Brussell, 12.8.2021

COM(2021) 477 final

2021/0270(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1091 fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont il-qafas finanzjarju 2021-2027

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 1 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli jeżiġi li l-Istati Membri jwettqu stħarriġiet integrati tal-azjendi agrikoli fl-2020, fl-2023 u fl-2026.

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 jistabbilixxi l-pakkett finanzjarju (jiġifieri l-allokazzjoni tal-baġit) għall-perjodu kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) rilevanti. Dan jinkludi dispożizzjoni li tistabbilixxi l-baġit għall-ġbir tad-data għall-istħarriġiet li jridu jsiru fl-2023 u fl-2026. L-Artikolu 14 tiegħu jiddikjara li wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-QFP 2021-2027, l-ammont għall-perjodu ta’ wara l-2020 jenħtieġ jiġi ffissat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill bi proposta tal-Kummissjoni.

Ir-referenza finanzjarja ta’ din il-proposta hija r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 2 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2021-2027.

L-Istati Membri jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ 75 % tal-kostijiet eliġibbli mill-UE (soġġetta għal ammonti massimi definiti indikati fl-Artikolu 13(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2018/1091) b’rabta mal-kost biex isiru l-istħarriġiet. L-ammont għall-perjodu ta’ wara l-2020 jenħtieġ jiġi stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-QFP.

Din il-proposta leġiżlattiva tistabbilixxi baġit ta’ EUR 40 000 000,00 għall-2021-2027 (li EUR 36 400 000,00 minnhom huma allokati għal għotjiet lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra).

Skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (UE) 2018/1091, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għall-għotjiet imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 13 jenħtieġ tingħata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija skont il-punt (d) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jew ir-Regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-istatistika trid tkun affidabbli u ta’ kwalità għolja biex dawk li jfasslu l-politika, in-negozji u l-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet xierqa bbażati fuq l-evidenza.

L-istrateġija tal-istatistika agrikola għall-2020 tinkludi l-objettivi ewlenin li ġejjin:

·il-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti b’mod effiċjenti u effettiv; u

·it-titjib tal-armonizzazzjoni u l-koerenza tal-istatistika agrikola Ewropea.

Din il-proposta tindirizza dawn l-objettivi direttament.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Id-disponibbiltà ta’ statistika ta’ kwalità li tappoġġa l-politiki Ewropej hija objettiv ewlieni tal-istatistika Ewropea skont il-programm tas-suq uniku 3 . L-istatistika ambjentali u agrikola huma wieħed minn tliet oqsma tal-ġbir tal-istatistika permezz tal-programm. Hija meħtieġa wkoll data fil-ħin u rilevanti għall-politika agrikola komuni (PAK).

Din l-inizjattiva timplimenta dak l-objettiv għall-perjodu 2021-2026.

Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika Agrikola se tikkontribwixxi wkoll għal mill-inqas tnejn mis-sitt prijoritajiet tal-Kummissjoni von der Leyen, jiġifieri:

·Patt Ekoloġiku Ewropew bl-istrateġiji sottostanti mill-għalqa sal-platt u l-bijodiversità; u

·ekonomija li taħdem għan-nies

billi tipprovdi data aħjar għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tas-settur li jkopri l-ambjent, in-nies, ir-reġjuni u l-ekonomija. L-istatistika agrikola hija siewja wkoll għal prijoritajiet oħra tal-UE jew tal-Istati Membri li jaffettwaw l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, jew li huma affettwati minnhom.

Il-politiki tal-UE jeħtieġu l-appoġġ ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali, territorjali u ambjentali madwar l-UE. L-istatistika Ewropea tista’ tgħin ukoll lill-pubbliku ġenerali jifhem u jipparteċipa fil-proċess demokratiku u jiddibatti l-istat attwali u l-futur tal-UE. Għal statistika agrikola, l-enfasi qed issir fuq il-forniment ta’ data fil-ħin u rilevanti għall-ħtiġijiet tal-PAK, il-politika komuni tas-sajd, u l-politiki relatati mal-ambjent, is-sigurtà tal-ikel u t-trattament xieraq tal-annimali.

L-istatistika agrikola tipprovdi evidenza statistika ta’ kwalità għolja għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-PAK. Il-PAK hija mutur ewlieni għall-impjiegi u għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni. Il-politika tal-iżvilupp rurali – parti integrali mill-PAK – għandha l-għan li ttejjeb il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola, apparti l-objettivi soċjali tagħha. Tul il-perjodu tal-QFP 2014-2020, il-PAK kienet tirrappreżenta aktar minn 37% tal-baġit totali tal-UE.

