IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.7.2021
COM(2021) 372 final
2021/0184(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Fit-22 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku (“il-Konvenzjoni”).
Skont l-Artikolu 24(2)(a) tal-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti jistgħu, b’kunsens, jistiednu organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li l-bastimenti tas-sajd tagħhom jixtiequ jistadu fiż-Żona ta’ Applikazzjoni tal-Konvenzjoni biex jaderixxu mal-Konvenzjoni.
L-Unjoni ressqet talbiet biex taderixxi mal-Konvenzjoni fl-2018, fl-2019, fl-2020 u fl-2021. Il-Kummissjoni tas-Sajd tal-Paċifiku tat-Tramuntana (North Pacific Fisheries Commission/NPFC), il-korp stabbilit mill-Konvenzjoni għall-ġestjoni tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni, ma setgħetx tilħaq kunsens dwar it-talbiet tal-Unjoni għall-2018 u l-2019 fir-raba’ u l-ħames sessjonijiet annwali tagħha fl-2018 u fl-2019 rispettivament. Fl-2020 ma saret l-ebda sessjoni annwali minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u għalhekk l-NPFC ma kkunsidratx it-talba tal-Unjoni għall-2020. Fis-sitt sessjoni annwali tagħha mit-23 sal-25 ta’ Frar 2021, l-NPFC aċċettat it-talba tal-Unjoni u b’kunsens, stiednet lill-Unjoni taderixxi mal-Konvenzjoni u tiddepożita l-istrumenti ta’ ratifika mad-Depożitarju, il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea.
Permezz tal-adeżjoni tagħha mal-Konvenzjoni, l-Unjoni għandha l-għan li tissodisfa l-interess tal-Istati Membri u tal-bastimenti tal-Unjoni kkonċernati li jiksbu aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona ta’ Applikazzjoni tal-Konvenzjoni. L-Unjoni qiegħda tfittex ukoll li tiżgura l-isfruttament, il-ġestjoni u l-konservazzjoni sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ambjent tal-baħar ġestiti mill-NPFC.
Il-proposta attwali hija għal Deċiżjoni tal-Kunsill biex taderixxi mal-Konvenzjoni wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
L-Organizazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (Regional Fisheries Management Organisations/RFMOs) huma: organizzazzjonijiet internazzjonali tal-pajjiżi, li wħud minnhom huma stati kostali; organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika, bħall-Unjoni Ewropea; u entitajiet tas-sajd b’interessi fis-sajd f’żoni partikolari. Uħud mill-RFMOs jamministraw l-istokkijiet kollha tal-ħut f’żoni speċifiċi, filwaqt li oħrajn jikkonċentraw fuq speċijiet partikolari migratorji ħafna, partikolarment it-tonn, f’żoni ġeografiċi vasti. Filwaqt li xi wħud huma purament konsultattivi, ħafna minnhom għandhom setgħat ta’ ġestjoni biex jistabbilixxu limiti ta’ qbid u tal-isforz tas-sajd, miżuri tekniċi u obbligi ta’ kontroll.
F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Parteċipazzjoni fl-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd (RFOs)”, l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, u mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2012 rigward il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-“Dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd”, l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, għandha rwol attiv f’sitt organizzazzjonijiet tat-tonn u fi 11-il organizzazzjoni mhux tat-tonn.
Il-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea “Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna” u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2017 dwar dik il-Komunikazzjoni Konġunta, jippromwovu miżuri għall-appoġġ u t-tisħiħ tal-effikaċja tal-RFMOs u, skont kif ikun rilevanti, għat-titjib tal-governanza tagħhom. Din hija karatteristika ċentrali tal-azzjoni tal-UE f’dawn il-fora.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-adeżjoni tal-Unjoni mal-Konvenzjoni hija kompletament konsistenti mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2020 rigward il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-“Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030”.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija bbażata fuq it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a).
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
•Proporzjonalità
•Għażla tal-istrument
L-Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi proposta mill-Kummissjoni biex il-Kunsill jadotta din id-Deċiżjoni, bil-kunsens tal-Parlament Ewropew.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Lejn tmiem l-2017, l-Istati Membri u għadd ta’ operaturi tas-sajd individwali tal-UE talbu lill-Kummissjoni tibda bin-negozjati tal-adeżjoni . L-organizzazzjonijiet u l-gruppi ta’ interess rilevanti ġew ikkonsultati fil-bidu tal-2018 biex jiġi żgurat li n-negozjati futuri dwar l-adeżjoni possibbli tal-UE mal-Konvenzjoni jqisu l-fehmiet tagħhom. Huma inkludew lir-rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, tal-industrija tas-sajd tal-UE u tal-NGOs, kif ukoll taċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-UE. Matul dawn il-konsultazzjonijiet, l-industrija tas-sajd tal-UE ħeġġet lill-istituzzjonijiet tal-UE jiksbu l-ftehim biex il-flotta tal-UE tibda tistad fiż-Żona ta’ Applikazzjoni tal-Konvenzjoni mill-aktar fis possibbli. Fil-fehma tagħhom, l-aktar mezz rapidu kif dan jintlaħaq huwa approċċ f’żewġ stadji li permezz tiegħu l-UE l-ewwel issir Parti mhux Kontraenti li tikkoopera (non-Contracting Party/CNCP) iżda bl-ambizzjoni espressa li ssir membru sħiħ tal-NPFC ftit wara. Matul il-konsultazzjonijiet ma waslux kummenti oħra.
Għalkemm il-mandat tal-Kunsill ippreveda l-possibbiltà ta’ involviment fin-negozjati mal-NPFC biex l-Unjoni tkun tista’ ssir CNCP. Madankollu, tqies preferibbli li tiġi segwita sħubija sħiħa, peress li l-istatus tas-CNCP ma jirriflettix b’mod adegwat il-livell u l-intensità tal-involviment intenzjonat tal-Unjoni fl-NPFC.
Il-partijiet ikkonċernati kienu wkoll assoċjati mill-qrib fit-tħejjija tat-talbiet għall-adeżjoni tal-Unjoni, kif ukoll qabel u matul id-diskussjonijiet tal-adeżjoni li saru fis-sessjonijiet annwali tal-NPFC tal-2018, l-2019 u l-2021.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
•Valutazzjoni tal-impatt
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
•Drittijiet fundamentali
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni se teħtieġ il-pagament ta’ kontribuzzjoni finanzjarja annwali lill-NPFC mil-linja baġitarja 08.05.02 (“Kontribuzzjonijiet obbligatorji lill-RFMOs u lil Organizzazzjonijiet Internazzjonali oħra”), stmata għal EUR 60 000 fis-sena. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista’ tiżdied, skont is-sajd futur tagħha fiż-Żona ta’ Applikazzjoni. L-esiġenzi preċiżi se jiffurmaw parti mill-ammonti stabbiliti fil-linji baġitarji rilevanti fil-proċedura baġitarja annwali.
Huma probabbli wkoll kontribuzzjonijiet volontarji għall-baġit tal-NPFC tal-linja baġitarja 08.04.02, b’mod partikolari biex jippromwovu r-riċerka xjentifika. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma stmati għal madwar EUR 200 000 fis-sena. Il-linja baġitarja tipprevedi wkoll assistenza teknika biex jiġi appoġġat l-għoti ta’ pariri xjentifiċi waqt il-laqgħat tal-NPFC. Huwa stmat li dan se jiswa EUR 10 000 fis-sena. L-esiġenzi preċiżi se jiffurmaw parti mill-ammonti stabbiliti fil-linji baġitarji rilevanti fil-proċedura baġitarja annwali.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
2021/0184 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1)Fit-22 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea biex tiftaħ negozjati mal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Paċifiku tat-Tramuntana, biex l-Unjoni Ewropea taderixxi mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku (“il-Konvenzjoni”).
(2)L-Unjoni għandha l-kompetenza li tadotta miżuri għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar skont il-politika komuni tas-sajd u li tagħmel ftehimiet ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
(3)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE, l-Unjoni hija Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982, li tirrikjedi lill-membri kollha tal-komunità internazzjonali jikkooperaw fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi bijoliġiċi tal-baħar.
(4)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE, l-Unjoni hija Parti Kontraenti tal-Ftehim li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 li għandha x’taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-stokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi.
(5)Fis-sitt sessjoni annwali tagħha mit-23 sal-25 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni tas-Sajd tal-Paċifiku tat-Tramuntana stiednet lill-Unjoni Ewropea biex taderixxi mal-Konvenzjoni.
(6)L-adeżjoni mal-Konvenzjoni se tippromwovi l-konsistenza fl-approċċ għall-konservazzjoni tal-Unjoni madwar l-oċeani tad-dinja u ssaħħaħ l-impenn tagħha lejn il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi tas-sajd fil-livell dinji. F’konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea “Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna” u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dik il-komunikazzjoni konġunta, il-promozzjoni ta’ miżuri għall-appoġġ u t-tisħiħ tal-effikaċja tal-RFMOs u, fejn rilevanti, it-titjib tal-governanza tagħhom, hija karatteristika ċentrali tal-azzjoni tal-UE f’dawn il-fora.
(7)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u ta l-opinjoni tiegħu nhar […].
(8)Għalhekk jenħtieġ li l-Unjoni Ewropea taderixxi għall-Konvenzjoni,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku (“il-Konvenzjoni”) hija b’dan approvata f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiddepożita l-istrument tal-adeżjoni mal-Gvern tar-Repubblika tal-Korea, li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala Depożitarju tal-Konvenzjoni, f’konformità mal-Artikolu 24(4) tal-Konvenzjoni, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat b’dik il-Konvenzjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
F’isem il-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
Werrej
1.FRAMEWORK OF THE PROPOSAL/INITIATIVE
1.1.Title of the proposal/initiative
1.2.Policy area(s) concerned
1.3.The proposal/initiative relates to:
1.4.Objective(s)
1.4.1.General objective(s)
1.4.2.Specific objective(s)
1.4.3.Expected result(s) and impact
1.4.4.Indicators of performance
1.5.Grounds for the proposal/initiative
1.5.1.Requirement(s) to be met in the short or long term including a detailed timeline for roll-out of the implementation of the initiative
1.5.2.Added value of Union involvement (it may result from different factors, e.g. coordination gains, legal certainty, greater effectiveness or complementarities). For the purposes of this point 'added value of Union involvement' is the value resulting from Union intervention which is additional to the value that would have been otherwise created by Member States alone.
1.5.3.Lessons learned from similar experiences in the past
1.5.4.Compatibility with the Multiannual Financial Framework and possible synergies with other appropriate instruments
1.5.5.Assessment of the different available financing options, including scope for redeployment
1.6.Duration and financial impact of the proposal/initiative
1.7.Management mode(s) planned
2.MANAGEMENT MEASURES
2.1.Monitoring and reporting rules
2.2.Management and control system(s)
2.2.1.Justification of the management mode(s), the funding implementation mechanism(s), the payment modalities and the control strategy proposed
2.2.2.Information concerning the risks identified and the internal control system(s) set up to mitigate them
2.2.3.Estimation and justification of the cost-effectiveness of the controls (ratio of "control costs ÷ value of the related funds managed"), and assessment of the expected levels of risk of error (at payment & at closure)
2.3.Measures to prevent fraud and irregularities
3.ESTIMATED FINANCIAL IMPACT OF THE PROPOSAL/INITIATIVE
3.1.Heading(s) of the multiannual financial framework and expenditure budget line(s) affected
3.2.Estimated financial impact of the proposal on appropriations
3.2.1.Summary of estimated impact on operational appropriations
3.2.2.Estimated output funded with operational appropriations
3.2.3.Summary of estimated impact on administrative appropriations
3.2.4.Compatibility with the current multiannual financial framework
3.2.5.Third-party contributions
3.3.Estimated impact on revenue
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
Il-promozzjoni tal-governanza tal-oċeani fil-livell internazzjonali
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:
X azzjoni ġdida
◻ azzjoni ġdida segwita minn proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar ma’ azzjoni oħra jew ridirezzjoni lejha/azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.Objettiv(i) ġenerali
L-objettivi strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva huma:
1) Patt Ekoloġiku Ewropew
–2) Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru 1
Sajd aktar sostenibbli u kompetittiv madwar id-dinja sal-2024
Objettiv speċifiku Nru 2
Sajd sostenibbli fid-dinja kollha u governanza tal-oċeani mtejba sal-2024
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
L-Istati Membri tal-UE u l-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom aċċess għaż-Żona tal-Konvenzjoni, li hija ġestita mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Paċifiku tat-Tramuntana (NPFC), l-entità stabbilita mill-Konvenzjoni għal dan il-għan.
L-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni se tkompli tippromwovi madwar id-dinja l-approċċ tal-Unjoni ta’ konservazzjoni tal-oċeani kollha u ssaħħaħ l-impenn tagħha għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi tas-sajd.
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Numru ta’ bastimenti tas-sajd tal-UE impenjati fis-sajd
Numru ta’ qabdiet tal-UE
Sostenibbiltà aħjar u fit-tul tal-istokkijiet
Numru ta’ laqgħat tal-NPFC li fihom attendiet l-UE
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-operaturi tal-UE fin-Netherlands, fil-Litwanja, fil-Latvja, fil-Polonja u fil-Ġermanja qed jippruvaw ikabbru l-operazzjonijiet tas-sajd tagħhom fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku sabiex jikkonsolidaw ruħhom aktar bħala atturi globali. L-ekonomiji ta’ skala se jiġu promossi wkoll peress li l-flotta tal-UE diġà hija involuta f’operazzjonijiet tas-sajd fin-Nofsinhar tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tal-Fsheries (RFMO) ġirien, b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO).
