Brussell, 8.4.2021

COM(2021) 161 final

2021/0085(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Armenja, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Armenja kien ġie nnegozjat mill-Kummissjoni skont l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill fis-7 ta’ Diċembru 2015.

Is-servizzi tal-ajru bejn l-UE u l-Armenja fil-preżent joperaw abbażi ta’ ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri individwali u l-Armenja.

Hija parti mill-politika esterna tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni li tinnegozja ftehimiet komprensivi dwar is-servizzi tal-ajru mal-pajjiżi ġirien, f’każijiet fejn ikunu ntwerew il-valur miżjud u l-benefiċċji ekonomiċi ta’ tali ftehimiet. Il-Ftehim għandu l-għan, b’mod partikolari:

- li jiftaħ is-suq b’mod gradwali f’termini tal-aċċess għar-rotot u tal-kapaċità, fuq bażi reċiproka;

- li jiżgura l-konverġenza regolatorja u l-konformità effettiva min-naħa tal-Armenja mal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-avjazzjoni; u

- li joħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni.

Kuntest ġenerali

Id-direttivi tan-negozjati stabbilew l-objettiv ġenerali li jiġi nnegozjat ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru bl-għan li jinfetaħ, b’mod gradwali u reċiproku, l-aċċess għas-suq u li jiġu żgurati l-konverġenza regolatorja u l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards u tar-rekwiżiti tal-Unjoni.

F’konformità mad-direttivi tan-negozjati, l-abbozz tal-Ftehim mal-Armenja ġie inizjalat miż-żewġ naħat fl-24 ta’ Novembru 2017.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-konklużjoni ta’ Ftehim Komprensiv dwar it-Trasport bl-Ajru mal-Armenja hija element importanti fl-iżvilupp tal-politika esterna tal-UE dwar l-avjazzjoni u hija komponent kruċjali tal-politika tal-viċinat tal-UE u tal-ħolqien ta’ Spazju Komuni Ewropew tal-Avjazzjoni li jkun usa’, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012) 556 final dwar “Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni – Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur”.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali eżistenti fil-qasam tas-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Armenja. Madankollu, id-drittijiet tat-traffiku eżistenti li joriġinaw minn dawn il-ftehimiet bilaterali u li mhumiex koperti fil-qafas ta’ dan il-Ftehim jistgħu jkomplu jiġu eżerċitati, diment li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikoli 100(2) u 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-arranġamenti eżistenti magħmula minn Stati Membri individwali. Il-Ftehim joħloq kundizzjonijiet ugwali u uniformi għall-aċċess għas-suq għat-trasportaturi tal-ajru kollha tal-Unjoni Ewropea b’mod simultanju, u jistabbilixxi arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni u għall-konverġenza regolatorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Armenja f’oqsma li huma essenzjali għat-tħaddim sikur, sigur u effiċjenti tas-servizzi tal-ajru. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni għaliex jinvolvu għadd ta’ oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

L-għanijiet tal-proposta se jintlaħqu aħjar permezz tal-azzjoni tal-Unjoni għar-raġunijiet li ġejjin.

Il-Ftehim jippermetti l-estensjoni simultanja tat-termini tiegħu għas-27 Stat Membru, billi japplika l-istess regoli mingħajr diskriminazzjoni u jkun ta’ benefiċċju għat-trasportaturi tal-ajru kollha tal-Unjoni, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom. Dawn it-trasportaturi se jkunu jistgħu joperaw b’mod liberu minn kwalunkwe punt fl-Unjoni Ewropea lejn kwalunkwe punt fl-Armenja u lil hinn, li bħalissa mhuwiex il-każ.

It-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet kollha għall-aċċess għas-suq bejn l-Unjoni u l-Armenja mhux biss se tattira parteċipanti ġodda fis-suq u se toħloq opportunitajiet biex isiru operazzjonijiet lejn ajruporti li mhumiex moqdija biżżejjed, iżda se tiffaċilita wkoll il-konsolidazzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni.

Il-Ftehim jiżgura l-aċċess għall-opportunitajiet kummerċjali għat-trasportaturi tal-ajru kollha tal-Unjoni, bħal dawk relatati mas-servizzi fuq l-art, il-code-sharing, l-intermodalità u l-possibbiltà li jistabbilixxu l-prezzijiet liberament.

Proporzjonalità

Se jiġi stabbilit Kumitat Konġunt biex jiddiskuti l-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt se jħeġġeġ l-iskambji fil-livell tal-esperti dwar inizjattivi jew żviluppi leġiżlattivi jew regolatorji ġodda u se jqis l-oqsma potenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt se jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkomplu jwettqu l-kompiti amministrattivi tradizzjonali tagħhom li huma jwettqu fil-kuntest tat-trasport internazzjonali bl-ajru, iżda skont regoli komuni applikati b’mod uniformi.

Għażla tal-istrument

Ir-relazzjonijiet esterni fil-qasam tal-avjazzjoni jista’ jkollhom effett biss permezz ta’ ftehimiet internazzjonali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Skont l-Artikolu 218(4) tat-TFUE, il-Kummissjoni wettqet in-negozjati b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali (Forum Konsultattiv). Bl-istess mod, waqt in-negozjati ġiet ikkonsultata l-industrija.

Barra minn hekk, tqiesu l-kummenti li saru f’dan il-proċess. L-Istati Membri kkonċernati vverifikaw il-preċiżjoni tar-referenzi għall-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru. L-industrija enfasizzat l-importanza ta’ bażi ġuridika soda għall-operazzjonijiet kummerċjali tagħha.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-Ftehim jikkonsisti mit-test ewlieni, li jinkludi l-prinċipji fundamentali, u żewġ Annessi, li huma: l-Anness I dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali u l-Anness II dwar ir-regoli tal-UE applikabbli għall-avjazzjoni ċivili.

Mill-1 ta’ Jannar ta’ 2021, id-dritt tal-Unjoni ma għadux japplika għar-Renju Unit. Għalhekk, bi qbil mal-Armenja, tneħħew ir-referenzi kollha għar-Renju Unit fit-test inizjalat u ġiet inkluża klawżola territorjali standard.

2021/0085 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Armenja, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Fis-7 ta’ Diċembru 2015, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Armenja dwar Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn r-Repubblika tal-Armenja, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fl-24 ta’ Novembru 2017.

(2)Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data ’l quddiem.

(3)Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi applikat b’mod proviżorju.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’dan, l-iffirmar tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Armenja, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, huwa awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument tas-setgħat sħaħ għall-iffirmar tal-Ftehim, soġġett għall-konklużjoni tiegħu, għall-persuna/i indikata/i min-negozjatur tal-Ftehim.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 30(5) tiegħu.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni hija awtorizzata tadotta l-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 27(7) tal-Ftehim biex jiġi emendat l-Anness II tiegħu billi tiġi integrata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dak l-Anness, soġġett għal kwalunkwe aġġustament tekniku meħtieġ, wara li jiġi kkonsultat Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President


Brussell, 8.4.2021

COM(2021) 161 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Armenja, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra


FTEHIM DWAR SPAZJU KOMUNI TAL-AVJAZZJONI
BEJN IR-REPUBBLIKA TAL-ARMENJA,

MINN NAĦA WAĦDA,

U

L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA,

MIN-NAĦA L-OĦRA

WERREJ

ARTIKOLU 1: Għan

ARTIKOLU 2: Definizzjonijiet

TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET EKONOMIĊI

ARTIKOLU 3: Għoti ta’ drittijiet

ARTIKOLU 4: Awtorizzazzjoni tal-operat

ARTIKOLU 5: Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni tal-awtorizzazzjoni

ARTIKOLU 6: Investiment fit-trasportaturi bl-ajru

ARTIKOLU 7: Konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti

ARTIKOLU 8: Kompetizzjoni ġusta

ARTIKOLU 9: Opportunitajiet kummerċjali

ARTIKOLU 10: Dazji doganali u tassazzjoni

ARTIKOLU 11: Tariffi għall-utenti

ARTIKOLU 12: Prezzijiet u rati tal-biljetti tal-ajru

ARTIKOLU 13: Statistika

TITOLU II: KOOPERAZZJONI REGOLATORJA

ARTIKOLU 14: Sikurezza tal-avjazzjoni

ARTIKOLU 15: Sigurtà tal-avjazzjoni

ARTIKOLU 16: Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

ARTIKOLU 17: Ambjent

ARTIKOLU 18: Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru

ARTIKOLU 19: Protezzjoni tal-konsumaturi

ARTIKOLU 20: Sistemi kompjuterizzati ta’ prenotazzjoni

ARTIKOLU 21: Aspetti soċjali

TITOLU III: DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

ARTIKOLU 22: Interpretazzjoni u infurzar

ARTIKOLU 23: Il-Kumitat Konġunt

ARTIKOLU 24: Soluzzjoni għat-tilwim u arbitraġġ

ARTIKOLU 25: Miżuri ta’ salvagwardja

ARTIKOLU 26: Relazzjoni ma’ ftehimiet oħra

ARTIKOLU 27: Emendi

ARTIKOLU 28: Terminazzjoni

ARTIKOLU 29: Reġistrazzjoni tal-Ftehim

ARTIKOLU 30: Dħul fis-seħħ u applikazzjoni proviżorja

ANNESS I: Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESS II: Regoli applikabbli għall-avjazzjoni ċivili

IR-REPUBBLIKA TAL-ARMENJA (minn hawn ’il quddiem “l-Armenja”),

   minn naħa waħda;

u

R-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

   

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

li huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien bħala “it-Trattati tal-UE”) u li huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħin b’mod kollettiv bħala “l-Istati Membri tal-UE”, jew b’mod individwali bħala “Stat Membru tal-UE”),

u l-UNJONI EWROPEA,

   min-naħa l-oħra;

Billi l-Armenja u l-Istati Membri tal-UE huma partijiet għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li nfetħet għall-iffirmar f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944, flimkien mal-Unjoni Ewropea;

FILWAQT LI JINNOTAW il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, li sar fil-Lussemburgu fit-22 ta’ April 1996;

FILWAQT LI JIXTIEQU joħolqu Spazju Komuni tal-Avjazzjoni (CAA) ibbażat fuq l-għan ta’ ftuħ tal-aċċess għas-swieq tal-Partijiet, b’kundizzjonijiet indaqs ta’ kompetizzjoni, b’nondiskriminazzjoni, u b’rispett għall-istess regoli – inkluż fl-oqsma tas-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, il-kompetizzjoni, l-aspetti soċjali u l-ambjent;

FILWAQT LI JIXTIEQU jtejbu s-servizzi bl-ajru u jippromwovu sistema tal-avjazzjoni internazzjonali bbażata fuq in-nondiskriminazzjoni u l-kompetizzjoni miftuħa u ġusta fost it-trasportaturi bl-ajru fis-suq;

FILWAQT LI JIXTIEQU jippromwovu l-interessi tagħhom fir-rigward tat-trasport bl-ajru;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tal-konnettività effiċjenti tat-trasport bl-ajru fil-promozzjoni tal-kummerċ, tat-turiżmu, tal-investiment u tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

FILWAQT LI JAQBLU li huwa xieraq li r-regoli tas-CAA jkunu bbażati fuq il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-konformità sħiħa mar-regoli tas-CAA tintitola lill-Partijiet jiksbu l-vantaġġi kollha tiegħu inkluż l-aċċess miftuħ għas-swieq u l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji għall-konsumaturi, għall-industriji u għall-ħaddiema taż-żewġ Partijiet;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-ħolqien tas-CAA u l-implimentazzjoni tar-regoli tiegħu ma jistgħux jinkisbu mingħajr arranġamenti tranżizzjonali fejn ikun meħtieġ;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza ta’ assistenza adegwata f’dan ir-rigward;

FILWAQT LI JIXTIEQU jiżguraw l-ogħla livell ta’ sikurezza u ta’ sigurtà fit-trasport bl-ajru u filwaqt li jaffermaw it-tħassib serju tagħhom fir-rigward ta’ atti jew ta’ theddidiet kontra s-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, li jipperikolaw is-sikurezza tal-persuni jew tal-proprjetà, li jaffettwaw b’mod avvers l-operat tal-inġenji tal-ajru u li jimminaw il-fiduċja tal-vjaġġaturi fis-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili;

FILWAQT LI HUMA DDETERMINATI jimmassimizzaw il-benefiċċji potenzjali tal-kooperazzjoni regolatorja u tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti rispettivi tagħhom li jkunu applikabbli għall-avjazzjoni ċivili;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-benefiċċji potenzjali importanti li jistgħu jfeġġu minn servizzi bl-ajru kompetittivi u minn industriji vijabbli tat-trasport bl-ajru;

FILWAQT LI JIXTIEQU jkattru kompetizzjoni libera, ġusta u mingħajr distorsjonijiet, filwaqt li jirrikonoxxu li s-sussidji jistgħu jaffettwaw il-kompetizzjoni b’mod avvers u jistgħu jxekklu l-għanijiet bażiċi ta’ dan il-Ftehim, u filwaqt li jirrikonoxxu li fejn ma hemmx kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għat-trasportaturi bl-ajru b’kompetizzjoni libera, ġusta u mingħajr distorsjonijiet, il-benefiċċji potenzjali jaf ma jitwettqux;

FILWAQT LI BIĦSIEBHOM jibnu fuq il-qafas ta’ ftehimiet u ta’ arranġamenti eżistenti bejn il-Partijiet, bl-għan li jkun hemm aċċess miftuħ għas-swieq u massimizzazzjoni tal-benefiċċji għall-konsumaturi, għall-konsenjaturi, għat-trasportaturi bl-ajru u għall-ajruporti kif ukoll għall-impjegati u għall-komunitajiet tagħhom u għal oħrajn li jibbenefikaw b’mod indirett;

FILWAQT LI JAFFERMAW l-importanza tal-protezzjoni tal-ambjent fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politika dwar l-avjazzjoni internazzjonali;

FILWAQT LI JAFFERMAW il-ħtieġa għal azzjonijiet urġenti biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u għal kooperazzjoni kontinwa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fis-settur tal-avjazzjoni, b’mod konsistenti mal-arranġamenti multilaterali fir-rigward ta’ dan il-qasam u mal-istrumenti partikolarment rilevanti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u l-Ftehim ta’ Pariġi tat-12 ta’ Diċembru 2015 taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

FILWAQT LI JAFFERMAW l-importanza tal-protezzjoni tal-konsumaturi, inklużi l-protezzjonijiet mogħtija permezz tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, li saret f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999, u tal-ksib ta’ livell xieraq ta’ protezzjoni tal-konsumaturi assoċjat mas-servizzi bl-ajru, u filwaqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa għal kooperazzjoni reċiproka f’dan il-qasam;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li ż-żieda fl-opportunitajiet kummerċjali mhijiex maħsuba biex timmina x-xogħol jew l-istandards tal-partijiet fir-rigward tax-xogħol u filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza tad-dimensjoni soċjali tal-avjazzjoni internazzjonali u tal-kunsiderazzjoni tal-effetti tal-aċċess miftuħ għas-swieq fuq ix-xogħol, l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

FILWAQT LI JINNOTAW l-importanza ta’ aċċess aħjar għall-kapital mill-industrija tat-trasport bl-ajru għall-iżvilupp ulterjuri tat-trasport bl-ajru;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-benefiċċji potenzjali li jinħolqu billi tiġi aġevolata l-adeżjoni ta’ pajjiżi terzi f’dan il-Ftehim;

FILWAQT LI JIXTIEQU jikkonkludu ftehim dwar it-trasport bl-ajru, li jkun supplimentari għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

FTIEHMU KIF ĠEJ:


ARTIKOLU 1

Għan

L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa l-ħolqien ta’ Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn il-Partijiet li għandu jkun ibbażat fuq il-ftuħ progressiv tas-swieq, il-liberalizzazzjoni tas-sjieda u tal-kontroll tat-trasportaturi bl-ajru, kundizzjonijiet ġusti u ndaqs tal-kompetizzjoni, in-nondiskriminazzjoni u regoli komuni, inkluż fl-oqsma tas-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, l-aspetti soċjali u l-ambjent. Għalhekk, dan il-Ftehim jistabbilixxi r-regoli applikabbli bejn il-Partijiet skont il-kundizzjonijiet stabbiliti iktar ’l isfel. Dawn ir-regoli jinkludu d-dispożizzjonijiet stipulati bil-leġiżlazzjoni speċifikata fl-Anness II.