L-istatistika agrikola hija meħtieġa dejjem aktar ukoll għal politiki ewlenin oħra tal-UE bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-politiki ambjentali u dwar it-tibdil fil-klima, u l-politiki kummerċjali, soċjali u reġjonali.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 338 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi l-bażi ġuridika għall-istatistika Ewropea. Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw miżuri għall-produzzjoni ta’ statistika skont il-ħtieġa biex l-UE taqdi r-rwol tagħha. L-Artikolu 338 jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-istatistika Ewropea, u jiddikjara li din trid tkun konformi mal-istandards tal-imparzjalità, tal-affidabbiltà, tal-oġġettività, tal-indipendenza xjentifika, tal-kosteffettività u tal-kunfidenzjalità statistika. Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 jistabbilixxi qafas legali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea.

Sussidjarjetà (għall-kompetenzi mhux esklużivi) 

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika għax il-proposta mhix fil-kompetenza esklużiva tal-UE. Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) tipprovdi infrastruttura għall-informazzjoni statistika. Is-sistema hija ddisinjata biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ utenti multipli u biex tappoġġa l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’soċjetajiet demokratiċi. Il-proposta għal dan ir-Regolament ġiet abbozzata biex tipproteġi l-attivitajiet ewlenin tas-sħab tal-ESS filwaqt li tiżgura u tassigura aħjar il-kwalità u l-komparabbiltà tal-istatistika agrikola.

Il-kriterji ewlenin għad-data statistika jinkludu l-konsistenza u l-komparabbiltà. L-Istati Membri ma jistgħux jiksbu l-konsistenza u l-komparabbiltà meħtieġa mingħajr qafas Ewropew ċar, jiġifieri mingħajr leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi l-kunċetti statistiċi komuni, il-formati tar-rapportar u r-rekwiżiti tal-kwalità. Ir-rekwiżit tal-komparabbiltà huwa importanti b’mod partikolari għall-istatistika agrikola minħabba l-PAK.

L-objettivi ma jistgħux jinkisbu għalkollox mill-Istati Membri waħedhom. L-azzjoni tkun aktar effettiva jekk tittieħed fil-livell tal-UE, abbażi ta’ att legali tal-UE li jiżgura l-komparabbiltà tal-informazzjoni statistika fl-oqsma tal-istatistika koperti mill-att propost. Fil-frattemp, l-aħjar mod kif isir il-ġbir innifsu tad-data huwa mill-Istati Membri.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità, fid-dawl ta’ dan li ġej:

Se tiżgura l-kwalità u l-komparabbiltà tal-istatistika agrikola Ewropea miġbura u kkompilata bl-applikazzjoni tal-istess prinċipji fost l-Istati Membri. Bl-istess mod, se tiżgura li l-istatistika agrikola Ewropea tibqa’ rilevanti u tkun adattata biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti. Ir-Regolament se jagħmel il-produzzjoni tal-istatistika aktar kosteffettiva filwaqt li jirrispetta l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistemi tal-Istati Membri.

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-Regolament propost jillimita ruħu għall-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tiegħu u ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ għal dak il-għan.

Għażla tal-istrument

L-istrument propost: Regolament.

Minħabba l-objettivi u l-kontenut tal-proposta, emenda tar-Regolament eżistenti hija l-aktar strument xieraq.

Politiki ewlenin tal-UE bħall-PAK jiddependu fuq statistika agrikola komparabbli, armonizzata u ta’ kwalità għolja fil-livell Ewropew. Dawn jistgħu jiġu żgurati bl-aħjar mod b’Regolamenti li jkunu applikabbli direttament fl-Istati Membri u ma hemmx bżonn li l-ewwel jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali. L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1091 diġà jipprovdi għal emenda.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika Agrikola għall-istrateġija tal-istatistika agrikola għall-2020 u lil hinn (SWD(2017) 96 final) indikat il-ħtieġa ta’ approċċ aktar sistematiku f’dan il-qasam.

L-evalwazzjoni tas-sistema tal-istatistika agrikola wriet li:

·Il-leġiżlazzjoni attwali dwar l-istatistika agrikola ma tissodisfax b’mod adegwat il-ħtiġijiet ġodda u emerġenti tad-data għax din l-istatistika mhix inkluża bħala rekwiżit fl-atti legali. Barra minn hekk, l-atti mhumiex flessibbli u integrati biżżejjed biex jissodisfaw minnufih il-ħtiġijiet emerġenti.

·Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika Agrikola mhix flessibbli biżżejjed u ma tissodisfax malajr biżżejjed il-ħtiġijiet emerġenti. Parzjalment, dan jiġri minħabba n-natura tal-ġbir tal-istatistika, iżda anki minħabba l-mod kif ġew stabbiliti r-regolamenti, u n-nuqqas ta’ riżorsi baġitarji u umani.