Il-parteċipazzjoni tal-UE fil-ħidma tal-NPFC se tikkontribwixxi wkoll għas-sostenibbiltà fit-tul tal-istokkijiet u se tappoġġa r-riċerka xjentifika rilevanti fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku f’konformità mal-objettivi esterni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)
Il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-UE skont l-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Valur miżjud tal-Unjoni mistenni jkun iġġenerat (ex post)
F’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni se jkollha bħala l-għan ewlieni tagħha dan li ġej:
(a) l-aċċess għar-riżorsi tas-sajd li jaqgħu fil-kompetenza tal-NPFC;
(b) l-appoġġ u l-kontribut b’mod attiv għall-iżvilupp ta’ għarfien u parir xjentifiku;
(c) it-titjib tal-koerenza tal-politika mal-inizjattivi tal-Unjoni, b’attenzjoni partikolari fuq attivitajiet ambjentali, kummerċjali u ta’ żvilupp, u t-tisħiħ tal-konsistenza tal-azzjonijiet li jittieħdu fil-kuntest tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni xjentifika, teknika u ekonomika;
(d) il-kontribut għal attivitajiet tas-sajd sostenibbli li huma ekonomikament vijabbli u jippromwovu l-impjiegi fl-Unjoni;
(e) l-iżgurar li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni jkunu bbażati fuq l-istess prinċipji u standards li japplikaw skont id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-PKS, waqt li jiġu promossi kondizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni għall-operaturi tal-Unjoni vis-à-vis operaturi oħra ta’ pajjiżi terzi;
(f) il-promozzjoni u l-appoġġ, fl-oqsma internazzjonali kollha, tal-azzjoni meħtieġa biex jinqered għalkollox is-sajd IUU;
(g) il-promozzjoni tal-istabbiliment u t-tisħiħ ta’ mekkaniżmu ta’ konformità pajjiż b’pajjiż.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-azzjonijiet tal-Kummissjoni fil-livell internazzjonali u bilaterali huma element importanti tal-prijorità tagħha għat-tisħiħ tar-rwol tal-UE bħala attur globali. Il-pożizzjonijiet tal-UE fl-RFMOs, li għalihom l-UE hija Parti Kontraenti, huma kollha bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, fuq l-istandards u l-prinċipji tal-PKS u fuq l-approċċ internazzjonali tagħna għall-governanza tal-oċeani. Madankollu, il-pożizzjonijiet ta’ Partijiet Kontraenti oħra mhux dejjem jippermettu li jkun hemm appoġġ sħiħ. Il-Kummissjoni tirrappreżenta l-UE fil-laqgħat tal-RFMOs, għalhekk id-DĠ MARE mexxa n-negozjati rilevanti, filwaqt li b’mod konsistenti żgura konsultazzjonijiet xierqa mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, biex l-objettivi tal-PKS jiġu promossi fil-livell dinji.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-proposta tmexxi ’l quddiem l-aġenda globali u multilaterali li tippromwovi s-sajd sostenibbli mad-dinja kollha biex tindirizza kwistjonijiet kruċjali bħall-qerda tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) jew it-tnaqqis tal-kapaċità żejda tal-flotta.
Tintegra aħjar il-politiki dwar is-sajd, l-iżvilupp, l-ambjent, il-kummerċ u politiki oħra għal aktar avvanz fl-objettivi ta’ governanza sostenibbli u responsabbli.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji baġitarji lill-NPFC se jiġu mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u l-Akkwakultura (FEMSA) fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet volontarji (għotjiet) u minn kontribuzzjonijiet obbligatorji lil korpi internazzjonali (it-tnejn ġestiti direttament) matul il-perjodu 2021–2027.
1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ durata limitata
–◻
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–◻
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
X durata mhux limitata
–Implimentazzjoni mid-data li fiha l-Unjoni taderixxi mal-Konvenzjoni, li x’aktarx tkun fil-bidu tal-2022.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–X mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għad iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
Mill-2022, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-NPFC se jkunu ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent (CINEA). Kull kontribuzzjoni finanzjarja lill-NPFC fl-2021 se tkun ġestita mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd tal-Kummissjoni.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kondizzjonijiet.
L-NPFC hija obbligata torganizza laqgħa regolari mill-inqas darba kull sentejn għalkemm fil-prattika tiltaqa’ kull sena. F’kull laqgħa regolari, l-NPFC tadotta baġit annwali b’kunsens, għal kull waħda mis-sentejn li jmiss. F’konformità mal-proċeduri tal-NPFC, il-Kummissjoni se teżamina, tivverifika u tikkummenta fuq l-abbozz ta’ baġit ippreżentat mis-Segretarjat tal-NPFC għall-approvazzjoni lill-NPFC.
Is-Segretarjat tal-NPFC jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-NPFC fuq bażi annwali. L-NPFC tiskrutinizza l-eżekuzzjoni tal-baġit f’kull waħda mil-laqgħat regolari tagħha.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Il-baġit tal-NPFC jinqasam fost il-membri tagħha f’konformità ma’ formula miftiehma. Membru tal-Kummissjoni li jkun sar membru matul sena finanzjarja għandu jikkontribwixxi għall-baġit ammont proporzjonali għan-numru ta’ xhur sħaħ li jkun fadal fis-sena, ikkalkulat mill-jum meta sar membru.
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji (obbligatorji) annwali mħallsa mill-UE lill-RFMOs li tagħhom hija membru jitħallsu minn linja baġitarja taħt Ġestjoni Diretta (08.05.02). Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet volontarji mħallsa mill-UE lill-RFMOs li tagħhom hija membru, kif ukoll l-ispejjeż għall-assistenza teknika għall-appoġġ tal-għoti ta’ pariri xjentifiċi fil-laqgħat tal-RFMOs, jitħallsu minn linja baġitarja taħt il-komponent tal-Ġestjoni Diretta tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (08.04.02).
L-elementi kollha tal-kontribuzzjoni tal-UE se jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta. Il-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni, il-modalitajiet ta’ pagament u l-kontroll tat-tranżazzjonijiet se jirrispettaw il-prinċipji u r-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046).
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Il-membri tal-NPFC iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġit tal-NPFC b’mod regolari u attwalment l-ebda membru ma huwa lura fil-kontribuzzjonijiet. Il-membri tal-Kummissjoni li ma jkunux ħallsu l-kontribuzzjonijiet sħaħ tagħhom għal sentejn konsekuttivi m’għandhomx ikunu intitolati jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, lanqas ma jkunu jistgħu jippreżentaw oġġezzjonijiet għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-NPFC, sakemm jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom.
Is-sitwazzjoni finanzjarja tiġi evalwata kull sena mill-Kumitat dwar il-Finanzi u l-Amministrazzjoni. Isir awditjar annwali, minn awdituri esterni, tal-kontijiet bi tqabbil mal-impenji u n-nefqa approvati, u r-riżultati jiġu ppreżentati lill-NPFC.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-pagament u fl-għeluq)
L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha mal-NPFC, kemm fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji (miżati tas-sħubija) kif ukoll tal-għotjiet fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet volontarji, se tiġi ddelegata mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea dwar il-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent (CINEA). Id-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lis-CINEA se tirriżulta fi gwadanji sinifikanti għad-DĠ MARE f’termini ta’ ottimizzazzjoni tal-proċess u ta’ ekonomiji ta’ skala, filwaqt li tippermetti lid-DĠ jikkonċentra fuq il-kompiti relatati mal-politika.
Minħabba l-ammonti annwali baxxi u n-natura tat-tranżazzjonijiet (miżati tas-sħubija u għotjiet diretti), hija mistennija rata tal-errur baxxa ħafna.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija ta’ Kontra l-Frodi.
Il-baġit annwali tal-NPFC u l-previżjoni tan-nefqa jitħejjew mis-Segretarjat tal-NPFC kull sena u mbagħad jiġu evalwati u approvati mill-Kumitat dwar il-Finanzi u l-Amministrazzjoni li joħroġ rakkomandazzjoni lill-NPFC dwar l-approvazzjoni tagħhom. Isir awditjar annwali mill-awdituri esterni tal-kontijiet bi tqabbil mal-impenji u n-nefqa approvati, li r-riżultati tiegħu jiġu ppreżentati lill-NPFC.
L-azzjonijiet kollha koperti minn din id-Deċiżjoni u ffinanzjati mill-baġit tal-UE se jsegwu l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti u se jkunu soġġetti għall-awditi finanzjarji proprji tal-Kummissjoni inkluż l-IAS, u għall-awditi mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
3
|
08.01.03.01
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
3
|
08.04.02
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
3
|
08.05.02
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
7
|
20.02.06.01
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
|
7
|
20.01.02.01
|
Mhux diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
In-nefqa annwali tkun tiddependi mill-kontribuzzjoni li l-UE trid tagħmel għall-baġit tal-NPFC, li jiġi deċiż mill-NPFC fil-laqgħa regolari tagħha abbażi ta’ formula miftiehma. Attwalment il-kontribuzzjoni hija stmata għal massimu ta’ EUR 60,000 fis-sena iżda tista’ tiżdied skont l-attività tas-sajd annwali tal-flotta tal-UE.
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru
|
3 Riżorsi Naturali u Ambjent
|
|
DĠ: MARE
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja: 08.05.02
|
Impenji
|
(1a)
|
0.030
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.39
|
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
0.030
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.39
|
|
Linja baġitarja: 08.04.02
|
Impenji
|
(1b)
|
0
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
1.2
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
0
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
0.200
|
1.2
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linja baġitarja: 08.01.03.01
|
|
(3)
|
0
|
0.010
|
0.010
|
0.010
|
0.010
|
0.010
|
0.010
|
0.060
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ MARE
|
Impenji
|
=1a+1b +3
|
0.030
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
1.65
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b
+3
|
0.030
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
1.65
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
0.030
|
0.260
|
0.260
|
0.260
|
0.260
|
0.260
|
0.260
|
1.59
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0.030
|
0.260
|
0.260
|
0.260
|
0.260
|
0.260
|
0.260
|
1.59
|
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
0
|
0.010
|
0.010
|
0.010
|
0.010
|
0.010
|
0.010
|
0.060
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 3
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
0.030
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
1.65
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
0.030
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
0.270
|
1.65
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl-
Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
(l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
DĠ: MARE
|
|
• Riżorsi umani
|
0.046
|
0.046
|
0.046
|
0.046
|
0.046
|
0.046
|
0.046
|
0.322
|
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
0.008
|
0.020
|
0.020
|
0.020
|
0.020
|
0.020
|
0.020
|
0.128
|
|
TOTAL tad-DĠ MARE
|
Approprjazzjonijiet
|
0.054
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.450
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
0.054
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.450
|
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
0.084
|
0.336
|
0.336
|
0.336
|
0.336
|
0.336
|
0.336
|
2.1
|
|
|
Pagamenti
|
0.084
|
0.336
|
0.336
|
0.336
|
0.336
|
0.336
|
0.336
|
2.1
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 Sajd aktar sostenibbli u kompetittiv madwar id-dinja sal-2024
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output 1
|
Nru stokkijiet mistada fl-MSY
|
|
|
0.020
|
|
0.040
|
|
0.040
|
|
0.040
|
|
0.040
|
|
0.040
|
|
0.040
|
|
0.260
|
|
- Output 2
|
Profittabilità tal-flotta tal-UE
|
|
|
0.010
|
|
0.020
|
|
0.020
|
|
0.020
|
|
0.020
|
|
0.020
|
|
0.020
|
|
0.130
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
0.030
|
|
0.060
|
|
0.060
|
|
0.060
|
|
0.060
|
|
0.060
|
|
0.060
|
|
0.390
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 Sajd aktar sostenibbli madwar id-dinja u governanza tal-oċeani mtejba sal-2024
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
Is-CMs adottati fuq parir xjentifiku
|
|
|
|
|
0.200
|
|
0.200
|
|
0.200
|
|
0.200
|
|
0.200
|
|
0.200
|
|
1.2
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
0.200
|
|
0.200
|
|
0.200
|
|
0.200
|
|
0.200
|
|
0.200
|
|
1.2
|
|
TOTALI
|
|
0.030
|
|
0.260
|
|
0.260
|
|
0.260
|
|
0.260
|
|
0.260
|
|
0.260
|
|
1.59
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena
2023
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
0.046
|
0.046
|
0.046
|
0.046
|
0.046
|
0.046
|
0.046
|
0.322
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0.008
|
0.020
|
0.020
|
0.020
|
0.020
|
0.020
|
0.020
|
0.128
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0.054
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.450
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
of the multiannual financial framework
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0.054
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.066
|
0.450
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1.Ir-rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–X
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
|
Sena
2021
|
Sena
2022
|
Sena 2023
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
0.3
|
0.3
|
0.3
|
0.3
|
0.3
|
0.3
|
0.3
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 xx ss zz
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0.3
|
0.3
|
0.3
|
0.3
|
0.3
|
0.3
|
0.3
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ġestjonarju skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Il-kontribut lejn il-ġestjoni sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f’ilmijiet internazzjonali u prestazzjoni mtejba tal-NPFC f’konformità mal-objettivi tal-PKS u d-dimensjoni esterna tagħha u l-prijoritajiet ta’ DĠ MARE.
