IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 27.4.2021
COM(2021) 212 final
2021/0109(BUD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2020/005 BE/Swissport
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
KUNTEST TAL-PROPOSTA
1.Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ir-“Regolament tal-FEG”).
2.Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Belġju ssottometta applikazzjoni EGF/2020/005/BE/Swissport għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li ngħataw is-sensji fi Swissport Belgium fil-Belġju.
3.Wara li vvalutat din l-applikazzjoni, b’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tar-Regolament tal-FEG, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfati.
SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI
|
Applikazzjoni tal-FEG
|
EGF/2020/005 BE/Swissport
|
|
Stat Membru
|
Il-Belġju
|
|
Data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni
|
22 ta’ Diċembru 2020
|
|
Data tal-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni
|
22 ta’ Diċembru 2020
|
|
Data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali
|
5 ta’ Jannar 2021
|
|
Skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali
|
16 ta’ Frar 2021
|
|
Skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni
|
11 ta’ Mejju 2021
|
|
Kriterju ta’ intervent
|
L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG
|
Intrapriża primarja
|
Swissport Belgium
|
L-għadd ta’ intrapriżi kkonċernati
|
1
|
|
Is-settur(i) tal-attività ekonomika
(Diviżjoni NACE Reviżjoni 2)
|
Diviżjoni 52 (Ħażna u attivitajiet ta’ appoġġ għat-trasport)
Diviżjoni 81 (Attivitajiet ta’ servizzi għal binjiet u għall-pajsaġġi)
|
|
Perjodu ta’ referenza (erba’ xhur):
|
9 ta’ Ġunju 2020 – 9 ta’ Ottubru 2020
|
|
L-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza (a)
|
1 468
|
|
L-għadd ta’ sensji qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza (b)
|
0
|
|
L-għadd totali ta’ sensji (a + b)
|
1 468
|
|
L-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli
|
1 468
|
|
L-għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira
|
1 468
|
|
Baġit għal servizzi personalizzati (EUR)
|
5 977 108
|
|
Baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG (EUR)
|
221 600
|
|
Baġit totali (EUR)
|
6 198 708
|
|
Kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR)
|
3 719 224
|
VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI
Proċedura
4.Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Belġju ssottometta l-applikazzjoni EGF/2020/005 BE/Swissport fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha ġew issodisfati l-kriterji ta’ intervent stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG. Il-Kummissjoni kkonfermat il-wasla tal-applikazzjoni fl-istess data u talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Belġju fil-5 ta’ Jannar 2021. Tali informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat mit-talba. L-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa minn meta tasal l-applikazzjoni kompluta, u li tulhom il-Kummissjoni jenħtieġ li tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, tiskadi fil-11 ta’ Mejju 2021.
Eliġibbiltà tal-applikazzjoni
Intrapriżi u benefiċjarji kkonċernati
5.L-applikazzjoni hija relatata ma’ 1 468 ħaddiem li ngħataw is-sensja minn Swissport Belgium. Is-sensji jikkonċernaw lill-Belġju kollu.
6.Il-Belġju ssottometta l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, li jirrikjedu li mill-inqas 500 ħaddiem jkunu ngħataw is-sensja fuq perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja mill-fornituri u mill-produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni u/jew persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun waqfet.
7.Il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur għall-applikazzjoni jibda mid-9 ta’ Ġunju 2020 sad-9 ta’ Ottubru 2020.
8.Kien hemm 1 468 ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Swissport Belgium matul il-perjodu ta’ referenza.
Kalkolu tas-sensji u tal-waqfien tal-attività
9.Is-sensji kollha li ngħataw tul il-perjodu ta’ referenza ġew ikkalkulati mid-data tan-notifika individwali ta’ min iħaddem ta’ waqfien mix-xogħol jew ta’ tmiem il-kuntratt tax-xogħol tal-ħaddiem.
Benefiċjarji eliġibbli
10.L-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa ta’ 1 468.
Rabta bejn is-sensji u kriżi finanzjarja u ekonomika globali.