ARTIKOLU 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, it-termini li ġejjin ifissru hekk:

1.    “Ftehim” tfisser dan il-Ftehim, kwalunkwe Anness u Appendiċi tiegħu, u kwalunkwe emenda għalihom;

2.    “trasport bl-ajru” tfisser it-trasport b’inġenji tal-ajru ta’ passiġġieri, ta’ bagalji, ta’ merkanzija u ta’ posta, b’mod separat jew flimkien, offrut lill-pubbliku għal remunerazzjoni jew għall-kiri, inklużi s-servizzi bl-ajru skedati jew mhux skedati;

3.    “stabbiliment taċ-ċittadinanza” tfisser sejba li turi li trasportatur bl-ajru li jipproponi li jopera servizzi bl-ajru skont dan il-Ftehim jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta’ dan il-Ftehim fir-rigward tas-sjieda, tal-kontroll effettiv u tal-post prinċipali tan-negozju;

4.    “stabbiliment tal-idoneità” tfisser sejba li turi li trasportatur bl-ajru li jipproponi li jopera servizzi bl-ajru skont dan il-Ftehim ikollu kapaċità finanzjarja sodisfaċenti u għarfien espert maniġerjali adegwat biex jopera tali servizzi u huwa dispost li jikkonforma mal-liġijiet, mar-regolamenti u mar-rekwiżiti li jirregolaw l-operat ta’ tali servizzi;

5.    “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-aġenziji tal-gvern jew l-entitajiet tal-istat li huma responsabbli għall-funzjonijiet amministrattivi skont dan il-Ftehim;

6.    “Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li nfetħet għall-iffirmar f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944, u tinkludi:

(a)    kwalunkwe emenda li daħlet fis-seħħ skont l-Artikolu 94(a) tal-Konvenzjoni u li ġiet ratifikata kemm mill-Armenja kif ukoll mill-Istat Membru tal-UE jew mill-Istati Membri tal-UE skont kif ikun rilevanti għas-suġġett inkwistjoni; u

(b)    kwalunkwe Anness jew kwalunkwe emenda tiegħu li ġiet adottata skont l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni, sakemm dak l-Anness jew dik l-emenda jkunu effettivi fi kwalunkwe mument kemm għall-Armenja u kemm għall-Istat Membru tal-UE jew għall-Istati Membri tal-UE skont kif ikun rilevanti għas-suġġett inkwistjoni;

7.    “kost sħiħ” tfisser il-kost tal-forniment tas-servizz fornut flimkien ma’ tariffa raġonevoli għall-kostijiet amministrattivi;

8.    “trasport internazzjonali bl-ajru” tfisser it-trasport bl-ajru li jgħaddi mill-ispazju tal-ajru fuq it-territorju ta’ iktar minn Stat wieħed;

9.    “Partijiet” tfisser, minn naħa waħda, l-Armenja, u min-naħa l-oħra, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

10.    “post prinċipali tan-negozju” tfisser is-sede ewlenija jew l-uffiċċju rreġistrat ta’ trasportatur bl-ajru fit-territorju tal-Parti li fiha jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji u l-kontroll operazzjonali prinċipali, inkluża l-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tat-trasportatur bl-ajru;

11.    “waqfa għal finijiet mhux ta’ traffiku” tfisser inżul għal kwalunkwe fini għajr it-tlugħ abbord jew il-ħatt ta’ passiġġieri, ta’ bagalji, ta’ merkanzija u/jew ta’ posta fit-trasport bl-ajru;

12.    “il-prezzijiet tal-biljetti tal-ajru” tfisser il-prezzijiet li jridu jitħallsu lit-trasportaturi bl-ajru jew lill-aġenti tagħhom jew lil bejjiegħa oħra tal-biljetti għat-trasport tal-passiġġieri permezz tas-servizzi bl-ajru (inkluż kwalunkwe modalità oħra tat-trasport b’konnessjoni magħhom) u kwalunkwe kundizzjoni li biha japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet offruti lill-aġenzija u lil servizzi awżiljarji oħra;

13.    “ir-rati tal-biljetti tal-ajru” tfisser il-prezzijiet li jridu jitħallsu għat-trasport tal-merkanzija permezz tas-servizzi bl-ajru (inkluż kwalunkwe modalità oħra tat-trasport b’konnessjoni magħhom) u l-kundizzjonijiet li bihom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet offruti lill-aġenzija u lil servizzi awżiljarji oħra;

14.    territorju” tfisser, għall-Armenja, it-territorju tar-Repubblika tal-Armenja, u, għall-Unjoni Ewropea u għall-Istati Membri tagħha tfisser it-territorju tal-art, l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Trattati, u l-ispazju tal-ajru fuqhom.

15.    “tariffa għall-utenti” tfisser tariffa imposta fuq it-trasportaturi bl-ajru għall-forniment ta’ faċilitajiet jew ta’ servizzi tal-ajruport, ambjentali tal-ajruport, tan-navigazzjoni bl-ajru, jew tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi s-servizzi u l-faċilitajiet relatati;

16.    “self-handling” tfisser sitwazzjoni li fiha utent ta’ ajruport jipprovdi direttament għalih innifsu waħda jew iktar mill-kategoriji ta’ servizzi ta’ groundhandling u ma jikkonkludi l-ebda kuntratt ta’ xi deskrizzjoni ma’ parti terza għall-forniment ta’ tali servizzi; għall-fini ta’ din id-definizzjoni, bejniethom l-utenti tal-ajruport ma għandhomx jitqiesu li jkunu partijiet terzi fejn:

a) wieħed ikollu l-maġġoranza tal-ishma fl-ieħor, jew

b) korp wieħed ikollu maġġoranza ta’ ishma f’kull korp;

17.    “drittijiet tal-ħames libertà” tfisser id-dritt jew il-privileġġ mogħti minn Stat wieħed (“l-Istat tal-Għoti”) lit-trasportaturi bl-ajru ta’ Stat ieħor (“l-Istat tal-Wasla”), biex jiġu pprovduti servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru bejn it-territorju tal-Istat tal-Għoti u t-territorju ta’ pajjiż terz, soġġett għall-kundizzjoni li tali servizzi joriġinaw jew jintemmu fit-territorju tal-Istat tal-Wasla;

18.    “pajjiż terz” tfisser parti li ma tkunx Parti għal dan il-Ftehim.

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET EKONOMIĊI

ARTIKOLU 3

Għoti ta’ drittijiet

1.    Id-drittijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jinsabu fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim.

Drittijiet tat-traffiku u skeda tar-rotot

2.    Kull Parti tagħti lill-Parti l-oħra d-drittijiet li ġejjin għat-tmexxija tat-trasport internazzjonali bl-ajru mit-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra fuq bażi nondiskriminatorja:

(a)    id-dritt li jtiru fuq it-territorju tagħha mingħajr inżul;

(b)    id-dritt li jagħmlu waqfiet fit-territorju tagħha għal finijiet mhux ta’ traffiku;

(c)    id-dritt li jwettqu t-trasport internazzjonali bl-ajru skedat u mhux skedat ta’ passiġġieri biss, ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija, u ta’ merkanzija biss bejn punti 1 tul ir-rotot li ġejjin:

(i)    għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea:

Punti fl-Unjoni Ewropea – Punti Intermedji fit-territorji tal-imsieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat 2 , il-partijiet għall-Ftehim Multilaterali li jistabbilixxi Żona ta’ Avjazzjoni Komuni Ewropea 3 , jew l-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles 4 – Punti fl-Armenja – Punti Lil Hinn

(ii)    għat-trasportaturi bl-ajru tal-Armenja:

Punti fl-Armenja – Punti Intermedji fit-territorji tal-imsieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-partijiet għall-Ftehim Multilaterali li jistabbilixxi Żona ta’ Avjazzjoni Komuni Ewropea, jew l-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles – Punti fl-Unjoni Ewropea

(d)    id-drittijiet li jkunu speċifikati f’dan il-Ftehim.

Flessibbiltà operazzjonali

3.    It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti, fi kwalunkwe titjira jew fit-titjiriet kollha u, meta jagħżlu huma, fir-rotot speċifikati fil-paragrafu 2 ta’ hawn fuq, jistgħu:

(a)    joperaw titjiriet f’xi waħda mid-direzzjonijiet jew fit-tnejn li huma;

(b)    jikkombinaw numri differenti tat-titjiriet f’operazzjoni waħda ta’ inġenju tal-ajru;

(c)    jaqdu lil punti intermedji jew lil punti lil hinn, u lil punti fit-territorji tal-Partijiet fi kwalunkwe kombinazzjoni u fi kwalunkwe ordni skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ hawn fuq;

(d)    ma jagħmlux waqfiet fi kwalunkwe punt jew f’ċerti punti;

(e)    jittrasferixxu t-traffiku minn kwalunkwe inġenju tal-ajru tagħhom lejn kwalunkwe inġenju tal-ajru ieħor tagħhom fi kwalunkwe punt (tibdil tal-gejġ);

(f)    jagħmlu waqfiet fi kwalunkwe punt kemm fit-territorju kif ukoll ’il barra mit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet;

(g)    jittrasportaw it-traffiku ta’ tranżitu tul it-territorju tal-Parti l-oħra;

(h)    jikkombinaw it-traffiku fuq l-istess inġenju tal-ajru irrispettivament minn fejn joriġina tali traffiku; u

(i)    jaqdu iktar minn punt wieħed fl-istess servizz (koterminalizzazzjoni).

Il-flessibbiltà operazzjonali prevista f’dan il-paragrafu tista’ tiġi eżerċitata mingħajr limitazzjoni direzzjonali jew ġeografika u mingħajr it-telf ta’ xi dritt tat-trasport tat-traffiku li jkun permissibbli skont dan il-Ftehim, diment li:

(i)    is-servizzi tat-trasportaturi bl-ajru tal-Armenja jaqdu punt fl-Armenja;

(ii)    is-servizzi tat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea jaqdu punt fl-Unjoni Ewropea.

4.    Kull Parti għandha tippermetti lil kull trasportatur bl-ajru jistabbilixxi l-frekwenza u l-kapaċità tat-trasport internazzjonali bl-ajru li dan ikun joffri abbażi ta’ konsiderazzjonijiet kummerċjali fis-suq. B’mod konsistenti ma’ dan id-dritt, l-ebda Parti ma għandha tillimita b’mod unilaterali l-volum tat-traffiku, il-frekwenza jew ir-regolarità tas-servizz, ir-rotot, l-oriġini u d-destinazzjoni tat-traffiku, jew it-tip jew it-tipi ta’ inġenji tal-ajru li jitħaddmu mit-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra, għajr għal raġunijiet doganali, tekniċi, operazzjonali, ambjentali, tas-sikurezza tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jew tal-protezzjoni tas-saħħa, jew sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim.

5. It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti jistgħu jaqdu, inkluż fil-qafas tal-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi, kwalunkwe punt li jinsab f’pajjiż terz li mhuwiex inkluż fir-rotot speċifikati, diment li ma jeżerċitawx id-drittijiet tal-ħames libertà.

6.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jitqies li jikkonferixxi lit-trasportaturi bl-ajru:

(a)    tal-Armenja d-dritt li jtellgħu abbord, fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE, passiġġieri, bagalji, merkanzija u/jew posta biex jiġu ttrasportati għal kumpens u li jkunu destinati għal punt ieħor f’dak l-istess Stat Membru;

(b)    tal-Unjoni Ewropea d-dritt li jtellgħu abbord, fit-territorju tal-Armenja, passiġġieri, bagalji, merkanzija u/jew posta biex jiġu ttrasportati għal kumpens u li jkunu destinati għal punt ieħor fl-Armenja.

7.    Fl-eżerċitar tad-drittijiet u tal-obbligi rispettivi tagħhom skont dan il-Ftehim, il-Partijiet ma għandhom iwettqu l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra, b’mod partikolari minħabba raġunijiet ta’ nazzjonalità.

8.    Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha d-dritt li tirrifjuta l-operazzjoni tat-trasport internazzjonali bl-ajru lejn it-territorju ta’ pajjiż terz, minnu jew tulu, li miegħu din il-Parti ma jkollhiex relazzjonijiet diplomatiċi.

ARTIKOLU 4

Awtorizzazzjoni tal-operat

1.    Mal-wasla ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-operat minn trasportatur bl-ajru ta’ waħda mill-Partijiet, il-Parti l-oħra għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet tal-operat u l-permessi tekniċi xierqa b’dewmien proċedurali minimu, diment li:

(a)    għal trasportatur bl-ajru tal-Armenja:

(i)    it-trasportatur bl-ajru jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fl-Armenja, u jkollu liċenzja valida tal-operat skont il-liġi tal-Armenja; u

(ii)    jiġi eżerċitat u jinżamm kontroll regolatorju effettiv fuq it-trasportatur bl-ajru mill-Armenja wara li jkun inħariġlu ċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru, u l-awtorità kompetenti tkun identifikata b’mod ċar; u

(iii)    sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor skont l-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim, is-sjieda, diretta jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, tat-trasportatur bl-ajru u l-kontroll effettiv tiegħu jkunu tal-Armenja, u/jew taċ-ċittadini tagħha, jew it-tnejn li huma, u dan ikun ikkontrollat effettivament mill-Armenja;

(b)    għal trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea:

(i)    it-trasportatur bl-ajru jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u jkollu liċenzja valida tal-operat skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea; u

(ii)    jitwettaq u jinżamm kontroll effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru tal-UE li jkun responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tiegħu, u l-awtorità kompetenti tkun identifikata b’mod ċar; u

(iii)    sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor skont l-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim, is-sjieda, diretta jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, tat-trasportatur bl-ajru u l-kontroll effettiv tiegħu jkunu ta’ Stat Membru jew ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u/jew ta’ ċittadini ta’ tali stati, jew it-tnejn li huma;

(c)    ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan il-Ftehim; u

(d)    it-trasportatur bl-ajru jissodisfa l-kundizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolamenti li normalment japplikaw għall-operat tat-trasport internazzjonali bl-ajru mill-Parti li tikkunsidra l-applikazzjoni.

2.    Meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet tal-operat u l-permessi tekniċi, il-Partijiet għandhom jittrattaw lit-trasportaturi kollha tal-Parti l-oħra mingħajr diskriminazzjoni.

3.    Mal-wasla ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-operat minn trasportatur bl-ajru ta’ Parti, il-Parti l-oħra għandha tirrikonoxxi kwalunkwe idoneità u/jew ċittadinanza stabbiliti mill-ewwel Parti fir-rigward ta’ dak it-trasportatur bl-ajru daqslikieku dak l-istabbiliment kien sar mill-awtoritajiet kompetenti tagħha stess, u ma għandhiex tistħarreġ iktar dwar tali kwistjonijiet, għajr kif previst fis-sottoparagrafi (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu.

(a)    Jekk, wara l-wasla ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-operat minn trasportatur bl-ajru, jew wara l-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti riċeventi jkollhom tħassib speċifiku li, minkejja l-istabbiliment li sar mill-Parti l-oħra, xi kundizzjoni preskritta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet tal-operat jew ta’ permessi tekniċi xierqa ma ġietx issodisfata, il-Parti riċeventi għandha minnufih tavża lill-Parti l-oħra, u tagħti raġunijiet sostantivi għat-tħassib tagħha. F’dak il-każ, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob għal konsultazzjonijiet, li jistgħu jinkludu r-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet, u/jew informazzjoni addizzjonali rilevanti għat-tħassib, u t-talba għal konsultazzjoni għandha tintlaqa’ mill-iktar fis possibbli. Jekk il-kwistjoni tibqa’ ma tissolviex, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat Konġunt.

(b)    Dan il-paragrafu ma jkoprix ir-rikonoxximent tal-istabbilimenti b’rabta maċ-ċertifikati jew il-liċenzji dwar is-sikurezza, l-arranġamenti dwar is-sigurtà, jew il-kopertura tal-assigurazzjoni.

ARTIKOLU 5

Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-operat

1.    Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi, tillimita jew timponi kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjonijiet tal-operat jew il-permessi tekniċi jew inkella tirrifjuta, tissospendi, tillimita jew timponi kundizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra fejn:

(a)    għal trasportatur bl-ajru tal-Armenja:

(i)    it-trasportatur bl-ajru ma jkollux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fl-Armenja jew ma jkollux liċenzja valida tal-operat skont il-liġi tal-Armenja; jew

(ii)    il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru ma jkunx eżerċitat jew ma jinżammx mill-Armenja li tkun responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tiegħu jew l-awtorità kompetenti ma tkunx identifikata b’mod ċar; jew

(iii)    sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor skont l-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim, is-sjieda, diretta jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, tat-trasportatur bl-ajru jew il-kontroll effettiv tiegħu ma jkunux tal-Armenja, jew taċ-ċittadini tagħha, jew it-tnejn li huma;

(b)    għal trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea:

(i)    it-trasportatur bl-ajru ma jkollux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea jew ma jkollux liċenzja valida tal-operat skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea; jew

(ii)    il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru ma jkunx eżerċitat jew ma jinżammx mill-Istat Membru tal-UE li jkun responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tiegħu jew l-awtorità kompetenti ma tkunx identifikata b’mod ċar; jew

(iii)    sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor skont l-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim, is-sjieda, diretta jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, tat-trasportatur bl-ajru jew il-kontroll effettiv tiegħu ma jkunux ta’ Stat Membru jew ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u/jew ta’ ċittadini ta’ tali stati, jew it-tnejn li huma;

(c)    ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8, 14 u 15 ta’ dan il-Ftehim; jew

(d)    it-trasportatur bl-ajru ma jkunx ikkonforma mal-liġijiet u mar-regolamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan il-Ftehim u/jew mal-liġijiet u mar-regolamenti li normalment japplikaw għall-operat tat-trasport internazzjonali bl-ajru mill-Parti li tikkunsidra l-applikazzjoni.