·Il-ġbir tad-data mhux armonizzat jew koerenti biżżejjed. Dan qed jiġri għax qed ifeġġu ħtiġijiet ġodda tad-data, il-leġiżlazzjoni ġiet żviluppata b’mod separat fuq medda twila ta’ snin, u d-definizzjonijiet u l-kunċetti jvarjaw kemxejn bejn iż-żoni agrikoli.

·L-istatistika tista’ tiġi ġġenerata b’mod aktar effiċjenti jekk il-leġiżlazzjoni tiġi adattata biex tkun tiġbor diversi sorsi tal-informazzjoni u jekk l-Istati Membri jadattaw għat-teknoloġija moderna.

Bħala parti mit-tħejjija tar-Regolament (UE) 2018/1091 saret konsultazzjoni pubblika u r-riżultati ngħataw fid-dettall f’rapport speċifiku 5 .

L-istrateġija relatata dwar l-istatistika agrikola tikkonkludi li l-istatistika agrikola trid titfassal u tiffunzjona bħala sistema, bi qbil sħiħ bejn il-partijiet tad-data ħalli l-output ikun aktar sinifikanti minn sempliċiment l-għadd tagħhom f’daqqa. L-istatistika agrikola jeħtieġ taqbel bla xkiel ukoll mal-ESS kollha, u s-sorsi tad-data jridu jiġu diversifikati b’sorsi oħra tad-data li jintużaw meta possibbli. It-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni u teknoloġiji ġodda oħra (eż. il-Big Data u innovazzjonijiet ibbażati fuq ir-riċerka) iridu jiġu integrati fil-ġbir tad-data, u l-effettività u l-effiċjenza tal-metodi tal-ġbir tad-data jridu jiġu vvalutati skont il-ħtiġijiet tad-data u l-kriterji tal-kwalità, u jenħtieġ tispiċċa l-kompartimentalizzazzjoni eżistenti.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Eurostat jiżviluppa, jipproduċi u jxerred statistika agrikola Ewropea bis-saħħa ta’ kooperazzjoni mill-qrib, ikkoordinata u regolari fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u bil-ħidma mill-qrib twila tiegħu mal-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs) u awtoritajiet rilevanti oħra.

B’mod ġenerali, u f’konformità mal-istrateġija tal-istatistika agrikola għall-2020 u lil hinn, il-gruppi u l-individwi ewlenin ikkonċernati mill-istatistika agrikola Ewropea jew involuti fiha huma: il-produtturi tad-data (l-NSIs, awtoritajiet nazzjonali oħra u l-Eurostat); ir-rispondenti (il-bdiewa, l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u n-negozji); u l-utenti (dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet pubbliċi u privati, b’mod partikolari dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, riċerkaturi u ġurnalisti). Dawn il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati b’mod estensiv dwar id-diffikultajiet li jġarrbu, il-bidliet li jipproponu, il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tad-data tagħhom, is-soluzzjonijiet ta’ politika possibbli, l-impatti tal-azzjonijiet suġġeriti, u dwar l-istrateġija nnifisha.

Il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati nkisbu waqt laqgħat u seminars tal-Kumitat Permanenti dwar Statistika Agrikola (KPSA) u s-suċċessur tiegħu, il-Grupp tad-Diretturi għall-Istatistika Agrikola (DGAS) (għad-diretturi tal-istatistika agrikola) li jagħtu widen ta’ spiss għall-fehmiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ta’ organizzazzjonijiet tal-bdiewa, waqt laqgħat tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (għad-diretturi ġenerali tal-NSIs), u permezz ta’ konsultazzjonijiet u seduti skedati b’mod regolari (għad-dipartimenti tal-Kummissjoni).

Ir-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet tqiesu fl-evalwazzjoni msemmija hawn fuq.

Barra minn hekk, saret konsultazzjoni ta’ 4 ġimgħat dwar il-pjan direzzjonali għall-proposta fuq il-paġna web tal-Kummissjoni Ewropea “Semma’ Leħnek”.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Sabiex iħejji r-Regolament (UE) 2018/1091, il-Eurostat kellu diskussjonijiet estensivi dwar il-kontenut tal-proposta mal-NSIs fil-gruppi ta’ esperti rilevanti, inkluż fil-livell tad-diretturi.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-istrateġija tal-istatistika agrikola għall-2020 u lil hinn ( SWD (2016) 430 ), li l-istatistika integrata agrikola tagħmel parti minnha, kisbet opinjoni favorevoli tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju 6 .