Il-promozzjoni tal-prinċipji u l-istandards tal-PKS għall-konservazzjoni, il-kontroll u l-miżuri ta’ infurzar fl-NPFC u f’dak il-kuntest l-iżvilupp tal-istrateġiji ta’ negozjar biex jinkisbu l-objettivi tal-UE.
It-twettiq ta’ analiżi u l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ ġestjoni u ta’ konservazzjoni tas-sajd fl-RFMOs waqt li tiġi żgurata l-koordinazzjoni tal-politika fl-implimentazzjoni tal-PKS.
L-impenn fi djalogu regolari mal-partijiet ikkonċernati u ż-żamma ta’ relazzjonijiet kostruttivi mal-Istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali l-oħra.
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-QFP).
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella tal-Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.
–◻
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti li qed jiġi propost li jintużaw.
–◻
teħtieġ reviżjoni tal-QFP.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X
ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
◻
fuq ir-riżorsi proprji
◻
fuq dħul ieħor
◻
jekk jogħġbok indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.7.2021
COM(2021) 372 final
ANNESS
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku
ANNESS
KONVENZJONI DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-ĠESTJONI
TA’ RIŻORSI TAS-SAJD F’IBĦRA MIFTUĦA
FIT-TRAMUNTANA TAL-OĊEAN PAĊIFIKU
Il-PARTIJIET KONTRAENTI,
Impenjati li jiżguraw il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul ta’ riżorsi tas-sajd fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku u li meta jagħmlu hekk ikunu qed iħarsu l-ekosistemi tal-baħar fejn jinsabu dawn ir-riżorsi;
Jfakkru fid-dritt internazzjonali rilevanti kif rifless fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982, fil-Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ħażniet ta’ ħut li jpassi f’żona limitata (straddling) u ħażniet ta’ ħut li jpassi ħafna (highly migratory) tal-4 ta’ Diċembru 1995 u fil-Ftehim biex jippromwovi l-osservanza tal-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni minn bastimenti tas-sajd f’ibħra internazzjonali tal-24 ta’ Novembru 1993, u filwaqt li titqies il-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottata mill-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (“FAO”) tan-Nazzjonijiet Uniti fit-28 sessjoni tagħha fil-31 ta’ Ottubru 1995 kif ukoll il-Linji Gwida Internazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Fond fl-Ibħra Miftuħa adottati mill-FAO fid-29 ta’ Awwissu 2008;
Jinnotaw l-appell mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-riżoluzzjonijiet tagħha 61/105 u 64/72 biex jittieħdu passi għall-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u speċijiet assoċjati mill-impatti negattivi sinifikanti ta’ prattiki tas-sajd distruttivi u r-riżoluzzjoni tagħha 60/31 li tħeġġeġ lill-Istati, skont kif meħtieġ, biex jagħrfu li l-prinċipji ġenerali tal-Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ħażniet ta’ ħut li jpassi f’żona limitata (straddling) u ħażniet ta’ ħut li jpassi ħafna (highly migratory) tal-4 ta’ Diċembru 1995 jenħtieġ li japplikaw ukoll għal stokkijiet distinti ta’ ħut fl-ibħra internazzjonali;
Jagħrfu l-ħtieġa li tinġabar data xjentifika sabiex tinftiehem il-bijodiversità u l-ekoloġija tal-baħar fir-reġjun u biex jiġu vvalutati l-impatti tas-sajd fuq l-ispeċijiet tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli;
Konxji mill-ħtieġa li jkunu evitati impatti negattivi fuq l-ambjent tal-baħar, tkun ippreservata l-bijodiversità, tinżamm l-integrità tal-ekosistemi tal-baħar u jitnaqqas ir-riskju ta’ effetti fit-tul jew irriversibbli tal-operazzjonijiet tas-sajd;
Imħassba dwar l-impatti negattivi possibbli tal-attivitajiet tas-sajd demersali mhux irregolati fuq l-ispeċijiet tal-baħar u l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fl-ibħra internazzjonali tat-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku;
Impenjati wkoll li jwettqu attivitajiet tas-sajd responsabbli u li jikkooperaw b’mod effettiv biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (“sajd IUU”) u l-impatti negattivi li dawn għandhom fuq l-istat tar-riżorsi tas-sajd tad-dinja u tal-ekosistemi fejn jinsabu;
FTIEHMU kif ġej:
Artikolu 1
Użu tat-Termini
Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni:
(a)“Konvenzjoni tal-1982” tfisser il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982;
(b)“Ftehim tal-1995” tfisser il-Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ħażniet ta’ ħut li jpassi f’żona limitata (straddling) u ħażniet ta’ ħut li jpassi ħafna (highly migratory) tal-4 ta’ Diċembru 1995;
(c)“Sajd demersali” tfisser attivitajiet tas-sajd fejn l-irkaptu tas-sajd x’aktarx imiss qiegħ il-baħar matul il-perkors normali tal-operazzjonijiet tas-sajd;
(d)“Kunsens” tfisser in-nuqqas ta’ kwalunkwe oġġezzjoni formali magħmula meta tittieħed id-deċiżjoni;
(e)“Parti Kontraenti” tfisser kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li tkun tat il-kunsens tagħha li tintrabat b’din il-Konvenzjoni u li għaliha tkun fis-seħħ din il-Konvenzjoni;
(f)“Żona tal-Konvenzjoni” tfisser iż-żona li tapplika għaliha din il-Konvenzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1;
(g)“Linji Gwida Internazzjonali tal-FAO” tfisser il-Linji Gwida Internazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Fond fl-Ibħra Miftuħa adottati mill-FAO fid-29 ta’ Awwissu 2008, kif jistgħu jiġu modifikati minn żmien għal ieħor;
(h)“Riżorsi tas-sajd” tfisser kull speċi ta’ ħut, molluski, krustaċji u speċijiet tal-baħar oħra li jinqabdu minn bastimenti tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni, bl-esklużjoni ta’:
(i)speċijiet sedentarji sa fejn dawn ikunu soġġetti għad-drittijiet sovrani tal-Istati kostali b’mod konsistenti mal-Artikolu 77, il-paragrafu 4 tal-Konvenzjoni tal-1982 u speċijiet indikatriċi ta’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli kif elenkati fl-Artikolu 13, il-paragrafu 5 ta’ din il-Konvenzjoni, jew adottati skontu;
(ii)speċijiet katadromi;
(iii)mammiferi tal-baħar, rettili tal-baħar u għasafar tal-baħar; u
(iv)speċijiet tal-baħar oħra li diġà huma koperti minn strumenti internazzjonali diġà eżistenti għall-ġestjoni tas-sajd fiż-żona ta’ kompetenza ta’ strumenti bħal dawn;
(i)“Attivitajiet tas-sajd” tfisser:
(i)it-tiftix attwali għal riżorsi tas-sajd, il-qbid, it-teħid jew il-ġbir tagħhom jew it-tentattiv ta’ dan;
(ii)l-involviment fi kwalunkwe attività li tista’ raġonevolment tkun mistennija li tirriżulta fil-lokalizzazzjoni, il-qbid, it-teħid jew il-ġbir ta’ dawn ir-riżorsi għal kwalunkwe fini;
(iii)l-ipproċessar ta’ dawn ir-riżorsi fuq il-baħar u t-trasbord ta’ dawn ir-riżorsi fuq il-baħar jew fil-port; u
(iv)kwalunkwe operazzjoni fuq il-baħar b’appoġġ dirett għal xi attività deskritta fis-subparagrafi (i) sa (iii) hawn fuq, jew bi tħejjija għaliha, ħlief għal kwalunkwe operazzjoni marbuta ma’ emerġenzi li jinvolvu s-saħħa u s-sikurezza ta’ membri tal-ekwipaġġ jew is-sikurezza ta’ bastimenti tas-sajd;
(j)“Bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment użat jew maħsub biex jintuża għall-fini tal-involviment f’attivitajiet tas-sajd, inkluż bastimenti tal-ipproċessar tal-ħut, vapuri ta’ appoġġ, bastimenti tal-ġarr u kwalunkwe bastiment ieħor li b’mod dirett ikun involut f’attivitajiet tas-sajd bħal dawn;
(k)“Sajd IUU” tirreferi għall-attivitajiet kif stabbilit fil-paragrafu 3 tal-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat tal-2001, u attivitajiet oħra skont kif jista’ jkun deċiż mill-Kummissjoni;
(l)“Approċċ prekawzjonarju” tfisser l-approċċ prekawzjonarju kif speċifikat fl-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-1995;
(m)“Organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika” tfisser organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li l-Istati membri tagħha jkunu għaddewlha l-kompetenza fuq materji koperti minn din il-Konvenzjoni, inkluż l-awtorità li tieħu deċiżjonijiet li jorbtu lill-Istati membri tagħha fir-rigward ta’ dawk il-materji; u
(n)“Trasbord” tfisser il-ħatt ta’ kwalunkwe riżorsa tas-sajd jew ta’ prodotti ta’ riżorsi tas-sajd meħuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni minn bastiment tas-sajd għal bastiment tas-sajd ieħor fuq il-baħar jew fil-port.
Artikolu 2
Objettiv
L-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni huwa li tiżgura l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni filwaqt li tipproteġi l-ekosistemi tal-baħar tat-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku fejn jinsabu dawn ir-riżorsi.
Artikolu 3
Prinċipji Ġenerali
Sabiex jingħata effett lill-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom jittieħdu individwalment jew kollettivament, kif xieraq:
(a)il-promozzjoni tal-użu ottimali tar-riżorsi tas-sajd u l-iżgurar tas-sostenibbiltà fit-tul tagħhom;
(b)l-adozzjoni ta’ miżuri, abbażi tal-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli, sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd jinżammu f’livelli fejn kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, jew jitreġġgħu lura għal dawn il-livelli, filwaqt li jitqiesu x-xejriet tas-sajd eżistenti, l-interdipendenza tal-istokkijiet u kwalunkwe standard minimu internazzjonali ġeneralment rakkomandat, kemm jekk subreġjonali, reġjonali jew globali;
(c)l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri f’konformità mal-approċċ prekawzjonarju u approċċ għas-sajd ibbażat fuq l-ekosistema, u f’konformità mar-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari kif rifless fil-Konvenzjoni tal-1982, il-Ftehim tal-1995 u strumenti internazzjonali rilevanti oħra;
(d)il-valutazzjoni tal-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq speċijiet li jagħmlu parti mill-istess ekosistema jew li jiddependu mill-istokkijiet fil-mira jew huma assoċjati magħhom u l-adozzjoni, fejn meħtieġ, ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni għal speċijiet bħal dawn bil-ħsieb li jinżammu jew jitreġġgħu lura l-popolazzjonijiet ta’ speċijiet bħal dawn ’il fuq mil-livelli fejn ir-riproduzzjoni tagħhom tista’ tiġi mhedda serjament;
(e)il-protezzjoni tal-bijodiversità fl-ambjent tal-baħar, inkluż bil-prevenzjoni ta’ impatti negattivi sinifikanti fuq ekosistemi tal-baħar vulnerabbli, filwaqt li jitqies kwalunkwe standard jew linja gwida internazzjonali rilevanti inkluż il-Linji Gwida Internazzjonali tal-FAO;
(f)il-prevenzjoni jew l-eliminazzjoni tas-sajd eċċessiv u tal-kapaċità tas-sajd eċċessiva, u l-iżgurar li l-livelli ta’ sforz tas-sajd jew il-livelli ta’ qbid ikunu bbażati fuq l-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli u ma jaqbżux dawk proporzjonali mal-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd;
(g)l-iżgurar li tinġabar u tiġi kondiviża fil-ħin u b’mod xieraq data kompluta u preċiża marbuta mal-attivitajiet tas-sajd, inkluż fir-rigward tal-ispeċijiet kollha, inklużi dawk fil-mira u dawk li mhumiex fiż-Żona tal-Konvenzjoni;
(h)l-iżgurar li kwalunkwe espansjoni tal-isforz tas-sajd, żvilupp ta’ sajd ġdid jew esploratorju, jew tibdil fl-irkaptu li jintuża għas-sajd eżistenti, ma jsirux mingħajr valutazzjoni minn qabel tal-impatti ta’ dawk l-attivitajiet tas-sajd fuq is-sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsi tas-sajd u determinazzjoni li dawk l-attivitajiet ma jkollhomx impatti negattivi sinifikanti fuq ekosistemi tal-baħar vulnerabbli, jew l-iżgurar li dawk l-attivitajiet jiġu mmaniġġjati b’tali mod li jiġu evitati dawk l-impatti jew ma jiġux awtorizzati jipproċedu;
(i)l-iżgurar li, f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Ftehim tal-1995, il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni stabbiliti għal stokkijiet ta’ ħut tranżonali fl-ibħra internazzjonali u dawk adottati għaż-żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali jkunu kompatibbli sabiex ikunu żgurati l-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ dawn ir-riżorsi tas-sajd fl-intier tagħhom;
(j)l-iżgurar tal-konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u li s-sanzjonijiet applikabbli fir-rigward tal-ksur jkunu adegwati, f’termini ta’ severità, biex jiżguraw il-konformità b’mod effettiv, jiskoraġġixxu l-ksur kull fejn dawn iseħħu u biex iċaħħdu lill-awturi mill-benefiċċji li jirriżultaw mill-attivitajiet illegali tagħhom;
(k)il-minimizzazzjoni tat-tniġġis u l-iskart li joriġinaw mill-bastimenti tas-sajd, ir-rimi, il-qbid permezz ta’ rkaptu mitluf jew abbandunat, u l-impatti fuq speċijiet oħra u l-ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri li jinkludu, sa fejn dan ikun fattibbli, l-iżvilupp u l-użu ta’ rkaptu u tekniki tas-sajd selettivi, li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u kosteffettivi; u
(l)l-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni b’mod ġust, trasparenti u nondiskriminatorju, li huwa konsistenti mad-dritt internazzjonali.
