IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 24.3.2021
COM(2021) 201 final
2021/0077(BUD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja u lil Franza b’rabta ma’ diżastri naturali u lill-Albanija, lill-Awstrija, lill-Belġju, lill-Kroazja, liċ-Ċekja, lill-Estonja, lil Franza, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lill-Montenegro, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Serbja, lil Spanja fir-rigward ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Kuntest tal-proposta
Din id-deċiżjoni tkopri l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ “il-FSUE”) f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament”) għal ammont ta’ EUR 484 199 841 biex tingħata assistenza lill-Greċja u lil Franza wara diżastri naturali reġjonali li seħħew f’dawn il-pajjiżi matul l-2020, kif ukoll lil 20 Stat Membru u pajjiżi tal-adeżjoni (l-Albanija, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Belġju, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Montenegro, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Serbja u Spanja) ‘reazzjoni għall-emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri ikkważata mill-pandemija tal-COVID-19 kmieni fl-2020.
Din il-mobilizzazzjoni hija akkumpanjata mill-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 2/2021 li jipproponi li jiġi riportat l-ammont ta’ EUR 47 981 598 mill-allokazzjoni mhux użata għall-2020 direttament għal-linja baġitarja operattiva tal-FSUE u DEC Nru 03/2021 li tipproponi t-trasferiment tal-ammont ta’ EUR 427 543 750 mil-linja ta’ riżerva tar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna f’Emerġenza (minn hawn’ il quddiem “is-SEAR”) għal-linja baġitarja operattiva tal-FSUE, kemm f’impenji kif ukoll f’pagamenti. Skont l-Artikolu 4a (4) tar-Regolament FSUE, l-ammont ta’ EUR 50 000 000 diġà ġie inkorporat fil-Baġit Ġenerali tal-2021 (f’impenji u pagamenti) għall-pagament ta’ avvanzi. Dawn l-approprjazzjonijiet se jintużaw għall-pagament ta’ EUR 8 674 493 fir-rigward tal-avvanzi għad-diżastri naturali reġjonali fil-Greċja u fi Franza. Il-pagamenti bil-quddiem għall-każijiet relatati mal-COVID-19 li jammontaw għal EUR 132 736 830 tħallsu mill-allokazzjoni tal-FSUE tal-2020.
2.Informazzjoni u kundizzjonijiet
2.1Il-Greċja – għargħar f’Sterea Ellada f’Awwissu 2020
(1)Fid-29 ta’ Ottubru 2020, il-Greċja applikat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u rkupru wara l-għargħar fir-Reġjun ta’ Sterea Ellada f’Awwissu 2020.
(2) L-applikazzjoni tressqet fi żmien l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa wara li l-ewwel ħsara kkawżata mid-diżastru ġiet irreġistrata fid-9 ta’ Awwissu 2020 u fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament.
(3)Id-diżastru huwa ta' oriġini naturali u għalhekk jaqa' taħt l-ambitu tal-applikazzjoni tal-FSUE.
(4)L-applikazzjoni ppreżentat l-avveniment bħala ‘diżastru naturali reġjonali’ kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament, li huwa kwalunkwe diżastru naturali f’reġjun fil-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli li jirriżulta fi ħsara diretta li taqbeż il-1,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) ta’ dak ir-reġjun. L-awtoritajiet Griegi jistmaw li l-ħsara diretta totali tammonta għal EUR 132 004 000. Il-ħsara kkawżata tirrappreżenta 1,54 % tal-PDG tar-reġjun tal-livell NUTS 2 ikkonċernat Sterea Ellada u għalhekk taqbeż il-limitu ta’ EUR 128 286 000 (1,5 % tal-PDG reġjonali). It-talba mill-Greċja hija għalhekk eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FSUE.
(5)Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u ta' rkupru kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament, bleċċezzjoni tal-ittra żgħira e).
(6)Fl-applikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ottubru 2020, il-Greċja talbet għal ħlas bil-quddiem kif stabbilit fl-Artikolu 4a tar-Regolament. Fit-2 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021) 1507 fejn allokat ħlas bil-quddiem li jammonta għal EUR 330 010. L-ammont tal-ħlas bil-quddiem għandu jitqies qabel ma jitħallas il-bilanċ tal-kontribuzzjoni lill-Istat benefiċjarju. Il-Kummissjoni se tirkupra l-avvanzi mħallsa indebitament.
(7)L-applikazzjoni tiddeskrivi fid-dettall l-avveniment u l-entità tad-dannu. Fid-9 ta’ Awwissu 2020 is-sistema tat-tempesti tas-sajf “Thalia”, li jumejn (2) qabel affettwat it-Tramuntana tal-Greċja, intensifikat lejn il-Greċja kontinentali ċentrali u tax-Xlokk u kkawżat l-iżvilupp ta’ attività meteoroloġika vertikali u fenomeni meteoroloġiċi estremi. It-temp estrem wassal għal xita torrenzjali (300 mm ta’ xita fi 8 sigħat), maltempati bir-rgħad intensi u rjieħ qawwija. Xita torrenzjali wasslet biex jinfaqgħu il-ġnub ta’ żewġ xmajjar, it-toroq sfaw imblukkati u 3 000 dar spiċċaw milquta mill-għargħar fejn inqabdu kemm turisti kif ukoll residenti. Is-sitt pontijiet ewlenin kollha tax-Xmara Lilas ikkollassaw u x-xmara batiet minn imbankmenti tat-toroq mikula. It-temp estrem ħoloq ħsara estensiva lill-grilja tal-elettriku, l-infrastruttura pubblika u l-akkomodazzjoni privata, u parti kbira min-netwerk tat-toroq reġjonali sar temporanjament jew permanentement inutilizzabbli. Minħabba l-pajsaġġ topografiku inklinat, ix-xita rapida kkawżat għargħar katastrofiku għal għarrieda u uqigħ tal-art (prinċipalment fiż-żoni fejn jinġabar l-ilma tax-xmajjar). L-għargħar u ż-żerżiq tat-tajn ħasdu l-ħajja ta’ 8 persuni. In-negozji u s-settur agrikolu wkoll ġarrbu ħsarat konsiderevoli. B’mod ġenerali, il-ħsara fiżika fl-infrastruttura tan-netwerk (ilma/ilma mormi, trasport, pontijiet, enerġija u netwerk tat-telekomunikazzjoni) tikkostitwixxi l-akbar spejjeż tal-ħsara diretta totali stmata kumplessivament inkluża fl-applikazzjoni.