2.    Sakemm ma jkunx essenzjali li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi evitat nuqqas ulterjuri ta’ konformità mas-sottoparagrafi (c) jew (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-drittijiet stabbiliti b’dan l-Artikolu għandhom jiġu eżerċitati biss wara konsultazzjoni mal-Parti l-oħra.

3.    Dan l-Artikolu ma jillimitax id-drittijiet ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet li tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi, tillimita jew timponi kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni tal-operat jew fuq il-permess tekniku ta’ trasportatur jew ta’ trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 14 jew 15 ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 6

Investiment fit-trasportaturi bl-ajru

1.    Minkejja l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Ftehim, u wara li l-Kumitat Konġunt jivverifika skont l-Artikolu 23(8), li skont il-liġijiet rispettivi tagħhom, kull waħda mill-Partijiet u/jew iċ-ċittadini tagħhom jistgħu jiksbu sjieda ta’ maġġoranza u/jew il-kontroll effettiv ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra, il-Partijiet jistgħu jippermettu s-sjieda ta’ maġġoranza u/jew il-kontroll effettiv ta’ trasportatur bl-ajru tal-Armenja mill-Istati Membri tal-UE u/jew taċ-ċittadini tagħhom, jew ta’ trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea mill-Armenja u/jew iċ-ċittadini tagħha, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.    B’rabta mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-investimenti speċifiċi fit-trasportaturi bl-ajru mill-Partijiet u/jew miċ-ċittadini tagħhom għandhom jiġu permessi individwalment bis-saħħa ta’ deċiżjoni minn qabel tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 23(2) ta’ dan il-Ftehim.

Din id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet assoċjati mal-operat tas-servizzi miftiehma skont dan il-Ftehim u mas-servizzi ta’ bejn il-pajjiżi terzi u l-Partijiet. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(11) ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw għal din id-deċiżjoni.

ARTIKOLU 7

Konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti

1.    Meta inġenju tal-ajru jidħol, jgħaddi jew jitlaq mit-/fit-territorju ta’ Parti waħda, it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra li jkunu involuti fit-trasport internazzjonali bl-ajru għandhom jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti applikabbli f’dak it-territorju b’rabta mal-ammissjoni, mat-tluq jew mal-operat fit-/mit-territorju tagħha.

2.    Meta inġenju tal-ajru jidħol, jgħaddi jew jitlaq mit-/fit-territorju ta’ Parti waħda, il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli f’dak it-territorju b’rabta mal-ammissjoni, mal-operat jew mat-tluq mit-/fit-territorju tagħha ta’ passiġġieri, ta’ membri tal-ekwipaġġ, ta’ bagalji, ta’ merkanzija u/jew ta’ posta abbord (inklużi r-regolamenti marbuta mad-dħul, mal-awtorizzazzjoni, mal-immigrazzjoni, mal-passaporti, mad-dwana u mal-kwarantina, jew fil-każ tal-posta, ir-regolamenti dwar il-posta) għandhom jiġu osservati minnhom, jew f’isem tali passiġġieri, membri tal-ekwipaġġ, bagalji, merkanzija u posta tat-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra.

3.    Il-Partijiet għandhom jagħtu permess, fit-territorju rispettiv tagħhom, lit-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra biex jieħdu miżuri biex jiġi żgurat li jiġu ttrasportati biss persuni bid-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġa għad-dħul fit-territorju tal-Parti l-oħra jew għal tranżitu minnu.

ARTIKOLU 8

Kompetizzjoni ġusta

1.    Il-Partijiet jirrikonoxxu li huwa l-għan konġunt tagħhom li jkun hemm ambjent ġust u kompetittiv u opportunitajiet ġusti u ndaqs għall-kumpaniji involuti fis-servizzi tat-trasport bl-ajru taż-żewġ Partijiet biex jikkompetu fl-operat tas-servizzi miftiehma fir-rotot speċifikati. Għalhekk, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li dan l-għan jiġi infurzat bis-sħiħ.

2.    Il-Partijiet huma tal-fehma li l-kompetizzjoni libera, ġusta u mingħajr distorsjonijiet hija importanti għall-promozzjoni tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u jinnotaw li l-eżistenza ta’ liġijiet komprensivi dwar il-kompetizzjoni u ta’ awtorità indipendenti tal-kompetizzjoni kif ukoll l-infurzar sod u effettiv tal-liġijiet rispettivi dwar il-kompetizzjoni huma importanti għall-forniment effiċjenti tas-servizzi tat-trasport bl-ajru. Il-liġijiet dwar il-kompetizzjoni ta’ kull Parti li jindirizzaw il-problemi koperti b’dan l-Artikolu, kif emendat minn żmien għall-ieħor, għandhom japplikaw għall-operat tat-trasportaturi bl-ajru fil-ġurisdizzjoni tal-Parti rispettiva. Il-Partijiet jikkondividu l-għanijiet ta’ kompatibbiltà u ta’ konverġenza tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u tal-applikazzjoni effettiva tagħha. Il-Partijiet se jikkooperaw kif ikun xieraq u fejn ikun rilevanti fir-rigward tal-applikazzjoni effettiva tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, inkluż billi jippermettu d-divulgazzjoni, skont ir-regoli u l-ġurisprudenza rispettivi tagħhom, mill-kumpaniji rispettivi tagħhom jew minn ċittadini oħra, ta’ informazzjoni pertinenti għal azzjoni fir-rigward ta’ liġi dwar il-kompetizzjoni mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ xulxin.

3.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jaffettwa, jillimita jew ixekkel b’xi mod l-awtorità u s-setgħat tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u tal-qrati rilevanti ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet (u tal-Kummissjoni Ewropea), u l-kwistjonijiet kollha marbuta mal-infurzar tal-liġi dwar il-kompetizzjoni għandhom ikomplu jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva ta’ dawk l-awtoritajiet u l-qrati. Għalhekk, kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan l-Artikolu minn xi Parti għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni meħuda possibbilment minn dawk l-awtoritajiet u l-qrati.

4.    Kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan l-Artikolu għandha taqa’ taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-Partijiet u għandha tiġi diretta b’mod esklużiv lejn il-Parti l-oħra u/jew lejn il-kumpaniji li jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru lejn il-Partijiet jew minnhom. Tali azzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għall-proċedura tas-soluzzjoni għat-tilwim prevista fl-Artikolu 24 ta’ dan il-Ftehim.

5.    Kull Parti għandha telimina l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni jew ta’ prattiki inġusti li jaffettwaw b’mod avvers l-opportunitajiet ġusti u ndaqs tal-kumpaniji involuti fis-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-Parti l-oħra biex jikkompetu fil-forniment tas-servizzi tat-trasport bl-ajru.

6.    L-ebda Parti ma għandha tipprovdi jew tippermetti sussidji jew appoġġ pubbliċi lil xi kumpanija jekk dawn is-sussidji jew l-appoġġ jaffettwaw b’mod sinifikanti u avvers l-opportunitajiet ġusti u ndaqs tal-kumpaniji tal-Parti l-oħra biex jikkompetu fil-forniment tas-servizzi tat-trasport bl-ajru. Tali sussidji jew appoġġ pubbliċi jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: sussidjar inkroċjat; it-tpaċija tat-telf operazzjonali; il-forniment ta’ kapital; għotjiet; garanziji; self jew assigurazzjoni b’termini privileġġati; protezzjoni minn falliment; rinunzja tal-irkupru ta’ ammonti dovuti; rinunzja ta’ ritorn normali fuq fondi pubbliċi investiti; ħelsien mit-taxxa jew eżenzjonijiet tat-taxxa; kumpens għal piżijiet finanzjarji imposti minn awtoritajiet pubbliċi; u aċċess fuq bażi diskriminatorja jew mhux kummerċjali ta’ faċilitajiet u ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jew tal-ajruport, tal-fjuwil, tal-groundhandling, tas-sigurtà, tas-sistemi kompjuterizzati ta’ riżervazzjoni, tal-allokazzjoni ta’ slots jew ta’ faċilitajiet u ta’ servizzi relatati oħra meħtieġa għall-operat tas-servizzi bl-ajru.

7.    Jekk Parti tipprovdi sussidji jew appoġġ pubbliċi lil kumpanija, għandha tiżgura t-trasparenza ta’ tali miżuri permezz ta’ mezzi xierqa, li jistgħu jinkludu li l-kumpanija tkun meħtieġa tidentifika s-sussidju jew l-appoġġ b’mod ċar u separat fil-kontijiet tagħha.

8.    Kull Parti għandha, fuq it-talba tal-Parti l-oħra, tipprovdi lill-Parti l-oħra fi żmien raġonevoli r-rapporti finanzjarji marbuta mal-entitajiet taħt il-ġurisdizzjoni tal-ewwel Parti, u kwalunkwe informazzjoni oħra ta’ din ix-xorta li tista’ tintalab b’mod raġonevoli mill-Parti l-oħra sabiex tiżgura li hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu. Dan jista’ jinkludi informazzjoni dettaljata b’rabta mas-sussidji jew mal-appoġġ. Il-preżentazzjoni ta’ tali informazzjoni tista’ tkun soġġetta għal trattament kunfidenzjali mill-Parti li titlob l-aċċess għall-informazzjoni.

9.    Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni meħuda mill-awtorità tal-kompetizzjoni u/jew mill-qorti rilevanti għall-infurzar tar-regoli msemmija fil-paragrafi 5 u 6,

(a)    jekk Parti waħda ssib li kumpanija qed tkun soġġetta għal diskriminazzjoni jew għal prattiki inġusti skont it-tifsira tal-paragrafi 5 u 6 ta’ hawn fuq u li dan jista’ jiġi ssostanzjat, din tista’ tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub lill-Parti l-oħra. Wara li tinforma lill-Parti l-oħra, Parti waħda tista’ wkoll tavviċina lill-entitajiet tal-gvern responsabbli fit-territorju tal-Parti l-oħra, inklużi l-entitajiet fil-livelli ċentrali, reġjonali, provinċjali jew lokali, biex tiddiskuti l-kwistjonijiet relatati ma’ dan l-Artikolu. Barra minn hekk, Parti waħda tista’ titlob għal konsultazzjonijiet dwar din il-kwistjoni mal-Parti l-oħra bil-ħsieb li l-problema tissolva. Tali konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien perjodu ta’ tletin (30) jum mill-wasla tat-talba. Sadanittant, il-Partijiet għandhom jiskambjaw biżżejjed informazzjoni li tippermetti li jsir eżami sħiħ tat-tħassib espress minn waħda mill-Partijiet.

(b)    jekk il-Partijiet ma jaslux għal soluzzjoni tal-kwistjoni permezz ta’ konsultazzjonijiet fi żmien tletin (30) jum mill-bidu tal-konsultazzjonijiet jew il-konsultazzjonijiet ma jibdewx fi żmien perjodu ta’ tletin (30) jum mill-wasla tat-talba li tikkonċerna allegazzjoni ta’ ksur tal-paragrafi 5 u 6 ta’ hawn fuq, il-Parti li tkun talbet għall-konsultazzjoni għandu jkollha d-dritt li tissospendi l-eżerċitar tad-drittijiet speċifikati f’dan il-Ftehim mill-kumpaniji kkonċernati tal-Parti l-oħra billi tirrifjuta, tirrevoka jew tissospendi l-awtorizzazzjoni/il-permess tal-operat, jew li timponi tali kundizzjonijiet kif tqis li jkun meħtieġ fir-rigward tal-eżerċitar ta’ tali drittijiet, jew li timponi dazji jew li tieħu azzjonijiet oħra. Kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu għandha tkun xierqa, proporzjonata u ristretta fir-rigward tal-ambitu u d-durata ta’ dak li jkun meħtieġ strettament.

10.    Kull Parti għandha tapplika b’mod effettiv il-liġijiet tal-antitrust skont il-paragrafu 2, u għandha tipprojbixxi lil kumpaniji milli:

(a)    flimkien ma’ kwalunkwe kumpanija oħra, tidħol fi ftehimiet, tieħu deċiżjonijiet jew tkun involuta fi prattiki miftiehma li jistgħu jaffettwaw is-servizzi tat-trasport bl-ajru lejn/minn dik il-Parti u li l-għan jew l-effett tagħhom ikunu l-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Din il-projbizzjoni tista’ tiġi ddikjarata mhux applikabbli fejn tali ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki jikkontribwixxu għat-titjib tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni ta’ servizzi jew għall-promozzjoni tal-progress tekniku jew ekonomiku, filwaqt li l-konsumaturi jitħallielhom sehem ġust mill-benefiċċju li jirriżulta, u: (a) ma jimponux fuq il-kumpaniji kkonċernati restrizzjonijiet li ma jkunux indispensabbli għall-ksib ta’ dawn l-għanijiet; (b) ma jagħtux lil dawn il-kumpaniji l-possibbiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ parti sostanzjali tas-servizzi inkwistjoni, u

(c)    ma jabbużawx minn pożizzjoni dominanti b’mod li jista’ jaffettwa s-servizzi tat-trasport bl-ajru lejn/minn dik il-Parti.

11.    Kull Parti għandha tinkariga lill-awtorità tal-kompetizzjoni u/jew lill-qorti rilevanti u indipendenti b’mod esklużiv bl-infurzar tar-regoli dwar l-antitrust imsemmija fil-paragrafu 10 ta’ hawn fuq.

12.    Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni meħuda mill-awtorità tal-kompetizzjoni u/jew mill-qorti rilevanti għall-infurzar tar-regoli msemmija fil-paragrafu 10, jekk Parti waħda ssib li kumpanija ġġarrab ħsara minħabba l-allegazzjoni ta’ ksur tal-paragrafu 10 ta’ hawn fuq u li dan jista’ jiġi ssostanzjat, din tista’ tippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub lill-Parti l-oħra. Wara li tinforma lill-Parti l-oħra, Parti waħda tista’ wkoll tavviċina lill-entitajiet tal-gvern responsabbli fit-territorju tal-Parti l-oħra, inklużi l-entitajiet fil-livelli ċentrali, reġjonali, provinċjali jew lokali, biex tiddiskuti l-kwistjonijiet relatati ma’ dan l-Artikolu. Barra minn hekk, Parti waħda tista’ titlob għal konsultazzjonijiet dwar din il-kwistjoni mal-Parti l-oħra bil-ħsieb li l-problema tissolva. Tali konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien perjodu ta’ tletin (30) jum mill-wasla tat-talba. Sadanittant, il-Partijiet għandhom jiskambjaw biżżejjed informazzjoni li tippermetti li jsir eżami sħiħ tat-tħassib espress minn waħda mill-Partijiet.

13.    Jekk il-Partijiet ma jaslux għal soluzzjoni tal-kwistjoni permezz ta’ konsultazzjonijiet fi żmien tletin (30) jum mill-bidu tal-konsultazzjonijiet jew il-konsultazzjonijiet ma jibdewx fi żmien perjodu ta’ tletin (30) jum mill-wasla tat-talba li tikkonċerna allegazzjoni ta’ ksur tal-paragrafu 10, u diment li l-awtorità tal-kompetizzjoni jew il-qorti kompetenti rilevanti tkun sabet ksur tal-antitrust, il-Parti li tkun talbet għall-konsultazzjoni għandu jkollha d-dritt li tissospendi l-eżerċitar tad-drittijiet speċifikati f’dan il-Ftehim mill-kumpaniji kkonċernati tal-Parti l-oħra billi tirrifjuta, tirrevoka jew tissospendi l-awtorizzazzjoni/il-permess tal-operat, jew li timponi tali kundizzjonijiet kif tqis li jkun meħtieġ fir-rigward tal-eżerċitar ta’ tali drittijiet, jew li timponi dazji jew li tieħu azzjonijiet oħra. Kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu għandha tkun xierqa, proporzjonata u ristretta fir-rigward tal-ambitu u d-durata ta’ dak li jkun meħtieġ strettament.

ARTIKOLU 9

Opportunitajiet kummerċjali

1.    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni, ir-regoli jew il-proċeduri rilevanti tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti A tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

2.    Il-Partijiet jaqblu li l-ostakli għat-twettiq tan-negozju li jiltaqgħu magħhom l-operaturi kummerċjali jxekklu l-benefiċċji li jridu jinkisbu b’dan il-Ftehim. Għaldaqstant, il-Partijiet għandhom ikunu involuti fi proċess effettiv u reċiproku għat-tneħħija tal-ostakli għat-twettiq tan-negozju tal-operaturi kummerċjali taż-żewġ Partijiet, fejn tali ostakli jistgħu jxekklu l-operazzjonijiet kummerċjali jew joħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jew jaffettwaw l-opportunitajiet indaqs biex jikkompetu.

3.    It-trasportaturi bl-ajru taż-żewġ Partijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa jkollhom sponsor lokali.

4.    Skont l-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiżviluppa proċess ta’ kooperazzjoni fir-rigward tat-twettiq tan-negozju u tal-opportunitajiet kummerċjali; għandu jimmonitorja l-progress fl-indirizzar b’mod effettiv tal-ostakli għat-twettiq tan-negozju tal-operaturi kummerċjali u għandu jirrieżamina b’mod regolari l-iżviluppi, inkluż fir-rigward ta’ tibdil leġiżlattiv u regolatorju. Skont l-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim, Parti tista’ titlob li tiġi organizzata laqgħa tal-Kumitat Konġunt sabiex tiġi diskussa kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

5.    It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu liberament uffiċċji u faċilitajiet fit-territorju tal-Parti l-oħra għall-forniment tat-trasport bl-ajru u għall-promozzjoni u għall-bejgħ ta’ attivitajiet tat-trasport bl-ajru u ta’ attivitajiet relatati oħra, inkluż id-dritt li jbigħu u li joħorġu kwalunkwe biljett u/jew polza tal-vjeġġ bl-ajru, kemm tagħhom stess u kemm ta’ xi trasportatur bl-ajru ieħor.

6.    It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandhom ikunu intitolati, skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti l-oħra fir-rigward tad-dħul, ir-residenza, u l-impjieg, li jġibu u li jżommu fit-territorju tal-Parti l-oħra, persunal maniġerjali, tal-bejgħ, tekniku, operazzjonali, u persunal speċjalista ieħor li jkun meħtieġ biex jappoġġa l-forniment tat-trasport bl-ajru. Iż-żewġ Partijiet għandhom jiffaċilitaw u jħaffu l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet tal-impjieg, fejn ikunu meħtieġa, għall-persunal li jkun impjegat fl-uffiċċji skont dan il-paragrafu, inkluż dak li jwettaq ċerti kompiti temporanji li ma jaqbżux id-disgħin (90) jum, soġġett għal-liġijiet u għar-regolamenti rilevanti fis-seħħ.

7.(a)    Mingħajr preġudizzju għas-sottoparagrafu (b) ta’ dan il-paragrafu, b’rabta mal-groundhandling fit-territorju tal-Parti l-oħra, kull trasportatur bl-ajru għandu jkollu:

(i)    id-dritt li jwettaq il-groundhandling tiegħu stess (self-handling); jew

(ii)    id-dritt li jagħżel minn fost il-fornituri li jikkompetu ma’ xulxin, inklużi trasportaturi bl-ajru oħra, li jipprovdu servizzi sħaħ jew parzjali ta’ groundhandling fejn tali fornituri jingħataw aċċess għas-suq abbażi tal-liġijiet u tar-regolamenti ta’ kull Parti, u fejn tali fornituri jkunu preżenti fis-suq.

(b)    Id-drittijiet skont (i) u (ii) fis-sottoparagrafu (a) ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu soġġetti biss għal restrizzjonijiet speċifiċi ta’ disponibbiltà ta’ spazju jew ta’ kapaċità li jirriżultaw mill-ħtieġa li tinżamm is-sikurezza fl-operat tal-ajruport. Fejn tali restrizzjonijiet jillimitaw, jipprevjenu jew jipprekludu s-self-handling u fejn ma jkunx hemm kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri li jipprovdu s-servizzi ta’ groundhandling, il-Parti rilevanti għandha tiżgura li dawn is-servizzi kollha jkunu disponibbli għat-trasportaturi bl-ajru kollha kemm fuq bażi ugwali u kemm fuq bażi adegwata; il-prezzijiet ta’ dawn is-servizzi għandhom jiġu stabbiliti skont kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u ta’ nondiskriminazzjoni.

8.    Kull fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling, kemm jekk ikun trasportatur bl-ajru u kemm jekk ma jkunx, għandu jkollu d-dritt, fir-rigward tal-groundhandling fit-territorju tal-Parti l-oħra, li jipprovdi servizzi ta’ groundhandling għal trasportaturi bl-ajru li joperaw fl-istess ajruport, fejn dan ikun awtorizzat u konsistenti mal-liġijiet u mar-regolamenti applikabbli.

9.    Kull Parti għandha tiżgura li r-regolamenti, il-linji gwida u l-proċeduri tagħha għall-allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti fit-territorju tagħha jiġu applikati b’mod indipendenti, trasparenti, effettiv, f’waqtu u mingħajr diskriminazzjoni.

10.    In-notifika tal-pjanijiet, tal-programmi jew tal-iskedi operazzjonali għall-operat tas-servizzi bl-ajru skont dan il-Ftehim tista’ tkun meħtieġa minn Parti waħda għal finijiet ta’ informazzjoni bil-ħsieb biss li jkun jista’ jiġi vverifikat li d-drittijiet mogħtija skont dan il-Ftehim jiġu rrispettati. Jekk Parti teħtieġ tali notifika, għandha timminimizza l-piżijiet amministrattivi tar-rekwiżiti ta’ notifika u tal-proċeduri dwar l-intermedjarji tat-trasport bl-ajru u dwar it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra.

11.    Kwalunkwe trasportatur bl-ajru ta’ kull Parti jista’ jkun involut fil-bejgħ ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru u ta’ servizzi relatati oħra fit-territorju tal-Parti l-oħra b’mod dirett u/jew, skont id-diskrezzjoni tat-trasportatur bl-ajru, permezz tal-aġenti tal-bejgħ tiegħu, permezz ta’ intermedjarji oħra li jkunu maħtura mit-trasportatur bl-ajru, permezz tal-internet jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor disponibbli. Kull trasportatur bl-ajru għandu jkollu d-dritt li jbigħ tali servizzi tat-trasport u servizzi relatati, u kwalunkwe persuna għandha tkun libera li tixtri tali servizzi tat-trasport u servizzi relatati, bil-munita ta’ dak it-territorju jew b’muniti li jistgħu jiġu kkonvertiti liberament.

12.    It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandhom jitħallew iħallsu għall-ispejjeż lokali, inkluż ix-xiri ta’ fjuwil u l-pagament tat-tariffi tal-ajruport fit-territorju tal-Parti l-oħra fil-munita lokali, iżda mhux limitat għalihom. Skont id-diskrezzjoni tagħhom, it-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti jistgħu jħallsu għal dawn l-ispejjeż fit-territorju tal-Parti l-oħra b’muniti li jistgħu jiġu kkonvertiti liberament skont ir-rata tal-kambju tas-suq.

13.    Kull trasportatur bl-ajru għandu jkollu d-dritt, fuq talba, iwettaq konverżjoni f’muniti li jistgħu jiġu kkonvertiti liberament u jwettaq rimessa fi kwalunkwe żmien, bi kwalunkwe mod, tad-dħul lokali mit-territorju tal-Parti l-oħra lejn il-pajjiż tal-għażla tiegħu. Il-konverżjoni u r-rimessa għandhom ikunu permessi minnufih mingħajr restrizzjonijiet jew tassazzjoni fir-rigward tagħhom bir-rata tal-kambju tas-suq applikabbli għat-tranżazzjonijiet u għar-rimessa attwali fid-data li t-trasportatur bl-ajru jagħmel l-applikazzjoni inizjali għal rimessa u ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi tariffi għajr dawk li jiġu imposti normalment mill-banek talli jwettqu tali konverżjoni jew rimessa.

14.    Waqt l-operat jew il-forniment tas-servizzi skont dan il-Ftehim, kwalunkwe trasportatur bl-ajru ta’ Parti waħda jista’ jidħol f’arranġamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni kooperattiva, bħal pereżempju arranġamenti ta’ mblukkar tal-ispazju jew ta’ code-sharing, ma’:

(a)    xi trasportatur jew trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet;

(b)    xi trasportatur jew trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiż terz; u

(c)    xi fornitur tat-trasport fuq xi superfiċe (tal-art jew marittimu) ta’ kwalunkwe pajjiż;

diment li (i) it-trasportatur tal-operat ikollu d-drittijiet xierqa tat-traffiku u (ii) it-trasportaturi tal-kummerċjalizzazzjoni jkollhom id-drittijiet sottostanti xierqa tar-rotot u (iii) l-arranġamenti jissodisfaw ir-rekwiżiti marbuta mas-sikurezza u mal-kompetizzjoni li normalment jiġu applikati għal tali arranġamenti.

15.    Fir-rigward tal-bejgħ tat-trasport tal-passiġġieri li jinvolvi arranġamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni kooperattiva, ix-xerrej għandu jkun infurmat waqt il-bejgħ, jew inkella fiċ-check-in, jew qabel jitla’ abbord għal titjira konnessa fejn ma jkunx meħtieġ check-in, dwar liema fornituri tat-trasport se jkunu qed joperaw kull settur tas-servizz.

16.    Fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri, il-fornituri tat-trasport fuq xi superfiċe ma għandhomx ikunu soġġetti għal liġijiet u għal regolamenti li jirregolaw it-trasport bl-ajru biss minħabba li tali trasport fuq xi superfiċe jkun qed jitwettaq minn trasportatur bl-ajru f’ismu stess.

17.    Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, it-trasportaturi bl-ajru u l-fornituri indiretti tat-trasport ta’ merkanzija tal-Partijiet għandhom jitħallew, mingħajr restrizzjoni, jużaw b’konnessjoni mat-trasport internazzjonali bl-ajru kwalunkwe trasport fuq xi superfiċe ta’ merkanzija lejn jew minn xi punti fit-territorji tal-Partijiet, jew f’pajjiżi terzi, inkluż it-trasport lejn l-ajruporti kollha rikonoxxuti internazzjonalment, jew minnhom, b’faċilitajiet doganali, u inkluż, fejn ikun applikabbli, id-dritt tat-trasport ta’ merkanzija li tkun għadha soġġetta għal kontroll doganali skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Tali merkanzija, kemm jekk tkun qed tiġi ttrasportata fuq xi superfiċe jew bl-ajru, għandu jkollha aċċess għall-ipproċessar u għall-faċilitajiet doganali tal-ajruport. It-trasportaturi bl-ajru jistgħu jagħżlu li jwettqu t-trasport fuq xi superfiċe tagħhom stess jew li jipprovduh permezz ta’ arranġamenti ma’ trasportaturi oħra fuq xi superfiċe, inkluż it-trasport fuq xi superfiċe li jkun operat minn trasportaturi bl-ajru oħra u minn fornituri indiretti tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru. Tali servizzi intermodali tal-merkanzija jistgħu jiġu offruti bi prezz uniku, għat-trasport bl-ajru u fuq xi superfiċe f’daqqa, diment li l-konsenjaturi tal-merkanzija ma jiġux imqarrqa dwar il-fatti li jikkonċernaw tali trasport.

18.    It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandhom ikunu intitolati jidħlu f’arranġamenti ta’ frankiġja jew ta’ markar korporattiv ma’ kumpaniji, inklużi t-trasportaturi bl-ajru, taż-żewġ Partijiet jew ta’ pajjiżi terzi, diment li t-trasportaturi bl-ajru jkollhom l-awtorità xierqa u jissodisfaw il-kundizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolamenti li jiġu applikati normalment mill-Partijiet għal tali arranġamenti, b’mod partikolari dawk li jeħtieġu d-divulgazzjoni tal-identità tat-trasportatur bl-ajru li qed jopera s-servizz.

19.    It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti jistgħu jidħlu f’arranġamenti għall-forniment ta’ inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ jew mingħajr l-ekwipaġġ għall-operat tat-trasportatur internazzjonali bl-ajru ma’:

(a)    xi trasportatur jew trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet; u

(b)    xi trasportatur jew trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiż terz;

diment li l-parteċipanti kollha f’tali arranġamenti jkollhom l-awtorità xierqa u jissodisfaw il-kundizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolamenti applikati mill-Partijiet għal tali arranġamenti. L-ebda waħda mill-Partijiet ma għandha teħtieġ mit-trasportatur bl-ajru li jipprovdi l-inġenju tal-ajru, li jkollu drittijiet tat-traffiku skont dan il-Ftehim għar-rotot tal-operat tal-inġenju tal-ajru. Il-Partijiet jistgħu jeħtieġu li dawn l-arranġamenti jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Fejn Parti waħda teħtieġ tali approvazzjoni, din għandha timminimizza l-piżijiet amministrattivi tal-proċeduri tal-approvazzjoni għat-trasportaturi bl-ajru.

ARTIKOLU 10

Dazji doganali u tassazzjoni

1.Mal-wasla tagħhom fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet, l-operat tal-inġenji tal-ajru fit-trasport internazzjonali bl-ajru tat-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra, it-tagħmir regolari tagħhom, il-fjuwil, il-lubrifikanti, il-provvisti tekniċi konsumabbli, it-tagħmir ta’ fuq l-art, il-partijiet tal-bdil (inklużi l-magni), il-provvisti ta’ fuq l-inġenji tal-ajru (inklużi iżda mhux limitati għal oġġetti bħall-ikel, ix-xorb u x-xorb alkoħoliku, it-tabakk u prodotti oħra destinati biex jinbiegħu lill-passiġġieri jew biex dawn jużawhom fi kwantitajiet limitati waqt it-titjira), u oġġetti oħra li jintużaw jew li huma maħsuba biss b’rabta mal-operat jew maż-żamma fi stat tajjeb tal-inġenji tal-ajru involuti fit-trasport internazzjonali bl-ajru għandhom ikunu eżentati abbażi tar-reċiproċità u diment li tali tagħmir u provvisti jibqgħu abbord l-inġenji tal-ajru, mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjoni, mit-taxxi fuq il-proprjetà u mill-impost kapitali, mid-dazji doganali, mid-dazji tas-sisa, u minn miżati u tariffi oħra simili li

(a) huma imposti mill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali jew mill-Unjoni Ewropea, u li

(b) mhumiex ibbażati fuq kemm jiswa s-servizz ipprovdut.

2.    Dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati wkoll, abbażi tar-reċiproċità, mit-taxxi, mill-imposti, mid-dazji, mill-miżati u mit-tariffi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għajr it-tariffi bbażati fuq kemm jiswa s-servizz ipprovdut:

(a)    il-provvisti ta’ fuq l-inġenji tal-ajru li jiddaħħlu jew li jiġu pprovduti fit-territorju ta’ Parti waħda u li jittellgħu abbord, b’limiti raġonevoli, għall-użu fuq l-inġenji tal-ajru li jkunu se jtiru ’l barra mit-territorju ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra involuta fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw waqt parti mill-vjaġġ li jitwettaq fuq it-territorju msemmi;

(b)    it-tagħmir ta’ fuq l-art u l-partijiet tal-bdil (inklużi l-magni) li jiddaħħlu fit-territorju ta’ Parti waħda għaż-żamma fi stat tajjeb, għall-manutenzjoni jew għat-tiswija ta’ inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra li jintuża fit-trasport internazzjonali bl-ajru;

(c)    il-fjuwil, il-lubrifikanti u l-provvisti tekniċi konsumabbli li jiddaħħlu jew li jiġu pprovduti fit-territorju ta’ Parti waħda biex jintużaw f’inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra involuta fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw waqt parti mill-vjaġġ li jitwettaq fuq it-territorju msemmi;

(d)    il-materjal stampat, kif previst bil-leġiżlazzjoni doganali ta’ kull Parti, li jiddaħħal jew li jiġi pprovdut fit-territorju ta’ Parti waħda u li jittella’ abbord għall-użu fuq l-inġenji tal-ajru li jkunu se jtiru ’l barra mit-territorju ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra li tkun involuta fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw waqt parti mill-vjaġġ li jitwettaq fuq it-territorju msemmi.

3.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni lil xi Parti milli timponi taxxi, imposti, dazji, miżati jew tariffi fuq il-fjuwil ipprovdut fit-territorju tagħha, fuq bażi mhux diskriminatorja, għall-użu f’inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru li jopera bejn żewġ punti fit-territorju tagħha.