Il-leġiżlazzjoni statistika tikkonċerna primarjament lill-utenti tad-data fil-livell amministrattiv (eż. id-dipartimenti ta’ politika tal-Kummissjoni), lill-produtturi tad-data (l-NSIs), u lir-rispondenti tad-data (il-bdiewa), u għalhekk l-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali diretti tagħha huma limitati. Il-kostijiet diretti ewlenin għall-partijiet ikkonċernati huma relatati mal-adattament għal sistemi statistiċi u tekniċi ġodda. Fit‑terminu medju sa twil, il-miżuri ta’ modernizzazzjoni kienu mistennija jnaqqsu xi ftit il-piż amministrattiv kif ukoll il-kostijiet. Ħafna mill-iffrankar tal-kostijiet jinkiseb bir-rekwiżiti ta’ kopertura aktar baxxa tar-Regolament (UE) 2018/1091. Il-kost tal-ġbir tal-istatistika jrid jiġi peżat kontra l-benefiċċji soċjetali tagħha iżda anki kontra l-kost ta’ statistika ta’ kwalità baxxa jew xejn.

Idoneità u simplifikazzjoni regolatorja

Il-proposta hija parti mill-istrateġija tal-istatistika agrikola għall-2020 u lil hinn, programm ewlieni għall-immodernizzar tal-istatistika agrikola tal-UE ġġenerata mill-Kummissjoni Ewropea b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. L-istrateġija għandha l-appoġġ tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u hija parti mill-programm REFIT, bil-għan li tissimplifika u ttejjeb is-Sistema Ewropea tal-Istatistika Agrikola (EASS).

Din il-proposta tkopri l-finanzjament ta’ statistika integrata tal-azjendi agrikoli għall-2021-2027, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1091.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-impatt finanzjarju tal-proposta huwa għal żmien limitat, u jirreferi għall-kofinanzjament tal-ġbir tad-data dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli għall-perjodu 2021-2027 (l-eżerċizzji tal-ġbir tad-data tal-2023 u l-2026).

L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1091 jistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Din il-proposta tistabbilixxi baġit ta’ EUR 40 000 000,00 għall-2021-2027 (li 36 400 000,00 minnhom huma għall-għotjiet tal-NSIs).

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għall-għotjiet imsemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2018/1091 se tingħata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija skont il-punt (d) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jew skont ir-Regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet għall-implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtar

Ir-Regolament propost mistenni jiġi adottat mingħajr dewmien mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u l-Kummissjoni mistennija tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni ftit żmien wara. Ir-Regolament se jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha tal-UE mingħajr il-bżonn ta’ pjan ta’ implimentazzjoni.

L-Istati Membri se jkollhom jipprovdu d-data lill-Kummissjoni fl-2024 u fl-2027.

F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1091, il-Kummissjoni jenħtieġ li, wara konsultazzjoni mal-ESSC, tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-kisba tal-objettivi tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-emenda proposta tapplika għall-Artikoli 13(4)(5) u (7) u 14(1) tar-Regolament (UE) 2018/1091, li jistabbilixxu l-ammonti massimi li jridu jiġu assenjati lil kull Stat Membru u l-ammont u s-sors tal-pakkett finanzjarju għall-2021-2027.

2021/0270 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1091 fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont il-qafas finanzjarju 2021-2027

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 jipprevedi li l-Istati Membri jridu jiġbru u jipprovdu data strutturali ċentrali (“data ċentrali”) u data tal-moduli relatati mal-azjendi agrikoli fl-2023 u fl-2026.

(2)Biex jitwettqu l-istħarriġiet tal-istrutturi tal-azjendi agrikoli u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-Unjoni, hemm bżonn finanzjament konsiderevoli min-naħa tal-Istati Membri u tal-Unjoni.

(3)L-Istati Membri jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ 75 % mingħand l-Unjoni għall-kostijiet tal-ġabriet tad-data ċentrali u tad-data tal-modulu tal-2023 u l-2026, soġġetta għall-ammonti massimi speċifikati fir-Regolament (UE) 2018/1091.

(4)Ir-Regolament (UE) 2018/1091 jistabbilixxi l-pakkett finanzjarju għaż-żmien kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) rilevanti u jinkludi dispożizzjoni biex jiġi stabbilit l-ammont li jrid jingħata għal aktar ġbir tad-data skont il-QFP sussegwenti li jkopri l-istħarriġiet imwettqa fl-2023 u fl-2026.

(5)Dak il-QFP sussegwenti għas-snin 2021-2027 ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 8 .

(6)F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1091, l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont il-QFP 2021-2027 jenħtieġ jiġi stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, bi proposta tal-Kummissjoni wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093.

(7)L-ammont propost għall-2021-2027 jenħtieġ jiffinanzja l-istħarriġiet tal-istruttura tal-azjendi agrikoli mwettqa fl-2023 u fl-2026 biss, inkluż il-kostijiet relatati mal-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-bażijiet tad-data użati mill-Kummissjoni biex tipproċessa d-data tal-Istati Membri.