11.Fil-11 ta’ Marzu 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat it-tifqigħa tal-COVID-19 bħala pandemija. Fis-27 ta’ Mejju 2020, fil-komunikazzjoni tagħha, “Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa”, il-Kummissjoni Ewropea ddikjarat li l-pandemija wasslet għall-kriżi ekonomika u stabbiliet pjan ta’ rkupru għall-ekonomija. Dan jippermetti lill-FEG jgħin lin-nies li tilfu l-impjiegi tagħhom minħabba kriżi finanzjarja u ekonomika globali bħala għodda ta’ emerġenza reattiva.
12.Il-pandemija kkawżat l-akbar reċessjoni fl-istorja tal-UE fl-ewwel nofs tal-2020. Skont it-Tbassir Ekonomiku Ewropew (Interim) tax-Xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-UE kien mistenni li jonqos b’madwar 6,3 % fl-2020, u li jirkupra bi 3,7 % fl-2021 u bi 3,9 % fl-2022.
13.Sabiex titrażżan il-pandemija tal-COVID-19, il-Belġju daħal f’lockdown fit-18 ta’ Marzu 2020. L-impatt kien wieħed immedjat għall-operaturi tal-ajru u għall-intrapriżi li joperaw fl-Ajruport ta’ Brussell. Fl-ewwel ġimgħa tal-lockdown (16-22 ta’ Marzu), l-għadd ta’ titjiriet f’dan l-ajruport naqas għal 578 biss, nuqqas ta 58 % minn Jannar 2020. Matul il-ġimgħat ta’ wara, il-movimenti tal-ajruplani tal-passiġġieri fl-ajruport waqfu kważi għalkollox, għajr għal għadd limitat ta’ titjiriet ta’ ripatrijazzjoni, ta’ emerġenza medika jew diplomatiċi.
14.Fl-2020, it-traffiku internazzjonali tal-passiġġieri naqas b’mod kumplessiv b’60 % meta mqabbel mal-2019 (minn 4,5 biljun passiġġier għal 1,8 biljun) u 50 % ta’ inġenji tal-ajru globali tqiegħdu għall-ħżin.
15.Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni kkonfermat li s-servizzi fuq l-art intlaqtu b’mod serju u hemm riskju reali li jistgħu jseħħu aktar fallimenti fost il-fornituri tas-servizzi fuq l-art matul l-2021.
16.Swissport Belgium, wieħed miż-żewġ ground handlers tal-ajruport, kien responsabbli għal 60 % tas-servizzi fuq l-art u tat-tindif fl-ajruport. Meta faqqgħet il-pandemija, Swissport Belgium kien qed jimplimenta pjan ta’ rkupru b’suċċess: fir-raba’ trimestru tal-2019, id-dħul totali żied b’5,8 % meta mqabbel mar-raba’ trimestru tal-2018. Fil-laqgħa tal-bord tiegħu fl-20 ta’ Frar 2020, Swissport ippreżenta tbassir ta’ dħul ta’ EUR 4,5 miljun ta’ telf għall-2020, li jirrappreżenta 37 % tnaqqis fit-telf meta mqabbel mal-2019.
17.Madankollu, sa Mejju tal-2020, kien ċar li se jieħu żmien twil għat-trasport bl-ajru u għall-attivitajiet tal-ajruport biex jirritornaw għan-normal. Swissport Belgium, abbażi tat-tbassir tal-klijenti tiegħu, stima li sal-aħħar tal-2020, l-attività tiegħu se tkun madwar 40 % ta’ kif kienet qabel il-pandemija, u x’aktarx mhux aktar minn 70-80 %, fl-2021. Fin-nuqqas ta’ likwidità wara tliet xhur ta’ inattività, Swissport iddikjara falliment. Il-Qorti ta’ Brussell iddikjarat l-intrapriża falluta fid-9 ta’ Ġunju 2020, ġimgħa qabel ma kien skedat li jitniedu mill-ġdid it-titjiriet Ewropej fl-Ajruport ta’ Brussell, b’60 destinazzjoni moqdija minn 20 linji tal-ajru.