(8)Il-Greċja stmat l-ispiża tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza u rkupru eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament għal EUR 106 124 000 u ppreżentatha mqassma skont it-tip ta’ operazzjoni. L-akbar sehem (aktar minn EUR 69 miljun) jikkonċerna l-ispejjeż għar-restawr tal-infrastruttura tat-trasport (toroq u pontijiet), segwit mill-ispejjeż tal-operazzjonijiet tat-tindif taż-żona milquta (aktar minn EUR 27 miljun).
(9)L-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni ma tagħmel tajjeb għall-ispejjeż eliġibbli.
(10)Bħalissa ma hemm l-ebda proċedura ta’ ksur għaddejja fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tad-diżastri.
(11)Tlestew l-azzjonijiet li ġejjin fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/60/KE dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar: ir-Rapport Preliminari ta’ Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Għargħar (Marzu 2012), l-identifikazzjoni taż-żoni b’riskju għoli ta’ għargħar fl-14-il Distrett tal-Baċiri tax-Xmajjar tal-pajjiż u l-aġġornament tar-Rapport Preliminari ta’ Valutazzjoni tar-Riskju tal-Għargħar (Novembru 2012). F’Marzu 2017 tlestew il-perikli tal-għargħar u tar-riskju għall-14-il Distrett tal-Baċiri tax-Xmajjar tal-pajjiż. Tlestew il-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tar-Riskju tal-Għargħar tad-Distretti tal-Baċiri tax-Xmajjar kollha tal-pajjiż.
2.2Il-Greċja - iċ-ċiklun Ianos f’Settembru tal-2020
(1)Fid-9 ta’ Diċembru 2020, il-Greċja applikat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u rkupru wara l-ħsarat ikkawżati miċ-Ċiklun Mediterranju Ianos f’Settembru 2020.
(2)L-applikazzjoni tressqet fi żmien l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa wara li l-ewwel ħsara kkawżata mid-diżastru ġiet irreġistrata fid-19 ta’ Settembru 2020 u fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament.
(3)Id-diżastru huwa ta' oriġini naturali u għalhekk jaqa' taħt l-ambitu tal-applikazzjoni tal-FSUE.
(4)L-applikazzjoni ppreżentat l-avveniment bħala “diżastru naturali reġjonali” kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament, li huwa kwalunkwe diżastru naturali f’reġjun fil-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli li jirriżulta fi ħsara diretta li taqbeż il-1.5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) ta’ dak ir-reġjun jew 1.5 % tal-PDG ponderat fil-każ ta’ diżastru multireġjonali. L-applikazzjoni tirrigwarda ħames reġjuni Griegi tal-livell NUTS 2 (Ionia Nisia (EL62), Sterea Ellada (EL64), Ditiki Ellada (EL63), Thessalia (EL61), Peloponnisos (EL65)). L-awtoritajiet Griegi jistmaw li l-ħsara diretta totali tammonta għal EUR 863 540 756. Il-ħsara kkawżata tirrappreżenta 11.08 % tal-PDG ponderat ta’ ħames reġjuni tal-livell NUTS 2 ikkonċernati u għalhekk taqbeż il-livell limitu. It-talba mill-Greċja hija għalhekk eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FSUE.
(5)Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u ta' rkupru kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament, bleċċezzjoni tal-ittra żgħira e).
(6)Fl-applikazzjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2020, il-Greċja talbet il-ħlas bil-quddiem kif stabbilit fl-Artikolu 4a tar-Regolament. Fit-2 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021)1511 li tagħti pagament bil-quddiem li jammonta għal EUR 2 158 852. L-ammont tal-ħlas bil-quddiem għandu jitqies qabel ma jitħallas il-bilanċ tal-kontribuzzjoni lill-Istat benefiċjarju. Il-Kummissjoni se tirkupra l-avvanzi mħallsa indebitament.
(7)L-applikazzjoni tiddeskrivi fid-dettall l-avveniment u l-entità tad-dannu. Iċ-ċiklun Ianos, magħruf ukoll bħala Medicane Ianos, kien ċiklun rari Mediterranju simili għal ċiklun tropikali li kellu impatt fuq il-Greċja bejn is-17 u l-20 ta’ Settembru 2020. Din il-maltempata rari li tixbah lill-uragani nfirxet mal-Greċja kollha minn Thessaly ċentrali, li laqtet reġjuni milquta bi rjieħ għoljin li laħqu 120 km/h, xita torrenzjali u għargħar li kkawżaw il-mewt ta’ erba’ persuni u ħsarat kbar lid-djar u lill-infrastrutturi. Xita qawwija laqtet diversi baċiri tax-xmajjar ikkaratterizzati minn morfoloġija wieqfa, li jiddeterminaw mewġiet severi ta’ għargħar. Kwantitajiet enormi ta’ ilma laqtu lill-bliet Karditsa u Mouzaki li kienu mgħargħra għal diversi jiem. Total ta’ 5 000 proprjetà ġew mgħargħra fil-belt ta’ Karditsa, 97 % tal-ħwienet ġarrbu ħsarat u 15-il villaġġ fiż-żona nqerdu sew. Il-provvista tal-elettriku esperjenzat qtugħ estensiv tal-enerġija u l-provvista tal-ilma ġiet interrotta f’ħafna rħula. L-infrastruttura ferrovjarja u n-netwerk tat-toroq ġarrbu ħsarat serji. Fiż-żona muntanjuża ġew irreġistrati 100 uqigħ tal-art u 40 pont li nqatgħu. Tunnellati ta’ ħama u skart, mijiet ta’ siġar maqlugħa u friegħi kkawżaw problemi fin-netwerk tat-toroq. Ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza għall-gżejjer ta’ Ithaca, Kefalonia, u Zakynthos minħabba għargħar u qtugħ tal-enerġija mifruxa. Is-servizzi ta’ emerġenza rrappurtaw li rċevew aktar minn 2 500 sejħa għal assistenza minn persuni maqbuda fi djar u karozzi mgħargħra u s-servizz Grieg tat-tifi tan-nar salva kważi 1 000 persuna fir-reġjuni milquta.
