraq, kif ukoll in-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati jistadu speċi pelaġiċi żgħar.

L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (GSAs).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Engraulis encrasicolus

ANE

Inċova

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

Sardina pilchardus

PIL

Sardina

Solea solea

SOL

Lingwata komuni

1.[Spazju riżervat għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar — GSAs 17 u 18]

2.L-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ — GSAs 17 u 18

L-isforz massimu permissibbli tas-sajd (f’jiem tas-sajd) skont it-tipi ta’ xbieki tat-tkarkir li jistadu għal stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-GSAs 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku).

Jiem tas-sajd 2022

Tip ta’ rkaptu

Żona ġeografika

Stokkijiet ikkonċernati

Tul totali tal-bastimenti

Kodiċi tal-grupp tal-isforz

L-ITALJA

IL-KROAZJA

IS-SLOVENJA٭

Ix-xbieki tat-tkarkir (OTB)

Is-subżoni 17-18 tal-GFCM

Trilja tal-ħama; Merluzz; Gamblu abjad, u skampu

< 12 m

EFF/MED3_OTB_TR1

pm

pm

≥ 12 m u < 18 m

EFF/MED3_OTB_TR2

pm

pm

≥ 18 m u < 24 m

EFF/MED3_OTB_TR3

pm

pm

≥ 24 m

EFF/MED3_OTB_TR4

pm

pm

Ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB)

Is-subżona 17 tal-GFCM

Lingwata komuni

< 12 m

EFF/MED3_TBB_TR1

pm

≥ 12 m u < 18 m

EFF/MED3_TBB_TR2

pm

≥ 18 m u < 24 m

EFF/MED3_TBB_TR3

pm

≥ 24 m

EFF/MED3_TBB_TR4

pm

(٭) Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Slovenja li joperaw bi rkaptu tal-OTB fil-GSA 17 ma għandhomx jaqbżu l-limitu tal-isforz ta’ 3 000 jum tas-sajd fis-sena.

Il-kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ u tal-bastimenti bi xbieki tat-tkarkir bi travu awtorizzati għas-sajd tal-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ.

Stat Membru

Irkaptu

Numru ta’ bastimenti

kW

GT

Il-Kroazja

OTB

495

79 867,99

13 267,99

L-Italja

OTB-TBB

1 363

260 618,37

47 148

Is-Slovenja (*)

OTB

11

1 813,00

168,67

(*) Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 9(c) u 28 ta’ GFCM/43/2019/5 ma għandhomx japplikaw għall-flotot nazzjonali li joperaw bl-OTB u li jistadu għal inqas minn 1 000 jum matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 9(c). Il-kapaċità tas-sajd tal-flotta attiva li topera bl-OTB ma għandhiex tiżdied b’aktar minn 50 % fir-rigward tal-perjodu ta’ referenza.



ANNESS V

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR JONJU, FIL-BAĦAR LEVANT U FIL-FLIEGU TA’ SQALLIJA

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu n-numru massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Jonju, fil-Baħar Levantin u fil-Fliegu ta’ Sqallija.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku     Kodiċi alfa-3     Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu blu u aħmar

(a) Numru massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati fil-Baħar Jonju (il-GSAs 19-20-21)

Stat Membru

Gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-GSAs 19, 20 u 21

Gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-GSAs 19, 20 u 21

Il-Greċja

263

263

L-Italja

410

410

Malta

15

15

(b)  Numru massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu fil-Baħar Levantin (GSAs 24-25-26-27)

Stat Membru

Gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-GSAs 24-25-26-27

Gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-GSAs 24-25-26-27

L-Italja

80

80

Ċipru

6

6

(c) Numru massimu ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu fil-Fliegu ta’ Sqallija (GSAs 12-13-14-15-16)

Stat Membru

Gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-GSAs 12-13-14-15-16

Gamblu blu u aħmar fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-GSAs 12-13-14-15-16

Spanja

2

2

L-Italja

320

320

Ċipru

1

1

Malta

15

15

ANNESS VI

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ALBORAN

Il-livell massimu ta’ qabdiet li jitwettqu bil-konzijiet u bil-lettijiet espressi f’tunnellati ta’ piż ħaj

Speċi:

Paġella ħamra

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar Alboran - GSA 1-3

Pagellus bogaraveo

SBR/GF1-3

Spanja

225

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Unjoni

225

TAC

Mhix rilevanti /Ma hemmx qbil dwarha

ANNESS VII

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, mogħtija f’tunnellati ta’ piż ħaj, skont l-istokk u, fejn ikun xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali.

L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM (“GSAs”).

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla

Scophthalmus maximus

TUR

Barbun imperjali

Speċi:

Laċċa kaħla

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed — GSA 29

Sprattus sprattus

(SPR/F3742C)

Il-Bulgarija

8 032,50

Kwota analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Ir-Rumanija

3 442,50

L-Unjoni

11 475

TAC

Mhix rilevanti /Ma hemmx qbil dwarha



Speċi:

Barbun imperjali

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed — GSA 29

Scophthalmus maximus

(TUR/F3742C)

Il-Bulgarija

75

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Ir-Rumanija

75

L-Unjoni

150

(*)

TAC

857

_________

(*)    Mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2021 ma għandha tkun permessa l-ebda attività tas-sajd, inklużi t-trasbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ. 

(1)    Li jirrappreżenta in-numru ta’ bastimenti u/jew bugħaddasa, jew l-abbinament ta’ għaddas wieħed ma’ bastiment wieħed, awtorizzati biex jiġbru l-qroll aħmar.
(2)    Skont il-projbizzjoni temporanja għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilita fl-ilmijiet Spanjoli.
(3)    Din il-kwota tista’ tiġi mistada biss bejn il-15 ta’ Awwissu u l-31 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mar-Regolament (UE) 1343/2011.
(4) 1 TBB, OTB, PTB, TBN, TBS, TB, OTM, PTM, TMS, TM, OTT, OT, PT, TX, OTP, TSP.