18.Aviapartner Belgium, il-ground handler l-ieħor tal-ajruport, kien ukoll f’diffikultà kbira u nieqes mil-likwidità minħabba n-nuqqas ta’ attività kkawżata mill-pandemija; id-dħul tiegħu naqas b’95 % meta mqabbel mad-dħul ta’ qabel il-pandemija. Biex jevita l-falliment tal-Aviapartner, u jħalli l-ajruport mingħajr ground handler, il-Kunsill tal-Ministri Belġjan, tmint ijiem wara l-falliment ta’ Swissport Belgium, tawh self konvertibbli sa EUR 25 miljun permezz tas-Soċjetà Federali tal-Parteċipazzjoni u l-Investiment (SFPI-FPIM). Mingħajr ground handlers, it-titjiriet tal-passiġġieri u tal-merkanzija ma jkunux jistgħu jitilqu mill-ajruport jew jinżlu fih. Is-self żgura l-vijabbiltà ta’ Aviapartner, biex l-operazzjonijiet fl-ajruport ikunu jistgħu jerġgħu jibdew wara l-lockdown.
19.Sal-lum, il-ħażna u l-attivitajiet ta’ appoġġ għas-settur tat-trasport kien soġġett, flimkien ma’ setturi oħra, għall-applikazzjoni tal-FEG multisettorjali waħda, abbażi tal-kriżi ekonomika li rriżultat mill-pandemija tal-COVID-19.
Avvenimenti li wasslu għas-sensji u għall-waqfien tal-attività
20.Fid-9 ta’ Ġunju 2020, wara ġimgħat li s-servizzi fuq l-art kienu kważi ineżistenti fl-ajruport, Swissport Belgium ġiet iddikjarata falluta. Barra minn hekk, minħabba l-inċertezza kbira dwar l-irkupru fuq terminu qasir tas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, l-ebda intrapriża ma wriet interess li tieħu l-attivitajiet fuq l-art ta’ Swissport Belgium. Dawn iż-żewġ avvenimenti relatati kkawżaw is-sensji li għalihom qiegħda titressaq din l-applikazzjoni.
Impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali u l-impjiegi
21.Skont il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Brussell u l-organizzazzjoni ta’ min iħaddem Fjamminga Voka, l-ajruport ta’ Brussell huwa responsabbli minn 24 000 impjieg dirett u minn 40 000 impjieg indirett.
22.Is-sensji ta’ Swissport Belgium jaffettwaw lill-ħaddiema li jgħixu fil-pajjiż kollu: Brussell (29 %), Flanders (52 %) u Wallonia (19 %).
23.Sa Ottubru 2020, minkejja li hemm skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar fis-seħħ, ir-rata nazzjonali tal-qgħad żdiedet b’1,3 punti perċentwali għal 6,4 % minn Ottubru 2019. Ġewwa Flanders, fejn jinsab l-ajruport ta’ Brussell, il-qgħad żdied b’punt perċentwal wieħed għal 4,4 % sa Ottubru 2020, meta mqabbel ma’ Ottubru 2019. F’Wallonia, ir-rata tal-qgħad fost l-irġiel kienet ta’ 8,3 % fit-tielet trimestru tal-2020, kważi żewġ punti perċentwali ogħla mill-medja nazzjonali għal dan il-grupp. L-għeluq immedjat ta’ ċerti setturi ewlenin (catering, turiżmu, kultura, eċċ.) ħasad b’mod partikolari s-suq tax-xogħol ta’ Brussell, iż-żieda fil-qgħad għal 15 % (+2 pp bidla sena wara sena) fit-tielet trimestru tal-2020.
24.Minħabba ż-żieda fil-qgħad, l-awtoritajiet Belġjani jibżgħu li l-impjieg mill-ġdid se jkun saħansitra aktar diffiċli għall-ħaddiema minn gruppi żvantaġġati. Proporzjon kbir tal-forza tax-xogħol ta’ qabel ta’ Swissport huma f’din il-kategorija, għaliex ħafna minnhom huma ħaddiema b’ħiliet baxxi u b’ħiliet medji u madwar terz (32,5 %) għandhom aktar minn 50 sena. Dan il-grupp ta’ ħaddiema jeħtieġ gwida u appoġġ addizzjonali għat-tfittix ta impjieg, flimkien mat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid imfassal għall-ħtiġijiet tagħhom, biex iżidu l-possibilitajiet tagħhom għall-impjieg mill-ġdid.