(8)Il-Greċja stmat l-ispiża tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza u rkupru eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament għal EUR 507 660 619 u ppreżentatha mqassma skont it-tip ta’ operazzjoni. L-akbar sehem (aktar minn EUR 293 miljun) jikkonċerna l-ispejjeż għar-restawr tal-infrastruttura tat-trasport, segwit mill-ispejjeż għar-restawr tal-infrastruttura tal-ilma u tal-ilma mormi (aktar minn EUR 13-il miljun).
(9)L-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni ma tagħmel tajjeb għall-ispejjeż eliġibbli.
(10)Bħalissa ma hemm l-ebda proċedura ta’ ksur għaddejja fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tad-diżastri.
(11)Tlestew l-azzjonijiet li ġejjin fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/60/KE dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar: ir-rapport Preliminari ta’ Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Għargħar (Marzu 2012), l-identifikazzjoni taż-żoni b’riskju għoli ta’ għargħar fl-14-il Distrett tal-Baċiri tax-Xmajjar kollha tal-pajjiż u aġġornament tar-Rapport Preliminari ta’ Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Għargħar (Novembru 2012). F’Marzu 2017 tlestew il-perikli ta’ għargħar u ta’ riskju għall-14 Distrett tal-Baċini tax-Xmajjar kollha tal-Pajjiż. Tlestew il-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tar-Riskju tal-Għargħar tad-Distretti tal-Baċiri tax-Xmajjar kollha tal-pajjiż.
2.3Il-Greċja- it-terremot fil-gżejjer ta’ Samos, Ikaria u Chios f’Ottubru 2020
(1)Fit-22 ta’ Jannar 2021, il-Greċja applikat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u rkupru wara l-ħsara kkawżata mit-terremot fil-gżejjer ta’ Samos, Ikaria u Chios, f’Ottubru 2020.
(2)L-applikazzjoni tressqet fi żmien l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa wara li l-ewwel ħsara kkawżata mid-diżastru ġiet irreġistrata fit-30 ta’ Ottubru 2020 u fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament.
(3)Id-diżastru huwa ta’ oriġini naturali u għalhekk jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSUE.
(4)L-applikazzjoni ppreżentat l-avveniment bħala ‘diżastru naturali reġjonali’ kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament, li huwa kwalunkwe diżastru naturali f’reġjun fil-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli li jirriżulta fi ħsara diretta li taqbeż il-1,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) ta’ dak ir-reġjun. L-awtoritajiet Griegi jistmaw li l-ħsara diretta totali tammonta għal EUR 101 252 020. Il-ħsara kkawżata tirrappreżenta 39,72 % tal-PDG tar-reġjun tal-livell NUTS 2 ikkonċernat Voreio Aigaio u għalhekk taqbeż il-limitu ta’ EUR 38 239 500 (1.5 % tal-PDG reġjonali). It-talba mill-Greċja hija għalhekk eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FSUE.
(5)Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u ta' rkupru kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament, bleċċezzjoni tal-ittra żgħira e).
(6)Fl-applikazzjoni tagħha tat-22 ta’ Jannar 2021, il-Greċja talbet il-ħlas bil-quddiem kif stabbilit fl-Artikolu 4a tar-Regolament. Fit-8 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2021) 1623 fejn allokat ħlas bil-quddiem li jammonta għal EUR 253 131. L-ammont tal-ħlas bil-quddiem għandu jitqies qabel ma jitħallas il-bilanċ tal-kontribuzzjoni lill-Istat benefiċjarju. Il-Kummissjoni se tirkupra l-avvanzi mħallsa indebitament.
(7)L-applikazzjoni tiddeskrivi fid-dettall l-avveniment u l-entità tad-dannu. Fit-30 ta’ Ottubru 2020, terremot b’kobor ta’ 7,0 laqat madwar 14 km fil-Grigal tal-gżira Griega ta’ Samos. Tlett ijiem wara t-terremot prinċipali, ġew irreġistrati madwar 150 xokk ta’ wara, b’intensità li tvarja. Il-qasma matul it-terremot inizjali kkawżat bidla qawwija f’qiegħ il-baħar u uqigħ tal-art taħt il-baħar. Konsegwentement, it-terremot inizjali kien segwit mill-okkorrenza ta’ tliet mewġiet gravitazzjonali (tsunami) b’għoli ta’ 1.5 metru li kaxkru kollox f’diversi żoni fil-parti tat-Tramuntana ta’ Samos. It-terremot u t-tsunami kkawżaw ħsarat fil-gżejjer tal-Eġew tat-Tramuntana ta’ Samos, Ikaria u Chios. Id-diżastru qatel żewġ persuni u darab 19-il persuna minħabba bini li ġġarraf u frammenti li waqgħu. Ġew ikkawżati danni kbar lill-knejjes, lill-iskejjel, lill-wirjiet tal-mużewijiet u lid-djar privati. F’Vathi ta’ Samos id-diżastri u l-ħsarat huma sinifikanti u bejn 2 000 u 3 000 persuna kienu qed jiffaċċjaw problemi ta’ akkomodazzjoni. Kull bini antik tal-ġebel li kien jeżisti sofra minn ħsara żgħira sa qerda totali. Total ta’ 300 dar f’Samos għandhom problema wara t-terremot. It-terremot qered parti importanti tan-netwerk tat-toroq.
(8)Il-Greċja stmat l-ispiża tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza u rkupru eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament għal EUR 23 785 020 u ppreżentatha mqassma skont it-tip ta’ operazzjoni. L-akbar sehem (aktar minn EUR 10 miljun) jikkonċerna l-ispejjeż għar-restawr tal-infrastruttura tat-trasport, segwit mill-ispejjeż għar-restawr tal-infrastruttura tal-edukazzjoni (aktar minn EUR 6,6 miljun) u l-ispejjeż tat-tindif ta’ żoni milquta minn diżastri (aktar minn EUR 4,5 miljun).