4.    It-tagħmir regolari li jinġarr abbord, kif ukoll il-materjal, il-provvisti u l-partijiet tal-bdil imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, li normalment jinżammu abbord l-inġenju tal-ajru operat minn trasportatur bl-ajru ta’ Parti waħda jistgħu jinħattu fit-territorju tal-Parti l-oħra biss bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet doganali ta’ dik il-Parti u jista’ jkun meħtieġ li jinżammu taħt is-superviżjoni jew il-kontroll tal-istess awtoritajiet sa meta jerġgħu jiġu esportati jew inkella sa meta jintremew skont ir-regolament doganali.

5.    L-eżenzjonijiet previsti b’dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli wkoll fejn it-trasportaturi bl-ajru ta’ Parti waħda jkunu daħlu f’kuntratt ma’ trasportatur bl-ajru ieħor, li jkun igawdi bl-istess mod minn tali eżenzjonijiet mill-Parti l-oħra, għas-self jew għat-trasferiment fit-territorju tal-Parti l-oħra tal-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

6.    Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni lil kwalunkwe waħda mill-Partijiet milli timponi taxxi, imposti, dazji, miżati jew tariffi fuq oġġetti mibjugħa lill-passiġġieri għajr għall-konsum abbord waqt settur ta’ servizz bl-ajru bejn żewġ punti fit-territorju tagħha li fiha l-imbarkazzjoni jew l-iżbark ikunu permessi.

7.    Il-bagalji u l-merkanzija fi tranżitu dirett tul it-territorju ta’ Parti waħda għandhom ikunu eżentati mit-taxxi, mid-dazji doganali, mill-miżati u minn tariffi simili oħra li ma jkunux ibbażati fuq kemm ikunu jiswew is-servizzi pprovduti.

8.    Jista’ jkun meħtieġ li t-tagħmir u l-provvisti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jinżammu taħt is-superviżjoni jew il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti.

9.    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jaffettwaw il-kaxxa tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

10.    Id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet rispettivi bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Armenja għall-evitar tat-tassazzjoni doppja fuq l-introjtu u fuq il-kapital ma għandhomx jiġu affettwati minn dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 11

Tariffi għall-utenti

1.    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni, ir-regoli jew il-proċeduri rilevanti tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti A tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

2.    Kull Parti għandha tiżgura li t-tariffi għall-utenti li jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet jew mill-korpi kompetenti tagħha li jimponu t-tariffi fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra għall-użu tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu relatati mal-kostijiet u ma għandhomx ikunu diskriminatorji. Fi kwalunkwe każ, dawn it-tariffi għall-utenti għandhom jiġu vvalutati fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra b’termini li ma jkunux inqas favorevoli mill-iktar termini favorevoli disponibbli għal kwalunkwe trasportatur bl-ajru ieħor.

3.    Kull Parti għandha tiżgura li t-tariffi għall-utenti li jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet jew mill-korpi kompetenti tagħha li jimponu t-tariffi fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra għall-użu tal-ajruport, tas-sigurtà tal-avjazzjoni u ta’ faċilitajiet u ta’ servizzi relatati, għajr it-tariffi imposti fir-rigward tas-servizzi deskritti fl-Artikolu 9(7) ta’ dan il-Ftehim, ma għandhomx ikunu diskriminatorji b’mod inġust, ma għandhomx jiddiskriminaw minħabba raġunijiet ta’ nazzjonalità u għandhom jiġu apporzjonati b’mod ġust fost il-kategoriji tal-utenti. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(1), dawn it-tariffi għandhom jirriflettu, iżda ma għandhomx jaqbżu, il-kost sħiħ għall-awtoritajiet jew għall-korpi kompetenti li jimponu t-tariffi biex jipprovdu l-faċilitajiet u s-servizzi xierqa tal-ajruport u tas-sigurtà tal-avjazzjoni f’dak l-ajruport jew f’dawk l-ajruporti li fih(om) tapplika sistema komuni tal-impożizzjoni tat-tariffi. Dawn it-tariffi jistgħu jinkludu redditu raġonevoli fuq l-assi, wara d-deprezzament. Il-faċilitajiet u s-servizzi li għalihom jiġu imposti t-tariffi għall-utenti għandhom jiġu pprovduti fuq bażi effiċjenti u ekonomika. Fi kwalunkwe każ, dawn it-tariffi għandhom japplikaw għat-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra b’termini li ma jkunux inqas favorevoli mill-iktar termini favorevoli disponibbli għal kwalunkwe trasportatur bl-ajru ieħor fiż-żmien meta dawn it-tariffi jiġu applikati.

4.    Kull Parti għandha teħtieġ li l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti li jimponu t-tariffi fit-territorju tagħha u t-trasportaturi bl-ajru li jużaw is-servizzi u l-faċilitajiet iwettqu konsultazzjonijiet u jiskambjaw tali informazzjoni skont kif ikun meħtieġ biex issir valutazzjoni preċiża tar-raġonevolezza tat-tariffi skont il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti li jimponu t-tariffi javżaw lill-utenti b’mod raġonevoli rigward kwalunkwe proposta għal bidliet fit-tariffi għall-utenti sabiex l-utenti jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom u jipprovdu kummenti qabel ma jsiru xi bidliet.

ARTIKOLU 12

Prezzijiet u rati tal-biljetti tal-ajru

1.    Il-Partijiet għandhom jippermettu li l-prezzijiet u r-rati tal-biljetti tal-ajru jiġu stabbiliti liberament mit-trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet abbażi ta’ kompetizzjoni libera u ġusta.

2.    Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ teħtieġ, mingħajr diskriminazzjoni, notifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha tal-prezzijiet u tar-rati tal-biljetti tal-ajru offruti għal servizzi li joriġinaw mit-territorju tagħha mit-trasportaturi bl-ajru taż-żewġ Partijiet fuq bażi ssimplifikata u għal finijiet ta’ informazzjoni biss. Jista’ jkun meħtieġ li tali notifika mit-trasportaturi bl-ajru ssir mhux qabel l-offerta inizjali ta’ prezz jew ta’ rata tal-biljetti tal-ajru.

3.    Jistgħu jsiru diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti biex jiġu diskussi kwistjonijiet bħar-rekwiżiti u l-proċeduri għan-notifika tal-prezzijiet u tar-rati tal-biljetti tal-ajru, u tal-prezzijiet u tar-rati tal-biljetti tal-ajru li jaf ikunu inġusti, mhux raġonevoli, diskriminatorji jew issussidjati, iżda mhux limitat għalihom.

ARTIKOLU 13

Statistika

1.    Kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra bl-istatistika disponibbli relatata mat-trasport bl-ajru skont dan il-Ftehim, kif meħtieġ skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet, fuq bażi mhux diskriminatorja, u skont kif ikun meħtieġ b’mod raġonevoli.  

2.    Il-Partijiet għandhom jikkooperaw, inkluż fil-qafas tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim, biex jiffaċilitaw l-iskambju bejniethom tal-informazzjoni statistika għall-fini ta’ monitoraġġ tal-iżvilupp tat-trasport bl-ajru skont dan il-Ftehim.

TITOLU II

KOOPERAZZJONI REGOLATORJA

ARTIKOLU 14

Sikurezza tal-avjazzjoni

1.    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni, ir-regoli jew il-proċeduri rilevanti tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti B tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

2.    Għall-finijiet tal-iżgurar tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tar-rekwiżiti u l-istandards regolatorji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu min-naħa tal-Partijiet, l-Armenja għandha tiġi involuta fil-ħidma tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni bħala osservatur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

(a)    It-tranżizzjoni tal-Armenja lejn il-konformità mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti B tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ kontinwu u għal valutazzjonijiet perjodiċi, li jridu jitwettqu mill-Unjoni Ewropea b’kooperazzjoni mal-Armenja.

(b)    Meta l-Armenja tkun sodisfatta li tikkonforma mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti B tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim, għandha tinforma lill-Unjoni Ewropea li jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni.

(c)    Meta l-Armenja tkun konformi għalkollox mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti B tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim għandu jistabbilixxi l-istatus u l-kundizzjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni lil hinn mill-istatus ta’ osservatur tal-Armenja fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni li ssemma hawn fuq.

3.    Il-Partijiet għandhom jiżguraw li fejn inġenju tal-ajru rreġistrat f’Parti waħda jkun issuspettat li mhux konformi mal-istandards internazzjonali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni stabbiliti skont il-Konvenzjoni u li jinżel f’ajruporti miftuħa għat-traffiku internazzjonali bl-ajru fit-territorju tal-Parti l-oħra, dan għandu jkun soġġett għal spezzjonijiet fir-rampa li jsiru abbord jew madwar l-inġenju tal-ajru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra sabiex jiġu vverifikati kemm il-validità tad-dokumenti tal-inġenju tal-ajru u kemm ta’ dawk tal-membri tal-ekwipaġġ tiegħu kif ukoll il-kundizzjonijiet apparenti tal-inġenju tal-ajru u tat-tagħmir tiegħu.

4.    L-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti waħda, fi kwalunkwe ħin, jistgħu jitolbu li jsiru konsultazzjonijiet dwar l-istandards tas-sikurezza tal-Parti l-oħra.

5.    L-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti waħda għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u immedjati kollha kull meta jaċċertaw li:

(a)    inġenju tal-ajru, prodott jew operazzjoni ma jissodisfawx l-istandards minimi stabbiliti skont il-Konvenzjoni jew skont ir-rekwiżiti u l-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti B tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim, skont liema minn dawn ikunu applikabbli,

(b)    hemm tħassib serju li inġenju tal-ajru jew l-operat ta’ inġenju tal-ajru ma jikkonformawx mal-istandards minimi stabbiliti skont il-Konvenzjoni jew skont ir-rekwiżiti u l-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti B tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim, skont liema minn dawn ikunu applikabbli, jew

(c)    hemm tħassib serju li hemm nuqqas ta’ manutenzjoni u ta’ amministrazzjoni effettivi tal-istandards minimi stabbiliti skont il-Konvenzjoni jew skont ir-rekwiżiti u l-istandards relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti B tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim, skont liema minn dawn ikunu applikabbli.

6.    Meta Parti waħda tieħu azzjoni skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, din għandha tinforma minnufih lill-Parti l-oħra u tipprovdilha r-raġunijiet li wasslu għal dik l-azzjoni.

7.    Kwalunkwe azzjoni li tittieħed minn Parti waħda skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex titkompla ladarba l-bażi għat-teħid ta’ dik l-azzjoni ma tibqax teżisti.

ARTIKOLU 15

Sigurtà tal-avjazzjoni

1.    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni, ir-regoli jew il-proċeduri rilevanti tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni speċifikati fil-Parti C tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

2.    L-Armenja tista’ tkun soġġetta għal spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni kif speċifikat fil-Parti C tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmu meħtieġ għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ tali spezzjonijiet tas-sigurtà.

3.    Peress li l-assigurazzjoni tas-sikurezza għall-inġenji tal-ajru ċivili, għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ tagħhom hija prerekwiżit fundamentali għall-operat tas-servizzi internazzjonali bl-ajru, il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-obbligi tagħhom lejn xulxin biex iwittu t-triq għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza mhux skont il-liġi, u b’mod partikolari l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni dwar ir-Reati u Ċerti Atti Oħra li Jsiru Abbord l-Inġenji tal-Ajru, iffirmata f’Tokyo fl-14 ta’ Settembru 1963, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Ħtif Illegali ta’ Inġenji tal-Ajru, iffirmata fl-Aja fis-16 ta’ Diċembru 1970, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Atti Illegali kontra s-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ċivili, iffirmata f’Montreal fit-23 ta’ Settembru 1971, il-Protokoll għat-Trażżin ta’ Atti Illegali ta’ Vjolenza fl-Ajruporti li Jservu l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmat f’Montreal fl-24 ta’ Frar 1988 u l-Konvenzjoni dwar l-immarkar ta’ splussivi tal-plastik għall-fini ta’ identifikazzjoni, iffirmata f’Montreal fl-1 ta’ Marzu 1991, diment li ż-żewġ Partijiet ikunu partijiet għal dawn il-konvenzjonijiet, kif ukoll għall-konvenzjonijiet u għall-protokolli l-oħra kollha relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili li għalihom iż-żewġ Partijiet ikunu partijiet.

4.    Fuq talba, il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin l-assistenza kollha meħtieġa biex jiġu evitati atti ta’ ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru ċivili u atti illegali oħra kontra s-sikurezza ta’ tali inġenji tal-ajru, tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ tagħhom, tal-ajruporti u tal-faċilitajiet tan-navigazzjoni bl-ajru, u kwalunkwe theddida oħra għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.

5.    Fejn ma jkunx previst fir-rekwiżiti u fl-istandards regolatorji relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni speċifikati fil-Parti C tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom, fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, jaġixxu b’konformità mal-istandards u mal-prattiki rakkomandati xierqa tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tal-ICAO. Iż-żewġ Partijiet għandhom jeħtieġu li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru tar-reġistru tagħhom, l-operaturi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju jew ir-residenza permanenti tagħhom fit-territorju tagħhom, u l-operaturi tal-ajruporti fit-territorju tagħhom, jaġixxu b’konformità ma’ tali dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni.

6.    Kull Parti għandha tiżgura li fit-territorju tagħha jittieħdu miżuri effettivi biex l-avjazzjoni ċivili tiġi protetta kontra atti ta’ interferenza mhux skont il-liġi, inkluż l-iskrinjar tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-idejn tagħhom, l-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva, l-iskrinjar u l-kontrolli tas-sigurtà għal persuni għajr il-passiġġieri, inklużi l-membri tal-ekwipaġġ u l-oġġetti li jġorru magħhom, l-iskrinjar u l-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija, għall-posta, għall-provvisti tat-titjiriet u tal-ajruport, u l-kontroll tal-aċċess għaż-żoni tat-tlugħ u tal-inżul u għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta. Dawk il-miżuri għandhom jiġu aġġustati skont kemm ikun meħtieġ minħabba żidiet fit-theddidiet għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. Kull Parti taqbel li t-trasportaturi bl-ajru tagħha jistgħu jkunu meħtieġa josservaw id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 5 ta’ dan l-Artikolu u dispożizzjonijiet oħra tas-sigurtà meħtieġa mill-Parti l-oħra, għad-dħul, għat-tluq tagħhom fit-/mit-territorju ta’ dik il-Parti l-oħra, jew sakemm ikunu fih.

7.    B’konformità sħiħa u b’rispett reċiproku għas-sovranità ta’ xulxin, Parti waħda tista’ tadotta miżuri ta’ sigurtà għad-dħul fit-territorju tagħha, kif ukoll miżuri ta’ emerġenza, skont kemm ikun meħtieġ minħabba theddida speċifika għas-sigurtà, li jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien. Kull Parti għandha tagħti kunsiderazzjoni pożittiva lil kwalunkwe talba mill-Parti l-oħra għal miżuri speċjali raġonevoli għas-sigurtà, u l-ewwel Parti għandha tqis il-miżuri ta’ sigurtà li diġà jkun qed jiġu applikati mill-Parti l-oħra u kwalunkwe fehma li l-Parti l-oħra tista’ toffri. Madankollu, kull Parti tirrikonoxxi li xejn f’dan l-Artikolu ma jillimita l-kapaċità ta’ Parti waħda li tirrifjuta d-dħul fit-territorju tagħha ta’ xi titjira jew titjiriet li tqis bħala theddida għas-sigurtà tagħha. Għajr fejn dan ma jkunx possibbli b’mod raġonevoli f’każ ta’ emerġenza, kull Parti tinforma lill-Parti l-oħra bil-quddiem bi kwalunkwe miżura speċjali ta’ sigurtà li tkun biħsiebha tintroduċi u li jista’ jkollha impatt finanzjarju jew operazzjonali sinifikanti fuq is-servizzi tat-trasport bl-ajru pprovduti skont dan il-Ftehim. Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob li ssir laqgħa tal-Kumitat Konġunt biex jiġu diskussi tali miżuri ta’ sigurtà, kif previst fl-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim.

8.    Meta jseħħ inċident jew meta jkun hemm theddida ta’ inċident ta’ ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru ċivili jew atti illegali oħra kontra s-sikurezza ta’ tali inġenji tal-ajru, tal-passiġġieri u tal-membri tal-ekwipaġġ tagħhom, tal-ajruporti jew tal-faċilitajiet tan-navigazzjoni bl-ajru, il-Partijiet għandhom jipprovdu assistenza lil xulxin billi jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u miżuri xierqa oħra maħsuba biex itemmu dak l-inċident jew dik it-theddida malajr u mingħajr periklu.