Artikolu 4
Żona ta’ Applikazzjoni
1.Din il-Konvenzjoni tapplika għall-ilmijiet taż-żona ta’ ibħra internazzjonali tat-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku, bl-esklużjoni taż-żoni ta’ ibħra internazzjonali tal-Baħar ta’ Bering u żoni oħra ta’ ibħra internazzjonali li huma mdawra miż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat wieħed. Iż-żona ta’ applikazzjoni hija delimitata min-naħa tan-Nofsinhar minn linja kontinwa li tibda fil-limitu fuq in-naħa tal-baħar tal-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerka madwar il-Commonwealth tal-Gżejjer Mariana tat-Tramuntana f’għoxrin (20) grad ta’ latitudni Tramuntana, imbagħad tipproċedi fuq lejn il-Lvant u tgħaqqad il-koordinati li ġejjin:
·20°00’00”N, 180°00’00”E/W;
·10°00’00”N,180°00’00”E/W;
·10°00’00”N,140°00’00”W;
·20°00’00”N, 140°00’00”W; u
·Minn hemm lejn il-Lvant sal-limitu fuq in-naħa tal-baħar tal-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Messiku.
2.F’din il-Konvenzjoni, xejn lanqas fi kwalunkwe att jew attività mwettqa skont din il-Konvenzjoni, ma għandu jikkostitwixxi rikonoxximent tal-pretensjonijiet jew tal-pożizzjonijiet ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti rigward l-istatus legali u l-limitu tal-ilmijiet u taż-żoni minn kwalunkwe Parti Kontraenti bħal din.
Artikolu 5
Stabbiliment tal-Kummissjoni
1.Il-Kummissjoni tas-Sajd tal-Paċifiku tat-Tramuntana (“il-Kummissjoni”) hija b’dan stabbilita. Il-Kummissjoni għandha tiffunzjona f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni. Kull Parti Kontraenti għandha tkun membru tal-Kummissjoni.
2.Entità tas-sajd imsemmija fil-Konvenzjoni tista’ tieħu sehem fil-ħidma tal-Kummissjoni f’konformità mal-Anness. Il-parteċipazzjoni ta’ entità tas-sajd fil-ħidma tal-Kummissjoni ma għandhiex tikkostitwixxi devjazzjoni mill-applikazzjoni aċċettata tad-dritt internazzjonali, inkluż il-Konvenzjoni tal-1982.
3.Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħa regolari mill-inqas darba kull sentejn f’ħin u post li għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni u tista’ torganizza laqgħat oħra bħal dawn kif jista’ jkun meħtieġ biex twettaq il-funzjonijiet tagħha skont din il-Konvenzjoni.
4.Kwalunkwe membru tal-Kummissjoni jista’ jitlob li ssir laqgħa tal-Kummissjoni, li għandha titlaqqa’ bil-kunsens ta’ maġġoranza tal-membri tal-Kummissjoni. Il-President għandu mbagħad isejjaħ laqgħa bħal din fi żmien xieraq, meta u fejn il-President jista’ jiddetermina f’konsultazzjoni mal-membri tal-Kummissjoni.
5.Il-Kummissjoni għandha teleġġi President u Viċi President minn fost ir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti, li kull wieħed għandu jkun minn Parti Kontraenti differenti. Dawn għandhom jiġu eletti għal perjodu ta’ sentejn u għandhom ikunu eleġibbli biex jerġgħu jiġu eletti, iżda ma għandhomx iservu fl-istess kapaċità għal aktar minn erba’ snin suċċessivi. Il-President u l-Viċi President għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu eletti s-suċċessuri tagħhom.
6.Il-Kummissjoni għandha tapplika l-prinċipju tal-kosteffettività fir-rigward tal-frekwenza, id-durata u l-ippjanar tal-laqgħat tal-Kummissjoni u l-korpi sussidjarji tagħha.
7.Il-Kummissjoni għandu jkollha personalità ġuridika internazzjonali u kapaċità legali bħal din kif jista’ jkun meħtieġ biex twettaq il-funzjonijiet tagħha u biex tikseb l-objettivi tagħha. Il-privileġġi u l-immunitajiet li għandhom igawdu l-Kummissjoni u l-uffiċjali tagħha fit-territorju ta’ Parti Kontraenti għandhom jiġu determinati bi qbil bejn il-Kummissjoni u l-Parti Kontraenti kkonċernata.
8.Il-laqgħat kollha tal-Kummissjoni u l-korpi sussidjarji għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni minn osservaturi akkreditati f’konformità mar-Regoli ta’ Proċedura li l-Kummissjoni għandha tadotta. Id-dokumenti relatati għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku f’konformità ma’ Regoli ta’ Proċedura bħal dawn.
9.Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi Segretarjat permanenti magħmul minn Segretarju Eżekuttiv u membri oħra tal-persunal bħal dan skont kif il-Kummissjoni tista’ teħtieġ u/jew tidħol f’arranġamenti kuntrattwali mas-Segretarjat ta’ organizzazzjoni eżistenti biex jingħataw dawn is-servizzi. Kwalunkwe Segretarju Eżekuttiv għandu jinħatar bl-approvazzjoni tal-Partijiet Kontraenti.
Artikolu 6
Korpi Sussidjarji
1.Kumitat Xjentifiku u Kumitat Tekniku u ta’ Konformità huma b’dan stabbiliti. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi b’kunsens kwalunkwe korp sussidjarju ieħor minn żmien għal ieħor biex jassisti biex jintlaħaq l-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni.
2.Kull korp sussidjarju għandu, wara kull laqgħa, jipprovdi rapport lill-Kummissjoni dwar il-ħidma tiegħu li jinkludi, fejn xieraq, pariri u rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni.
3.Il-korpi sussidjarji jistgħu jistabbilixxu gruppi ta’ ħidma u jistgħu jfittxu parir estern f’konformità ma’ kwalunkwe gwida pprovduta mill-Kummissjoni.
4.Il-korpi sussidjarji għandhom ikunu responsabbli quddiem il-Kummissjoni u għandhom jaħdmu skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni, diment li l-Kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor.
Artikolu 7
Funzjonijiet tal-Kummissjoni
1.Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3 u abbażi tal-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli u l-parir tal-Kumitat Xjentifiku:
(a)tadotta miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni biex tiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni, inkluż il-qabda totali permissibbli jew il-livell ta’ sforz tas-sajd totali permissibbli għal dawk ir-riżorsi tas-sajd, skont kif tista’ tiddeċiedi l-Kummissjoni;
(b)tiżgura li l-livelli ta’ qabda totali permissibbli jew il-livell ta’ sforz tas-sajd totali permissibbli ikunu f’konformità mal-pariri u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku;
(c)tadotta, fejn meħtieġ, miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għal speċijiet li jagħmlu parti mill-istess ekosistema jew li jiddependu mill-istokkijiet fil-mira jew li huma assoċjati magħhom;
(d)tadotta, fejn meħtieġ, strateġiji ta’ ġestjoni għal kwalunkwe riżorsa tas-sajd u għal speċijiet li jagħmlu parti mill-istess ekosistema jew li jiddependu mill-istokkijiet fil-mira jew li huma assoċjati magħhom, kif jista’ jkun meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni;
(e)tadotta miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għall-prevenzjoni ta’ impatti negattivi sinifikanti fuq ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fiż-Żona tal-Konvenzjoni, inkluż iżda mhux limitati għal:
(i)miżuri biex jitwettqu u jiġu rieżaminati valutazzjonijiet tal-impatt biex jiġi determinat jekk l-attivitajiet tas-sajd jipproduċux impatti bħal dawn fuq ekosistemi bħal dawn f’żona speċifika;
(ii)miżuri biex jiġu indirizzati każijiet fejn waqt attivitajiet normali ta’ sajd demersali wieħed jiltaqa’ b’mod mhux mistenni ma’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli; u
(iii)fejn xieraq, miżuri li jispeċifikaw postijiet fejn ma għandhomx isiru attivitajiet tas-sajd;
(f)tiddetermina n-natura u l-livell tal-parteċipazzjoni f’sajd eżistenti, inkluż permezz tal-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd;
(g)tistabbilixxi b’kunsens it-termini u l-kondizzjonijiet għal kwalunkwe sajd ġdid fiż-Żona tal-Konvenzjoni u n-natura u l-livell tal-parteċipazzjoni f’sajd bħal dan, inkluż permezz tal-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd; u
(h)taqbel dwar mezzi kif l-interessi tas-sajd ta’ Partijiet Kontraenti ġodda jistgħu jiġu akkomodati b’mod konsistenti mal-ħtieġa li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsi tas-sajd koperti minn din il-Konvenzjoni.
2.Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri biex tiżgura l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza effettivi, kif ukoll il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u l-miżuri adottati skont din il-Konvenzjoni u l-infurzar tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha:
(a)tistabbilixxi proċeduri għar-regolamentazzjoni u l-monitoraġġ tat-trasbord tar-riżorsi tas-sajd u l-prodotti tar-riżorsi tas-sajd meħuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni, inkluż in-notifika lill-Kummissjoni tal-post u l-kwantità ta’ kwalunkwe trasbord;
(b)tiżviluppa u timplimenta Programm tal-Osservaturi tas-Sajd fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku (“Programm tal-Osservaturi”), filwaqt li jitqiesu l-istandards u l-linji gwida internazzjonali rilevanti;
(c)tistabbilixxi proċeduri għat-tlugħ abbord u l-ispezzjoni ta’ bastimenti tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni;
(d)tistabbilixxi mekkaniżmi kooperattivi xierqa għall-monitoraġġ, għall-kontroll u għas-sorveljanza effettivi biex jiġi żgurat l-infurzar tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni inkluż mekkaniżmi biex is-sajd IUU jkun prevenut, skoraġġut u eliminat;
(e)tiżviluppa standards, speċifikazzjonijiet u proċeduri biex il-membri tal-Kummissjoni jirrappurtaw ċaqliq u attivitajiet permezz ta’ trażmettituri satellitari li jiddeterminaw il-pożizzjoni fil-ħin reali għal bastimenti involuti f’attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni u, f’konformità ma’ dawk il-proċeduri, tikkoordina d-disseminazzjoni f’waqtha tad-data miġbura mis-sistemi tal-membri ta’ monitoraġġ tal-bastimenti bis-satellita;
(f)tistabbilixxi proċeduri li permezz tagħhom id-dħul fiż-Żona tal-Konvenzjoni u l-ħruġ minnha ta’ bastimenti tas-sajd li jaqbdu jew li jippjanaw li jaqbdu riżorsi tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni jiġu notifikati lill-Kummissjoni fi żmien xieraq;
(g)tistabbilixxi, fejn xieraq, miżuri mhux diskriminatorji relatati mas-suq li jkunu konsistenti mad-dritt internazzjonali biex is-sajd IUU jkun prevenut, skoraġġut u eliminat; u
(h)tistabbilixxi proċeduri għar-rieżami tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u l-miżuri adottati skont din il-Konvenzjoni.
3.Il-Kummissjoni għandha:
(a)tadotta u/jew temenda, kif meħtieġ, b’kunsens, ir-regoli għat-tmexxija tal-laqgħat tagħha u għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħha, inkluż ir-Regoli ta’ Proċedura, ir-Regolamenti Finanzjarji u regolamenti oħra;
(b)tadotta pjan ta’ ħidma u termini ta’ referenza għall-Kumitat Xjentifiku, għall-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità u, kif meħtieġ, għal korpi sussidjarji oħra;
(c)tirreferi lill-Kumitat Xjentifiku kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-bażi xjentifika għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jista’ jkollha tieħu rigward il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ riżorsi tas-sajd u speċijiet li jagħmlu parti mill-istess ekosistema jew li jiddependu mill-istokkijiet fil-mira jew li huma assoċjati magħhom u rigward il-valutazzjoni u l-indirizzar tal-impatti ta’ attivitajiet tas-sajd fuq ekosistemi tal-baħar vulnerabbli;
(d)tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet għal kwalunkwe attività tas-sajd sperimentali, xjentifika u esploratorja fiż-Żona tal-Konvenzjoni u tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe riċerka xjentifika kooperattiva fuq riżorsi tas-sajd, ekosistemi tal-baħar vulnerabbli u speċijiet li jagħmlu parti mill-istess ekosistema jew li jiddependu mill-istokkijiet fil-mira jew li huma assoċjati magħhom;
(e)tadotta u temenda minn żmien għal ieħor lista ta’ speċijiet indikaturi għal ekosistemi tal-baħar vulnerabbli li għalihom s-sajd dirett għandu jiġi pprojbit;
(f)tidderieġi r-relazzjonijiet esterni tal-Kummissjoni; u
(g)twettaq funzjonijiet u attivitajiet oħra bħal dawn kif jista’ jkun meħtieġ biex jiġi promoss l-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 8
Teħid ta’ Deċiżjonijiet
1.Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b’kunsens.