(9)L-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni ma tagħmel tajjeb għall-ispejjeż eliġibbli.
(10)Bħalissa ma hemm l-ebda proċedura ta’ ksur għaddejja fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tad-diżastri.
(11)L-applikazzjoni tal-Greċja kienet tipprovdi deskrizzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni ta’ riskju ta’ diżastru u mmaniġġar relatat man-natura tad-diżastru. Abbażi tat-terremoti qawwija li laqtu lill-Greċja bejn l-1978 u l-1981, il-gvern Grieg stabbilixxa politika ta’ prevenzjoni u ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri naturali bil-għan li tittejjeb ir-reżiljenza fil-komunitajiet lokali permezz ta’ qafas għall-implimentazzjoni ta’ politiki biex jitnaqqsu r-riskji magħrufa, jiġi ġestit l-impatt tat-terremoti, u proċeduri/azzjoni għall-prevenzjoni ta’ riskji ġodda. Il-kodiċi tal-Bini Antisiżmiku Grieg fih il-Mappa aġġornata dwar Perikli Siżmiċi.
2.4 Franza- il-maltempata Alex fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côtes d’Azur f’Ottubru 2020
(1)Fil-21 ta’ Diċembru 2020, Franza applikat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u rkupru wara l-ħsarat ikkawżati mill-maltempata Alex fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côtes d’Azur f’Ottubru 2020.
(2)L-applikazzjoni tressqet fi żmien l-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa wara li l-ewwel ħsara kkawżata mid-diżastru ġiet irreġistrata fit-2 ta’ Ottubru 2020 u fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament.
(3)Id-diżastru huwa ta' oriġini naturali u għalhekk jaqa' taħt l-ambitu tal-applikazzjoni tal-FSUE.
(4)L-applikazzjoni ppreżentat l-avveniment bħala ‘diżastru naturali reġjonali’ kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament, li huwa kwalunkwe diżastru naturali f’reġjun fil-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli li jirriżulta fi ħsara diretta li taqbeż il-1,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) ta’ dak ir-reġjun. L-awtoritajiet Franċiżi jistmaw li l-ħsara diretta totali hija ta’ EUR 2 373 000 000. Il-ħsara kkawżata tirrappreżenta 1.5 % tal-PDG tar-reġjun ikkonċernat tal-livell NUTS 2 Provence-Alpes-Côtes d’Azur u għalhekk taqbeż il-limitu ta’ EUR 2 372 040 600 (1.5 % tal-PDG reġjonali). L-applikazzjoni minn Franza hija għalhekk eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FSUE.
(5)Il-ħsara diretta totali hija l-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tintuża biss għal operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u ta' rkupru kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament, bleċċezzjoni tal-ittra żgħira e).
(6)Fl-applikazzjoni tagħha tal-21 ta’ Diċembru 2020, Franza talbet il-ħlas bil-quddiem kif stabbilit fl-Artikolu 4a tar-Regolament. Fit-22 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2021) 1340 li tagħti pagament bil-quddiem li jammonta għal EUR 5 932 500. L-ammont tal-ħlas bil-quddiem għandu jitqies qabel ma jitħallas il-bilanċ tal-kontribuzzjoni lill-Istat benefiċjarju. Il-Kummissjoni se tirkupra l-avvanzi mħallsa indebitament.
(7)L-applikazzjoni tiddeskrivi fid-dettall l-avveniment u l-entità tad-dannu. Il-maltempata Alex laqtet lil Franza mill-1 sal-4 ta’ Ottubru 2020. Il-maltempata kkawżat ħsara partikolarment gravi fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côtes d’Azur — xita eċċezzjonali affettwat widien alpini differenti li jinsabu fit-Tramuntana tal-belt ta’ Nizza, b’intensità li taqbeż id-daqs ta’ darba f’100 sena f’diversi postijiet. It-taħlita ta’ xita qawwija u l-morfoloġija lokali (ikkaratterizzata minn widien dojoq b’għoljiet weqfin) wasslet għal diversi proċessi perikolużi bħal uqigħ tal-art, flussi ta’ fdalijiet, mewġ ta’ għargħar għal għarrieda u proċessi ta’ erożjoni severi tul il-mogħdijiet tal-ilma. L-ammonti kumulattivi tax-xita laħqu volumi li qatt ma ġew irreġistrati qabel. B’riżultat ta’ dan, in-netwerks infrastrutturali kollha ġarrbu ħsarat kbar u qerdu, u diversi bliet ġew iżolati minħabba l-kollass ta’ pontijiet u toroq ewlenin. Intlaqtu mijiet ta’ djar u mietu 9 persuni. L-intensità u l-ammonti tax-xita jikkorrispondu għall-okkorrenza ta’ darba biss f’seklu jew inqas, u kienet akkumpanjata minn irjieħ qawwija (irreġistrati sa 161 km/h). Il-muniċipalitajiet affettwati b’mod partikolari jinsabu fil-widien ta’ Roya, Tiné u Vésubia. Il-widien ta’ Estéron u Var kienu affettwati wkoll, imma inqas sa ċertu punt. Fil-bidu tal-maltempata, in-netwerks kollha (l-ilma, l-elettriku u t-toroq) inqatgħu fil-widien Roya, Tiné u Vésubia u b’hekk ġew iżolati n-nies mid-dinja ta’ barra. B’mod ġenerali, il-maltempata għamlet ħsara devastanti lill-proprjetà pubblika u privata, u ħsara sinifikanti fl-infrastruttura tat-toroq u tal-ferroviji u fil-grilji tal-elettriku. Id-diżastru kellu impatt serju fuq in-negozju u t-turisti.
(8)Franza stmat l-ispiża tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza u rkupru eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament għal EUR 1 805 243 000 u ppreżentatha maqsuma skont it-tip ta’ operazzjoni. L-akbar sehem (aktar minn EUR 663 miljun) jikkonċerna l-ispejjeż għar-restawr tal-infrastruttura tat-toroq, segwit mill-ispejjeż għat-tiswija ta’ bini/oġġetti pubbliċi (aktar minn EUR 340 miljun).