(8)Barra minn hekk, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, jixraq titħassar ir-referenza għal dak l-Istat Membru preċedenti.

(9)Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 ġie kkonsultat.

(10)Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/1091 jenħtieġ jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 huwa emendat kif ġej:

(1)L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-kostijiet miġbura flimkien tad-data ewlenija u l-ġabriet tad-data tal-modulu tal-2023 u l-2026, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun limitata għall-ammonti massimi speċifikati hawn taħt:”;

(ii)il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c) EUR 2 000 000 kull wieħed għall-Bulgarija, għall-Ġermanja, għall-Ungerija u għall-Portugall;”;

(b)il-paragrafu 5 jitħassar;

(c)il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘7. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-għotjiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija skont il-punt (d) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jew minn Regolament sussegwenti dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.”;

(2)fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘1. Il-pakkett finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-programm tal-ġabriet tad-data għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026, inkluż l-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-ġestjoni, iż-żamma u l-iżvilupp tas-sistemi tal-bażi tad-data użati fil-Kummissjoni biex tkun ipproċessata d-data fornuta mill-Istati Membri permezz ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun EUR 40 000 000 għall-perjodu 2021-2027, kopert bil-QFP 2021-2027.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Werrej

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Sussidjarjetà (għall-kompetenzi mhux esklużivi)

Proporzjonalità

Għażla tal-istrument

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Valutazzjoni tal-impatt

Idoneità u simplifikazzjoni regolatorja

Drittijiet fundamentali

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet għall-implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtar

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività akbar jew kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jirriżulta bl-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kienu jiksbu l-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-pagament u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1091 fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont il-qafas finanzjarju 2021-2027

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Il-Produzzjoni tal-Istatistika Ewropea.

Agrikoltura u żvilupp rurali.

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida segwita minn proġett pilota/azzjoni preparatorja 10  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar ma’ azzjoni oħra jew ridirezzjoni lejha/azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Din il-proposta leġiżlattiva tistabbilixxi baġit ta’ EUR 40 000 000,00 għall-2021-2027 (li EUR 36 400 000,00 minnhom huma għal għotjiet lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra).

L-istatistika trid tkun affidabbli u ta’ kwalità għolja biex dawk li jfasslu l-politika, in-negozji u l-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet xierqa bbażati fuq l-evidenza. Il-proposta attwali tindirizza żewġ objettivi tal-istrateġija tal-istatistika agrikola tal-2020:

il-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti b’mod effiċjenti u effettiv, u

it-titjib tal-armonizzazzjoni u l-koerenza tal-istatistika agrikola Ewropea

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru 1

tiffinanzja l-istħarriġiet tal-istruttura tal-azjendi agrikoli mwettqa fl-2023, inkluż il-kostijiet relatati mal-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-bażijiet tad-data użati mill-Kummissjoni biex tipproċessa d-data tal-Istati Membri għall-perjodu ta’ referenza tal-2023 u ttejjeb l-interoperabbiltà bejn l-IFS u l-FADN/FSDN

Objettiv speċifiku Nru 2

tiffinanzja l-istħarriġiet tal-istruttura tal-azjendi agrikoli mwettqa fl-2026, inkluż il-kostijiet relatati mal-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-bażijiet tad-data użati mill-Kummissjoni biex tipproċessa d-data tal-Istati Membri għall-perjodu ta’ referenza tal-2026 u ttejjeb l-interoperabbiltà bejn l-IFS u l-FADN/FSDN

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Impatt fuq l-istituti nazzjonali tal-istatistika u oħrajn: Il-leġiżlazzjoni statistika tikkonċerna primarjament lill-utenti tad-data fil-livell amministrattiv (eż. id-dipartimenti ta’ politika tal-Kummissjoni), lill-produtturi tad-data (l-NSIs), u lir-rispondenti tad-data (il-bdiewa), u għalhekk l-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali diretti tagħha huma limitati. Il-kostijiet diretti ewlenin għall-partijiet ikkonċernati huma relatati mal-adattament għal sistemi statistiċi u tekniċi ġodda. Fit-terminu medju sa twil, il-miżuri ta’ modernizzazzjoni mistennija jnaqqsu l-piż u l-kostijiet amministrattivi.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 jipprevedi li għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu data ċentrali u tal-modulu vvalidata u rapport tal-kwalità lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta’ referenza.

Barra minn hekk, sal-31 ta’ Diċembru 2024, wara konsultazzjoni mal-ESSC, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-Artikolu 18).