Benefiċjarji fil-mira u azzjonijiet proposti
Benefiċjarji fil-mira
25.Il-ħaddiema kollha ssensjati huma mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri. It-tqassim ta’ dawn il-ħaddiema skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-grupp ta’ età huwa kif ġej:
|
Kategorija
|
L-għadd ta’
benefiċjarji fil-mira
|
|
Sess:
|
Irġiel:
|
1 086
|
(73,98 %)
|
|
|
Nisa:
|
382
|
(26,02 %)
|
|
Ċittadinanza:
|
Ċittadini tal-UE:
|
1 400
|
(95,37 %)
|
|
|
ċittadini mhux tal-UE:
|
68
|
(4,63 %)
|
|
Grupp ta’ età:
|
15-24 sena:
|
83
|
(5,65 %)
|
|
|
25-29 sena:
|
184
|
(12,53 %)
|
|
|
30-54 sena:
|
1 001
|
(68,19 %)
|
|
|
55-64 sena:
|
199
|
(13,56 %)
|
|
|
iktar minn 64 sena:
|
1
|
(0,07 %)
|
Eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti
26.Is-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema ssensjati jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin:
–Informazzjoni, għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg u gwida vokazzjonali. Flimkien ma’ informazzjoni ġenerali u individwali dwar il-miżuri, dan se jinkludi t-tfassil ta’ profil tal-ħaddiema, l-għajnuna għar-rikollokament, gwida orjentata lejn impjiegi attivi u medjazzjoni tal-impjiegi. Se jiġu organizzati wkoll fieri tal-impjiegi.
–Taħriġ. Se jiġi offrut taħriġ speċifiku biex jaqdi għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema. Dan se jinkludi taħriġ orizzontali bħal-lingwa barranija u l-ICT, taħriġ vokazzjonali fil-ħiliet meħtieġa fis-servizzi tal-ajruport jew fis-setturi b’nuqqas ta’ ħiliet.
–Taħriġ fuq il-post tax-xogħol. Dan se jiġi offrut għall-postijiet battala li ma jkollhomx biżżejjed kandidati xierqa. Wara li jlesti t-taħriġ b’suċċess, il-ħaddiem inkwistjoni jiġi offrut kuntratt tax-xogħol.
–Appoġġ biex jinħoloq negozju. Bl-għan li jiġu żviluppati negozji vijabbli jew proġetti ta’ impjiegi independenti, il-ħaddiema interessati li jsiru ħaddiema għal rashom se jirċievu l-appoġġ ta’ organizzazzjonijiet reġjonali. Dan jista’ jkopri l-ippjanar, it-twettiq ta’ studji tal-fattibbiltà, it-tħejjija ta’ pjanijiet tan-negozju, jgħin biex jidentifika l-possibilitajiet finanzjarji, eċċ.
–Kontribuzzjoni biex jinfetaħ negozju. Il-ħaddiema li jibdew negozju jew attività bħala persuni li jaħdmu għal rashom se jirċievu kontribuzzjoni sa EUR 15 000.