(9)L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni ma tagħmel tajjeb għall-ispejjeż eliġibbli.
(10)Bħalissa ma hemm l-ebda proċedura ta’ ksur għaddejja fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tad-diżastri.
(11)Id-Direttiva 2007/60/KE ġiet trasposta fil-liġi Franċiża permezz tal-Artikolu 221 tal-Liġi Nru 2010-788 tat-12 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi impenn nazzjonali għall-ambjent u d-Digriet Nru 2011-227 tal-2 ta’ Marzu 2011 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar. Għall-fini tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istat Franċiż għażel li jserraħ fuq l-azzjonijiet nazzjonali billi jfassal strateġija nazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar u dwar azzjonijiet territorjali bi pjanijiet għall-immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar (FRMPs) imfassla fil-livell tad-distrett tal-baċir tax-xmara. L-FRMP huwa l-għodda għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar fil-livell lokali.
2.5 L-Albanija, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Montenegro, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Serbja, Spanja- emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tal-2020
F’Diċembru 2019, epidemija ta’ pulmonite ta’ oriġini mhux magħrufa ġiet irrappurtata lid-WHO minn Wuhan, iċ-Ċina. Aktar tard dan ġie identifikat bħala razza ġdida ta’ coronavirus li qabel ma kinitx magħrufa fil-bnedmin - il-marda tal-Coronavirus 2019 (COVID-19). Fit-30 ta’ Jannar 2020, id-WHO ddikjarat emerġenza epidemika ta’ skala internazzjonali minħabba l-epidemija l-ġdida tal-coronavirus.
Fl-2020 bħala parti mill-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII), ir-Regolament dwar il-FSUE ġie emendat bl-inklużjoni ta’ emerġenzi kbar tas-saħħa pubblika fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà tal-UE.
Sussegwentement, sal-iskadenza tal-24 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet 22 applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE. B’mod ġenerali, 19-il Stat Membru tal-UE (l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja) u tliet pajjiżi ta’ adeżjoni (l-Albanija, il-Montenegro u s-Serbja) talbu l-assistenza.
Is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu eżami bir-reqqa tal-applikazzjonijiet kollha li waslu skont ir-Regolament dwar il-FSUE, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 4 tiegħu. L-iktar elementi importanti tal-valutazzjonijiet huma deskritti hawn taħt.
(1)It-22 applikazzjoni kollha tressqu sal-iskadenza finali uffiċjali tal-24 ta’ Ġunju 2020 għall-emerġenza tas-saħħa pubblika ewlenija kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 (jiġifieri fi żmien tnax-il ġimgħa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2020/461).
(2)Il-pandemija tal-COVID-19 hija emerġenza ewlenija tas-saħħa pubblika u għalhekk taqa’ fil-qasam tal-applikazzjoni tal-FSUE.
(3)It-22 applikazzjoni li waslu fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament.
(4)Fl-applikazzjonijiet tagħhom seba’ Stati Membri tal-UE talbu l-ħlas bil-quddiem tal-kontribuzzjoni antiċipata mill-FSUE (il-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja). L-Artikolu 4a tar-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li jintalbu pagamenti bil-quddiem taħt il-Fond għall-Istati Membri biss. Is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu valutazzjoni preliminari tal-applikazzjonijiet li waslu mingħand dawn is-seba’ Stati Membri u kkonkludew li l-kundizzjonijiet għall-ħlas bil-quddiem mill-FSUE ġew issodisfati għas-seba’ applikazzjonijiet kollha.
(5)Fl-2020, abbażi tal-valutazzjoni preliminari, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilixxew in-nefqa totali aċċettata provviżorjament għall-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja għall-iskop uniku li jiġi ddeterminat il-ħlas bil-quddiem. L-aħħar emenda għall-FSUE żiedet il-livell massimu ta’ ħlas bil-quddiem għal 25 % tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja u mhux aktar minn EUR 100 miljun.
(6)Fis-27 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2020) 8574 li tagħti pagament bil-quddiem mill-FSUE li jammonta għal EUR 23 279 441 u sussegwentement ħallsitu lill-Irlanda.
(7)Fit-2 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni adottat:
–Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2020) 8686 li tagħti pagament bil-quddiem mill-FSUE li jammonta għal EUR 8 462 280 u sussegwentement ħallsitu lill-Kroazja;
–Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2020) 8667 li tagħti pagament bil-quddiem mill-FSUE li jammonta għal EUR 15 499 409 u sussegwentement ħallsitu lill-Ġermanja;
–Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2020) 8687 li tagħti pagament bil-quddiem mill-FSUE li jammonta għal EUR 4 535 700 u sussegwentement ħallsitu lill-Greċja;
–Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2020) 8683 li tagħti pagament bil-quddiem mill-FSUE li jammonta għal EUR 26 587 069 u sussegwentement ħallsitu lill-Ungerija;
–Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2020) 8688 li tagħti pagament bil-quddiem mill-FSUE li jammonta għal EUR 37 528 511 u sussegwentement ħallsitu lill-Portugall;
–Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2020) 8696 li tagħti pagament bil-quddiem mill-FSUE li jammonta għal EUR 16 844 420 u sussegwentement ħallsitu lil Spanja.
(8)F’konformità mar-Regolament, l-ammont tal-avvanz ġie kkunsidrat għall-kalkolu tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni lill-Istat benefiċjarju. Il-Kummissjoni se tirkupra l-avvanzi mħallsa indebitament.
(9)L-applikazzjonijiet kollha li waslu ġew ivvalutati f’pakkett wieħed biex jiġi żgurat trattament konsistenti u ugwali. Il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa diversi aspetti, bħall-eliġibbiltà tan-nefqa (inkluż, l-analiżi ta’ jekk in-nefqa ppreżentata koprietx operazzjonijiet eliġibbli u jekk in-nefqa kinitx fi ħdan il-perjodu ta’ eliġibbiltà), in-natura ta’ emerġenza tan-nefqa u r-rabta diretta mal-pandemija tal-COVID-19, il-konsistenza tal-valutazzjoni kumplessiva. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni talbet lill-pajjiżi applikanti biex jipprovdu informazzjoni, spjegazzjonijiet u ġustifikazzjoni addizzjonali.