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li jiżdied l-appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri biex jiġbru d-data dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli, billi tiffissa l-pakkett finanzjarju għall-perjodu 2021-2027.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE li tappoġġa l-ġbir nazzjonali tad-data statistika agrikola mistennija tissokta f’livell u bi propozjon komparabbli mal-istatus quo fis-sistema l-ġdida, u l-infiq nazzjonali jenħtieġ ukoll ikun f’livell simili bħal dak tal-lum. Meta jiġu implimentati għalkollox, l-azzjonijiet ta’ tnaqqis tal-piż u tal-kost, u t-tnaqqis mistenni fl-għadd ta’ azjendi agrikoli (abbażi tax-xejriet osservati) jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-ħtieġa baġitarja għall-ġbir tad-data u għalhekk tnaqqis fil-baġit.

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità, il-komparabbiltà u l-koerenza tal-istatistika agrikola Ewropea biex dawk li jfasslu l-politika, in-negozji u l-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet xierqa bbażati fuq l-evidenza.

Dan ikopri l-istatistika strutturali agrikola u jieħu l-forma ta’ regolament qafas ewlieni u atti ta’ implimentazzjoni. Bħala Regolament, dan japplika direttament fl-Istati Membri tal-UE, filwaqt li l-atti ta’ implimentazzjoni jispeċifikaw listi u deskrizzjonijiet varjabbli u rekwiżiti metodoloġiċi. Kull Stat Membru se jintegra l-varjabbli u rekwiżiti oħra fil-bażijiet tad-data nazzjonali tiegħu, fil-kwestjonarji u fil-bqija hekk kif jiġu adottati l-atti.

Iċ-ċensiment agrikolu tal-2020 diġà qed isir. Il-ġbir tad-data għall-2023 qed jitħejja u warajh se jibda l-ġbir tad-data tal-2026.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eżempju, gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività akbar jew kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jirriżulta bl-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kienu jiksbu l-Istati Membri waħedhom.

Bl-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli (IFS), l-UE u l-Istati Membri tagħha se jkollhom statistika agrikola strutturali Ewropea ta’ kwalità għolja, komparabbli u koerenti li timponi piż aċċettabbli fuq ir-rispondenti tad-data u fuq il-produtturi tad-data meta mqabbla mal-benefiċċji tagħha. It-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza huwa kruċjali għas-suċċess ta’ politiki bħall-PAK, u huwa mutur importanti għall-impjiegi u għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-UE.

Il-leġiżlazzjoni statistika tikkonċerna primarjament lill-utenti tad-data fil-livell amministrattiv (eż. id-dipartimenti ta’ politika tal-Kummissjoni), lill-produtturi tad-data (l-istituti nazzjonali tal-istatistika), u lir-rispondenti tad-data (il-bdiewa), u għalhekk l-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali diretti tagħha huma limitati. Il-kostijiet diretti ewlenin għall-partijiet ikkonċernati huma relatati mal-adattament għal sistemi tal-istatistika, organizzazzjonali u tekniċi ġodda, iżda dawk il-kostijiet u l-piżijiet mistennija jħallsu lilhom infushom fi żmien medju u fit-tul bi tnaqqis fil-piż tal-ġbir tad-data u bil-kisba ta’ bosta effiċjenzi u ffrankar.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-istatistika agrikola Ewropea ilha pedament tal-PAK u ta’ ħafna politiki importanti oħra tal-UE għal għexieren ta’ snin. Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tfassal biex jissodisfa l-bidliet fl-agrikoltura u jirrimedja l-kwistjonijiet ewlenin identifikati fl-evalwazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika Agrikola (EASS). Il-kwistjonijiet identifikati kienu li:

1. il-leġiżlazzjoni ta’ qabel dwar l-istatistika agrikola ma kinitx taqdi kif xieraq il-ħtiġijiet ġodda u emerġenti tad-data;

2. l-EASS ma kinitx flessibbli biżżejjed u ma ssodisfatx malajr biżżejjed il-ħtiġijiet emerġenti;

3. l-eżerċizzji tal-ġbir tad-data ma kinux armonizzati jew koerenti biżżejjed;

4. il-produzzjoni tal-istatistika kienet nieqsa mill-effiċjenza;

5. il-piż tal-provvista tad-data tqies qawwi.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Ir-Regolament (UE) 2018/1091 huwa parti mill-istrateġija tal-istatistika agrikola tal-Eurostat għall-2020 u lil hinn, li trid tiġi kkumplimentata bi statistika dwar l-input u l-output agrikolu (SAIO) u b’Regolament aġġornat dwar il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura (KEA). It-tliet Regolamenti lkoll se jkollhom kamp ta’ applikazzjoni komuni u se jaqsmu bejniethom id-dokumentazzjoni teknika u metodoloġika. Flimkien, dawn se jkopru l-aspetti kollha tal-istatistika agrikola.