–Inċentivi u allowances. (1) Allowances għat-tfittix ta’ impjieg u għat-taħriġ. Il-ħaddiema se jirċievu EUR 1 fis-siegħa għall-parteċipazzjoni effettiva fit-taħriġ jew fl-attivitajiet għat-tfittix ta’ impjieg. (2) Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura. Sabiex tiġi mħeġġa l-mobilità reġjonali u interreġjonali, il-ħaddiema li jsibu xogħol li jkun aktar minn 60 km ’il bogħod minn darhom, jew li jkun f’distanza li tinvolvi aktar minn erba’ sigħat ta’ ħin ta’ vjaġġar lejn ix-xogħol u lura, se jirċievu somma sħiħa ta’ EUR 500 jekk jivvjaġġaw lejn ix-xogħol u lura bit-trasport privat u EUR 750 jekk jivvjaġġaw lejn ix-xogħol u lura bit-trasport pubbliku. (3) Bonus għat-tixjin tal-isterjotipi tal-ġeneri. Il-ħaddiema tal-ġeneru li huwa l-inqas irrappreżentat li jagħżlu taħriġ vokazzjonali għall-impjiegi li l-ġeneri tagħhom huma żbilanċjati b’mod sinifikanti se jirċievu bonus ta’ EUR 700 mħallsa f’żewġ pagamenti parzjali, wieħed fil-bidu u l-ieħor fl-aħħar tat-taħriġ. (4) Allowance għall-ħolqien ta’ negozju. Il-ħaddiema se jirċievu kontribuzzjoni fix-xahar ta’ EUR 350, għal massimu ta’ 12-il xahar, filwaqt li jħejju biex jibdew in-negozju tagħhom stess. Biex jiġi appoġġat il-ħaddiem għal rasu ġdid fl-ewwel ftit xhur tal-attività, se tkun disponibbli kontribuzzjoni ta’ EUR 200, għal massimu ta’ ħames xhur. (5)Allowance għar-ritorn lejn l-iskola. Se tingħata allowance ta’ EUR 350 fix-xahar lill-ħaddiema li jibdew studji terzjarji full-time għal mill-inqas sena, jew taħriġ ta’ kwalifika għal mill-inqas tliet xhur biex iġibu l-ħiliet meħtieġa għall-impjiegi li jkun hemm domanda għalihom u li għalihom huwa diffiċli li jinstabu persuni, li jkunu marbuta ma’ funzjonijiet kritiċi, eċċ.
27.Il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għall-iżvilupp ta’ kunċett ta’ iġjene sanitarja sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ miżuri.
28.L-azzjonijiet proposti deskritti hawnhekk, jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux il-miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali.
29.Il-Belġju pprovda l-informazzjoni meħtieġa dwar l-azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriża kkonċernata permezz tal-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi. Huma kkonfermaw li kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhijiex se tissostitwixxi azzjonijiet bħal dawn.
Baġit stmat
30.L-istima tal-kostijiet totali hija ta’ EUR 6 198 708, li jinkludu nefqa ta’ EUR 5 977 108 għal servizzi personalizzati u nefqa ta’ EUR 221 600 għal attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rappurtar.
31.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba biex tingħata mill-FEG hija ta’ EUR 3 719 224 (60 % tal-kostijiet totali).
|
Azzjonijiet
|
Għadd stmat ta’ parteċipanti
|
Stima tal-kostijiet għal kull parteċipant
(EUR)
|
L-istima tal-kostijiet totali
(EUR)
|
|
Servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG)
|
|
Informazzjoni, għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg u gwida vokazzjonali
|
1 468
|
2 230
|
3 273 787
|
|
Taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali
|
610
|
3 534
|
2 155 437
|
|
Taħriġ fuq il-post tax-xogħol
|
10
|
1 440
|
14 396
|
|
Appoġġ għall-ħolqien ta’ negozju
|
70
|
2 000
|
139 988
|
|
Kontribuzzjoni għall-ftuħ ta’ negozji
|
12
|
10 000
|
120 000
|
|
Subtotal (a):
Perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati
|
–
|
5 703 608
|
|
|
|
(95,42 %)
|
|
Allowances u inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG)
|
|
Inċentivi u allowances
|
367
|
745
|
273 500
|
|
Subtotal (b):
Perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati:
|
–
|
273 500
|
|
|
|
(4,58 %)
|
|
Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-FEG
|
|
1. Attivitajiet ta’ tħejjija
|
–
|
6 000
|
|
2. Ġestjoni
|
–
|
52 420
|
|
3. Tagħrif u pubbliċità
|
–
|
55 000
|
|
4. Kontroll u rappurtaġġ
|
–
|
108 180
|
|
Subtotal (ċ):
Perċentwal tal-kostijiet totali:
|
–
|
221 600
|
|
|
|
(3,57 %)
|
|
Kostijiet totali (a + b + ċ):
|
–
|
6 198 708
|
|
Kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-kostijiet totali)
|
–
|
3 719 224
|
32.L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq bħala azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG ma jaqbżux il-35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati. Il-Belġju kkonferma li dawn l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira f’attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg jew ta’ taħriġ.
33.Il-Belġju kkonferma li l-kostijiet tal-investimenti għal dawk li jaħdmu għal rashom, il-bidu ta’ negozju u t-teħid ta’ kontroll mill-impjegati mhumiex se jaqbżu l-EUR 15 000 għal kull benefiċjarju.