(10)Għadd ta’ skambji mal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli ppermettew lill-Kummissjoni tiċċara kwistjonijiet rigward l-eliġibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ nefqa ddikjarata u tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha. Konsegwentement, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilixxew in-nefqa pubblika totali għall-miżuri ta’ rispons ta’ emerġenza aċċettati għal kull applikazzjoni.
(11)Matul il-valutazzjoni u wara l-iskambji mal-awtoritajiet Pollakki, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilixxew li n-nefqa pubblika diretta totali kif irrappurtata mill-awtoritajiet Pollakki fl-applikazzjoni tagħhom għall-FSUE ppreżentata fit-22 ta’ Ġunju 2020 kienet sopravvalutata u għalhekk kellha titnaqqas, bil-qbil tal-awtoritajiet imsemmija. Peress li l-livell limitu ewlieni ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika għall-Polonja fl-2020 huwa ta’ EUR 1 430,574 miljun u n-nefqa pubblika totali riveduta tibqa’ konsiderevolment taħt il-limitu rispettiv, l-applikazzjoni mill-Polonja mhijiex eliġibbli għal appoġġ mill-FSUE.
(12)Matul il-valutazzjoni u wara l-iskambji mal-awtoritajiet Sloveni, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilixxew li n-nefqa pubblika totali kif irrappurtata mill-awtoritajiet Sloveni fl-applikazzjoni tagħhom għall-FSUE ppreżentata fis-17 ta’ Ġunju 2020 kienet sopravvalutata u għalhekk kellha titnaqqas. Peress li l-livell limitu ewlieni ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika għas-Slovenja fl-2020 huwa ta’ EUR 135,102 miljun u n-nefqa pubblika totali riveduta tibqa’ taħt il-livell limitu rispettiv, l-applikazzjoni mis-Slovenja mhijiex eliġibbli għal appoġġ mill-FSUE.
2.6Konklużjoni
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-diżastri msemmija fl-applikazzjonijiet imressqa mill-Greċja u Franza, kif ukoll l-20 applikazzjoni fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament.
3.Finanzjament mill-allokazzjonijiet tal-FSUE 2021
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (minn hawn’ il quddiem “ir-Regolament QFP”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FSUE fil-kuntest tas-SEAR. Il-punt 10 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (IIA) kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, jistabbilixxi l-modalitajiet għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE fil-kuntest tas-SEAR.
Peress li s-solidarjetà kienet il-ġustifikazzjoni ewlenija għall-ħolqien tal-FSUE, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna għandha tkun progressiva. Dan ifisser li, skont prattika preċedenti, jenħtieġ li l-porzjon tal-ħsara li jaqbeż il-livell limitu ta’ “diżastru naturali maġġuri” għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE (jiġifieri 0.6 % tal-ING jew EUR 3 biljun fil-prezzijiet tal-2011, skont liema minnhom ikun l-iżgħar ammont) iwassal għal intensità ta’ għajnuna akbar mill-ħsara sal-livell limitu. Ir-rata applikata fil-passat biex jiġu definiti l-allokazzjonijiet għal diżastri maġġuri hija ta’ 2.5 % tal-ħsara diretta totali taħt il-livell limitu, u 6 % għall-parti tal-ħsara ’l fuq minn dan. Għal diżastri reġjonali u diżastri aċċettati taħt id-dispożizzjoni ta’ “pajjiż ġar” ir-rata hija ta’ 2.5 %.
Il-kontribuzzjoni ma tistax taqbeż l-ispiża totali stmata tal-operazzjonijiet eliġibbli. Il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għajnuna kienet imfassla fir-Rapport Annwali tal-2002-2003 dwar il-FSUE u aċċettata mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew.
Abbażi tal-applikazzjonijiet mill-Greċja u Franza, il-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE, ibbażat fuq l-istima tal-ħsara diretta totali kkawżata, huwa kif ġej:
|
Stati Membri
|
Kwalifikazzjoni tad-diżastru
|
Ħsara diretta totali
(EUR)
|
Livell limituapplikat għad-diżastri reġjonali
[1.5 % tal-PDG]
( EUR)
|
Somma totali ta' l-Għajnuna proposta
(EUR)
2.5 % tal-ħsara diretta totali
|
Avvanzi
(EUR)
|
|
IL-GREĊJA
għargħar Sterea Ellada
|
Reġjonali
(Art. 2(3))
|
132 004 000
|
128 286 000
|
3 300 100
|
330 010
|
|
IL-GREĊJA
ċiklun Ianos
|
Reġjonali
(Art. 2(3))
|
863 540 756
|
116 933 271
|
21 588 519
|
2 158 852
|
|
IL-GREĊJA
terremot
|
Reġjonali
(Art. 2(3))
|
101 252 020
|
38 239 500
|
2 531 301
|
253 131
|
|
FRANZA
tempesta Alex
|
Reġjonali
(Art. 2(3))
|
2 373 000 000
|
2 372 040 600
|
59 325 000
|
5 932 500
|
|
TOTAL
|
86 744 920
|
8 674 493
|
Fil-każ ta’ emerġenzi kbar tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni tapplika metodu simili għad-determinazzjoni tal-ammonti ta’ għajnuna bħal fil-każ ta’ diżastri naturali: pajjiż jirċievi 2,5 % tal-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli sal-limitu speċifiku għall-pajjiż għal emerġenzi tas-saħħa kbar, flimkien ma’ 6 % tal-parti tan-nefqa pubblika li taqbeż il-limitu. Dan ġie kkomunikat ukoll permezz tas-sit web tal-Kummissjoni. Peress li dan il-kalkolu wassal għal ammont totali għall-pajjiżi kollha li jaqbeż ir-riżorsi disponibbli tal-baġit, l-ammonti għal kull pajjiż tnaqqsu fuq bażi pro rata.