Politiki komuni importanti tal-UE bħall-PAK, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-istrateġiji “Mill-għalqa sal-platt” u tal-bijodiversità jiddependu fuq statistika agrikola komparabbli, armonizzata u ta’ kwalità għolja fil-livell Ewropew u l-kompatibbiltà/il-kumplimentarjetà tagħhom ma’ diversi sorsi tad-data relatati bħan-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola. Dawn jistgħu jiġu żgurati bl-aħjar mod b’Regolamenti li jkunu applikabbli direttament fl-Istati Membri u ma hemmx bżonn li l-ewwel jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali.

L-emenda attwali hija prevista fir-Regolament (UE) 2018/1091 u tikkonċerna biss il-finanzjament tal-ġbir tad-data għall-2023 u l-2026.

1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni

Mhux applikabbli

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

durata limitata

   fis-seħħ minn 01/01/2022 (tentattiv) sa 31/12/2027

   Impatt finanzjarju mill-2022 sal-2025 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2024 sal-2028 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 11   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:

il-pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

l-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għad iridu jiġu speċifikati);

l-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

il-korpi tal-liġi pubblika;

il-korpi regolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

il-korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

il-persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fis-CFSP skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-riċevituri tal-għotjiet iridu jipprovdu d-data miġbura u r-rapporti tal-kwalità korrispondenti kif speċifikat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2018/1091.

F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2018/1091, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-ESSC, jenħtieġ li sal-31 ta’ Diċembru 2024 tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-kisba tal-objettivi tar-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika għax il-proposta mhix fil-kompetenza esklużiva tal-UE. Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) tipprovdi infrastruttura għall-informazzjoni statistika. Is-sistema hija ddisinjata biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ utenti multipli u biex tappoġġa l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’soċjetajiet demokratiċi. Il-proposta għal dan ir-Regolament ġiet abbozzata biex tipproteġi l-attivitajiet ewlenin tas-sħab tal-ESS filwaqt li tiżgura u tassigura aħjar il-kwalità u l-komparabbiltà tal-istatistika agrikola.

Il-kriterji ewlenin għad-data statistika jinkludu l-konsistenza u l-komparabbiltà. L-Istati Membri ma jistgħux jiksbu l-konsistenza u l-komparabbiltà meħtieġa mingħajr qafas Ewropew ċar, jiġifieri mingħajr leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi l-kunċetti statistiċi komuni, il-formati tar-rapportar u r-rekwiżiti tal-kwalità.

L-objettivi ma jistgħux jinkisbu għalkollox mill-Istati Membri waħedhom. L-azzjoni tkun aktar effettiva jekk tittieħed fil-livell tal-UE, abbażi ta’ att legali tal-UE li jiżgura l-komparabbiltà tal-informazzjoni statistika fl-oqsma tal-istatistika koperti mill-att propost. Fil-frattemp, l-aħjar mod kif isir il-ġbir innifsu tad-data huwa mill-Istati Membri.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskji identifikati jinkludu l-kwalità tad-data substandard u s-sottomissjoni tard tad-data.

Dawn jittaffew jekk id-dokumentazzjoni teknika u metodoloġika u l-linji gwida jintbagħtu minn qabel lill-Istati Membri, u b’kontrolli awtomatizzati tad-data, b’monitoraġġ tal-konformità mal-iskadenzi, u bi skrutinju tar-rapporti tal-kwalità għal kull stħarriġ.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-pagament u fl-għeluq) 

Il-kontrolli se jsiru mill-uffiċjali tal-Kummissjoni bħala parti mid-doveri regolari tagħhom biex jivvalutaw il-kwalità u l-komparabbiltà tad-data. Il-livell ta’ riskju ta’ errur mistenni jkun baxx għax il-ġbir tad-data statistika agrikola ilu jsir b’kooperazzjoni tajba mal-Istati Membri sa mill-ħamsinijiet, u għax s-sistemi fis-seħħ ġew modernizzati skont l-aħħar standards tekniċi.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija ta’ Kontra l-Frodi.

Minbarra l-kontrolli regolatorji kollha, il-Eurostat se japplika strateġija kontra l-frodi f’konformità mal-politika ġenerali tal-Kummissjoni kontra l-frodi. Din se tiżgura li l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju tal-frodi jkun immirat biex jingħarfu l-oqsma ta’ riskju ta’ frodi u jsiru r-risponsi xierqa. Meta jkun meħtieġ, se jiġu stabbiliti gruppi ta’ networking u għodod speċifiċi tal-IT maħsuba għal analiżi ta’ każijiet ta’ frodi potenzjali.