2.Ħlief fejn din il-Konvenzjoni tipprovdi espressament li deċiżjoni għandha tittieħed b’kunsens, jekk il-President iqis li l-isforzi kollha biex jintlaħaq kunsens ikunu ġew eżawriti:
(a)id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta’ proċedura għandhom jittieħdu b’maġġoranza tal-membri tal-Kummissjoni li jivvotaw b’mod affermattiv jew negattiv; u
(b)id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ sustanza għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri tal-Kummissjoni li jivvotaw b’mod affermattiv jew negattiv.
3.Meta tqum il-kwistjoni jekk kwistjoni tkunx waħda ta’ sustanza jew le, dik il-kwistjoni għandha tkun ittrattata bħala waħda ta’ sustanza.
4.Ma għandha tittieħed ebda deċiżjoni sakemm ma jintlaħaqx kworum ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Kummissjoni preżenti meta għandha tittieħed id-deċiżjoni.
Artikolu 9
Implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni
1.Id-deċiżjonijiet vinkolanti tal-Kummissjoni għandhom isiru effettivi kif ġej:
(a)il-President tal-Kummissjoni għandu jinnotifika minnufih bil-miktub lill-membri kollha tal-Kummissjoni b’deċiżjoni bħal din wara l-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni;
(b)id-deċiżjoni għandha ssir vinkolanti għall-membri kollha tal-Kummissjoni disgħin (90) jum wara d-data ta’ trażmissjoni speċifikata fin-notifika tal-President tal-adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni, skont is-subparagrafu (a) hawn fuq, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fid-deċiżjoni;
(c)membru tal-Kummissjoni jista’ joġġezzjona għal deċiżjoni unikament għar-raġuni li d-deċiżjoni tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, mal-Konvenzjoni tal-1982 jew mal-Ftehim tal-1995, jew li d-deċiżjoni tiddiskrimina b’mod inġustifikabbli fil-forma jew fil-fatt kontra l-membru li qed joġġezzjona;
(d)jekk membru tal-Kummissjoni jippreżenta oġġezzjoni, huwa għandu jinnotifika b’dan lill-President tal-Kummissjoni bil-miktub mill-inqas ġimagħtejn qabel id-data meta d-deċiżjoni ssir vinkolanti f’konformità mas-subparagrafu (b) hawn fuq; f’dan il-każ, id-deċiżjoni ma għandhiex tkun vinkolanti għal dak il-membru, sa fejn speċifikat; madankollu, id-deċiżjoni għandha tibqa’ vinkolanti għall-membri l-oħra kollha sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor;
(e)kwalunkwe membru tal-Kummissjoni li jagħmel notifika skont is-subparagrafu (d) hawn fuq għandu jispeċifika jekk id-deċiżjoni hijiex inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, mal-Konvenzjoni tal-1982 jew mal-Ftehim tal-1995, jew jekk tiddiskriminax b’mod inġustifikabbli fil-forma jew fil-fatt kontra dak il-membru u, fl-istess ħin, għandu jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet għall-pożizzjoni tiegħu. Il-membru jeħtieġlu wkoll jadotta u jimplimenta miżuri alternattivi li l-effetti tagħhom ikunu ekwivalenti għad-deċiżjoni li għaliha jkun oġġezzjona u li jkollhom l-istess data ta’ applikazzjoni;
(f)il-President għandu jiċċirkola minnufih lill-membri kollha tal-Kummissjoni, id-dettalji ta’ kwalunkwe notifika u spjegazzjoni rċevuti f’konformità mas-subparagrafi (d) u (e) hawn fuq;
(g)fil-każ li kwalunkwe membru tal-Kummissjoni jinvoka l-proċedura stipulata fis-subparagrafi (d) u (e) hawn fuq, għandha ssir laqgħa tal-Kummissjoni fuq talba ta’ kwalunkwe membru ieħor biex tiġi rieżaminata d-deċiżjoni li għaliha tkun ġiet ippreżentata l-oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha, bi spejjeż tagħha, tistieden għal dik il-laqgħa żewġ esperti jew aktar li huma ċittadini ta’ Stati li mhumiex membri tal-Kummissjoni u li għandhom għarfien biżżejjed tad-dritt internazzjonali marbut mas-sajd u tal-funzjonament tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd biex jipprovdu parir lill-Kummissjoni dwar is-suġġett inkwistjoni. L-għażla u l-attivitajiet ta’ dawn l-esperti għandha tkun f’konformità mal-proċeduri li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni;
(h)il-laqgħa tal-Kummissjoni għandha tqis jekk ir-raġunijiet speċifikati għall-oġġezzjoni ppreżentata mill-membru tal-Kummissjoni humiex ġustifikati u jekk il-miżuri alternattivi adottati għandhomx effett ekwivalenti għad-deċiżjoni li għaliha ġiet ippreżentata l-oġġezzjoni;
(i)jekk il-Kummissjoni ssib li d-deċiżjoni li għaliha tkun ġiet ippreżentata oġġezzjoni ma tiddiskriminax fil-forma jew fil-fatt kontra l-membru tal-Kummissjoni li qed joġġezzjona u ma tkunx inkonsistenti ma’ din il-Konvenzjoni, mal-Konvenzjoni tal-1982 jew mal-Ftehim tal-1995, iżda li l-miżuri alternattivi jkollhom effett ekwivalenti għad-deċiżjoni mill-Kummissjoni u jenħtieġ li jiġu aċċettati kif ikunu mill-Kummissjoni, il-miżuri alternattivi għandhom ikunu vinkolanti għall-membru li qed joġġezzjona b’sostituzzjoni għad-deċiżjoni li għaliha tkun ġiet ippreżentata l-oġġezzjoni; u
(j)jekk il-Kummissjoni ssib li d-deċiżjoni li għaliha tkun ġiet ippreżentata l-oġġezzjoni ma tiddiskriminax fil-forma jew fil-fatt kontra l-membru li qed joġġezzjona u ma tkunx inkonsistenti ma’ din il-Konvenzjoni, mal-Konvenzjoni tal-1982 jew mal-Ftehim tal-1995, iżda li l-miżuri alternattivi ma jkollhomx effett ekwivalenti għad-deċiżjoni li għaliha tkun saret l-oġġezzjoni, il-membru li qed joġġezzjona jista’:
(i)jippreżenta miżuri alternattivi differenti għall-kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni;
(ii)fi żmien ħamsa u erbgħin (45) jum jimplimenta d-deċiżjoni oriġinali li għaliha jkun ippreżenta oġġezzjoni; jew
(iii)jiftaħ proċedimenti għas-soluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 19 jew il-paragrafu 4 tal-Anness.
2.Kwalunkwe membru tal-Kummissjoni li jinvoka d-dritt ta’ oġġezzjoni stabbilit fil-paragrafu 1 jista’ fi kwalunkwe mument jirtira n-notifika tiegħu tal-oġġezzjoni u jintrabat bid-deċiżjoni minnufih jekk din tkun diġà effettiva jew fil-mument meta tista’ ssir effettiva taħt dan l-Artikolu.
Artikolu 10
Kumitat Xjentifiku
1.Il-Kumitat Xjentifiku għandu jipprovdi parir xjentifiku u rakkomandazzjonijiet f’konformità mat-termini ta’ referenza għall-Kumitat li għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa regolari tal-Kummissjoni u kif jistgħu jiġu emendati minn żmien għal ieħor.
2.Il-Kumitat Xjentifiku għandu jiltaqa’, ħlief jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi mod ieħor, mill-inqas darba kull sentejn, u qabel il-laqgħa regolari tal-Kummissjoni.
3.Il-Kumitat Xjentifiku għandu jagħmel kull sforz sabiex jadotta r-rapporti tiegħu b’kunsens. Jekk ikun falla kull sforz biex jinkiseb kunsens, ir-rapport għandu jindika l-fehmiet tal-maġġoranza u tal-minoranza u jista’ jinkludi l-fehmiet differenti tar-rappreżentanti tal-membri dwar ir-rapport kollu jew dwar kwalunkwe parti minnu.
4.Il-funzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għandhom ikunu li:
(a)jirrakkomanda lill-Kummissjoni pjan ta’ riċerka, inkluż kwistjonijiet u punti speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati mill-esperti xjentifiċi jew minn organizzazzjonijiet jew individwi oħrajn, fejn xieraq, u jidentifika l-ħtiġijiet ta’ data u jikkoordina attivitajiet li jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet;
(b)jippjana, imexxi u jirrieżamina regolarment il-valutazzjonijiet xjentifiċi tal-istatus tar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni, jidentifika azzjonijiet meħtieġa għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tagħhom, u jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni;
(c)jiġbor, janalizza u jxerred l-informazzjoni rilevanti;
(d)jivvaluta l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq ir-riżorsi tas-sajd u fuq l-ispeċijiet li jagħmlu parti mill-istess ekosistema jew li jiddependu mill-istokkijiet fil-mira jew li huma assoċjati magħhom;
(e)jiżviluppa proċess biex jiġu identifikati ekosistemi tal-baħar vulnerabbli, inkluż kriterji rilevanti biex isir dan, u jidentifika, abbażi tal-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli, żoni jew karatteristiċi fejn huwa magħruf li jinsabu, jew x’aktarx jinsabu dawn l-ekosistemi, u l-post tas-sajd demersali b’rabta ma’ dawn iż-żoni jew il-karatteristiċi, filwaqt li jieħu kont dovut tal-ħtieġa li tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali;
(f)jidentifika u jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar speċijiet indikaturi addizzjonali għal ekosistemi tal-baħar vulnerabbli li għalihom għandu jiġi pprojbit is-sajd dirett;
(g)jistabbilixxi standards u kriterji b’bażi xjentifika biex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet tas-sajd demersali x’aktarx jipproduċu impatti negattivi sinifikanti fuq ekosistemi tal-baħar vulnerabbli jew speċijiet tal-baħar f’żona speċifika abbażi ta’ standards internazzjonali bħal-Linji Gwida Internazzjonali tal-FAO u jagħti rakkomandazzjonijiet għal miżuri biex jiġu evitati impatti bħal dawn;
(h)jirrieżamina kwalunkwe valutazzjoni, determinazzjoni u miżura ta’ ġestjoni u jagħti kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa sabiex jinkiseb l-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni;
(i)jiżviluppa regoli u standards, għall-adozzjoni mill-Kummissjoni, għall-ġbir, għall-verifika, għar-rappurtar u għas-sigurtà ta’ data dwar ir-riżorsi tas-sajd, l-ispeċijiet li jagħmlu parti mill-istess ekosistema jew li jiddependu mill-istokkijiet fil-mira jew li huma assoċjati magħhom u l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni, kif ukoll għall-iskambju ta’ tali data, l-aċċess għaliha u d-disseminazzjoni tagħha;
(j)sa fejn prattikabbli, jipprovdi analiżi lill-Kummissjoni ta’ miżuri alternattivi ta’ konservazzjoni u ġestjoni li tevalwa l-punt sa fejn kull alternattiva tkun tikseb l-objettivi ta’ kwalunkwe strateġija ta’ ġestjoni adottata jew meqjusa mill-Kummissjoni; u
(k)jipprovdi lill-Kummissjoni b’pariri xjentifiċi oħra bħal dawn skont kif jidhirlu xieraq jew skont kif ikun meħtieġ mill-Kummissjoni.
5.Il-Kumitat Xjentifiku jista’ jiskambja l-informazzjoni dwar suġġetti ta’ interess reċiproku ma’ organizzazzjonijiet jew arranġamenti xjentifiċi rilevanti oħra f’konformità mar-regoli u mal-istandards adottati mill-Kummissjoni skont is-subparagrafu 4(i) hawn fuq u l-Artikolu 21.
6.Il-Kumitat Xjentifiku ma għandux jidduplika l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u arranġamenti xjentifiċi oħra li jkopru ż-Żona tal-Konvenzjoni.
Artikolu 11
Kumitat Tekniku u ta’ Konformità
1.Il-funzjonijiet tal-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità għandhom ikunu li:
(a)jimmonitorja u jirrieżamina l-konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni kif jista’ jkun meħtieġ; u
(b)jirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ miżuri kooperattivi għall-monitoraġġ, il-kontroll, is-sorveljanza u l-infurzar adottati mill-Kummissjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni kif jista’ jkun meħtieġ.
2.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi meta l-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità għandu jorganizza l-laqgħa inizjali tiegħu. Wara dan, il-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità għandu jiltaqa’, ħlief jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi mod ieħor, mill-inqas darba kull sentejn, u qabel il-laqgħa regolari tal-Kummissjoni.
3.Il-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità għandu jagħmel kull sforz biex jadotta r-rapporti tiegħu b’kunsens. Jekk ikun falla kull sforz biex jinkiseb kunsens, ir-rapport għandu jindika l-fehmiet tal-maġġoranza u tal-minoranza u jista’ jinkludi l-fehmiet differenti tar-rappreżentanti tal-membri dwar ir-rapport kollu jew dwar kwalunkwe parti minnu.
