IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.6.2021
COM(2021) 329 final
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
dwar Abbozz ta' Regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
dwar Abbozz ta' Regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom
Fil-25 ta’ Marzu 2019 u f’konformità mal-Artikolu 228(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew bagħat ittra lill-Kummissjoni Ewropea biex jitlob l-opinjoni tagħha dwar abbozz ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew, adottat fis-sessjoni plenarja tiegħu tat-12 ta’ Frar 2019, li jistabbilixxi r-Regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom. Fl-istess jum, il-Parlament Ewropew bagħat ittra lill-Kunsill fejn talab il-kunsens tiegħu.
Il-Kummissjoni tat l-opinjoni tagħha fil-31 ta’ Ottubru 2019
I
. Fis-27 ta’ Novembru 2019, il-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill bagħtet ittra lil Antonio Tajani, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament, b’kummenti preliminari.
Wara diskussjonijiet sussegwenti bejn it-tliet istituzzjonijiet, il-Parlament adotta abbozz ta’ regolament ġdid fid-9 ta’ Ġunju 2021.
Il-Kummissjoni tqis li l-abbozz tar-Regolament il-ġdid jista’ jiġi aċċettat u għalhekk tagħti opinjoni pożittiva dwaru.