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet tal-FSUE ppreżentati mill-Albanija, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Montenegro, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Serbja u Spanja relatati mal-emerġenza ewlenija tas-saħħa pubblika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, u għalhekk is-servizzi tal-Kummissjoni jipproponu lill-awtorità baġitarja biex timmobilizza l-ammonti li ġejjin:
|
|
Pajjiż
|
Nefqa pubblika totali kklejmjata
(EUR)
|
Nefqa pubblika totali eliġibbli aċċettata mill-KE (EUR)
|
limitu ta’ emerġenza tas-saħħa maġġuri
(f’EUR miljuni)
|
Ammont ta’ għajnuna potenzjali
(EUR)
|
Għajnuna prorata
ammont
(EUR)
|
Self antiċipat li tħallas
|
Ammont għall-pagament tal-bilanċ li għandu jiġi mobilizzat
(EUR)
|
|
1
|
L-Albanija
|
54 998 000
|
54 755 654
|
38,852
|
1 925 519
|
905 271
|
0
|
905 271
|
|
2
|
L-Awstrija
|
2 111 595 244
|
1 798 883 065
|
1 153,959
|
67 544 419
|
31 755 580
|
0
|
31 755 580
|
|
3
|
Il-Belġju
|
2 192 550 000
|
2 132 102 000
|
1 388,322
|
79 334 850
|
37 298 777
|
0
|
37 298 777
|
|
4
|
Il-Kroazja
|
658 771 839
|
358 524 373
|
151,638
|
16 204 132
|
7 618 270
|
8 462 280
|
0
|
|
5
|
Iċ-Ċekja
|
1 832 510 000
|
959 231 097
|
588,597
|
36 952 971
|
17 373 205
|
0
|
17 373 205
|
|
6
|
L-Estonja
|
173 328 000
|
171 932 664
|
76,647
|
7 633 315
|
3 588 755
|
0
|
3 588 755
|
|
7
|
Franza
|
7 011 813 781
|
4 284 611 574
|
1 792,639
|
194 334 329
|
91 365 053
|
0
|
91 365 053
|
|
8
|
Il-Ġermanja
|
2 079 000 000
|
2 079 000 000
|
1 792,639
|
61 997 635
|
29 147 795
|
15 499 409
|
13 648 386
|
|
9
|
Il-Ġreċja
|
623 925 000
|
623 925 000
|
551,220
|
18 142 800
|
8 529 722
|
4 535 700
|
3 994 022
|
|
10
|
L-Ungerija
|
1 997 208 000
|
1 632 956 193
|
385,263
|
84 493 167
|
39 723 926
|
26 587 069
|
13 136 857
|
|
11
|
L-Irlanda
|
1 997 000 000
|
1 996 328 000
|
762,921
|
93 077 445
|
43 759 771
|
23 279 441
|
20 480 330
|
|
12
|
L-Italja
|
3 755 558 000
|
3 749 558 000
|
1 792,639
|
162 231 115
|
76 271 930
|
0
|
76 271 930
|
|
13
|
Il-Latvja
|
178 626 000
|
91 884 602
|
85,947
|
2 504 931
|
1 177 677
|
0
|
1 177 677
|
|
14
|
Il-Litwanja
|
176 974 000
|
176 932 597
|
131,433
|
6 015 801
|
2 828 291
|
0
|
2 828 291
|
|
15
|
Il-Lussemburgu
|
168 230 000
|
168 230 000
|
114,768
|
6 076 920
|
2 857 025
|
0
|
2 857 025
|
|
16
|
Il-Montenegro
|
15 329 000
|
15 329 000
|
14,154
|
424 350
|
199 505
|
0
|
199 505
|
|
17
|
Il-Portugall
|
3 470 870 000
|
2 318 870 000
|
598,233
|
118 194 045
|
55 568 181
|
37 528 511
|
18 039 670
|
|
18
|
Ir-Rumanija
|
848 631 000
|
841 391 000
|
596,025
|
29 622 585
|
13 926 870
|
0
|
13 926 870
|
|
19
|
Is--Serbja
|
495 400 765
|
495 400 765
|
121,926
|
25 456 636
|
11 968 276
|
0
|
11 968 276
|
|
20
|
Spanja
|
15 750 543 061
|
2 941 717 381
|
1 792,639
|
113 760 678
|
53 483 861
|
16 844 420
|
36 639 441
|
|
TOTAL
|
1 125 927 643
|
529 347 741
|
132 736 830
|
397 454 921
|
Skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament QFP, il-limitu massimu annwali kumplessiv tas-SEAR huwa ta’ EUR 1 200 000 000 fi prezzijiet tal-2018 jew EUR 1 273 450 000 fi prezzijiet attwali. L-Artikolu 9(4) tar-Regolament QFP jistipula li 25 % tal-allokazzjoni globali tas-SEAR għall-2021 ( EUR 318 362 500 fi prezzijiet attwali) jeħtieġ li jinżamm sal-1 ta’ Ottubru 2021, iżda jsir disponibbli għall-komponenti kollha tas-SEAR minn dik id-data. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament QFP, l-ammont massimu li jista’ jiġi mobilizzat mill-FSUE sal-1 ta’ Settembru huwa 50 % tal-allokazzjoni ġenerali tas-SEAR wara t-tnaqqis tal-25 % msemmija hawn fuq. Għalhekk, l-ammont massimu li jista’ jiġi mobilizzat mill-FSUE mill-allokazzjoni tal-2021 sal-1 ta’ Settembru 2021 huwa ta’ EUR 477 543 750. Skont l-Artikolu 4a (4) tar-Regolament FSUE, l-ammont ta’ EUR 50 000 000 diġà ġie inkorporat fil-Baġit Ġenerali tal-2021 (f’impenji u pagamenti) għall-pagament ta’ avvanzi. Dan l-ammont se jintuża għall-ħlas tal-avvanzi tad-diżastri naturali tal-4 u l-ammont li jifdal (jiġifieri EUR41 325 507) se jkun disponibbli għal kwalunkwe ħtieġa futura għal avvanzi aktar tard fis-sena.
Barra minn hekk, ammont ta’ EUR 47 981 598 tal-allokazzjoni tal-2020 ma ntużax sal-aħħar ta’ dik is-sena u ġie riportat sal-2021.