4.Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, il-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità għandu:
(a)jipprovdi forum għall-iskambju ta’ informazzjoni rigward il-mezzi li bihom il-membri tal-Kummissjoni qed jimplimentaw l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni fiż-Żona tal-Konvenzjoni u miżuri komplementari f’ilmijiet li jmissu maż-Żona tal-Konvenzjoni, fejn xieraq;
(b)jipprovdi forum għall-iskambju ta’ informazzjoni rigward l-infurzar, inkluż sforzi, strateġiji u pjanijiet ta’ infurzar;
(c)jirċievi rapporti minn kull membru tal-Kummissjoni dwar il-miżuri li l-membru jkun ħa biex jimmonitorja, jinvestiga u jippenalizza ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u l-miżuri adottati skont din il-Konvenzjoni;
(d)jirrapporta lill-Kummissjoni bis-sejbiet jew bil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-livell ta’ konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni;
(e)jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet marbuta mal-monitoraġġ, il-kontroll, is-sorveljanza u l-infurzar;
(f)jiżviluppa regoli u proċeduri li jirregolaw l-użu ta’ data u informazzjoni oħra għal finijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza; u
(g)iqis u/jew jinvestiga kwalunkwe kwistjoni oħra kif tista’ tiġi riferita lilu mill-Kummissjoni.
5.Il-Kumitat Tekniku u ta’ Konformità għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu f’konformità mal-proċeduri u l-linji gwida kif il-Kummissjoni tista’ tadotta minn żmien għal ieħor.
Artikolu 12
Baġit
1.Kull membru tal-Kummissjoni għandu jħallas minn butu l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-attendenza f’laqgħat tal-Kummissjoni u tal-korpi sussidjarji tagħha.
2.F’kull laqgħa regolari, il-Kummissjoni għandha, b’kunsens, tadotta baġit annwali għal kull waħda mis-sentejn li jmiss. Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jittrasmetti lill-membri abbozz ta’ baġits għal kull waħda minn dawk is-snin flimkien ma’ skeda ta’ kontribuzzjonijiet sa mhux aktar tard minn sittin (60) jum qabel il-laqgħa regolari tal-Kummissjoni fejn għandhom jiġu kkunsidrati dawk il-baġits. F’każ li l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tilħaq kunsens dwar l-adozzjoni ta’ baġit annwali għal kwalunkwe sena speċifika, il-baġit tal-Kummissjoni għas-sena preċedenti għandu jiġi riportat għal dik is-sena.
3.Il-baġit għandu jinqasam fost il-membri tal-Kummissjoni f’konformità ma’ formula li għandha tiġi adottata, b’kunsens, mill-Kummissjoni. Membru tal-Kummissjoni li jkun sar membru matul sena finanzjarja għandu jikkontribwixxi għall-baġit ammont proporzjonali għan-numru ta’ xhur sħaħ li jkun fadal fis-sena, ikkalkulat mill-jum meta sar membru.
4.Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jinnotifika lil kull membru tal-Kummissjoni bl-ammont tal-kontribuzzjoni tiegħu. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu sa mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data ta’ din in-notifika, fil-munita tal-Istat fejn ikun jinsab is-Segretarjat tal-Kummissjoni. Membru tal-Kummissjoni li ma jistax jirrispetta l-iskadenza għandu jispjega lill-Kummissjoni r-raġuni għaliex ma jkunx jista’ jagħmel dan.
5.Membru tal-Kummissjoni li ma jkunx ħallas il-kontribuzzjonijiet kollha tiegħu għal sentejn konsekuttivi ma għandux ikun intitolat jieħu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Kummissjoni, lanqas ma jkun jista’ jippreżenta oġġezzjonijiet għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni, sakemm ma jkunx issodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu lejn il-Kummissjoni.
6.L-affarijiet finanzjarji tal-Kummissjoni għandhom jiġu awditjati kull sena minn awdituri esterni li għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni.
Artikolu 13
Dmirijiet tal-Istat tal-Bandiera
1.Kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri bħal dawn kif jista’ jkun meħtieġ biex tiżgura li l-bastimenti tas-sajd intitolati jtajru l-bandiera tagħha:
(a)li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u l-miżuri adottati skont din il-Konvenzjoni u li bastimenti bħal dawn ma jkunux involuti f’xi attività li tfixkel l-effettività ta’ miżuri bħal dawn; u
(b)ma jwettqux attivitajiet tas-sajd mhux awtorizzati f’żoni taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta’ Stat ieħor li jmiss maż-Żona tal-Konvenzjoni.
2.Ebda Parti Kontraenti ma għandha tippermetti li xi bastiment tas-sajd intitolat itajjar il-bandiera tagħha jintuża għal attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni sakemm ma jkunx awtorizzat jagħmel hekk mill-awtorità jew l-awtoritajiet xierqa ta’ dik il-Parti Kontraenti. Kull Parti Kontraenti għandha tawtorizza l-użu ta’ bastimenti intitolati jtajru l-bandiera tagħha għal attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni biss meta tkun tista’ teżerċita b’mod effettiv r-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward ta’ dawk il-bastimenti skont din il-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni tal-1982 u l-Ftehim tal-1995.
3.Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd intitolati jtajru l-bandiera tagħha mwettqa bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, kif ukoll tal-miżuri adottati skont din il-Konvenzjoni u tal-awtorizzazzjoni fil-paragrafu 2, jikkostitwixxu ksur skont il-qafas legali tagħha.
4.Kull Parti Kontraenti għandha tirrikjedi li l-bastimenti tas-sajd li huma intitolati jtajru l-bandiera tagħha u li huma involuti f’attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni:
(a)jużaw trażmettituri satellitari li jiddeterminaw il-pożizzjoni fil-ħin reali meta jkunu fiż-Żona tal-Konvenzjoni, f’konformità mal-proċeduri żviluppati skont l-Artikolu 7, is-subparagrafu 2(e);
(b)jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu fiż-Żona tal-Konvenzjoni u joħorġu minnha, f’konformità mal-proċeduri żviluppati skont l-Artikolu 7, is-subparagrafu 2(f); u
(c)jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-post fejn isir kwalunkwe trasbord ta’ riżorsi tas-sajd u ta’ prodotti tar-riżorsi tas-sajd meħuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni, sakemm il-Kummissjoni tadotta proċeduri għar-regolamentazzjoni u għall-monitoraġġ tat-trasbordi skont l-Artikolu 7, is-subparagrafu 2(a).
5.Kull Parti Kontraenti għandha tipprojbixxi lill-bastimenti intitolati jtajru l-bandiera tagħha milli jkunu involuti f’sajd dirett għall-ordnijiet li ġejjin: Alcyonacea, Antipatharia, Gorgonacea, u Scleractinia, kif ukoll kwalunkwe speċi indikatriċi oħra għal ekosistemi tal-baħar vulnerabbli kif jistgħu jiġu identifikati minn żmien għal ieħor mill-Kumitat Xjentifiku u adottati mill-Kummissjoni.
6.Kull Parti Kontraenti għandha tqiegħed osservaturi abbord bastimenti tas-sajd intitolati jtajru l-bandiera tagħha li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni f’konformità mal-Programm tal-Osservaturi li għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-Artikolu 7, is-subparagrafu 2(b). Il-bastimenti tas-sajd involuti fis-sajd demersali fiż-Żona tal-Konvenzjoni għandu jkollhom kopertura ta’ mija fil-mija (100 %) skont il-Programm tal-Osservaturi. Il-bastimenti tas-sajd involuti f’tipi ta’ attivitajiet tas-sajd oħra fiż-Żona tal-Konvenzjoni għandu jkollhom livell ta’ kopertura ta’ osservatur, skont kif tiddeċiedi l-Kummissjoni.
7.Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li bastimenti tas-sajd intitolati jtajru l-bandiera tagħha jaċċettaw li jitilgħu abbord spetturi awtorizzati kif dovut f’konformità mal-proċeduri għat-tlugħ abbord u l-ispezzjoni tal-bastimenti tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7, is-subparagrafu 2(c). L-ispetturi awtorizzati kif dovut għandhom jikkonformaw ma’ dawn il-proċeduri.
8.Għall-fini tal-implimentazzjoni effettiva ta’ din il-Konvenzjoni, kull Parti Kontraenti għandha:
(a)iżżomm reġistru tal-bastimenti tas-sajd intitolati jtajru l-bandiera tagħha u awtorizzati biex jintużaw għal attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni f’konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, mar-regoli, mal-istandards, u mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni;
(b)tipprovdi lill-Kummissjoni kull sena, f’konformità mal-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni, informazzjoni, kif deċiż mill-Kummissjoni, fir-rigward ta’ kull bastiment tas-sajd li jiddaħħal fir-reġistru li għandu jinżamm skont dan il-paragrafu u għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe modifika għal din l-informazzjoni; u
(c)tipprovdi lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapport annwali rikjest skont l-Artikolu 16, l-ismijiet tal-bastimenti tas-sajd li ddaħħlu fir-reġistru u li wettqu attivitajiet tas-sajd matul is-sena kalendarja preċedenti.
9.Kull Parti Kontraenti għandha wkoll tinforma minnufih lill-Kummissjoni bi:
(a)kwalunkwe żieda fir-reġistru; u
(b)kull tħassir mir-reġistru, filwaqt li tispeċifika liema mir-raġunijiet li ġejjin hija applikabbli:
(i)ir-rinunzja volontarja tal-awtorizzazzjoni għas-sajd mis-sid jew l-operatur tal-bastiment tas-sajd;
(ii)l-irtirar jew in-nuqqas tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fir-rigward tal-bastiment tas-sajd skont il-paragrafu 2;
(iii)il-fatt li l-bastiment tas-sajd ikkonċernat ma għadux intitolat itajjar il-bandiera tagħha;
(iv)l-iskrappjar, id-dekummissjonar jew it-telf tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat; jew
(v)kwalunkwe raġuni oħra, flimkien ma’ spjegazzjoni speċifika pprovduta.
10.Il-Kummissjoni għandha żżomm ir-reġistru proprju tagħha tal-bastimenti tas-sajd, abbażi tal-informazzjoni pprovduta lilha skont il-paragrafi 8 u 9. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan ir-reġistru disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi miftiehma, filwaqt li tieħu kont dovut tal-ħtieġa li tiġi protetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni personali, b’mod konsistenti mal-prassi domestika ta’ kull Parti Kontraenti. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll lil kwalunkwe Parti Kontraenti, fuq talba, informazzjoni dwar kwalunkwe bastiment li jiddaħħal fir-reġistru tal-Kummissjoni, li ma tkunx pubblikament disponibbli b’mod ieħor.
11.Kwalunkwe Parti Kontraenti li ma tissottomettix id-data u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 16, il-paragrafu 3 fir-rigward ta’ kwalunkwe sena fejn seħħ sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni minn bastimenti tas-sajd intitolati jtajru l-bandiera tagħha ma għandhiex tieħu sehem fis-sajd rilevanti sakemm jiġu pprovduti dik id-data u dik l-informazzjoni. Ir-Regoli ta’ Proċedura li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni għandhom jiggwidaw aktar l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 14
Dmirijiet tal-Istat tal-Port
1.Parti Kontraenti għandha d-dritt u d-dmir li tieħu miżuri, f’konformità mad-dritt internazzjonali, biex tippromwovi l-effettività ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni subreġjonali, reġjonali u globali.
2.Kull Parti Kontraenti għandha:
(a)timplimenta miżuri tal-Istat tal-port adottati mill-Kummissjoni b’rabta mad-dħul fil-portijiet tagħha u l-użu tagħhom minn bastimenti tas-sajd li jkunu involuti f’attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni, inkluż, fost oħrajn, fir-rigward tal-ħatt u t-trasbord ta’ riżorsi tas-sajd, l-ispezzjoni ta’ bastimenti tas-sajd, tad-dokumenti, tal-qbid u tal-irkaptu abbord u l-użu ta’ servizzi tal-port; u
(b)tagħti assistenza lil Stati tal-bandiera, skont kemm ikun raġonevolment prattikabbli u f’konformità mad-dritt nazzjonali tagħha u d-dritt internazzjonali, meta bastiment tas-sajd jinsab volontarjament fil-portijiet tagħha u l-Istat tal-bandiera tal-bastiment jitlob lill-Parti Kontraenti biex tagħtih assistenza biex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni.
3.Fil-każ li Parti Kontraenti tqis li bastiment tas-sajd li jkun qed jagħmel użu mill-portijiet tagħha jkun kiser dispożizzjoni ta’ din il-Konvenzjoni jew miżura ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottata mill-Kummissjoni, din għandha tinnotifika lill-Istat tal-bandiera kkonċernat, lill-Kummissjoni u lil Stati rilevanti u organizzazzjonijiet internazzjonali xierqa oħra. Il-Parti Kontraenti għandha tipprovdi lill-Istat tal-bandiera u, kif xieraq, lill-Kummissjoni b’dokumentazzjoni sħiħa dwar il-każ, inkluż kull rekord ta’ spezzjoni.
4.F’dan l-Artikolu, xejn ma għandu jinftiehem li jaffettwa l-eżerċitar, min-naħa tal-Partijiet Kontraenti, tas-sovranità tagħhom fuq il-portijiet fit-territorju tagħhom f’konformità mad-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt tagħhom li jiċħdu d-dħul fil-portijiet fit-territorju tagħhom kif ukoll li jadottaw miżuri tal-Istat tal-port aktar stretti minn dawk adottati mill-Kummissjoni skont din il-Konvenzjoni.
Artikolu 15
Dmirijiet tal-Entitajiet tas-Sajd
L-Artikolu 13 u l-Artikolu 14, il-paragrafi 2 u 3 japplikaw mutatis mutandis għal kwalunkwe entità tas-sajd li tkun esprimiet l-impenn sod tagħha f’konformità mal-Anness.