Perjodu ta’ eliġibbiltà tan-nefqa
34.Il-Belġju beda jipprovdi s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fid-9 ta’ Ġunju 2020. Għaldaqstant, in-nefqa fuq dawn l-azzjonijiet se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mid-9 ta’ Ġunju 2020 sat-22 ta’ Diċembru 2022.
35.Il-Belġju beda jġarrab in-nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fl-10 ta’ Ġunju 2020. Għalhekk, in-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rappurtar għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-10 ta’ Ġunju 2020 sat-22 ta’ Ġunju 2023.
Kumplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni
36.Is-sorsi ta’ prefinanzjament jew kofinanzjament nazzjonali huma fondi ta’ Région de Bruxelles-Capitale/Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Vlaams Gewest u Région Wallonne.
37.Il-Belġju kkonferma li l-miżuri deskritti hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se jirċievu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni.
Proċeduri biex jiġu kkonsultati l-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali
38.Il-Belġju indika li l-pakkett koordinat tas-servizzi personalizzati sar f’konsultazzjoni mar-rappreżentati tal-ħaddiema u mas-sħab soċjali f’laqgħat li saru fit-3 u fid-19 ta’ Novembru 2020. L-awtoritajiet Belġjani kellhom ukoll laqgħa ma’ Aviato vzw, ċentru tal-impjiegi fl-Ajruport ta’ Brussell għal dawk li qed ifittxu xogħol u għal min iħaddem. Aviato, bħala speċjalist fis-settur tal-avjazzjoni, ġie kkonsultat dwar l-iktar taħriġ adattat ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid biex jiġi offrut lill-ħaddiema ssensjati.
39.L-awtoritajiet reġjonali ta’ Flanders, ta’ Walonia u ta’ Brussell huma l-promoturi ta’ din l-applikazzjoni. Synerjob, l-istruttura ta’ kollaborazzjoni interreġjonali għat-tliet servizzi għall-impjiegi Belġjani ġġib koerenza akbar għall-azzjonijiet proposti.
Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
40.L-applikazzjoni fiha deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Il-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita u kkontrollata mill-istess korpi li jiġġestixxu u jikkontrollaw il-Fond Soċjali Ewropew f’Région de Bruxelles-Capitale/Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Vlaams Gewest u f’Région Wallonne.
Impenji mill-Istat Membru kkonċernat
41.Il-Belġju ta l-assigurazzjonijiet kollha meħtieġa rigward dawn li ġejjin:
–il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u għall-implimentazzjoni tagħhom,
–ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi ġew issodisfati,
–l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu għajnuna finanzjarja minn fondi jew minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat,
–l-azzjonijiet proposti se jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali,
–il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Proposta baġitarja
42.Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 186 miljun (prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027.
43.Wara li eżaminat l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u wara li kkunsidrat l-għadd ta’ benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont ta’ EUR 3 719 224, li jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, sabiex tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.
44.Id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobbilizzat l-FEG se tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 9 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda.
Atti relatati
45.Fl-istess waqt li tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni sabiex jiġi mmobbilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, proposta għal trasferiment tal-ammont ta’ EUR 3 719 224 għal-linja baġitarja rilevanti.
46.Fl-istess waqt li tadotta din il-proposta għal deċiżjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG.
2021/0109 (BUD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2020/005 BE/Swissport
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet bħala riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fil-mudelli tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, bħala riżultat ta’ kontinwazzjoni tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika, jew bħala riżultat ta’ kriżi globali finanzjarja u ekonomika ġdida, u biex tappoġġahom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2)Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta’ EUR 186 miljun (il-prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093.
(3)Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Belġju ssottometta applikazzjoni biex jimmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji fi Swissport fil-Belġju. Din kienet issupplimentata b’informazzjoni addizzjonali pprovduta f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
(4)Għalhekk jenħtieġ li l-FEG jiġi mmobbilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 3 719 224 fir-rigward tal-applikazzjoni mressqa mill-Belġju.
(5)Sabiex jitnaqqas iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobbilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 3 719 224 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mill- [id-data tal-adozzjoni tagħha].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President