Il-Eurostat żviluppa strateġija ta’ kontroll biex tiggwida l-infiq tal-Istati Membri fuq il-ġbir tad-data, b’miżuri u għodod xierqa għar-Regolament propost. It-tnaqqis tal-kumplessità, l-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ monitoraġġ kosteffettivi, u t-twettiq ta’ kontrolli preliminari u finali abbażi tar-riskju jenħtieġ jgħinu biex jonqos u jkun evitat il-frodi. L-istrateġija tinkludi miżuri ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar il-prevenzjoni ta’ frodi.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./ mhux diff 12 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 13

mill-pajjiżi kandidati 14

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

08.02 06 03 - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) - Għajnuna teknika operazzjonali

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

3

08.02 06 03 - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) - Għajnuna teknika operazzjonali

DĠ: AGRIKOLTURA U ŻVILUPP RURALI

Sena
2021 15

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Wara
l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

08.02 06 03 16

Impenji

(1a)

20.000

20.000

40.000

Pagamenti

(2a)

9.100

1.800

18.200

1.800

9.100

40.000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

 Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 17

Linja baġitarja

(3)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
għad-DĠ AGRI

Impenji

=1a+1b +3

20.000

20.000

40.000

Pagamenti

=2a+2b+3

9.100

1.800

18.200

1.800

9.100

40.000

 



TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

20.000

20.000

40.000

Pagamenti

(5)

9.100

1.800

18.200

1.800

9.100

40.000

• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 3 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

20.000

20.000

40.000

Pagamenti

=5+ 6

9.100

1.800

18.200

1.800

9.100

40.000

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa aktar minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela permezz tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), imtella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

DĠ: ESTAT

Riżorsi umani 

0.775

0.775

0.775

0.775

0.775

0.775

0.775

5.426

Nefqa amministrattiva oħra 

0.030

0.530

0.280

0.280

0.280

0.280

0.030

0.210

TOTAL għad-DĠ ESTAT

Approprjazzjonijiet

0.805

1.305

1.055

1.055

1.055

1.055

0.805

5.636

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet 
taħt l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0.805

1.305

1.055

1.055

1.055

1.055

0.805

5.636

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2021 18

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0.775

0.775

0.775

0.775

0.775

0.775

0.775

5.426

Pagamenti

0.030

0.530

0.280

0.280

0.280

0.280

0.030

0.210

3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Wara 
l-2027

TOTAL

OUTPUTS

Tip 19

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 20 : IFS2023

- Output

data

9.100

9.100

18.200

- Output

ieħor

1.800

1.800

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

9.100

1.800

9.100

20.000

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2:

IFS2026

- Output

data

9.100

9.100

18.200

- Output

ieħor

1.800

1.800

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

9.100

1.800

9.100

20.000

TOTALI

9.100

1.800

18.200

1.800

9.100

40.000

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2021 21

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

7

7

7

7

7

7

7

Riżorsi umani

0,775

0,775

0,775

0,775

0,775

0,775

0,775

5,426

Nefqa amministrattiva oħra

0,030

0,530

0,280

0,280

0,280

0,280

0,030

1,710

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,805

1,305

1,055

1,055

1,055

1,055

0,805

7,136

Barra mill-INTESTATURA 7 22  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,805

1,305

1,055

1,055

1,055

1,055

0,805

7,136

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

5.1

5.1

5.1

5.1

5.1

5.1

5.1

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 23

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   24

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

5.1

5.1

5.1

5.1

5.1

5.1

5.1

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Il-kompiti li jridu jitwettqu jinkludu:

- il-ġestjoni ta’ għotjiet relatati mal-inizjattiva

- il-validazzjoni tad-data

- l-appoġġ u l-ħidma metodoloġika

- l-analiżi tar-rapporti

- it-tixrid tad-data

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata għalkollox b’riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Agħti tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti li qed jiġi propost li jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 25

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tħalli l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva tħalli l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 26

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Mhux applikabbli

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

Mhux applikabbli

(1)    Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1).
(2)

   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).

(3)

   Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).

(4)    Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164-173).
(5)    Is-sit web tal-konsultazzjoni pubblika tal-Eurostat: http://ec.europa.eu/eurostat/about/opportunities/consultations/eass    u r-rapport dwar il-konsultazzjoni pubblika miftuħa:     http://ec.europa.eu/eurostat/documents/10186/6937766/Agricultural-Statistics-Strategy-2020-Report.docx .
(6)     Il-valutazzjoni tal-impatt , Sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt , Opinjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju
(7)

   Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1).

(8)

   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).

(9)    Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(10)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(11)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx
(12)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(13)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(14)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(15)    Is-Sena N hija s-sena meta tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(16)    Skont in-nomenklatura uffiċjali tal-baġit.
(17)    Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(18)    Is-Sena N hija s-sena meta tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(19)    L-outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(20)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(21)    Is-Sena N hija s-sena meta tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(22)    Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(23)    AC= Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(24)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(25)    Is-Sena N hija s-sena meta tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(26)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20% tal-kostijiet tal-ġbir.