Artikolu 16
Ġbir, Kumpilazzjoni u Skambju ta’ Data
1.Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis b’mod sħiħ l-Anness I tal-Ftehim tal-1995 kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 10 u 11, għandha tiżviluppa standards, regoli u proċeduri, fost oħrajn:
(a)għal-ġbir, għall-verifika u għar-rapportar f’waqtu lill-Kummissjoni tad-data kollha rilevanti mill-membri tal-Kummissjoni;
(a)għall-kumpilazzjoni u l-ġestjoni mill-Kummissjoni ta’ data preċiża u kompluta biex tkun iffaċilitata l-valutazzjoni effettiva tal-istokkijiet biex ikun żgurat li jkun jista’ jingħata l-aħjar parir xjentifiku;
(b)għall-iskambju ta’ data fost il-membri tal-Kummissjoni, u ma’ organizzazzjonijiet u arranġamenti reġjonali oħra għall-ġestjoni tas-sajd, u organizzazzjonijiet rilevanti oħra, inkluż data dwar bastimenti involuti f’sajd IUU, u, fejn xieraq, dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ dawk il-bastimenti, bl-objettiv li tkun ikkonsolidata dik l-informazzjoni f’format ċentralizzat għad-disseminazzjoni kif xieraq;
(c)għall-faċilitazzjoni ta’ dokumentazzjoni koordinata u kondiviżjoni tad-data bejn organizzazzjonijiet u arranġamenti reġjonali oħra għall-ġestjoni tas-sajd, inkluż proċeduri għall-iskambju ta’ data dwar reġistri ta’ bastimenti, u miżuri marbuta mas-suq fejn applikabbli; u
(d)awditi regolari tal-konformità tal-membri tal-Kummissjoni ma’ rekwiżiti ta’ ġbir u skambju ta’ data, u biex ikun indirizzat kull nuqqas ta’ konformità f’awditi bħal dawn.
2.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data tkun disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tal-għadd ta’ bastimenti tas-sajd li jkunu qed joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni, l-istat tar-riżorsi tas-sajd ġestiti skont din il-Konvenzjoni, il-valutazzjonijiet tar-riżorsi tas-sajd, il-programmi ta’ riċerka fiż-Żona tal-Konvenzjoni u l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet reġjonali u globali.
3.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format ta’ rapport annwali li għandu jiġi sottomess minn kull membru tal-Kummissjoni. Kull membru tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, ir-rapport annwali tiegħu f’konformità ma’ dan il-format. Ir-rapport annwali għandu jinkludi deskrizzjoni ta’ kif il-membru tal-Kummissjoni jkun implimenta l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u l-proċeduri ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza u infurzar adottati mill-Kummissjoni, inkluż l-eżitu ta’ kwalunkwe azzjoni li l-membru jkun ħa fir-rigward tal-Artikolu 17, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe suġġett addizzjonali kif il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi.
4.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli biex tiżgura s-sigurtà tad-data, l-aċċess għaliha u d-disseminazzjoni tagħha, inkluż data rrappurtata permezz ta’ trażmettituri satellitari li jiddeterminaw il-pożizzjoni fil-ħin reali, filwaqt li żżomm il-kunfidenzjalità fejn xieraq u tieħu kont dovut tal-prassi domestika tal-membri tal-Kummissjoni.
Artikolu 17
Konformità u Infurzar
1.Kull membru tal-Kummissjoni għandu jinforza d-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u kwalunkwe deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni.
2.Kull membru tal-Kummissjoni għandu, jew fuq inizjattiva proprja tiegħu jew fuq it-talba ta’ kwalunkwe membru ieħor tal-Kummissjoni u meta jkun ipprovdut bl-informazzjoni rilevanti, jinvestiga bis-sħiħ kwalunkwe allegazzjoni li bastimenti tas-sajd intitolati jtajru l-bandiera tagħha jkun kiser kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni jew kwalunkwe miżura ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottata mill-Kummissjoni.
3.Fejn tkun disponibbli informazzjoni suffiċjenti fir-rigward ta’ ksur allegat tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni jew ta’ miżuri adottati skont din il-Konvenzjoni minn bastiment tas-sajd intitolat itajjar il-bandiera tagħha:
(a)il-membru tal-Kummissjoni għandu jiġi nnotifikat minnufih bil-ksur allegat; u
(b)il-membru tal-Kummissjoni għandu jieħu azzjonijiet xierqa f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu, inkluż li jagħti bidu għal proċedimenti mingħajr dewmien u, fejn xieraq, iżomm il-bastiment ikkonċernat.
4.Meta jkun ġie stabbilit, f’konformità mal-liġijiet ta’ membru tal-Kummissjoni, li bastiment tas-sajd li jkun intitolat itajjar il-bandiera ta’ dak il-membru kien involut fi ksur serju tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni jew ta’ kwalunkwe miżura ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottata mill-Kummissjoni, dak il-membru tal-Kummissjoni għandu jordna lill-bastiment tas-sajd biex iwaqqaf l-operazzjonijiet u, f’każijiet xierqa, għandu jordna lill-bastiment tas-sajd biex joħroġ miż-Żona tal-Konvenzjoni minnufih. Il-membru tal-Kummissjoni għandu jiżgura li l-bastiment ikkonċernat ma jinvolvix ruħu f’attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni għal riżorsi tas-sajd sa meta tkun ġiet osservata kull sanzjoni pendenti imposta minn dak il-membru b’rabta mal-ksur.
5.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ksur serju għandu jinkludi kwalunkwe mill-ksur speċifikat fl-Artikolu 21, is-subparagrafi 11 (a) sa (h) tal-Ftehim tal-1995 u ksur ieħor bħal dan skont kif tista’ tiddetermina l-Kummissjoni.
6.Jekk, fi żmien tliet (3) snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ taqbel dwar il-proċeduri għat-tlugħ abbord u l-ispezzjoni ta’ bastimenti tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni, l-Artikoli 21 u 22 tal-Ftehim tal-1995 għandhom jiġu applikati daqslikieku kienu parti minn din il-Konvenzjoni. It-tlugħ abbord u l-ispezzjoni ta’ bastimenti tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni, kif ukoll kull azzjoni sussegwenti ta’ infurzar, għandhom jitwettqu f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’dawk l-Artikoli u kwalunkwe proċedura prattika addizzjonali bħal din deċiża mill-Kummissjoni.
7.Mingħajr preġudizzju għas-supremazija tar-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera, kull membru tal-Kummissjoni, f’konformità mal-liġijiet tiegħu, għandu:
(a)kemm jista’ jkun, jieħu miżuri u jikkoopera biex jiżgura l-konformità min-naħa taċ-ċittadini tiegħu, u l-bastimenti tas-sajd proprjetà taċ-ċittadini tiegħu, operati jew ikkontrollati minnhom, mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u ma’ kwalunkwe miżura ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottata mill-Kummissjoni; u
(b)jew fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta’ kwalunkwe membru ieħor tal-Kummissjoni u meta jkollu l-informazzjoni rilevanti, jinvestiga minnufih kwalunkwe ksur allegat min-naħa taċ-ċittadini tiegħu, jew ta’ bastimenti tas-sajd proprjetà taċ-ċittadini tiegħu, operati jew ikkontrollati minnhom, tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni jew ta’ kwalunkwe miżura ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottata mill-Kummissjoni.
8.L-investigazzjonijiet u l-proċeduri ġudizzjarji kollha għandhom ikunu immexxija b’ħeffa. Is-sanzjonijiet previsti fil-liġijiet u fir-regolamenti rilevanti tal-membri tal-Kummissjoni għandhom ikunu ta’ severità adegwata biex jirnexxilhom jiżguraw il-konformità u biex jiskoraġġixxu l-ksur kull fejn iseħħ, u għandhom iċaħħdu lill-awturi mill-benefiċċji li jirriżultaw mill-attivitajiet illegali tagħhom.
9.Għandu jingħata rapport dwar il-progress ta’ kwalunkwe investigazzjoni mwettqa skont il-paragrafi 2, 3, 4 jew 7, li jinkludi dettalji dwar kwalunkwe azzjoni meħuda jew proposta li għandha tittieħed b’rabta mal-ksur allegat, lill-membru rikjedenti tal-Kummissjoni u lill-Kummissjoni hekk kif ikun possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien xahrejn mit-talba. Rapport dwar l-eżitu tal-investigazzjoni għandu jingħata lill-membru tal-Kummissjoni li jagħmel it-talba u lill-Kummissjoni meta titlesta l-investigazzjoni.
10.Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju:
(a)għad-drittijiet ta’ kwalunkwe wieħed mill-membri tal-Kummissjoni f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tagħhom dwar is-sajd; u
(b)għad-drittijiet ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti dwar kwalunkwe dispożizzjoni relatata mal-konformità u l-infurzar li jinsabu fi kwalunkwe ftehim bilaterali jew multilaterali rilevanti li ma jkunux inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni tal-1982 jew il-Ftehim tal-1995.
Artikolu 18
Trasparenza
Il-Kummissjoni għandha tippromwovi t-trasparenza fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha u f’attivitajiet oħra tagħha. Ir-rappreżentanti minn organizzazzjonijiet intergovernattivi u organizzazzjonijiet nongovernattivi kkonċernati minn kwistjonijiet rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kummissjoni u tal-korpi sussidjarji tagħha bħala osservaturi jew f’kapaċità oħra skont kif jitqies xieraq mill-membri tal-Kummissjoni u kif previst fir-Regoli ta’ Proċedura li l-Kummissjoni għandha tadotta. Il-proċeduri ma għandhomx ikunu restrittivi żżejjed f’dan ir-rigward. L-organizzazzjonijiet intergovernattivi u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi għandhom jingħataw aċċess f’waqtu għal informazzjoni pertinenti soġġett għar-regoli u l-proċeduri li l-Kummissjoni tista’ tadotta. Kwalunkwe miżura ta’ konservazzjoni, ġestjoni u miżura oħra jew kwistjonijiet li jiġu deċiżi mill-Kummissjoni jew minn korpi sussidjarji għandom isiru disponibbli għall-pubbliku sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċiedix mod ieħor.
Artikolu 19
Soluzzjoni ta’ Tilwim
Id-dispożizzjonijiet dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim stabbiliti fil-Parti VIII tal-Ftehim tal-1995 japplikaw mutatis mutandis, għal kwalunkwe tilwim bejn il-Partijiet Kontraenti, irrispettivament minn jekk humiex ukoll Parti għall-Ftehim tal-1995.
Artikolu 20
Kooperazzjoni ma’ Partijiet Mhux Kontraenti
1.Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ bastimenti tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni intitolati jtajru l-bnadar ta’ Partijiet mhux Kontraenti għal din il-Konvenzjoni.
2.Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni ta’ kwalunkwe Parti mhux Kontraenti għal din il-Konvenzjoni għal kwalunkwe attività mwettqa miċ-ċittadini tagħha jew minn bastimenti tas-sajd intitolati jtajru l-bandiera tagħha li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, taffettwa l-kisba tal-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni.
3.Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Parti mhux Kontraenti identifikata fil-paragrafu 2 biex tikkoopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni jew billi ssir Parti Kontraenti jew billi taqbel li tapplika l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni. Soġġett għal termini u kondizzjonijiet bħal dawn kif tista’ tistabbilixxi l-Kummissjoni, Parti mhux Kontraenti bħal din li tikkoopera għal din il-Konvenzjoni tista’ tgawdi mill-benefiċċji li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fis-sajd b’mod proporzjonali, fost oħrajn, l-impenn tagħha li tikkonforma mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u r-rekord tagħha ta’ konformità ma’ dawn il-miżuri fir-rigward tar-riżorsi rilevanti tas-sajd u kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li tagħmel lill-Kummissjoni.
4.Kull membru tal-Kummissjoni għandu jieħu miżuri li jkunu konsistenti ma’ din il-Konvenzjoni, mal-Konvenzjoni tal-1982, mal-Ftehim tal-1995 u liġi internazzjonali rilevanti oħra biex jiġu skoraġġuti l-attivitajiet ta’ bastimenti tas-sajd intitolati jtajru l-bnadar ta’ Parti mhux Kontraenti għal din il-Konvenzjoni li jxekklu l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni.
5.Kull membru tal-Kummissjoni għandu jieħu l-miżuri xierqa, f’konformità mal-liġijiet tiegħu, bil-għan li bastimenti intitolati jtajru l-bandiera tiegħu jitwaqqfu milli jittrasferixxu r-reġistrazzjoni tagħhom lil Partijiet mhux Kontraenti għal din il-Konvenzjoni għall-fini li tiġi evitata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni.
Artikolu 21
Kooperazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet jew Arranġamenti Oħra
1.Il-Kummissjoni għandha tikkoopera, kif xieraq, fi kwistjonijiet ta’ interess reċiproku mal-FAO, ma’ aġenziji speċjalizzati oħra tan-Nazzjonijiet Uniti u ma’ organizzazzjonijiet jew arranġamenti reġjonali rilevanti, speċjalment dawk l-organizzazzjonijiet jew l-arranġamenti reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd b’responsabbiltà għas-sajd f’żoni tal-baħar ħdejn jew li jmissu maż-Żona tal-Konvenzjoni.
2.Il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni jew ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet u l-arranġamenti reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u organizzazzjonijiet intergovernattivi rilevanti oħra li għandhom kompetenza b’rabta ma’ żoni li jmissu maż-Żona tal-Konvenzjoni jew fir-rigward ta’ riżorsi tas-sajd li mhumiex koperti minn din il-Konvenzjoni, speċijiet li jagħmlu parti mill-istess ekosistema jew li jiddependu mill-istokkijiet fil-mira jew li huma assoċjati magħhom, u li għandhom objettivi li huma konsistenti mal-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni u li jappoġġawh.
3.Il-Kummissjoni għandha tfittex li tiżviluppa relazzjonijiet ta’ ħidma kooperattivi u għal dan il-għan tista’ tidħol fi ftehimiet ma’ organizzazzjonijiet intergovernattivi li jistgħu jagħtu kontribut għall-ħidma tagħha u jkollhom il-kompetenza sabiex jiżguraw il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi ħajjin u tal-ekosistemi tagħhom. Tista’ tistieden lil dawn l-organizzazzjonijiet biex jibagħtu osservaturi għal-laqgħat tagħha jew dawk ta’ kwalunkwe wieħed mill-korpi sussidjarji tagħha. Din tista’ tfittex ukoll li tieħu sehem fil-laqgħat ta’ dawn l-organizzazzjonijiet kif xieraq.
4.Il-Kummissjoni għandha tfittex li tagħmel arranġamenti xierqa għall-konsultazzjoni, għall-kooperazzjoni u għall-kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet jew arranġamenti reġjonali oħra għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jintużaw, kemm jista’ jkun, l-istituzzjonijiet eżistenti biex jinkiseb l-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tfittex li tistabbilixxi kooperazzjoni f’attivitajiet ta’ infurzar ma’ dawk l-organizzazzjonijiet u l-arranġamenti li jwettqu dawn l-attivitajiet fiż-Żona tal-Konvenzjoni.
Artikolu 22
Rieżami
1.Il-Kummissjoni għandha torganizza rieżami regolari tal-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati tagħha u tal-konformità magħhom biex jintlaħaq l-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni. Dan ir-rieżami jista’ jinkludi eżami tal-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni nnifisha.
2.Il-Kummissjoni għandha tiddetermina t-termini ta’ referenza u l-metodoloġija ta’ dan ir-rieżami li għandhom:
(a)iqisu l-prassi ta’ organizzazzjonijiet reġjonali oħra għall-ġestjoni tas-sajd fit-twettiq tar-rieżami tal-prestazzjoni;
(b)jinkludu kontributi mill-korpi sussidjarji, fejn xieraq; u
(c)jinkludu l-parteċipazzjoni ta’ persuna jew persuni ta’ kompetenza rikonoxxuta li għandhom ikunu indipendenti mill-membri tal-Kummissjoni.
3.Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu minn kwalunkwe rieżami bħal dan u tieħu azzjonijiet, kif xieraq, inkluż permezz tal-emenda xierqa tal-miżuri tagħha ta’ konservazzjoni u ġestjoni u tal-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tagħhom. Kwalunkwe proposta għal emenda tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni li toħroġ minn kwalunkwe rieżami bħal dan għandha tkun ittrattata f’konformità mal-Artikolu 29.
4.Ir-riżultati ta’ kwalunkwe rieżami bħal dan u valutazzjoni sussegwenti mill-Kummissjoni għandhom disponibbli għall-pubbliku mill-aktar fis hekk kif jiġu sottomessi lill-Kummissjoni.
Artikolu 23
Iffirmar, Ratifika, Aċċettazzjoni u Approvazzjoni
1.Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-iffirmar f’Seoul fl-1 ta’ April 2012 mill-Istati li ħadu sehem fil-Laqgħat Multilaterali dwar il-Ġestjoni tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku u għandha tibqa’ miftuħa għall-iffirmar għal tnax-il (12) xahar.
2.Din il-Konvenzjoni għandha tkun soġġetta għar-ratifika, għall-aċċettazzjoni jew għall-approvazzjoni mill-Firmatarji. L-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mal-Gvern tar-Repubblika tal-Korea, li għandu jkun id-Depożitarju. Id-Depożitarju għandu jinforma lill-Firmatarji kollha u lill-Partijiet Kontraenti kollha bir-ratifiki, bl-aċċettazzjonijiet jew bl-approvazzjonijiet kollha ddepożitati u jwettaq funzjonijiet oħra bħal dawn kif previst fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1969 dwar il-Liġi tat-Trattati u d-dritt internazzjonali konswetudinarju.
Artikolu 24
Adeżjoni
1.Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-adeżjoni mill-Istati msemmija fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1.
2.Wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti jistgħu, b’kunsens, jistiednu għall-adeżjoni ma’ din il-Konvenzjoni:
(a)lil Stati jew organizzazzjonijiet reġjonali oħra għall-integrazzjoni ekonomika li l-bastimenti tas-sajd tagħhom jixtiequ jwettqu attivitajiet tas-sajd għal riżorsi tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni; u
(b)lil Stati kostali oħra taż-Żona tal-Konvenzjoni.
3.Kwalunkwe Parti Kontraenti li ma tisseħibx fil-kunsens b’rabta mal-paragrafu 2 għandha tippreżenta bil-miktub lill-Kummissjoni r-raġunijiet tagħha għal dan.
4.L-istrumenti tal-adeżjoni għandhom ikunu ddepożitati mad-Depożitarju. Id-Depożitarju għandu jinforma lill-Firmatarji kollha u lill-Partijiet Kontraenti kollha bl-adeżjonijiet kollha.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
1.Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ mija u tmenin (180) jum mid-data meta d-Depożitarju jirċievi r-raba’ strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.
2.Għall-Partijiet Kontraenti li jkunu ddepożitaw strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni fir-rigward ta’ din il-Konvenzjoni wara li jkunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti għad-dħul fis-seħħ iżda qabel id-data tad-dħul fis-seħħ, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni għandhom isiru effettivi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni jew tletin (30) jum mid-data meta jkun ġie ddepożitat l-istrument, skont liema data tkun aktar tard.
3.Għall-Partijiet Kontraenti li jkunu ddepożitaw strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni wara d-data meta din il-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ, din il-Konvenzjoni għandha ssir effettiva tletin (30) jum wara d-data meta jkun ġie ddepożitat l-istrument.
Artikolu 26
Riżervi u Eċċezzjonijiet
Ma tista’ ssir ebda riżerva jew eċċezzjoni għal din il-Konvenzjoni.
Artikolu 27
Dikjarazzjonijiet u Stqarrijiet
L-Artikolu 26 ma jipprekludix lil Stat jew organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika, meta tiffirma, tirratifika, taċċetta, tapprova jew taċċedi għal din il-Konvenzjoni, milli tagħmel dikjarazzjonijiet jew stqarrijiet, irrispettivament minn kif ikunu ifformulati jew imsemmija, bil-għan, fost l-oħrajn, li jkunu armonizzati l-liġijiet u r-regolamenti tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, diment li dikjarazzjonijiet jew stqarrijiet bħal dawn ma jkollhomx l-għan li jeskludu jew li jimmodifikaw l-effett legali tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni fl-applikazzjoni tagħhom għal dak l-Istat jew l-organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika.
Artikolu 28
Relazzjoni ma’ Ftehimiet Oħra
1.Din il-Konvenzjoni ma għandhiex tibdel id-drittijiet u l-obbligi ta’ Partijiet Kontraenti li joriġinaw minn ftehimiet oħra kompatibbli ma’ din il-Konvenzjoni u li ma jolqtux it-tgawdija minn Partijiet Kontraenti oħra tad-drittijiet tagħhom jew it-twettiq tal-obbligi tagħhom skont din il-Konvenzjoni.
2.F’din il-Konvenzjoni, xejn ma għandu jippreġudika d-drittijiet, il-ġurisdizzjoni u d-dmirijiet tal-Partijiet Kontraenti skont il-Konvenzjoni tal-1982 jew il-Ftehim tal-1995. Din il-Konvenzjoni għandha tkun interpretata u applikata fil-kuntest tal-Konvenzjoni tal-1982 u l-Ftehim tal-1995 u b’mod konsistenti magħhom.
Artikolu 29
Emendi
1.Kwalunkwe proposta biex tiġi emendata din il-Konvenzjoni għandha tintbagħat bil-miktub lill-President tal-Kummissjoni mill-inqas disgħin (90) jum qabel il-laqgħa meta tiġi proposta għall-kunsiderazzjoni, u l-President tal-Kummissjoni għandu jgħaddi minnufih il-proposta lill-membri kollha tal-Kummissjoni. Emendi proposti għal din il-Konvenzjoni għandhom ikunu kkunsidrati fil-laqgħa regolari tal-Kummissjoni, diment li maġġoranza tal-membri tal-Kummissjoni ma titlobx laqgħa speċjali biex tiġi diskussa l-emenda proposta. Laqgħa speċjali tista’ ssir b’avviż ta’ mhux inqas minn disgħin (90) jum.
2.L-emendi għal din il-Konvenzjoni mill-Kummissjoni għandhom jiġu adottati b’kunsens mill-Partijiet Kontraenti. It-test ta’ kwalunkwe emenda hekk adottata għandu jintbagħat lill-Partijiet Kontraenti kollha mid-Depożitarju.
3.Emenda għandha ssir effettiva għall-Partijiet Kontraenti kollha mija u għoxrin (120) jum wara d-data ta’ trażmissjoni speċifikata fin-notifika mid-Depożitarju li jkun irċieva notifika bil-miktub tal-approvazzjoni mill-Partijiet Kontraenti kollha.
4.Kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li ssir Parti Kontraenti għal din il-Konvenzjoni wara li tkun ġiet adottata emenda f’konformità mal-paragrafu 2 għandha titqies bħala li approvat dik l-emenda.
Artikolu 30
Anness
L-Anness għandu jifforma parti integrali minn din il-Konvenzjoni u, sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor, referenza għal din il-Konvenzjoni tinkludi referenza għall-Anness.
Artikolu 31
Irtirar
1.Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tirtira mill-Konvenzjoni fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena billi tagħti avviż fi jew qabel it-30 ta’ Ġunju preċedenti lid-Depożitarju, li għandu jikkomunika kopji ta’ avviż bħal dan lil Partijiet Kontraenti oħra.
2.Kwalunkwe Parti Kontraenti oħra tista’ mbagħad tirtira mill-Konvenzjoni fl-istess 31 ta’ Diċembru billi tagħti notifika lid-Depożitarju fi żmien xahar minn meta tirċievi kopja ta’ notifika ta’ rtirar mogħtija skont il-paragrafu 1.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif xieraq mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw din il-Konvenzjoni.
MAGĦMUL f’Tokyo, f’dan l-erbgħa u għoxrin jum ta’ Frar 2012, bl-Ingliż u bil-Franċiż, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.
Anness
Entitajiet tas-Sajd
1.Wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni, kwalunkwe entità tas-sajd li l-bastimenti tagħha stadu jew biħsiebhom jistadu għal riżorsi tas-sajd tista’, permezz ta’ strument bil-miktub ikkonsenjat lid-Depożitarju, tesprimi l-impenn sod tagħha li tħares it-termini ta’ din il-Konvenzjoni u tikkonforma ma’ kwalunkwe miżura ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottata skont din il-Konvenzjoni. Impenn bħal dan għandu jkun effettiv tletin (30) jum mid-data tal-wasla tal-istrument. Kwalunkwe entità tas-sajd bħal din tista’ tirtira minn impenn bħal dan fil-31 ta’ Diċembru ta’ kwalunkwe sena permezz ta’ notifika bil-miktub lid-Depożitarju fi jew qabel it-30 ta’ Ġunju preċedenti.
2.Kwalunkwe entità tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 tista’, permezz ta’ strument bil-miktub ikkonsenjat lid-Depożitarju, tesprimi l-impenn sod tagħha li tħares it-termini ta’ din il-Konvenzjoni kif din tista’ tiġi emendata skont l-Artikolu 29, il-paragrafu 3. Dan l-impenn għandu jsir effettiv mid-dati msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafu 3. jew fid-data tal-wasla tal-komunikazzjoni bil-miktub imsemmija f’dan il-paragrafu, skont liema minnhom tiġi wara.
3.Entità tas-sajd li tkun esprimiet l-impenn sod tagħha li tħares it-termini ta’ din il-Konvenzjoni u li tikkonforma mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati skont din il-Konvenzjoni f’konformità mal-paragrafu 1, trid tħares l-obbligi tal-membri tal-Kummissjoni u tista’ tieħu sehem fil-ħidma, inkluż it-teħid ta’ deċiżjonijiet, tal-Kummissjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni. Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni, ir-referenzi għall-Kummissjoni jew għall-membri tal-Kummissjoni jinkludu entità tas-sajd bħal din.
4.Jekk tilwim jinvolvi entità tas-sajd li tkun esprimiet l-impenn tagħha li tintrabat bit-termini ta’ din il-Konvenzjoni f’konformità ma’ dan l-Anness u ma jkunx jista’ jiġi riżolt b’mezzi bonarji, dan it-tilwim għandu, fuq talba ta’ kwalunkwe parti għat-tilwim, jiġi sottomess għal arbitraġġ finali u vinkolanti f’konformità mar-regoli rilevanti tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ.
5.Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness dwar il-parteċipazzjoni ta’ entità tas-sajd huma biss għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni.