Brussell, 5.7.2021

COM(2021) 356 final

2021/0176(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 f’dak li għandu x’jaqsam mar-restrizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd 1 jistabbilixxi deroga għaż-żona ta’ 12-il mil nawtiku tal-Istati Membri (l-ilmijiet territorjali) mir-regola ġenerali tal-aċċess indaqs għall-ilmijiet u għar-riżorsi tal-Unjoni għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament. Id-deroga tawtorizza lill-Istati Membri jillimitaw is-sajd fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku għal ċerti bastimenti. Ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri abbażi tad-deroga naqqsu l-pressjoni tas-sajd fiż-żoni li huma l-aktar sensittivi bijoloġikament, u taw kontribut għall-istabbiltà ekonomika għal attivitajiet kostali fuq skala żgħira.

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi deroga simili għall-ilmijiet sa 100 mil nawtiku ’l bogħod mil-linji bażi tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmijin fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat. Id-deroga tippermetti lill-Istati Membri kkonċernati jillimitaw is-sajd għall-bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet ta’ dawk it-territorji.

Id-derogi jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2022, u l-proposta għandha l-għan li tevita t-twaqqif tar-reġim ta’ aċċess speċifiku stabbilit fl-Artikolu 5(2) u 5(3) tar-Regolament. Hija tipproponi emenda għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament biex jittawwal iż-żmien li fih l-Istati Membri jkunu jistgħu jillimitaw l-aċċess għall-ilmijiet tagħhom skont dawn id-dispożizzjonijiet.

L-objettivi tar-reġim speċifiku għadhom validi daqskemm kienu fid-deċennji preċedenti. Dan huwa minħabba l-istat ta’ konservazzjoni attwali ta’ bosta stokkijiet, minħabba li l-ilmijiet kostali għadhom sensittivi mil-lat tal-konservazzjoni, u minħabba li għadu diffiċli għaż-żoni kostali li jiddependu ħafna mis-sajd li x’aktarx ma jibbenefikawx minn żvilupp ekonomiku ieħor. It-tibdil tal-arranġamenti attwali jġib miegħu riskju kbir li jitfixkel il-bilanċ li żviluppa mill-introduzzjoni ta’ dan ir-reġim speċjali.

Għalhekk il-proposta għandha l-għan li ttawwal iż-żmien tad-derogi attwali għal 10 snin oħra.

Barra minn hekk, hija proposta emenda għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. L-Anness I jistabbilixxi għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta’ Stati Membri oħra fejn jista’ jwettaq attivitajiet tas-sajd u liema speċijiet jista’ jistad għalihom. Din l-emenda tirrifletti l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll komunikazzjoni konġunta lill-Kummissjoni mill-Italja u l-Greċja tad-9 ta’ Ġunju 2020 dwar l-aċċess ta’ bastimenti tas-sajd Taljani għall-ilmijiet territorjali tal-Greċja li jirrifletti l-arranġamenti bilaterali bejn l-Istati Membri kkonċernati. Finalment, wara li ħarġet is-sentenza fil-Kawża C-457/18 2 , jenħtieġ li n-noti f’qiegħ il-paġna li jirreferu għall-Ftehim ta’ Arbitraġġ bejn is-Slovenja u l-Kroazja li ġie ffirmat fi Stokkolma fl-4 ta’ Novembru 2009, jitħassru mill-Anness I minħabba li l-UE ma għandhiex kompetenza fi kwistjonijiet dwar il-fruntieri.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Skont l-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE, l-UE għandha kompetenza esklużiva fejn jirrigwarda l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marini skont il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). Il-proposta tidħol f’din il-kompetenza u għaldaqstant ma japplikax il-prinċipju tas-sussidjarjetà.Billi l-proposta tikkonċerna primarjament estensjoni limitata biż-żmien tal-validità ta’ miżura li diġà teżisti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ma hemmx tħassib rigward il-prinċipju tal-proporzjonalità.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Waqt it-tieni nofs tal-2020, l-Istati Membri kienu mistiedna jipprovdu l-informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet li japplikaw skont l-Artikolu 5(2) u 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Waslu l-kontribuzzjonijiet mingħand 16-il Stat Membru li kkonfermaw il-ħtieġa li jitkompla r-reġim attwali tad-derogi mingħajr modifiki. L-unika eċċezzjoni kienet l-emenda li talbu l-Italja u l-Greċja għall-Anness I tar-Regolament (UE) 1380/2013 biex ikun rifless l-aċċess tal-Italja għall-ilmijiet territorjali Griegi fil-Baħar Eġew, fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Libjan.

F’Diċembru tal-2020, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) bagħat rapport dwar id-dimensjoni soċjali tal-PKS 3 . Fost l-oħrajn, ir-rapport iddiskuta jekk ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament għenux biex jippriżervaw l-attivitajiet tas-sajd tradizzjonali tal-flotot kostali biex imantnu l-infrastruttura soċjali u ekonomika ta’ dawn iż-żoni.

L-STECF innota li ma kienx possibbli li jiġi evalwat il-kontribut ta’ dawn ir-restrizzjonijiet billi kien hemm bżonn analiżi aktar dettaljata u riedu jitqiesu fatturi kontribwenti oħra. Madankollu, l-esperti kkonkludew li ebda Stat Membru ma rrapporta kunflitti rigward l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. L-STECF osserva li din ir-regola, li ilha fis-seħħ sa mill-bidu tas-snin 70 u ddaħħlet fl-ewwel regolament bażiku dwar il-PKS fl-1982 u f’kull reviżjoni tar-regolament bażiku dwar il-PKS minn dak iż-żmien ’l hawn (1992, 2002, 2013), ilha aċċettata u tevita l-kunflitti bejn l-Istati Membri.

 Valutazzjoni tal-impatt

Kif indikat fil-pjan direzzjonali għal din l-inizjattiva 4 , il-proposta ttawwal iż-żmien tar-reġim attwali, kif kien sar fl-2012 permezz ta’ emenda għar-Regolament preċedenti dwar il-PKS 5 . L-emendi għall-Anness I huma limitati li jirriflettu l-iżviluppi riċenti fil-governanza tal-ilmijiet territorjali. Għalhekk, mhijiex meħtieġa valutazzjoni tal-impatt.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-miżura ma tinvolvi l-ebda nefqa addizzjonali għall-Unjoni.

2021/0176 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 f’dak li għandu x’jaqsam mar-restrizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 6 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom aċċess indaqs għall-ilmijiet u r-riżorsi tal-Unjoni soġġett għar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(2)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 jipprevedi derogi għar-regola dwar l-aċċess indaqs fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(3)L-Istati Membri huma awtorizzati jillimitaw is-sajd għall-bastimenti tas-sajd li jistadu tradizzjonalment f’dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta maġenb sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tagħhom.

(4)L-Istati Membri huma awtorizzati wkoll jillimitaw l-aċċess għall-ilmijiet sa 100 mil nawtiku mil-linji bażi tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 349 tat-Trattat, għall-bastimenti li jkunu rreġistrati fil-portijiet ta’ dawk it-territorji.

(5)Ir-regoli eżistenti li jillimitaw l-aċċess għar-riżorsi fi ħdan iż-żoni ta’ 12-il mil nawtiku tal-Istati Membri kienu ta’ benefiċċju għall-konservazzjoni billi llimitaw l-isforz tas-sajd fl-iżjed parti sensittiva tal-ilmijiet tal-Unjoni. Dawk ir-regoli ppreservaw ukoll l-attivitajiet tradizzjonali tas-sajd li minnhom jiddipendi ħafna l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ ċerti komunitajiet kostali.

(6)Ir-restrizzjonijiet eżistenti li jillimitaw l-aċċess għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar madwar ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmijin fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat għenu biex ippriżervaw l-ekonomija lokali ta’ dawk it-territorji, filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom.

(7)Id-derogi eżistenti li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni se jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2022. Madankollu jenħtieġ li dawk id-derogi jiġġeddu għal għaxar snin oħra biex tkun żgurata l-kontinwità tal-miżuri ta’ protezzjoni attwali u biex ikun evitat it-tfixkil tal-bilanċ li żviluppa minn meta ġie introdott dan ir-reġim speċjali.

(8)Jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiġi emendat wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u wara talba konġunta mill-Italja u l-Greċja dwar l-aċċess tal-bastimenti Taljani għall-Baħar Jonju, għall-Baħar Eġew u għall-Baħar Libjan.

(9)Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)Fil-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 5, il-kliem “il-31 ta’ Diċembru 2022” huma sostitwiti bil-kliem “il-31 ta’ Diċembru 2032”.

(2)L-Anness I huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha mill-1 ta’ Jannar 2023.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-31 ta’ Jannar 2020, Ir-Repubblika tas-Slovenja kontra r-Repubblika tal-Kroazja C-457/18, EU:C:2020:65, il-paragrafi 102-104.
(3)     https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2672864/STECF+20-14+-+Social+dimension+CFP.pdf/a68c6c42-6b64-41fc-b5a0-b724c71aa78e  
(4)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12533-Extension-of-the-access-to-waters-regime-under-the-Common-Fisheries-Policy
(5)    Ir-Regolament (UE) Nru 1152/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd
(6)    ĠU C , , p. .
(7)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Brussell, 5.7.2021

COM(2021) 356 final

ANNESS

tal-Proposta għal

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 f’dak li għandu x’jaqsam mar-restrizzjonijiet għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni





ANNESS

“ANNESS I

AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET KOSTALI FIT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 5(2)

(1)Ilmijiet kostali tal-Irlanda

(a)AĊĊESS GĦAL FRANZA

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tal-Irlanda (6 sa 12-il mil nawtiku)

1. Erris-Head Majjistral Sybil Point Punent

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

2. Mizen Head Nofsinhar Stags Nofsinhar

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

3. Stags Nofsinhar Cork Nofsinhar

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

4. Cork Nofsinhar, Carnsore Point Nofsinhar

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

5. Carnsore Point Nofsinhar, Haulbowline Xlokk

L-ispeċijiet kollha, ħlief frott il-baħar bil-qoxra

Bla limitu

(b)AĊĊESS GĦAN-NETHERLANDS

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta Irlandiża (6 sa 12-il mil)

1. Stags Nofsinhar

Carnsore Point Nofsinhar

Aringa

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

(c)AĊĊESS GĦALL-ĠERMANJA

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tal-Irlanda (6 sa 12-il mil nawtiku)

1. Old Head of Kinsale Nofsinhar Carnsore Point Nofsinhar

Aringa

Bla limitu

2. Cork Nofsinhar

Carnsore Point Nofsinhar

Kavalli

Bla limitu

(d)AĊĊESS GĦALL-BELĠJU

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tal-Irlanda (6 sa 12-il mil nawtiku)

1. Cork Nofsinhar

Carnsore Point Nofsinhar

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

2. Wicklow Head Lvant Carlingford Lough Xlokk

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

(2)L-ilmijiet kostali tal-Belġju

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

minn 3 sa 12-il mil nawtiku

In-Netherlands

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Franza

Aringa

Bla limitu

(3)L-ilmijiet kostali tad-Danimarka

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta tal-Baħar tat-Tramuntana (il-fruntiera Daniża/Ġermaniża sa Hanstholm) (6 sa 12-il mil nawtiku)

Il-fruntiera Daniża/Ġermaniża sa Blåvands Huk

Il-Ġermanja

Pixxiċatt

Bla limitu

Gambli

Bla limitu

In-Netherlands

Pixxiċatt

Bla limitu

Ħuta tonda

Bla limitu

Blåvands Huk sa Bovbjerg

Il-Belġju

Bakkaljaw

Bla limitu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju biss

Merluzz tal-linja sewda

Bla limitu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju biss

Il-Ġermanja

Pixxiċatt

Bla limitu

In-Netherlands

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu

Lingwata komuni

Bla limitu

Thyborøn sa Hanstholm

Il-Belġju

Merlangu

Bla limitu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju biss

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju biss

Il-Ġermanja

Pixxiċatt

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Bakkaljaw

Bla limitu

Pollakkju iswed

Bla limitu

Merluzz tal-linja sewda

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

In-Netherlands

Bakkaljaw

Bla limitu

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu

Lingwata komuni

Bla limitu

Skagerrak

(Hanstholm to Skagen) (minn 4 sa 12-il mil nawtiku)

Il-Belġju

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju biss

Il-Ġermanja

Pixxiċatt

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Bakkaljaw

Bla limitu

Pollakkju iswed

Bla limitu

Merluzz tal-linja sewda

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

In-Netherlands

Bakkaljaw

Bla limitu

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu

Lingwata komuni

Bla limitu

Kattegat (3 sa 12-il mil)

Il-Ġermanja

Bakkaljaw

Bla limitu

Pixxiċatt

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Tramuntana ta' Zeeland sal-parallel tal-latitudni li tgħaddi minn ġol-fanal ta' Forsnæs

Il-Ġermanja

Laċċa kaħla

Bla limitu

Il-Baħar Baltiku

(inklużi Belts, Sound, Bornholm) (minn 3 sa 12-il mil nawtiku)

Il-Ġermanja

Pixxiċatt

Bla limitu

Bakkaljaw

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Sallura

Bla limitu

Salamun

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Skagerrak

(minn 4 sa 12-il mil)

L-Iżvezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Kattegat

(minn 3 sa 12-il mil 1 )

L-Iżvezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Il-Baħar Baltiku

(minn 3 sa 12-il mil)

L-Iżvezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

(4)L-ilmijiet kostali tal-Ġermanja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta tal-Baħar tat-Tramuntana

(minn 3 sa 12-il mil nawtiku) il-kosta kollha

Id-Danimarka

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Ċiċċirell

Bla limitu

In-Netherlands

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Gambli

Bla limitu

Il-fruntiera Daniża/Ġermaniża sal-ponta tat-Tramuntana ta’ Amrum fil-koordinati 54°43′ N

Id-Danimarka

Gambli

Bla limitu

Il-kosta Baltika

(minn 3 sa 12-il mil)

Id-Danimarka

Bakkaljaw

Bla limitu

Barbun tat-tbajja’

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Sallura

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

(5)L-ilmijiet kostali ta’ Franza u d-dipartimenti extra-Ewropej

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta tal-Grigal tal-Atlantiku (minn 6 sa 12-il mil nawtiku)

Il-fruntiera Belġjana/Franċiża sal-Lvant ta’ Departement Manche (l-estwarju ta’ Vire-Grandcamp les Bains fil-koordinati 49° 23' 30" N-1° 2’ WNNE)

Il-Belġju

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Arzelli

Bla limitu

In-Netherlands

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Dunkerque (2° 20' E) sa

Cap d’Antifer (0° 10' E)

Il-Ġermanja

Aringa

Bla limitu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru biss

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta Atlantika (minn 6 sa 12-il mil nawtiku)

Il-fruntiera Spanjola/Franċiża sa 46° 08′ N

Spanja

Inċova

Sajd dirett,

bla limitu mill-1

ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju biss

Sajd għal-lixka ħajja

mill-1 ta’ Lulju sal-31

ta’ Ottubru biss

Sardina

Bla limitu mill-1

ta’ Jannar sat-28 ta’ Frar

u mill-1 ta’ Lulju sal-31

ta’ Diċembru

Barra minn hekk, l-attivitajiet

marbutin mal-ispeċijiet

imsemmijin hawn fuq

iridu jitwettqu

f’konformità mal-attivitajiet

li twettqu matul l-1984

u fil-limiti

tagħhom

Il-kosta Mediterranja

(minn 6 sa 12-il mil nawtiku)

Il-fruntiera Spanjola Cap Leucate

Spanja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

(6)L-ilmijiet kostali ta’ spanja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta Atlantika (minn 6 sa 12-il mil nawtiku)

Il-fruntiera Franċiża/Spanjola

sal-fanal ta’ Cap Mayor (3° 47' W)

Franza

Pelaġiċi

Bla limitu b’konformità mal-attivitajiet segwiti matul l-1984 u fil-limiti tagħhom

Il-kosta Mediterranja

(minn 6 sa 12-il mil nawtiku)

Il-fruntiera Franċiża/Cap Creus

Franza

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

(7)Ilmijiet tal-kosta tal-Kroazja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

12-il mil limitati għaż-żona tal-baħar taħt is-sovranità tal-Kroazja li jinsabu n-naħa tat-Tramuntana tal-latitudni parallela tat-Tramuntana tal-45 grad u 10 minuti tul il-kosta tal-Punent ta’ Istria, mil-limitu ta’ barra tal-baħar territorjali tal-Kroazja, fejn dan il-parallel imiss mal-art tal-kosta tal-Punent ta’ Istria (il-kap Grgatov rt Funtana)

Is-Slovenja

Speċijiet demersali u speċijiet pelaġiċi żgħar, fosthom is-sardina u l-inċova

100 tunnellata għal numru massimu ta' 25 bastiment tas-sajd li jinkludi 5 bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir

(8)L-ilmijiet kostali tan-Netherlands

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

(minn 3 sa 12-il mil nawtiku) il-kosta kollha

Il-Belġju

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Id-Danimarka

Sajd tal-qiegħ

Bla limitu

Laċċa kaħla

Bla limitu

Ċiċċirell

Bla limitu

Sawrell

Bla limitu

Il-Ġermanja

Bakkaljaw

Bla limitu

Gambli

Bla limitu

(minn 6 sa 12-il mil nawtiku) il-kosta kollha

Franza

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

(9)L-ilmijiet kostali tas-Slovenja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

12-il mil limitati għaż-żona tal-baħar taħt is-sovranità tas-Slovenja li jinsabu n-naħa tat-Tramuntana tal-latitudni parallela tat-Tramuntana tal-45 grad u 10 minuti tul il-kosta tal-Punent ta’ Istria, mil-limitu ta’ barra tal-baħar territorjali tal-Kroazja, fejn dan il-parallel imiss mal-art tal-kosta tal-Punent ta’ Istria (il-kap Grgatov rt Funtana)

Il-Kroazja

Speċijiet demersali u speċijiet pelaġiċi żgħar, fosthom is-sardina u l-inċova

100 tunnellata għal numru massimu ta' 25 bastiment tas-sajd li jinkludi 5 bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir

(10)L-ilmijiet kostali tal-Finlandja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-Baħar Baltiku (minn 4 sa 12-il mil) 2

L-Iżvezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

(11)L-ilmijiet kostali tal-Iżvezja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Skagerrak (minn 4 sa 12-il mil nawtiku)

Id-Danimarka

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Kattegat (minn 3 sa 12-il mil 3 )

Id-Danimarka

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Baħar Baltiku (minn 4 sa 12-il mil)

Id-Danimarka

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Il-Finlandja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

(12)L-ilmijiet kostali tal-Greċja

Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-Baħar Jonju minn 6 sa 12-il mil nawtiku fl-ilmijiet territorjali Griegi

L-Italja

Ċefalopodi

Krustaċji

Sajd tal-qiegħ

Speċijiet pelaġiċi kbar.

Għadd massimu ta’ 68 bastiment

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk tal-gżira ta’ Kreta (aktar lejn l-Ilvant minn 26˚00’00” E) minn 6 sa 12-il mil nawtiku fiż-ŻEE tal-Greċja

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk tal-gżira ta’ Koufonisi minn 6 sa 12-il mil nawtiku fiż-ŻEE tal-Greċja

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk tal-gżira ta’ Kasos minn 6 sa 12-il mil nawtiku fiż-ŻEE tal-Greċja

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk tal-gżira ta’ Karpathos minn 6 sa 12-il mil nawtiku fiż-ŻEE tal-Greċja

Fin-Nofsinhar ix-Xlokk (aktar lejn il-Punent minn 27˚59’02.00” E) tal-gżira ta’ Rodi minn 6 sa 12-il mil nawtiku fiż-ŻEE tal-Greċja

(1)    Imkejla mil-linja tal-kosta.
(2)    minn 3 sa 12-il mil madwar il-gżejjer Bogskär.
(3)    Imkejla mil-linja tal-kosta.