9.    Kull Parti għandha tieħu l-miżuri kollha li hija tqis li jkunu prattikabbli sabiex tiżgura li inġenju tal-ajru, soġġett għal att ta’ ħtif illegali jew għal atti oħra ta’ interferenza mhux skont il-liġi, li jkun fuq l-art fit-territorju tagħha, jinżamm fuq l-art sakemm it-tluq tiegħu ma jkunx meħtieġ minħabba l-obbligu imperattiv tal-protezzjoni tal-ħajja umana. Kull fejn ikun prattikabbli, tali miżuri għandhom jittieħdu abbażi ta’ konsultazzjonijiet reċiproċi.

10.    Meta Parti jkollha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-Parti l-oħra ma segwietx id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni ta’ dan l-Artikolu, dik il-Parti għandha titlob għal konsultazzjonijiet immedjati mal-Parti l-oħra. Tali konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien tletin (30) jum mill-wasla ta’ tali talba.

11.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim, jekk ma jintlaħaqx ftehim sodisfaċenti fi żmien tletin (30) jum mid-data ta’ tali talba jew ta’ tali perjodu itwal kif jista’ jiġi miftiehem, dan għandu jikkostitwixxi bażi biex jinżammu, jiġu rrevokati, jiġu limitati jew jiġu imposti kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni tal-operat ta’ trasportatur bl-ajru wieħed jew iktar tat-tali Parti l-oħra.

12.    Meta jkun meħtieġ minħabba theddida immedjata u straordinarja, Parti waħda tista’ tieħu azzjoni interim immedjata.

13.    Kwalunkwe azzjoni li tittieħed skont il-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex titkompla kif ikun hemm konformità mill-Parti l-oħra mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

ARTIKOLU 16

Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

1.    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni, ir-regoli jew il-proċeduri rilevanti tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti D tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim, u fejn ma jkunx previst fil-qafas regolatorju tal-UE, minn tal-inqas l-istandards u l-prattiki rakkomandati rilevanti tal-ICAO skont il-kundizzjonijiet stabbiliti iktar ’l isfel.

2.    Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, bil-ħsieb li jestendu l-Ajru Uniku Ewropew għall-Armenja sabiex isaħħu l-istandards attwali tas-sikurezza u l-effiċjenza ġenerali tal-operazzjonijiet ġenerali tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa, sabiex jottimizzaw il-kapaċitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, sabiex jimminimizzaw id-dewmien u sabiex iżidu l-effiċjenza ambjentali. Għalhekk, l-Armenja għandha tkun involuta bħala osservatur fil-Kumitat dwar l-Ajru Uniku u f’korpi oħra relatati tal-Ajru Uniku Ewropew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ u għall-iffaċilitar tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

 

3.    Bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew fit-territorji tagħhom:

(a)    l-Armenja għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex taġġusta s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u l-istrutturi istituzzjonali u ta’ sorveljanza tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tagħha sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Ajru Uniku Ewropew;

(b)    l-Armenja għandha b’mod partikolari tistabbilixxi korp superviżorju nazzjonali pertinenti li jkun minn tal-inqas indipendenti funzjonalment mill-fornitur(i) tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru;

(c)    l-Unjoni Ewropea għandha tassoċja lill-Armenja mal-inizjattivi operazzjonali rilevanti fl-oqsma tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, tal-ispazju tal-ajru u tal-interoperabbiltà li jirriżultaw mill-Ajru Uniku Ewropew, inkluż permezz:

(i)    tal-eżami tal-possibbiltà ta’ kooperazzjoni jew ta’ assoċjazzjoni ma’ blokka funzjonali eżistenti tal-ispazju tal-ajru jew ta’ ħolqien ta’ waħda ġdida;

(ii)    tal-parteċipazzjoni fil-funzjonijiet tan-netwerk tal-Ajru Uniku Ewropew;

(iii)    tal-allinjament mal-pjanijiet tal-użu ta’ SESAR;

(iv)    tat-titjib tal-interoperabbiltà; u

(d)    l-Armenja għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-iskema ta’ prestazzjoni tal-UE bl-għanijiet ta’ ottimizzazzjoni tal-effiċjenza ġenerali tat-titjir, ta’ tnaqqis tal-kostijiet, u ta’ titjib tas-sikurezza u tal-kapaċità tas-sistemi eżistenti.

ARTIKOLU 17

Ambjent

1.    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni, ir-regoli jew il-proċeduri rilevanti tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti E tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

2.    Il-Partijiet jappoġġaw il-ħtieġa li l-ambjent jiġi protett permezz tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tal-avjazzjoni. Il-Partijiet biħsiebhom jaħdmu flimkien biex jidentifikaw il-problemi relatati mal-impatti tal-avjazzjoni fuq l-ambjent.

3.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jaħdmu flimkien, sabiex jikkunsidraw u jimminimizzaw l-effetti tal-avjazzjoni fuq l-ambjent, b’mod konsistenti mal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim. 

4.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jindirizzaw it-tibdil fil-klima u għaldaqstant li jindirizzaw l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra (GHG) assoċjati mal-avjazzjoni, kemm fil-livell domestiku u kemm fil-livell internazzjonali. Huma jaqblu li jintensifikaw il-kooperazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet, inkluż permezz ta’ arranġamenti multilaterali rilevanti, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq li ġiet miftiehma fid-39 Assemblea tal-ICAO u l-użu tal-mekkaniżmu stabbilit skont l-Artikolu 6.4 tal-Ftehim ta’ Pariġi fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima fl-iżvilupp ta’ miżuri globali internazzjonali bbażati fuq is-suq sabiex jiġu indirizzati l-emissjonijiet GHG fis-settur tal-avjazzjoni u kwalunkwe aspett ieħor skont l-Artikolu 6 msemmi hawn fuq li jkollu rilevanza partikolari għall-emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali.

5.    Il-Partijiet jieħdu impenn biex jiskambjaw l-informazzjoni u jkollhom komunikazzjoni diretta u djalogu regolari mal-esperti sabiex titjieb il-kooperazzjoni fir-rigward tal-indirizzar tal-impatti ambjentali tal-avjazzjoni, inkluż:

(a)    fir-rigward tar-riċerka u tal-iżvilupp ta’ teknoloġija tal-avjazzjoni favur l-ambjent;

(b)    fir-rigward tal-innovazzjoni fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tal-avjazzjoni;

(c)    fir-rigward tar-riċerka u tal-iżvilupp ta’ fjuwils alternattivi sostenibbli għall-avjazzjoni;

(d)    skambju ta’ fehmiet dwar problemi fl-indirizzar tal-effetti ambjentali tal-avjazzjoni u l-mitigazzjoni tal-emissjonijiet klimatiċi tal-avjazzjoni; u

(e)    fir-rigward tal-mitigazzjoni u tal-monitoraġġ tal-istorbju, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tal-avjazzjoni.

6.    Il-Partijiet għandhom ukoll, b’konformità mad-drittijiet u mal-obbligi ambjentali multilaterali tagħhom, itejbu b’mod effettiv il-kooperazzjoni, inkluż dik finanzjarja u teknoloġika, b’rabta ma’ miżuri li jkollhom l-għan li jindirizzaw l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-avjazzjoni internazzjonali.

7.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa li jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu jew inkella jindirizzaw l-impatti ambjentali tat-trasport bl-ajru diment li tali miżuri jkunu konsistenti għalkollox mad-drittijiet u mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali.

ARTIKOLU 18

Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru

Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, magħmula f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999 (il-Konvenzjoni ta’ Montreal).

ARTIKOLU 19

Protezzjoni tal-konsumaturi

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni, ir-regoli jew il-proċeduri rilevanti tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti F tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 20

Sistemi kompjuterizzati ta’ prenotazzjoni

1.    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni, ir-regoli jew il-proċeduri rilevanti tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti A tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

2.    Il-bejjiegħa tas-sistemi kompjuterizzati ta’ riżervazzjoni (minn hawn ’il quddiem CRS) li joperaw fit-territorju ta’ Parti waħda għandhom ikunu intitolati li jdaħħlu, li jżommu, u li jagħmlu s-CRSs tagħhom disponibbli liberament għall-aġenziji tal-ivvjaġġar jew għall-kumpaniji tal-ivvjaġġar li n-negozju prinċipali tagħhom ikun id-distribuzzjoni ta’ prodotti relatati mal-ivvjaġġar fit-territorju tal-Parti l-oħra, diment li l-bejjiegħ tas-CRS jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit regolatorju rilevanti tal-Parti l-oħra.

3.    Il-Partijiet għandhom jannullaw kwalunkwe rekwiżit eżistenti li jista’ jirrestrinġi l-aċċess liberu mis-CRSs ta’ Parti waħda għas-suq tal-Parti l-oħra jew inkella jillimita l-kompetizzjoni. Il-Partijiet ma għandhomx jadottaw tali rekwiżiti fil-ġejjieni.

4.    L-ebda Parti ma għandha, fit-territorju tagħha, timponi jew tippermetti li jiġu imposti fuq il-bejjiegħa tas-CRS tal-Parti l-oħra, rekwiżiti fir-rigward tal-wiri tas-CRS, li jkunu differenti minn dawk imposti fuq il-bejjiegħa tas-CRS tagħha stess jew fuq bejjiegħa tas-CRS oħra li joperaw fis-suq tagħha. L-ebda Parti ma għandha tipprevjeni l-konklużjoni ta’ ftehimiet bejn il-bejjiegħa tas-CRS, il-fornituri tagħhom u l-abbonati tagħhom fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-servizzi tal-ivvjaġġar u li jkunu qed jiffaċilitaw il-wiri ta’ informazzjoni komprensiva u imparzjali lill-konsumaturi, jew l-issodisfar tar-rekwiżiti regolatorji dwar wiri newtrali.

5.    Is-sidien u l-operaturi ta’ CRSs ta’ Parti waħda li jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti tal-Parti l-oħra, jekk ikun hemm, għandu jkollhom l-istess opportunità ta’ sjieda ta’ CRSs fit-territorju tal-Parti l-oħra bħalma jkollhom is-sidien u l-operaturi ta’ kwalunkwe bejjiegħ tas-CRS ieħor li jopera fis-suq ta’ dik il-Parti.

ARTIKOLU 21

Aspetti soċjali

1.    Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni, ir-regoli jew il-proċeduri rilevanti tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji relatati mat-trasport bl-ajru speċifikati fil-Parti G tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

2.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jikkunsidraw l-effetti ta’ dan il-Ftehim fuq ix-xogħol, l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Il-Partijiet jieħdu impenn biex jikkooperaw fuq kwistjoni tax-xogħol fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim, fost affarijiet oħra b’rabta mal-impatti fuq l-impjiegi, id-drittijiet fundamentali fil-post tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali u d-djalogu soċjali.

3.    Permezz tal-liġijiet, tar-regolamenti u tal-prattiki tagħhom, il-Partijiet għandhom jippromwovu livelli għoljin ta’ protezzjoni fl-oqsma soċjali u tax-xogħol tas-settur tal-avjazzjoni ċivili.

4.    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-benefiċċji li jfeġġu meta l-qligħ ekonomiku sinifikanti mis-swieq miftuħa u kompetittivi jiġu kkombinati ma’ standards tax-xogħol għoljin għall-ħaddiema. Il-Partijiet għandhom jimplimentaw dan il-Ftehim b’mod li jikkontribwixxi għal standards tax-xogħol għoljin, irrispettivament mis-sjieda jew min-natura tat-trasportaturi bl-ajru kkonċernati, u sabiex jiżguraw li d-drittijiet u l-prinċipji fil-liġijiet u fir-regolamenti rispettivi tagħhom ma jiġux imminati iżda jiġu infurzati b’mod effettiv.

5.    Il-Partijiet jieħdu impenn għall-promozzjoni u għall-implimentazzjoni effettiva fil-liġijiet u fil-prattiki tagħhom ta’ standards fundamentali tax-xogħol rikonoxxuti internazzjonalment kif hemm fil-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol kif irratifikati mill-Armenja u mill-Istati Membri tal-UE.

6.    Il-Partijiet jieħdu impenn għall-promozzjoni wkoll ta’ standards u ta’ ftehimiet miftiehma internazzjonalment fl-oqsma soċjali u tax-xogħol ta’ rilevanza għas-settur tal-avjazzjoni ċivili u għall-implimentazzjoni effettiva u għall-infurzar tagħhom fil-leġiżlazzjoni domestika tagħhom.

7.    Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob li ssir laqgħa tal-Kumitat Konġunt biex jiġu indirizzati l-problemi li l-Parti li tkun qed tagħmel it-talba tidentifika bħala sinifikanti.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

ARTIKOLU 22

Interpretazzjoni u infurzar

1.    Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, kemm jekk ikunu ġenerali u kemm jekk ikunu partikolari, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-obbligi li jfeġġu minn dan il-Ftehim u ma għandhomx jieħdu xi miżuri li jxekklu l-ksib tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

2.    Kull Parti għandha tkun responsabbli, fit-territorju tagħha stess, għall-infurzar kif suppost ta’ dan il-Ftehim.

3.    Kull Parti għandha tagħti lill-Parti l-oħra l-informazzjoni u l-assistenza kollha meħtieġa, soġġett għal-liġijiet u għar-regolamenti applikabbli tal-Parti rispettiva, fil-każ ta’ investigazzjonijiet dwar ksur possibbli li dik il-Parti l-oħra twettaq fil-kompetenzi rispettivi tagħha kif previst f’dan il-Ftehim.

4.    Kull meta l-Partijiet jaġixxu skont is-setgħat mogħtija lilhom b’dan il-Ftehim fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jkunu ta’ interess għall-Parti l-oħra u li jikkonċernaw lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-impriżi tal-Parti l-oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra għandhom ikunu informati għalkollox u għandhom jingħataw l-opportunità biex jikkummentaw qabel ma tittieħed deċiżjoni finali.

5.    Diment li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tal-atti speċifikati fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim ikunu identiċi fis-sustanza għar-regoli korrispondenti tat-Trattati tal-UE u tal-atti adottati skont it-Trattati tal-UE, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom, fl-implimentazzjoni u fl-applikazzjoni tagħhom, jiġu interpretati b’konformità mas-sentenzi u mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Kummissjoni Ewropea.

ARTIKOLU 23

Il-Kumitat Konġunt

1.    B’dan, qed jiġi stabbilit Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, li għandu jkun responsabbli biex jissorvelja l-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim filwaqt li għandu jiżgura l-implimentazzjoni kif suppost tiegħu. Il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet fejn dan ikun previst b’mod espliċitu f’dan il-Ftehim.

2.    Il-Kumitat Konġunt għandu jopera, u jieħu deċiżjonijiet, abbażi ta’ konsensus. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat Konġunt għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet.

3.    Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

4.    Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kif u meta jkun meħtieġ, minn tal-inqas darba fis-sena. Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob biex issir laqgħa tal-Kumitat Konġunt.

5.    Parti waħda tista’ titlob li ssir laqgħa tal-Kumitat Konġunt biex tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe kwistjoni relatata mal-interpretazzjoni jew mal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Tali laqgħa għandha tibda fl-eqreb data possibbli, u mhux iktar tard minn xahrejn (2) mid-data tal-wasla tat-talba, sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor mill-Partijiet.

6.    Għall-fini tal-implimentazzjoni kif suppost ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u, fuq talba li ssir minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt.

7.    Skont l-għoti ta’ drittijiet stabbilit fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt, permezz ta’ deċiżjoni, għandu jivvalida l-evalwazzjoni li tkun twettqet mill-Unjoni Ewropea tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni mill-Armenja tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness I ta’ dan il-Ftehim.

8.    Skont l-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina kwistjonijiet relatati ma’ investimenti fit-trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet u ma’ bidliet fil-kontroll effettiv tat-trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet.

9.    Skont l-Artikolu 14 (Sikurezza tal-avjazzjoni) ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jimmonitorja l-proċess ta’ eliminazzjoni gradwali waqt il-fażi ta’ tranżizzjoni deskritta fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim ta’ inġenji tal-ajru rreġistrati fir-Repubblika tal-Armenja u li jintużaw mill-operaturi taħt il-kontroll regolatorju tar-Repubblika tal-Armenja, li ma jkunx inħarġilhom ċertifikat tat-tip skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE speċifikata fil-Parti B tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-eliminazzjoni gradwali ta’ dawn l-inġenji tal-ajru skont l-eliminazzjoni gradwali miftiehma, deskritta fil-paragrafu 7 tal-Anness I ta’ dan il-Ftehim.

10.    Il-Kumitat Konġunt għandu wkoll jiżviluppa l-kooperazzjoni, b’mod partikolari, iżda mhux limitat, billi:

(a)    jirrieżamina l-kundizzjonijiet tas-suq li jaffettwaw is-servizzi bl-ajru skont dan il-Ftehim;

(b)    jindirizza l-problemi marbuta man-negozju u l-problemi marbuta mal-opportunitajiet kummerċjali deskritti fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim li jistgħu, fost affarijiet oħra, ixekklu l-aċċess għas-suq u l-operat mingħajr intoppi tas-servizzi bl-ajru skont dan il-Ftehim, bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni effettiva u bħala mezz biex jiġu żgurati l-kompetizzjoni ġusta, il-konverġenza regolatorja u l-minimizzazzjoni tal-piż regolatorju tal-operat tas-servizzi bl-ajru;

(c)    jiskambja l-informazzjoni, inkluż billi javża dwar bidliet fil-liġijiet, fir-regolamenti u fil-politiki tal-Partijiet rispettivi li jistgħu jaffettwaw is-servizzi bl-ajru;

(d)    iqis l-oqsma potenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta’ dan il-Ftehim, inkluża r-rakkomandazzjoni ta’ emendi għal dan il-Ftehim jew ta’ kundizzjonijiet u ta’ proċeduri għall-adeżjoni ta’ pajjiżi terzi f’dan il-Ftehim;

(e)    jiddiskuti l-problemi ġenerali relatati mal-investiment, mas-sjieda u mal-kontroll;

(f)    jiżviluppa l-kooperazzjoni regolatorja u l-impenn reċiproku biex jinkisbu r-rikonoxximent reċiproku u l-konverġenza tar-regoli u tal-miżuri;

(g)    irawwem il-konsultazzjoni, fejn ikun xieraq, dwar il-problemi tat-trasport bl-ajru li jiġu indirizzati fl-organizzazzjonijiet internazzjonali, fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u fl-arranġamenti multilaterali, inkluża l-kunsiderazzjoni dwar jekk għandux jiġi adottat approċċ konġunt;

(h)    jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni statistika bejniethom għall-fini ta’ monitoraġġ tal-iżvilupp tas-servizzi bl-ajru skont dan il-Ftehim; u

(i)    jikkunsidra l-effetti soċjali tal-Ftehim kif ikun qed jiġi implimentat u jiżviluppa tweġibiet xierqa għat-tħassib li jinstab li jkun leġittimu.

11.    Jekk il-Kumitat Konġunt ma jikkunsidrax problema li tkun ilha li tressqet lilu fi żmien sitt (6) xhur mid-data tat-tressiq, il-Partijiet jistgħu jieħdu miżuri ta’ salvagwardja xierqa skont l-Artikolu 25 ta’ dan il-Ftehim.

12.    Dan il-Ftehim ma għandux jipprekludi l-kooperazzjoni u d-diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetentital-Partijiet ’il barra mill-Kumitat Konġunt, inkluż fl-oqsma tas-sigurtà, tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, tal-infrastruttura tal-avjazzjoni, tal-kompetizzjoni u tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Konġunt dwar l-eżitu ta’ tali kooperazzjoni u diskussjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 24

Soluzzjoni għat-tilwim u arbitraġġ

1.    Kwalunkwe tilwima b’rabta mal-applikazzjoni u mal-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim, għajr problemi li jinqalgħu skont l-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim, li ma tiġix solvuta b’laqgħa tal-Kumitat Konġunt, tista’, fuq talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, tiġi ppreżentata għal arbitraġġ skont il-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.    It-talba għal arbitraġġ għandha ssir bil-miktub lill-Parti l-oħra. Il-Parti li tressaq l-ilment għandha tidentifika fit-talba tagħha l-miżura inkwistjoni, u għandha tispjega kif tali miżura mhijiex konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim b’mod suffiċjenti biex il-bażi ġuridika għall-ilment tiġi ppreżentata b’mod ċar.

3.    Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, l-arbitraġġ għandu jsir permezz ta’ tribunal ta’ tliet arbitri li jrid jiġi kkostitwit kif ġej:

(a)    fi żmien għoxrin (20) jum wara l-wasla tat-talba għal arbitraġġ, kull Parti għandha taħtar arbitru wieħed. Fi żmien tletin (30) jum wara li dawn iż-żewġ arbitri jkunu nħatru, huma għandhom bi ftehim jaħtru t-tielet arbitru, li għandu jaġixxi bħala President tat-tribunal;

(b)    jekk kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma taħtarx arbitru, jew jekk it-tielet arbitru ma jiġix maħtur skont is-sottoparagrafu (a) ta’ dan il-paragrafu, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob lill-President tal-Kunsill tal-ICAO biex jaħtar l-arbitru jew l-arbitri meħtieġa fi żmien tletin (30) jum mill-wasla ta’ dik it-talba. Jekk il-President tal-Kunsill tal-ICAO ikun ċittadin tal-Armenja jew inkella ta’ Stat Membru tal-UE, l-iktar Viċi President anzjan ta’ dak il-Kunsill, li ma jkunx skwalifikat għal dik ir-raġuni, għandu jieħu ħsieb il-ħatra.

4.    Id-data ta’ stabbiliment tat-tribunal għandha tkun id-data li fiha l-aħħar wieħed mit-tliet arbitri jaċċetta l-ħatra skont il-proċeduri li jridu jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

5.    Jekk Parti waħda titlob dan, it-tribunal għandu, fi żmien għaxart (10) ijiem mill-istabbiliment tiegħu, jieħu deċiżjoni preliminari dwar jekk il-każ iqisux bħala wieħed urġenti.

6.    Fuq talba ta’ Parti waħda, it-tribunal jista’ jordna lill-Parti l-oħra timplimenta miżuri interim ta’ rimedju sakemm tittieħed id-deċiżjoni finali tat-tribunal.

7.    It-tribunal għandu jinnotifika rapport interim lill-Partijiet li jistabbilixxi s-sejbiet ta’ fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti u r-raġunament bażiku għal kwalunkwe sejba u rakkommandazzjoni li jagħmel, sa mhux iktar tard minn disgħin (90) jum wara d-data ta’ stabbiliment tiegħu. Fejn jikkunsidra li dik l-iskadenza ma tistax tiġi ssodisfata, il-President tat-tribunal għandu jinnotifika lill-Partijiet bil-miktub, u jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha t-tribunal qed jippjana li jinnotifika r-rapport interim tiegħu. Ir-rapport interim fl-ebda ċirkostanza ma għandu jiġi nnotifikat iktar tard minn mija u għoxrin (120) jum wara d-data ta’ stabbiliment tat-tribunal.

8.    Parti waħda tista’ tippreżenta talba bil-miktub lit-tribunal biex jirrieżamina l-aspetti speċifiċi tar-rapport interim fi żmien 14-il jum min-notifika tiegħu.

9.    F’każijiet ta’ urġenza, it-tribunal għandu jagħmel kull sforz biex jinnotifika r-rapport interim tiegħu fi żmien ħamsa u erbgħin (45) jum u, fi kwalunkwe każ, mhux iktar tard minn sittin (60) jum wara d-data ta’ stabbiliment tiegħu. Parti waħda tista’ tippreżenta talba bil-miktub lit-tribunal biex jirrieżamina l-aspetti preċiżi tar-rapport interim fi żmien sebat (7) ijiem min-notifika tar-rapport interim. Wara li jikkunsidra kwalunkwe kumment bil-miktub mingħand il-Partijiet fir-rigward tar-rapport interim, it-tribunal jista’ jimmodifika r-rapport tiegħu u jwettaq kwalunkwe eżami ulterjuri jekk iqis li jkun xieraq. Is-sejbiet tad-deċiżjoni finali għandhom jinkludu diskussjoni suffiċjenti tal-argumenti li jkunu tressqu fl-istadju tar-rieżami interim, u għandhom iwieġbu b’mod ċar il-mistoqsijiet u l-osservazzjonijiet tal-Partijiet.

10.    It-tribunal għandu jinnotifika d-deċiżjoni finali lill-Partijiet fi żmien mija u għoxrin (120) jum mid-data ta’ stabbiliment tiegħu. Fejn jikkunsidra li dik l-iskadenza ma tistax tiġi ssodisfata, il-President tat-tribunal għandu jinnotifika lill-Partijiet bil-miktub, u jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha t-tribunal qed jippjana li jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu. Id-deċiżjoni fl-ebda ċirkostanza ma għandha tiġi nnotifikata iktar tard minn mija u ħamsin (150) jum wara d-data ta’ stabbiliment tat-tribunal.

11.    F’każijiet ta’ urġenza, it-tribunal għandu jagħmel kull sforz biex jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu fi żmien sittin (60) jum mid-data ta’ stabbiliment tiegħu. Fejn jikkunsidra li dik l-iskadenza ma tistax tiġi ssodisfata, il-President tat-tribunal għandu jinnotifika lill-Partijiet bil-miktub, u jiddikjara r-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha t-tribunal qed jippjana li jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu. Id-deċiżjoni fl-ebda ċirkostanza ma għandha tiġi nnotifikata iktar tard minn ħamsa u sebgħin (75) jum wara d-data ta’ stabbiliment tat-tribunal.

12.    Il-Partijiet jistgħu jippreżentaw talbiet għal kjarifika tad-deċiżjoni finali fi żmien għaxart (10) ijiem wara li tiġi nnotifikata u kwalunkwe kjarifika li tingħata għandha tinħareġ fi żmien ħmistax-il (15) jum minn tali talba.

13.    Jekk it-tribunal jistabbilixxi li kien hemm ksur ta’ dan il-Ftehim u l-Parti responsabbli ma tikkonformax mad-deċiżjoni finali tat-tribunal, jew ma tilħaqx ftehim mal-Parti l-oħra fir-rigward ta’ soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ Partijiet fi żmien erbgħin (40) jum min-notifika tad-deċiżjoni finali tat-tribunal, il-Parti l-oħra tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ benefiċċji komparabbli li jfeġġu minn dan il-Ftehim jew tista’ tissospendi parzjalment jew, jekk ikun meħtieġ, għalkollox l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim sa meta l-Parti responsabbli tikkonforma mad-deċiżjoni finali tat-tribunal jew il-Partijiet jilħqu ftehim fir-rigward ta’ soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ Partijiet.

ARTIKOLU 25

Miżuri ta’ salvagwardja

1.    Jekk waħda mill-Partijiet tikkunsidra li l-Parti l-oħra ma ssodisfatx obbligu skont dan il-Ftehim, tista’ tieħu l-miżuri ta’ salvagwardja xierqa. Il-miżuri ta’ salvagwardja għandhom ikunu ristretti fir-rigward tal-ambitu u d-durata tagħhom, għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex ikun hemm rimedju tas-sitwazzjoni jew sabiex jinżamm il-bilanċ ta’ dan il-Ftehim. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li jfixklu l-inqas il-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.

2.    Parti li tkun qed tikkunsidra li tieħu miżuri ta’ salvagwardja għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra permezz tal-Kumitat Konġunt u għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha.

3.    Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw minnufih lill-Kumitat Konġunt bl-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd.

4.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(1)(c) u għall-Artikolu 5(1)(c) ta’ dan il-Ftehim, il-Parti kkonċernata ma tistax tieħu miżuri ta’ salvagwardja qabel ma jkun għadda xahar wieħed (1) mid-data tan-notifika skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-proċedura ta’ konsultazzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx ġiet konkluża qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imsemmi.

5.    Il-Parti kkonċernata għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika l-miżuri meħuda lill-Kumitat Konġunt u għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha.

6.    Kwalunkwe azzjoni meħuda skont it-termini ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi terminata malli l-Parti li ma tkunx issodisfat l-obbligi tissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 26

Relazzjoni ma’ ftehimiet oħra

1.    Waqt il-perjodu ta’ applikazzjoni proviżorja skont l-Artikolu 30 ta’ dan il-Ftehim, il-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali eżistenti bejn ir-Repubblika tal-Armenja u l-Istati Membri tal-UE li jkunu fis-seħħ meta jiġi ffirmat dan il-Ftehim għandhom jiġu sospiżi, għajr fil-każ previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.    Minkejja l-paragrafu 1 u l-paragrafu 3 u diment li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea abbażi tan-nazzjonalità:

(a)    id-drittijiet eżistenti u d-dispożizzjonijiet jew it-trattamenti iktar favorevoli fir-rigward tas-sjieda, tad-drittijiet tat-traffiku, tal-kapaċità, tal-frekwenzi, tat-tip jew tat-tibdil tal-inġenju/i tal-ajru, tal-code-sharing u tal-ipprezzar skont il-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Armenja u l-Istati Membri tal-UE li jkunu fis-seħħ meta jiġi ffirmat dan il-Ftehim u li mhumiex koperti jew li huma iktar favorevoli jew flessibbli f’termini ta’ libertà għat-trasportaturi bl-ajru kkonċernati milli skont dan il-Ftehim, jistgħu jkomplu jiġu eżerċitati;

(b)    tilwima bejn il-Partijiet dwar jekk id-dispożizzjonijiet jew it-trattamenti skont il-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Armenja u l-Istati Membri tal-UE humiex iktar favorevoli jew flessibbli għandha tiġi solvuta fil-qafas tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim previst fl-Artikolu 24. It-tilwimiet fir-rigward ta’ kif tiġi stabbilita r-relazzjoni bejn dispożizzjonijiet jew trattamenti kunfliġġenti għandha wkoll tiġi solvuta fil-qafas tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim previst fl-Artikolu 24.

3.    Mad-dħul fis-seħħ skont l-Artikolu 30 ta’ dan il-Ftehim, dan il-Ftehim għandu jipprevali fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali eżistenti bejn ir-Repubblika tal-Armenja u l-Istati Membri tal-UE li jkunu fis-seħħ meta jiġi ffirmat dan il-Ftehim, għajr fil-każ previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.    Jekk il-Partijiet isiru partijiet għal xi ftehim multilaterali, jew japprovaw deċiżjoni adottata mill-ICAO jew minn xi organizzazzjoni internazzjonali oħra, li jindirizzaw il-kwistjonijiet koperti b’dan il-Ftehim, huma għandhom jikkonsultaw fil-pront fil-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx jenħtieġ li dan il-Ftehim jiġi rrevedut sabiex jitqiesu tali żviluppi.

ARTIKOLU 27

Emendi

1.    Kwalunkwe emenda għal dan il-Ftehim għandha tiġi miftiehma bejn il-Partijiet b’konformità mal-konsultazzjonijiet li jkunu saru skont l-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ skont it-termini stabbiliti fl-Artikolu 30 ta’ dan il-Ftehim.

2.    Jekk waħda mill-Partijiet tkun tixtieq temenda d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, għandha tinnotifika lill-Kumitat Konġunt b’din id-deċiżjoni tagħha.

3.    Il-Kumitat Konġunt jista’, fuq proposta ta’ waħda mill-Partijiet u skont dan l-Artikolu, jiddeċiedi b’konsensus li jimmodifika l-Annessi ta’ dan il-Ftehim.

4.    Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Parti, soġġett għall-konformità mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim biex b’mod unilaterali tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida jew tiġi emendata l-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew f’qasam assoċjat imsemmi fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

5.    Meta waħda mill-Partijiet tkun qed tikkunsidra xi leġiżlazzjoni jew xi emenda ġdida għal-leġiżlazzjoni eżistenti tagħha fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew f’qasam assoċjat imsemmi fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim, għandha tinforma lill-Parti l-oħra kif ikun xieraq u possibbli. Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jista’ jseħħ skambju ta’ fehmiet fil-Kumitat Konġunt.

6.    Kull Parti għandha, b’mod regolari u malli jkun xieraq, tinforma lill-Parti l-oħra b’xi leġiżlazzjoni jew b’xi emenda ġdida adottata fil-leġiżlazzjoni eżistenti tagħha fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew f’qasam assoċjat imsemmi fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim. Fuq talba ta’ kwalunkwe Parti, fi żmien (60) sittin jum minn mindu tkun saret dik it-talba, il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq skambju ta’ fehmiet dwar l-implikazzjonijiet ta’ tali leġiżlazzjoni jew emenda ġdida għall-funzjonament kif suppost ta’ dan il-Ftehim.

7.    Wara l-iskambju ta’ fehmiet imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Kumitat Konġunt għandu:

(a)    jadotta deċiżjoni li tirrevedi l-Anness II ta’ dan il-Ftehim sabiex jintegra fih, jekk ikun meħtieġ abbażi ta’ reċiproċità, il-leġiżlazzjoni jew l-emenda l-ġdida inkwistjoni;

(b)    jadotta deċiżjoni b’tali mod li l-leġiżlazzjoni jew l-emenda l-ġdida inkwistjoni għandha titqies bħala konformi ma’ dan il-Ftehim; jew

(c)    jirrakkomanda kwalunkwe miżura oħra, li trid tiġi adottata fi żmien raġonevoli, sabiex jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament kif suppost ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 28

Terminazzjoni

Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’, fi kwalunkwe żmien, tagħti avviż bil-miktub, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, lill-Parti l-oħra dwar id-deċiżjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim. Tali avviż għandu jintbagħat b’mod simultanju lill-ICAO u lis-Segretarjat tan-NU. Dan il-Ftehim għandu jintemm f’nofsillejl GMT fl-aħħar tal-istaġun tat-traffiku tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) b’effett sena (1) waħda wara d-data tal-avviż ta’ terminazzjoni bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat bi ftehim bejn il-Partijiet qabel jintemm dan il-perjodu.

ARTIKOLU 29

Reġistrazzjoni tal-Ftehim

Dan il-Ftehim u kwalunkwe emenda tiegħu għandhom jiġu rreġistrati mal-ICAO, skont l-Artikolu 83 tal-Konvenzjoni, u mas-Segretarjat tan-NU, skont l-Artikolu 102 tal-Karta tan-NU, wara d-dħul fis-seħħ tagħhom.

ARTIKOLU 30

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni proviżorja

1.Dan il-Ftehim għandu jkun soġġett għal ratifika jew għal approvazzjoni mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti tar-ratifika jew tal-approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mad-Depożitarju, li għandu jinnotifika lill-Parti l-oħra kif ukoll lill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali b’dan.

2.Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jkun id-Depożitarju ta’ dan il-Ftehim.

3.Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara n-notifika mid-Depożitarju lill-Partijiet li tikkonferma l-wasla tal-aħħar strument ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni.

4.Minkejja l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim b’mod proviżorju, kif stabbilit fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, skont il-proċeduri interni u l-leġiżlazzjoni domestika rispettivi tagħhom kif ikun applikabbli.

5.L-applikazzjoni proviżorja għandha tkun effettiva mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara n-notifika mid-Depożitarju lill-Partijiet li tikkonferma l-wasla ta’ dawn li ġejjin:

(a) in-notifika mill-Unjoni Ewropea dwar it-tlestija tal-proċeduri rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u li huma meħtieġa għal dan l-għan; u

(b) l-istrument ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni depożitati mill-Armenja kif imsemmi fil-paragrafu 1.

B’XIEHDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn taħt, debitament awtorizzati li jagħmlu dan, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi […] fi […] fis-sena […], f’żewġ kopji, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż, bl-Iżvediż u bl-Armen, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

Għar-Repubblika tal-Armenja    Għall-Unjoni Ewropea

                                       Għar-Renju tal-Belġju,

                                       Għar-Repubblika tal-Bulgarija,

                                       Għar-Repubblika Ċeka,

                                       Għar-Renju tad-Danimarka,

   Għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

                                       Għar-Repubblika tal-Estonja,

   

                                       Għall-Irlanda,

                                       Għar-Repubblika Ellenika,

                                       Għar-Renju ta’ Spanja,

                                       

Għar-Repubblika Franċiża,

                                       Għar-Repubblika tal-Kroazja,

                                       Għar-Repubblika Taljana,

                                       Għar-Repubblika ta’ Ċipru,

                                       Għar-Repubblika tal-Latvja,

                                       Għar-Repubblika tal-Litwanja,

                                       Għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu,

                                       Għall-Ungerija,

                                       Għal Malta,

                                       Għar-Renju tan-Netherlands,

                                       Għar-Repubblika tal-Awstrija,

                                       Għar-Repubblika tal-Polonja,

                                       Għar-Repubblika Portugiża,

                                       Għar-Rumanija,

                                       Għar-Repubblika tas-Slovenja,

                                       Għar-Repubblika Slovakka,

                                       Għar-Repubblika tal-Finlandja,

                                       Għar-Renju tal-Iżvezja,

                                       

ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

1.    Il-konformità tal-Armenja mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji kollha b’rabta mat-trasport bl-ajru speċifikati fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim, għajr il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni speċifikata fil-Parti C tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim, għandha tkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea li għandha tiġi vvalidata b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Tali evalwazzjoni għandha titwettaq mhux iktar tard minn sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

2.    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, id-drittijiet maqbula u r-rotot speċifikati ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jinkludu, sal-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Anness I ta’ dan il-Ftehim, id-dritt għat-trasportaturi bl-ajru taż-żewġ Partijiet biex jeżerċitaw id-drittijiet tal-ħames libertà għajr dawk li diġà jkunu ngħataw skont il-ftehimiet bilaterali bejn l-Armenja u l-Istati Membri tal-UE, inkluż għat-trasportaturi bl-ajru tal-Armenja bejn il-punti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

Mal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness I, it-trasportaturi bl-ajru taż-żewġ Partijiet għandhom ikunu intitolati jeżerċitaw id-drittijiet tal-ħames libertà, inkluż għat-trasportaturi bl-ajru tal-Armenja bejn il-punti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim.

3.    Il-konformità tal-Armenja mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji kollha b’rabta mal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni speċifikata fil-Parti C tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim għandha tkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea li għandha tiġi vvalidata b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Tali evalwazzjoni għandha titwettaq mhux iktar tard minn tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Sadanittant, l-Armenja għandha timplimenta d-Dokument 30 tal-ECAC.

4.    Mal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness, il-parti kunfidenzjali tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni speċifikata fil-Parti C tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim għandha ssir disponibbli għall-awtorità xierqa tal-Armenja, soġġett għal ftehim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva, inkluża informazzjoni kklassifikata tal-UE.

5.    It-tranżizzjoni gradwali tal-Armenja lejn l-applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea b’rabta mat-trasport bl-ajru speċifikata fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim tista’ tkun soġġetta għal valutazzjonijiet regolari. Il-valutazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mal-Armenja.

6.    Mid-data tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness, l-Armenja se tapplika regoli dwar l-operat tal-ħruġ tal-liċenzji li huma sostanzjalment ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4.3 ta’ dan il-Ftehim fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku tal-idoneità u/jew taċ-ċittadinanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Armenja għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea malli l-Kumitat Konġunt jikkonferma l-applikazzjoni sħiħa mill-Armenja ta’ tali regoli dwar l-operat tal-ħruġ tal-liċenzji.

 

7.    Mingħajr preġudizzju għal deċiżjoni fil-Kumitat Konġunt jew skont l-Artikolu 25 (Miżuri ta’ salvagwardja), l-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru rreġistrati fir-reġistru Armen u li jintużaw minn operaturi taħt il-kontroll regolatorju tal-Armenja, li ma jkunx inħarġilhom ċertifikat tat-tip mill-EASA skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE fil-Parti B tal-Anness II ta’ dan il-Ftehim, tista’ tiġi ġestita taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti Armeni skont ir-rekwiżiti nazzjonali applikabbli tal-Armenja sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2023, diment li l-inġenji tal-ajru jikkonformaw mal-istandards internazzjonali dwar is-sikurezza li ġew stabbiliti skont il-konvenzjoni. Tali inġenji tal-ajru ma għandhom jibbenefikaw minn ebda dritt mogħti skont dan il-Ftehim u ma għandhomx joperaw fuq rotot tal-ajru lejn l-Unjoni Ewropea, minnha jew fiha.



ANNESS II

(Soġġett għal aġġornament regolari)

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti u mal-istandards regolatorji tad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-atti li ġejjin skont dan il-Ftehim, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fl-Anness I ta’ dan il-Ftehim (Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali). Fejn ikun meħtieġ, hawn taħt ġew stabbiliti adattamenti speċifiċi għal kull att individwali:

A.AĊĊESS GĦAS-SUQ U KWISTJONIJIET ANĊILLARI

Nru 1008/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 2, 23(1), 24 u l-Anness I kif ukoll il-Kapitolu II b’konformità mal-paragrafu 6 tal-Anness I tal-Ftehim.

Nru 785/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010 tas-6 ta’ April 2010

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8.

Nru 2009/12

Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11.

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9, 11 sa 21 u l-Anness;

fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(2), it-terminu “il-Kummissjoni” għandu jinqara “il-Kumitat Konġunt”.

Nru 80/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riżervazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11 u l-Annessi.



B.SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI

Sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u r-Regolament Bażiku tal-EASA

Nru 216/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendat:

bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009 tat-30 ta’ Lulju 2009

bir-Regolament (KE) Nru 1108/2009, id-dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 3 (l-ewwel paragrafu biss) u l-Anness

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2013 tat-8 ta’ Jannar 2013

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/4 tal-5 ta’ Jannar 2016

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 68 għajr l-Artikolu 65, it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 69(1), l-Artikolu 69(4) u l-Annessi I sa VI.

Nru 319/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 17 u l-Anness.

Nru 646/2012

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 646/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 25.

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 7 u l-Anness.

Operazzjonijiet tal-ajru

Nru 965/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat:

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013 tal-14 ta’ Awwissu 2013

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014 tas-27 ta’ Jannar 2014

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014 tad-29 ta’ Jannar 2014

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014 tas-7 ta’ April 2014

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140 tad-29 ta’ Jannar 2015

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329 tal-31 ta’ Lulju 2015

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338 tal-11 ta’ Diċembru 2015

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199 tat-22 ta’ Lulju 2016

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/363 tal-1 ta’ Marzu 2017

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9a, l-Annessi I sa VIII.

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru

Nru 1178/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat:

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014 tas-27 ta’ Jannar 2014

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014 tat-13 ta’ Marzu 2014

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445 tas-17 ta’ Marzu 2015

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539 tas-6 ta’ April 2016

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11, l-Annessi I sa IV.

Investigazzjoni tal-aċċidenti

Nru 996/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fl-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE, kif emendat:

bir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 23, għajr l-Artikolu 7(4) u l-Artikolu 19 (imħassra bir-Regolament (UE) Nru 376/2014).

Nru 2012/780

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2012/780 tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta’ aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5.

Ajrunavigabbiltà inizjali

Nru 748/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013 tat-8 ta’ Jannar 2013

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014 tas-27 ta’ Jannar 2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1039 tat-30 ta’ Ġunju 2015

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/5 tal-5 ta’ Jannar 2016

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, l-Anness I.

Ajrunavigabbiltà kontinwa

Nru 1321/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088 tat-3 ta’ Lulju 2015

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536 tas-16 ta’ Settembru 2015

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/334 tas-27 ta’ Frar 2017

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6, l-Annessi I sa IV.

Speċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà

Nru 2015/640

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5 u l-Annessi.

Ajrudromi

Nru 139/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, l-Annessi I sa IV.

Operaturi minn Pajjiżi Terzi

Nru 452/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4 u l-Annessi 1 u 2.

ATM/ANS

Nru 2015/340

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, l-Annessi I sa IV.

Nru 2017/373

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10 u l-Annessi.

Rappurtar tal-okkorrenzi

Nru 376/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 7; l-Artikolu 9(3); l-Artikolu 10(2) sa (4); l-Artikolu 11(1) u (7); l-Artikolu 13, għajr il-paragrafu (9); l-Artikoli 14 sa 16; l-Artikolu 21 u l-Annessi I sa III.

Nru 2015/1018

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta’ klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b’mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

 

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikolu 1 u l-Annessi I sa V.

Spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni

Nru 628/2013

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar metodi ta’ operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 26.

Lista tal-Unjoni Ewropea ta’ trasportaturi tal-ajru soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għas-sikurezza tal-ajru

Nru 2111/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 13, 15 sa 16 u l-Anness.

Nru 473/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6, l-Annessi A sa C.

Nru 474/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/963 tas-16 ta’ Ġunju 2016

Dispożizzjonijiet applikabbli: L-Artikoli 1 u 2, l-Annessi I u II.

Rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, kif emendat:

bir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006

bir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006

bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2007

bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, għajr l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8(2), (it-tieni sentenza), l-Artikoli 12 sa 13 u l-Annessi I sa III



C.SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI

Nru 300/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15, 18 u 21, u l-Anness.

Nru 272/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008, kif emendat:

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010 tad-9 ta’ April 2010

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011 tat-22 ta’ Lulju 2011

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011 tal-10 ta’ Novembru 2011

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 2 u l-Anness.

Nru 1254/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà, kif emendat:

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096 tat-30 ta’ Novembru 2016

Nru 18/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Nru 2015/1998

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat:

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426 tat-18 ta’ Diċembru 2015

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/815 tat-12 ta’ Mejju 2017

Nru 2015/8005

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 tas-16 ta’ Novembru 2015 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom it-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kif emendata:

bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3030 tal-15 ta’ Mejju 2017

Nru 72/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat:

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/472 tal-31 ta’ Marzu 2016



D.ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

Nru 549/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas), kif emendat:

bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009*

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, 6, 9 sa 13.

Nru 550/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament dwar il-forniment ta’ servizz), kif emendat:

bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009*

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 18, l-Anness I.

Nru 551/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-ajru), kif emendat:

bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009*

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9.

Nru 552/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ interoperabilità), kif emendat:

bir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009*

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, l-Annessi I sa V.

* Għar-Regolament (KE) Nru 1070/2009 – dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, għajr l-Artikolu 1(4)

Prestazzjoni u impożizzjoni ta’ tariffi

Nru 390/2013

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk

Nru 391/2013

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru

Funzjonijiet tan-Netwerk

Nru 677/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010, kif emendat:

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 970/2014 tat-12 ta’ Settembru 2014

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 25 u l-Annessi.

Nru 255/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, kif emendat:

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006 tat-22 ta’ Ġunju 2016

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15 u l-Annessi.

Nru 2011/4130

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4130 tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar in-nomina ta’ Maniġer tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-ajru uniku Ewropew

Interoperabbiltà

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet, kif emendat:

bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9, l-Annessi I sa V.

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar proċeduri għal pjanijiet ta’ titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat:

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 929/2010 tat-18 ta’ Ottubru 2010

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013 tat-8 ta’ Mejju 2013

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120 tat-2 ta’ Diċembru 2016

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5 u l-Anness.

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif emendat:

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011 tat-22 ta’ Marzu 2011

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6, l-Annessi I sa IV.

Nru 29/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat:

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310 tas-26 ta’ Frar 2015

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 14, l-Annessi I sa III.

Nru 262/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat:

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345 tal-14 ta’ Diċembru 2016

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, l-Annessi I sa VI.

Nru 73/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew , kif emendat:

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014 tas-26 ta’ Settembru 2014

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 13, l-Annessi I sa X.

Nru 1206/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11, l-Annessi I sa VII.

Nru 1207/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat:

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014 tas-26 ta’ Settembru 2014

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/386 tas-6 ta’ Marzu 2017

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 14, l-Annessi I sa IX.

Nru 1079/2012

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat:

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013 tal-10 ta’ Lulju 2013

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345 tal-14 ta’ Diċembru 2016

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 14, l-Annessi I sa V.

SESAR

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat:

bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008

bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1(1)-(2), 1(5)-(7), 2, 3, 4(1) u l-Anness.

Nru 409/2013

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15.

Nru 716/2014

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

Spazju tal-ajru

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9 u l-Anness.

Nru 923/2012

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010, kif emendat:

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015,

bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185 tal-20 ta’ Lulju 2016.

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, u l-Anness, inklużi l-appendiċijiet tiegħu.

Nru 1332/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru, kif emendat:

bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583 tal-15 ta’ April 2016

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4 u l-Anness.



E.AMBJENT U STORBJU

Nru 2002/49

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali, kif emendata:

bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008

bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/996 tad-19 ta’ Mejju 2015

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, l-Annessi I sa VI.

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 14(1)(b) u 14(2).

Nru 2006/93

Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5, l-Annessi I u II.

Nru 598/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, l-Annessi I u II.



F.PROTEZZJONI TAL-KONSUMATURI

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti, kif emendat:

bir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2002.

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6 u l-Anness.

Nru 261/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16.

Nru 1107/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16, l-Annessi I u II.



G.ASPETTI SOĊJALI

Nru 89/391

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, kif emendata:

bid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007.

Dispożizzjonijiet applikabbli – skont kif ikun applikabbli għall-avjazzjoni ċivili: l-Artikoli 1 sa 16.

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 2 sa 3 u l-Anness.

Nru 2003/88

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol

Dispożizzjonijiet applikabbli – skont kif ikun applikabbli għall-avjazzjoni ċivili: l-Artikoli 1 sa 20, u 22-23.

(1)  Ir-referenza għal punti f’dan l-Artikolu għandha tinftiehem bħala ajruporti rikonoxxuti b’mod internazzjonali.
(2)

Ara: il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 flimkien mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat tat-12 ta’ Mejju 2004 approvata mill-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2004.

(3) Ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 285, 16.10.2006.
(4) Ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Żvizzera.