Għalhekk, l-ammont massimu disponibbli taħt il-FSUE f’dan il-punt fl-2021 huwa ta’ EUR 525 525 348, li huwa biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet taħt din id-Deċiżjoni ta’ Mobilizzazzjoni kif deskritt hawn fuq (EUR 484 199 841, li minnhom EUR 86 744 920 relatati mad-diżastri naturali fil-Greċja u Franza u EUR 397 454 921 relatati mal-applikazzjonijiet tal-COVID-19).
|
Ammont li huwa disponibbli bħalissa taħt il-FSUE:
|
|
|
Allokazzjoni annwali tas-SEAR tal-2021
|
EUR 1 273 450 000
|
|
Tnaqqis ta’ 25 % tal-allokazzjoni tal-2021 għandha tinżamm sal-1 ta’ Ottubru 2021
|
-EUR 318 362 500
|
|
Allokazzjoni totali tas-SEAR disponibbli sal-1 ta’ Ottubru
|
EUR 955 087 500
|
|
Ammont disponibbli għall-FSUE sal-1 ta’ Settembru mill-allokazzjoni SEAR 2021 (50 % tal-allokazzjoni disponibbli tas-SEAR għall-2021)
|
EUR 477 543 750
|
|
Li minnhom ammont allokat għall-avvanzi
|
EUR 50 000 000
|
|
Flimkien mal-ammont li ma ntefaqx mill-allokazzjoni għall-2020 riportata lejn l-2021
|
EUR 47 981 598
|
|
Ammont totali disponibbli għall-FSUE sal-1 ta’ Settembru 2021
|
EUR 525 525 348
|
|
L-ammont totali propost li għandu jiġi mobilizzat għad-diżastri naturali fil-Greċja u fi Franza, kif ukoll għall-applikazzjonijiet għall-COVID-19
|
EUR 484 199 841
|
|
Disponibbiltajiet li fadal sal-1 ta’ Settembru
|
EUR 41 325 507
|
2021/0077 (BUD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja u lil Franza b’rabta ma’ diżastri naturali u lill-Albanija, lill-Awstrija, lill-Belġju, lill-Kroazja, liċ-Ċekja, lill-Estonja, lil Franza, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lill-Montenegro, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Serbja, lil Spanja fir-rigward ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ("il-Fond") għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali reġjonali jew minn emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika.
(2)Il-Fond ma għandux jaqbeż il-limiti massimi kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093. F’konformità mal-Artikolu 9(2) u 9(4) tar-Regolament QFP, l-ammont massimu li jista’ jiġi mobilizzat mill-FSUE mill-allokazzjoni tal-2021 sal-1 ta’ Settembru 2021 huwa ta’ EUR 477 543 750. Skont l-Artikolu 4a (4) tar-Regolament FSUE, l-ammont ta’ EUR 50 000 000 diġà ġie inkorporat fil-Baġit Ġenerali tal-2021 (f’impenji u pagamenti) għall-pagament ta’ avvanzi. Barra minn hekk, ammont ta’ EUR 47 981 598 tal-allokazzjoni tal-2020 ma ntużax sal-aħħar ta’ dik is-sena u ġie riportat għall-2021. Għalhekk, l-ammont massimu disponibbli taħt il-FSUE f’dan il-punt fl-2021 huwa ta’ EUR 525 525 348, li huwa biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet taħt din id-Deċiżjoni ta’ Mobilizzazzjoni.
(3)Fid-29 ta’ Ottubru 2020, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-għargħar floods f’Awwissu 2020 fi Sterea Ellada.
(4)Fid-9 ta’ Diċembru 2020, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-ħsarat ikkawżati miċ-ċiklun Ianos f’Settembru 2020 li affettwaw ir-Reġjuni ta’ Ionia Nisia, Sterea Ellada, Ditiki Ellada, Tessalia u Peloponnisos.
(5)Fit-22 ta’ Jannar 2021, il-Greċja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara t-terremot f’Ottubru 2020 li affettwa l-gżejjer ta’ Samos, Ikaria u Chios.
(6)Fil-21 ta’ Diċembru 2020, Franza ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-ħsarat ikkawżati minn Storm Alex fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côtes d’Azur f’Ottubru 2020.
(5)Sal-24 ta’ Ġunju 2020, l-Albanija, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Montenegro, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Serbja u Spanja ppreżentaw applikazzjonijiet biex jimmobilizzaw il-Fond b’rabta mal-emerġenza tas-saħħa pubblika ewlenija kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tal-2020.
(6)L-applikazzjonijiet ta’ dawk l-Istati Membri jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.
(7)Il-Fond jenħtieġ għalhekk li jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Greċja u lil Franza b’rabta mad-diżastri naturali u lill-Albanija, lill-Awstrija, lill-Belġju, liċ-Ċekja, lill-Estonja, lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lill-Montenegro, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Serbja, lil Spanja b’rabta mal-emerġenza ewlenija tas-saħħa pubblika.
(8) Fil-każ tal-Kroazja, peress li l-ammont finali tal-għajnuna jaqbeż l-avvanz diġà mħallas, ma hemm bżonn li jiġi mobilizzat l-ebda ammont ulterjuri u l-avvanz imħallas indebitament se jiġi rkuprat skont l-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.
(9)Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(a)l-ammont ta’ EUR 3 300 100 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja fir-rigward tal-għargħar fi Sterea Ellada, inkluż l-ammont ta’ EUR 330 010 bħala ħlas bil-quddiem;
(b)l-ammont ta’ EUR 21 588 519 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja fir-rigward taċ-ċiklun Ianos, inkluż l-ammont ta’ EUR 2 158 852 bħala ħlas bil-quddiem;
(c)l-ammont ta’ EUR 2 531 301 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja fir-rigward tat-terremot fil-gżejjer ta’ Samos, Chios u Ikaria, inkluż l-ammont ta’ EUR 253 131 bħala ħlas bil-quddiem;
(d)l-ammont ta’ EUR 59 325 000 għandu jiġi pprovdut lil Franza fir-rigward tal-maltempata Alex, inkluż l-ammont ta’ EUR 5 932 500 bħala ħlas bil-quddiem.
Artikolu 2
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fir-rigward ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri:
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika minn … [id-data tal-adozzjoni tagħha].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill