Brussell, 3.3.2021

COM(2021) 95 final

2021/0051(CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iskema tad-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE

{SWD(2021) 44 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplika għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. Madankollu, ir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi huma esklużi mill-ambitu territorjali tad-Direttivi tal-VAT u tad-dazji tas-sisa.

Id-dispożizzjonijiet tat-TFUE, b’mod partikolari l-Artikolu 110, fil-prinċipju ma jawtorizzaw l-ebda differenza fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi bejn it-tassazzjoni ta’ prodotti lokali u t-tassazzjoni ta’ prodotti ġejjin minn Franza kontinentali, l-Istati Membri l-oħrajn jew il-pajjiżi terzi. Madankollu, l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi l-possibbiltà li jiddaħħlu miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni ultraperiferiċi minħabba li jeżistu żvantaġġi permanenti li jaffettwaw il-qagħda ekonomika u soċjali f’dawn ir-reġjuni. Miżuri bħal dawn jikkonċernaw diversi politiki, inkluża l-politika tat-tassazzjoni.

It-taxxa tad-dazju tal-baħar hija taxxa indiretta fis-seħħ biss fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi ta’ Martinique, ta’ Guadeloupe, tal-Guyana Franċiża, ta’ Réunion u ta’ Mayotte. Din it-taxxa tapplika għall-importazzjonijiet ta’ prodotti, tkun xi tkun l-oriġini tagħhom, u għall-provvisti ta’ merkanzija magħmula bi ħlas minn persuni li jwettqu attivitajiet ta’ produzzjoni. Fil-prinċipju, din tapplika bl-istess mod fuq il-prodotti manifatturati lokalment u fuq dawk importati.

Madankollu, d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 1 tawtorizza lil Franza biex sal-31 ta’ Diċembru 2020, tapplika l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis ta’ dazju tal-baħar fir-rigward ta’ ċerti prodotti li għalihom teżisti produzzjoni lokali, minħabba li l-importazzjoni sinifikanti ta’ prodotti tkun tista’ tipperikola l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni lokali u l-kostijiet addizzjonali jżidu l-prezz tal-kost tal-produzzjoni lokali meta mqabbla ma’ prodotti manifatturat xi mkien ieħor. L-Anness għad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq jipprovdi l-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa. Skont xi jkunu l-prodotti, id-differenza fit-tassazzjoni ta’ prodotti manifatturati lokalment u ta’ prodotti oħra ma tistax taqbeż l-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali.

L-għan ta’ dawn id-differenzjali tat-tassazzjoni huwa li jikkumpensaw għall-iżvantaġġi kompetittivi li jġarrbu r-reġjuni ultraperiferiċi u li jissarrfu f’żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, u għalhekk fil-prezz tal-kost tal-prodotti manifatturati lokalment. Fin-nuqqas ta’ miżuri speċifiċi, il-prodotti lokali jkunu inqas kompetittivi minn dawk manifatturati xi mkien ieħor, anki jekk jitqiesu l-kostijiet tat-trasport. Għalhekk ikun aktar diffiċli li tinżamm il-produzzjoni lokali, li taffaċċja kostijiet ta’ produzzjoni ogħla akkont tal-iżvantaġġi permanenti li jaffettwaw lil dawn ir-reġjuni.

Fl-1 ta’ Marzu 2019, l-awtoritajiet Franċiżi saqsew lill-Kummissjoni biex testendi l-iskema tad-dazju tal-baħar lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2020.

Minħabba li d-Deċiżjoni tal-Kunsill kienet se tiskadi dalwaqt, il-Kummissjoni kienet nediet studju estern biex tivvaluta s-sistema attwali kif ukoll l-impatt potenzjali tal-għażliet differenti previsti għall-perjodu wara l-2020. Abbażi ta’ dak l-istudju, il-Kummissjoni tqis li huwa ġġustifikat li tingħata l-estensjoni mitluba, filwaqt li jsiru xi emendi fl-arranġamenti eżistenti.

Sabiex l-awtoritajiet Franċiżi jingħataw l-opportunità jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa, ix-xogħol kollu li ġie pospost akkont tal-kriżi tas-saħħa pubblika tal-COVID-19, u biex il-Kummissjoni tingħata l-ħin tippreżenta proposta bilanċjata b’kont meħud tal-interessi varji inkwistjoni, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1793 tas-16 ta’ Novembru 2020 2 testendi l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE b’sitt xhur, sat-30 ta’ Ġunju 2021 minflok sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Għaldaqstant din il-proposta tistabbilixxi l-qafas legali għad-dazju tal-baħar applikabbli wara t-30 ta’ Ġunju 2021, billi tistabbilixxi arranġamenti ta’ deroga ġodda għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027, inkluża reviżjoni tad-dispożizzjonijiet preżenti biex l-iskema ssir aktar flessibbli u trasparenti. B’mod parallel, hija testendi d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE għal sitt xhur, sal-31 ta’ Diċembru 2021, biex Franza tingħata ż-żmien tittrasponi l-arranġamenti l-ġodda applikabbli bejn l-1 ta’ Jannar 2022 u l-31 ta’ Diċembru 2027 fil-liġi tagħha stess.

Il-bidliet proposti għall-arranġamenti eżistenti huma kif imiss:

(a)Huma speċifikati l-kriterji għall-għażla tal-prodotti eliġibbli għal differenzjal fit-taxxa.

Il-prodotti fuq il-lista intgħażlu fuq il-bażi li jeżistu kostijiet addizzjonali tal-produzzjoni li jżidu l-prezz tal-kost tal-produzzjoni lokali meta mqabbel ma’ prodotti manifatturati xi mkien ieħor u li jrendu l-prodotti manifatturati lokalment anqas kompetittivi.

Fejn:

(1)il-produzzjoni lokali jkollha sehem mis-suq ta’ anqas minn 5 %,

(2)jew fejn is-sehem mis-suq tagħha jkun aktar minn 90 %,

intalbet ġustifikazzjoni addizzjonali bħala prova taċ-ċirkostanzi kollha li jmiss jew ta’ xi wħud minnhom:

produzzjoni li tirrikjedi ħafna ħaddiema;

produzzjoni ġdida jew supplimentari mfassla biex tiddiversifika l-għażla ta’ prodotti ta’ kumpanija;

produzzjoni li hija strateġika għall-iżvilupp lokali (eż. f’oqsma li jirrelataw ma’ setturi tal-ekonomija ċirkolari bħall-ipproċessar tal-injam, jew il-ġestjoni tal-bijodiversità jew il-protezzjoni ambjentali);

produzzjoni innovattiva jew ta’ valur għoli miżjud;

produzzjoni li għaliha l-interruzzjoni tal-provvista minn xi mkien ieħor tista’ tipperikola l-ekonomija jew il-popolazzjoni lokali, bħall-materjali tal-bini jew l-ikel;

produzzjoni li tista’ biss teżisti jekk tkun dominanti fuq is-suq b’riżultat tad-daqs għir tas-swieq fir-reġjuni ultraperiferiċi;

produzzjoni ta’ prodotti mediċi u tagħmir personali protettiv meħtieġ biex jiġu indirizzati l-kriżijiet tas-saħħa.

(b)Qed jiddaħħlu żewġ limiti massimi differenti ta’ 20 % u 30 % minflok it-tlieta preżenti. Id-differenzjal tat-taxxa awtorizzat jenħtieġ li ma jeċċedix il-kostijiet addizzjonali ġġustifikati.

 

(c)Il-limitu massimu għall-obbligazzjoni għal dazju tal-baħar jogħla għal EUR 550 000. Skont l-arranġamenti proposti, l-operaturi li l-bejgħ totali annwali tagħhom huwa taħt dan il-limitu ma jkunux soġġetti għad-dazju tal-baħar. Madankollu, huma ma jistgħux inaqqsu l-ammont ta’ din it-taxxa mġarrba upstream. L-iskop huwa biex tiġi eżentata l-produzzjoni minn impriżi żgħar, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom u jiġi appoġġjat it-tkabbir tagħhom. Din il-miżura hija ġustifikata mill-impatt baġitarju u tal-kompetizzjoni limitat 3 b’ħarsa lejn l-għadd żgħir ta’ operaturi ekonomiċi involuti 4 .

(d)Ir-rrapport ta’ nofs it-terminu għandu jiġi sostitwit minn rapport sat-30 ta’ Settembru 2025, li għandu jkollu mill-anqas informazzjoni stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni. Din l-informazzjoni se sservi ta’ bażi għall-ħidma dwar it-tiġdid tal-iskema. Din il-proposta hija mfassla biex tnaqqas il-piż ta’ evalwazzjoni tal-iskema, li tokkorri bi frekwenza mingħajr bżonn, u biex l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni jsiru aktar utli u effettivi.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kostijiet addizzjonali ta’ produzzjoni li d-differenzjal tat-taxxa huwa intiż li jikkumpensa, għal kull intestatura b’erba ċifri tan-nomenklatura tariffarja, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew valutazzjoni tal-kostijiet addizzjonali tal-produzzjoni mġarrba mill-impriżi lokali, li primarjament huma: kostijiet ta’ provvista, pagi, kostijiet ogħla ta’ enerġija, kostijiet finanzjarji li jirriżultaw minn sehem akbar ta’ stokks, kostijiet ogħla ta’ manutenzjoni, nuqqas ta’ użu potenzjali tat-tagħmir ta’ produzzjoni u kostijiet finanzjarji ogħla.

L-Anness tad-Deċiżjoni fih il-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet mit-taxxa jew it-tnaqqis tat-taxxa. Skont xi jkunu l-prodotti, id-differenza fit-tassazzjoni ta’ prodotti manifatturati lokalment u ta’ prodotti oħra ma tistax taqbeż l-20 jew it-30 punt perċentwali. Il-parti (a) tal-Anness telenka l-prodotti li għalihom id-differenza fit-tassazzjoni ma tistax taqbeż l-20 punt perċentwali u parti (b) dawk li għalihom id-differenza ma tistax taqbeż it-30 punti perċentwali.

Il-prodotti elenkati fl-Anness huma fil-biċċa l-kbira l-istess prodotti li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE. Madankollu, tiġdid totali tal-listi rriżulta fit-tneħħija ta’ diversi prodotti li għalihom id-differenzjal tat-taxxa ma baqax ġustifikat. Għall-kuntrarju, żdiedu xi prodotti mhux inklużi fid-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE li għalihom il-produzzjoni bdiet jew żviluppat. Fl-aħħar nett, xi prodotti inżammu fuq il-listi iżda d-differenzjal tat-taxxa awtorizzat ġie mmodifikat ’il fuq jew ’l isfel biex jitqiesu l-bidliet fil-kostijiet addizzjonali.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-Komunikazzjoni tal-2017 dwar sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea 5 , tenfasizza li r-reġjuni ultraperiferiċi għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet serji, li ħafna minnhom huma permanenti. Din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni dwar kif l-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi jingħata spinta billi jsir l-aħjar użu mill-assi tagħhom u billi jiġu sfruttati l-opportunitajiet possibbli pprovduti minn vetturi ġodda ta’ tkabbir u ta’ ħolqien tal-impjiegi.

F’dan il-kuntest, l-objettiv ta’ din il-proposta hu li jiġu promossi produzzjonijiet lokali u b’hekk jiżdiedu l-impjiegi fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi. Din il-proposta tirrestawra l-kompetittività tal-produzzjoni lokali billi tikkumpensa għall-iżvantaġġi li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ġeografika u ekonomika. Din tikkomplementa l-Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI) 6 , li għandu l-għan li jappoġġa s-settur primarju u l-produzzjoni tal-materja prima, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) 7 u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 8 li jinkludu allokazzjoni speċjali ulterjuri biex tikkumpensa għall-kostijiet ulterjuri tar-reġjuni ultraperiferiċi relatati mal-iżvantaġġi permanenti tagħhom.

Barra minn hekk, il-konsistenza meħtieġa b’regoli tal-politika agrikola tfisser li ma tiġix ikkunsidrata l-applikazzjoni ta’ differenzjal tat-taxxa għall-prodotti kollha tal-ikel li jibbenefikaw minn għajnuna skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-arranġamenti speċifiċi tal-provvista.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti mal-Istrateġija għas-Suq Uniku tal-2015 9 , li permezz tagħha l-Kummissjoni beħsiebha tistabbilixxi suq uniku approfondit u aktar ġust li jkun ta’ benefiċċju għall-partijiet ikkonċernati kollha. Wieħed mill-objettivi tal-miżura proposta huwa li jittaffew il-kostijiet addizzjonali li jħabbtu wiċċhom magħhom il-kumpaniji fir-reġjuni ultraperiferiċi, li jxekklu s-sehem bis-sħiħ tagħhom fis-suq uniku. Minħabba l-volum limitat tal-produzzjoni kkonċernata fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi, ma huwa previst l-ebda impatt negattiv fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 349 tat-TFUE. Hija tippermetti lill-Kunsill jadotta dispożizzjonijiet speċifiċi mmirati li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE.

   Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-Kunsill biss għandu s-setgħa li jadotta, abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, miżuri speċifiċi għall-adattament tal-applikazzjoni tat-Trattati inkluż il-politiki komuni, għar-reġjuni ultraperiferiċi, minħabba li jeżistu żvantaġġi permanenti li jaffettwaw il-qagħda ekonomika u soċjali f’dawn ir-reġjuni. Dan jgħodd ukoll għall-awtorizzazzjoni ta’ derogi tal-Artikolu 110 tat-TFUE. Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Proporzjonalità

Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Din tikkonċerna biss il-prodotti li għalihom saru ġustifikazzjonijiet fir-rigward ta’ kostijiet addizzjonali li jaffettwaw il-prodotti manifatturati lokalment.

Bl-istess mod, id-differenzjal massimu propost għal kull prodott milqut minn din il-proposta huwa limitat għal dak li huwa meħtieġ fid-dawl tal-kostijiet addizzjonali li jaffettwaw il-produzzjoni lokali konċernata f’kull każ. B’dan il-mod, il-piż tat-taxxa fuq il-prodotti impurtati fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi ma jaqbżux dak li huwa meħtieġ biex jikkumpensa l-kompetittività aktar baxxa ta’ prodotti manifatturati lokalment meta mqabbla ma’ prodotti importati, u għalhekk jinkisbu l-objettivi tat-Trattat imfassal biex jiżgura l-funzjonament xieraq u effiċjenti tas-suq intern.

Għażla tal-istrument

Qed tiġi proposta deċiżjoni tal-Kunsill li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

   L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-ambitu tal-iskema tad-dazju tal-baħar huwa mfassal għall-bżonnijiet tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati. L-iskema teżisti biex tappoġġja l-prodotti lokali billi tagħlaq id-distakk fil-kompetittività bejn il-prodotti lokali u l-prodotti li joriġinaw xi mkien ieħor li jirriżulta mill-eżistenza ta’ żvantaġġi permanenti li jżidu l-kostijiet ta’ produzzjoni u għalhekk il-prezz tal-kost ta’ prodotti manifatturati lokalment. L-iskema tad-dazju tal-baħar tikkumpensa għal madwar nofs il-kostijiet addizzjonali. Id-differenzjali tat-taxxa applikati fuq il-perjodu 2014-2020 instab li kienu proporzjonati għall-kostijiet addizzjonali 10 .

Is-sejbiet tal-analiżi tad-data kwantitattiva fl-istudju estern jindikaw li fl-assenza tal-iskema tad-dazju tal-baħar, il-prestazzjoni tal-produzzjoni lokali tkun iddeterjorat b’mod sinifikanti. Dawn is-sejbiet juru li madwar 37 % tal-valur tal-prodotti li jibbenefikaw minn differenzjal tat-taxxa (madwar EUR 850 miljun) ġew iġġenerati mill-iskema tad-differenzjal tat-taxxa, b’impatt pożittiv fuq l-impjieg (li wera tkabbir fis-settur li jibbenefika mill-iskema mill-2014, meta mqabbel ma' tnaqqis fis-setturi li ma jibbenefikawx mill-iskema) kif ukoll fuq l-għadd ta’ impriżi attivi, li żdied b’madwar 1,7 % fuq l-istess perjodu (meta mqabbel ma’ tnaqqis ġenerali ta’ 3 %). B’kuntrast ma’ dan, m’hemm ebda evidenza ta’ impatt fuq l-investiment u d-diversifikazzjoni fi produzzjoni lokali. Il-proporzjon tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-iskema tad-dazju tal-baħar huwa ġeneralment pożittiv, bi produzzjoni lokali addizzjonali ġġenerata mid-differenzjali tat-taxxa 2,5 darbiet ogħla mill- “kost” tal-miżura.

L-applikazzjoni tal-iskema tad-dazju tal-baħar ma rriżultatx f’sostituzzjoni tal-importazzjoni. Fil-prattika, il-maġġoranza tal-prodotti lokali li jibbenefikaw minn differenzjali fiskali rreġistraw telf fis-sehem mis-suq matul iż-żmien, li jikkonferma li l-iskema tad-dazju tal-baħar hija aktar miżura biex jitnaqqas id-distakk fil-kompetittività għall-produzzjoni lokali milli strument għall-iżvilupp.

Fir-rigward tal-impatt tad-differenzjali tat-taxxa fuq il-prezzijiet għall-konsumatur u l-għoli tal-ħajja fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi, l-istudju estern sab li dan kien baxx, peress li t-taxxa addizzjonali imposta fuq prodotti li jibbenefikaw mid-differenzjali tat-taxxa mhijiex akbar minn 1,5 % tal-konsum finali fir-reġjuni ultraperiferiċi.

Fl-aħħar nett, l-analiżi tad-data tal-kummerċ reġjonali turi li d-differenzjali tat-taxxa tad-dazju tal-baħar ftit li xejn għandhom impatt fuq il-valur tal-importazzjonijiet mill-CARIFORUM u mill-pajjiżi tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar. Barra minn hekk, it-tneħħija totali tal-iskema tad-dazju tal-baħar ikollha impatt limitat ħafna fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti minn dawn il-pajjiżi (madwar EUR 2 miljun) iżda jkollha impatt negattiv sinifikanti ħafna fuq il-produzzjoni lokali (madwar EUR 300 miljun). Dan ikun ta’ benefiċċju prinċipalment għall-esportaturi tal-UE u mhux tal-UE barra l-CARIFORUM u l-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar.

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

B’rabta ma’ din l-inizjattiva, twettqet konsultazzjoni komprensiva tal-atturi politiċi u ekonomiċi prinċipali, permezz ta’ intervisti (80) u żjarat fi tliet reġjuni (Réunion, Guadeloupe u Martinique), u stħarriġ tal-impriżi (196) ibbażat fil-ħames reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati. L-istħarriġ (onlajn) immirat tal-operaturi ekonomiċi ġie ċċirkolat primarjament permezz tal-assoċazzjonijiet professjonali fit-territorji differenti u t-tieni permezz ta’ stediniet diretti mibgħuta lil 15 420 impriża meħuda minn listi pprovduti mill-kmamar tal-kummerċ.

Matul il-konsultazzjoni, inġibdet l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi żgurata kopertura xierqa u bilanċ tajjeb bejn il-partijiet ikkonċernati. L-għan kien li jiġu involuti l-awtoritajiet pubbliċi kollha kkonċernati, f’livelli differenti (ċentrali u lokali) u f’oqsma ta’ politika differenti (l-awtoritajiet tat-tfassil tal-politika, l-awtoritajiet tat-taxxa u tad-dwana, l-istituti tal-istatistika, eċċ.). Barra minn hekk, ġew ikkonsultati wkoll ir-rappreżentanti tas-setturi produttivi lokali — jiġifieri l-benefiċjarji tad-differenzjali tat-taxxa fuq il-baċir — u s-setturi tal-kummerċ u tas-servizzi kkonċernati direttament jew indirettament mill-arranġamenti differenzjali tat-taxxa.

   Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt tieħu l-forma ta’ eżerċizzju konsekuttiv: evalwazzjoni ex-post tal-iskema attwali segwita minn analiżi li tħares ’il quddiem. L-analiżi tal-impatti potenzjali tat-tkomplija u possibbilment tat-tibdil tal-arranġamenti eżistenti hija stabbilita f’dokument analitiku, bl-evalwazzjoni tal-iskema annessa. Dan tfassal fuq il-bażi ta’ studju estern u l-informazzjoni pprovduta minn Franza.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet għall-implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

It-tul ta' żmien ta' din l-iskema huwa ta’ sitt snin, sal-31 ta’ Diċembru 2027. Madankollu, ir-riżultati tal-applikazzjoni ta' dawn l-arranġamenti għandhom l-ewwel jiġu vvalutati.

Għalhekk, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2025, Franza se tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni għall-perjodu mill-2019 sal-2024 11 . Dan ir-rapport se jinkludi dan li ġej:

data dwar il-kostijiet addizzjonali tal-produzzjoni;

kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u riperkussjonijiet għas-suq intern;

l-informazzjoni meħtieġa biex l-iskema tiġi vvalutata skont il-kriterji tal-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE u l-valur miżjud tal-UE.

Ir-rapport għandu jiġbor ukoll kontribuzzjonijiet mill-partijiet interessati kollha fil-livell u l-evoluzzjoni tal-kostijiet addizzjonali tal-produzzjoni tagħhom, il-kostijiet ta’ konformità u kwalunkwe każ ta’ distorsjoni tas-suq.

Sabiex jiġi żgurat li t-tagħrif miġbur mill-awtoritajiet Franċiżi jkun fih id-data meħtieġa biex il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni infurmata dwar il-validità u l-vijabbiltà tal-iskema fil-ġejjieni, il-Kummissjoni se tfassal linji gwida speċifiċi dwar it-tagħrif meħtieġ. Din l-informazzjoni tinsab fl-Anness II għall-proposta. Sa fejn hu possibbli, dawn il-linji gwida jaqblu ma’ skemi simili oħra fis-seħħ fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE.

Dawn se jippermettu lill-Kummissjoni tiddetermina jekk ir-raġunijiet għall-mekkaniżmu differenzjali tad-dazju tal-baħar għadhomx japplikaw, jekk il-vantaġġi fiskali mogħtija lil Franza jibqgħux proporzjonati u jekk l-alternattivi għall-iskema, li jqisu d-dimensjoni internazzjonali tagħha, humiex possibbli.

Meta l-awtoritajiet Franċiżi jippreżentaw ir-rapport ta’ evalwazzjoni, il-Kummissjoni se tivvaluta l-effetti tad-differenzjali tat-taxxa u tiddetermina jekk humiex meħtieġa xi bidliet.

Spjegazzjoni ddettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-parti mhijiex applikabbli dment li d-dispożizzjonijiet tal-proposta jixhdu dan.

2021/0051 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iskema tad-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 12 ,

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li japplikaw għar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi fil-prinċipju ma jawtorizzaw l-ebda differenza bejn it-tassazzjoni ta’ prodotti lokali u t-tassazzjoni ta’ prodotti minn Franza metropolitana jew minn Stati Membri oħra. Madankollu, l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi l-possibbiltà li jiddaħħlu miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni ultraperiferiċi minħabba li jeżistu żvantaġġi permanenti li jaffettwaw il-qagħda ekonomika u soċjali tagħhom.

(2)Għalhekk għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi, b’mod partikolari biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-Trattat għar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi. Dawn il-miżuri jridu iqisu l-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet ta’ dawn ir-reġjuni, mingħajr ma jnaqqsu l-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridika tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politiki komuni. L-iżvantaġġi kompetittivi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi huma msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat: distanza, insularità, superfiċji żgħira, art u temp diffiċli, dipendenza ekonomika rigward numru żgħir ta’ prodotti. Dawn l-iżvantaġġi permanenti joħolqu, għar-reġjuni ultraperiferiċi materja prima u dipendenza fuq l-enerġija, l-obbligu ta’ ħażniet akbar, id-daqs żgħir tas-suq lokali flimkien ma livell baxx ta’ attivita ta’ esportazzjoni, eċċ. L-ikkombinar ta’ dawn l-iżvantaġġi kompetittivi jfisser żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u, b’hekk, fil-prezz tal-kost tal-prodotti mmanifatturati lokalment li, fin-nuqqas ta’ miżuri speċifiċi, ikunu inqas kompetittivi meta mqabbla ma’ dawk manifatturati xi mkien ieħor, anki jekk jitqiesu il-kostijiet tat-trasport biex jaslu fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi. Dan se jagħmilha aktar diffiċli biex tinżamm il-produzzjoni lokali. Huwa għalhekk neċessarju li jittieħdu miżuri speċifiċi li jtejbu l-kompetittività bil-għan li tissaħħaħ l-industrija lokali.

(3)Bl-għan li terġa’ tinkiseb il-kompetittività tal-merkanzija manifatturata lokalment, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 940/2014/UE 13 tawtorizza lil Franza biex tapplika, sat-30 ta’ Ġunju 2021, eżenzjonijiet jew tnaqqis għad-dazju tal-baħar fir-rigward ta’ ċerti prodotti manifatturati fir-reġjuni ultraperiferiċi ta’ Martinique, Guadeloupe, il-Gujana Franċiża, Réunion u Mayotte li għalihom teżisti produzzjoni lokali, peress li importazzjoni sinifikanti ta’ oġġetti tista’ tipperikola l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni lokali u il-kostijiet addizzjonali jżidu l-prezz tal-kost tal-produzzjoni lokali meta mqabbla ma’ prodotti manifatturati xi mkien ieħor. L-Anness għad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq jipprovdi l-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa. Skont xi jkunu l-prodotti, id-differenza fit-tassazzjoni ta’ prodotti manifatturati lokalment u ta’ prodotti oħra ma tistax taqbeż l-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali.

(4)Franza talbet biex mill-1 ta’ Lulju 2021 tkompli tapplika sistema simili għal dik tad-Deċiżjoni Nru 940/2014/KE. Ir-raġunijiet għal dan huma li l-iżvantaġġi kompetittivi msemmija hawn fuq għadhom jeżistu, filwaqt li l-iskema tat-taxxa prevista fid-Deċiżjoni 940/2014/UE għamlitha possibbli li tinżamm u, f’ċerti każijiet, tiġi żviluppata l-produzzjoni lokali, ma fixklitx il-kummerċ estern u ma rriżultatx f’kumpens żejjed għall-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-impriżi.

(5)F’dan ir-rigward, Franza bagħtet lill-Kummissjoni, għal kull wieħed mill-ħames reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati, sett ta’ listi ta’ prodotti li għalihom biħsiebha tapplika differenzjal ta’ taxxa ta’ mhux aktar minn 20 jew 30 punti perċentwali, skont jekk jiġux manifatturati lokalment jew le. Ir-reġjun ultraperiferiku Franċiż ta’ Saint Martin mhuwiex affettwat.

(6)Din id-Deċiżjoni timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-Trattat u tawtorizza lil Franza biex tapplika sistema ta’ tassazzjoni differenzjata għall-prodotti li għalihom hija ġġustifikata: l-ewwel nett, minħabba l-eżistenza ta’ produzzjoni lokali, it-tieni nett minħabba l-eżistenza ta' dħul sinifikanti ta' oġġetti (inkluż ta’ oriġini minn Franza metropolitana u Stati Membri oħra) li jistgħu jippreġudikaw iż-żamma tal-produzzjoni lokali; u fl-aħħar nett l-eżistenza ta' kostijiet addizzjonali li jgħollu l-prezz tal-kost tal-produzzjoni lokali meta mqabbel mal-prodotti li joriġinaw minn barra u li jikkompromettu l-kompetittività tal-prodotti manifatturati lokalment. Id-differenzjal tat-taxxa awtorizzat jenħtieġ li ma jeċċedix il-kostijiet addizzjonali ġġustifikati.

(7)F’każijiet fejn il-produzzjoni lokali għandha sehem mis-suq ta’ inqas minn 5 % jew fejn is-sehem tal-importazzjonijiet huwa inqas minn 10 %, intalbet evidenza addizzjonali bħala prova taċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin jew ta’ xi wħud minnhom: l-eżistenza ta’ produzzjoni li tirrikjedi ħafna ħaddiema, produzzjoni ġdida jew komplementari mfassla biex tiddiversifika l-firxa ta’ prodotti ta’ kumpanija, produzzjoni li hija strateġika għall-iżvilupp lokali (eż. f’setturi relatati mal-ekonomija ċirkolari, l-użu tal-bijodiversità jew il-protezzjoni ambjentali), il-produzzjoni innovattiva jew ta’ valur miżjud għoli, il-produzzjoni li għaliha l-interruzzjoni tal-provvista minn bnadi oħra tista’ tipperikola l-ekonomija lokali jew il-popolazzjoni, il-produzzjoni li tista’ teżisti biss jekk tkun dominanti fis-suq bħala riżultat tad-daqs żgħir tas-swieq fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-produzzjoni ta’ prodotti mediċi u tagħmir protettiv meħtieġ biex jiġu indirizzati l-kriżijiet tas-saħħa pubbliċi meħtieġa. L-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji se tippermetti l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-Trattat mingħajr ma tmur lil hinn dak li hu meħtieġ u mingħajr ma jinħoloq vantaġġ mhux ġustifikat għall-produzzjoni lokali, sabiex b’hekk ma jitnaqqsux l-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni, u dan jinkludi s-salvagwardja tal-kompetizzjoni mhux imfixkla fis-suq intern u tal-politiki dwar l-għajnuna mill-Istat.

(8)Bl-għan li jiġu ssimplifikati u mnaqqsa l-obbligi fuq l-intrapriżi ż-żgħar u jiġi appoġġat it-tkabbir tagħhom, l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa ser japplikaw għall-operaturi b’fatturat annwali ta’ EUR 550 000 jew aktar. L-operaturi li għandhom fatturat totali annwali taħt dak il-limitu mhumiex soġġetti għad-dazju tal-baħar iżda ma jistgħux inaqqsu l-ammont ta’ dik it-taxxa mġarrba upstream.

(9)Bl-istess mod, il-koerenza mal-liġi tal-Unjoni tfisser li titwarrab l-applikazzjoni ta’ taxxa differenzjata fuq il-prodotti tal-ikel li jibbenefikaw minn għajnuna skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 3. Din il-miżura tevita l-effett li li tintemm jew titnaqqas l-għajnuna finanzjarja għall-agrikoltura mogħtija skont l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista minħabba t-tassazzjoni ogħla tal-prodotti ssussidjati u soġġetti għad-dazju tal-baħar.

(10)L-objettivi tal-appoġġ għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi kif previst diġà fid-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE, huma kkonfermati mir-rekwiżiti dwar l-għan tat-taxxa. Huwa obbligu legali li d-dħul minn din it-taxxa jiġi inkorporat fir-riżorsi tar-reġim ekonomiku u tat-taxxa tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u li jiġi allokat għal strateġija tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali li tinvolvi l-promozzjoni tal-attivitajiet lokali.

(11)Jenħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 940/2014/UE sabiex jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga awtorizzata minnha b’sitt xhur sal-31 ta’ Diċembru 2021. Jenħtieġ li dak il-perjodu jippermetti lil Franza tittrasponi din id-Deċiżjoni fil-liġi nazzjonali tagħha.

(12)Jenħtieġ li t-tul ta' żmien ta' din l-iskema jiġi stabbilit għal sitt snin, sal-31 ta’ Diċembru 2027. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina jekk ir-raġunijiet għad-deroga għadhomx japplikaw, Franza għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2025. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-istruttura u l-kontenut meħtieġa ta’ dak ir-rapport.

(13)Sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza legali, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022, filwaqt li jenħtieġ li l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga awtorizzata bid-Deċiżjoni 940/2014/UE tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2021.

(14)Din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għall-applikazzjoni futura tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. B’deroga mill-Artikoli 28, 30 u 110 tat-Trattat, Franza hija awtorizzata biex, sal-31 ta’ Diċembru 2027, tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I li huma manifatturati lokalment fil-Gwadelup, fil-Gujana Franċiża, f’Martinique, fil-Majott u f’Réunion, bħal reġjuni ultraperiferiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat. Dawk l-eżenzjonijiet jew tnaqqis għandhom ikunu parallel mal-istrateġija tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi konċernati, billi jqisu l-qafas tal-Unjoni tagħha, u jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-attivitajiet lokali filwaqt li ma jaffettwawx b'mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali b’mod li jmorru kontra l-interess komuni.

2. B’referenza għar-rata tat-tassazzjoni applikata għal prodotti simili li ma joriġinawx fir-reġjuni ultraperiferiċi konċernati, l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet totali jew tat-tnaqqis imsemmija fil-paragrafu 1 ma tistax tirriżulta f’differenzi ta’ aktar minn:

(a) 20 punti perċentwali għall-prodotti elenkati fil-parti (a) tal-Anness I;

(b) 30 punt perċentwali għall-prodotti elenkati fil-parti (b) tal-Anness I.

Franza għandha timpenja ruħha biex tiżgura li l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis applikati fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I ma jaqbżux il-perċentwali strettament meħtieġ għaż-żamma, għall-promozzjoni jew għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi lokali.

3. Franza għandha tapplika l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-operaturi li l-fatturat annwali tagħhom hu ta’ EUR 550 000 jew aktar. L-operaturi kollha li l-fatturat annwali tagħhom huwa taħt dan il-limitu ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju tal-baħar.

Artikolu 2

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) intgħażlu fuq il-bażi li jeżistu kostijiet addizzjonali li jżidu l-prezz tal-kost tal-produzzjoni lokali meta mqabbla mal-prodotti manifatturati xi mkien ieħor u jagħmlu l-prodotti prodotti lokalment inqas kompetittivi.

Fejn:

(a)il-produzzjoni lokali jkollha sehem mis-suq ta’ anqas minn 5 %,

(b)jew fejn is-sehem mis-suq tagħha jkun aktar minn 90 %,

intalbet ġustifikazzjoni addizzjonali bħala prova taċ-ċirkostanzi kollha li jmiss jew ta’ xi wħud minnhom:

(1)produzzjoni li tirrikjedi ħafna ħaddiema;

(2)produzzjoni ġdida jew supplimentari mfassla biex tiddiversifika l-għażla ta’ prodotti ta’ kumpanija;

(3)produzzjoni li hija strateġika għall-iżvilupp lokali;

(4)produzzjoni innovattiva jew ta’ valur għoli miżjud;

(5)produzzjoni li għaliha l-interruzzjoni tal-provvista minn xi mkien ieħor tista’ tipperikola l-ekonomija jew il-popolazzjoni lokali;

(6)produzzjoni li tista’ biss teżisti jekk tkun dominanti fuq is-suq b’riżultat tad-daqs żgħir tas-swieq fir-reġjuni ultraperiferiċi;

(7)produzzjoni ta’ prodotti mediċi u tagħmir personali protettiv meħtieġ biex jiġu indirizzati l-kriżijiet tas-saħħa.

Artikolu 3

Għall-prodotti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista previst fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom japplikaw l-istess arranġamenti ta’ tassazzjoni li japplikaw għall-prodotti manifatturati lokalment.

Artikolu 4

Franza għandha tissottometti rapport ta’ evalwazzjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2025 sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina jekk ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tal-arranġamenti tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 1 għadhomx japplikaw. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 5

Fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE, id-data “30 ta’ Ġunju 2021” għandha tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta’ Diċembru 2021”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022, salv għall-Artikolu 5, li għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Franza.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 1).
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1793 tas-16 ta’ Novembru 2020 li temenda l-perijodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 940/2014 dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (ĠU L 402, 1.12.2020, p. 21–22).
(3)    Id-dħul mit-tassazzjoni ta’ impriżi b’fatturat ta’ madwar EUR 300 000 u EUR 550 000, fl-2019 kien ikkalkulat biss għal EUR 1,22 miljun, li jfisser qrib iż-0,1 % tal-fatturat totali mid-dazju tal-baħar (EUR 1,2 biljun).
(4)    L-għadd ta’ impriżi kkonċernati huwa ta’ 222 waħda.
(5)    COM(2017) 623 final.
(6)    Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013.
(7)    Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.
(8)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.
(9)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Aġġornament tas-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji (COM(2015) 550 final), p. 4.
(10)    Instabu biss ftit każijiet iżolati (li jirrappreżentaw 0,6% tal-prodotti eliġibbli) ta’ kumpens żejjed (anqas minn tlitt punti perċentwali bħala medja) minħabba l-kalkolu aġġornat ta’ kostijiet addizzjonali (fl-2020).
(11)    Ir-rapport għandu jinkludi data għall-2019 sabiex tiġi stabbilita linja bażi u l-Kummissjoni tkun tista’ teżamina l-impatt tal-iskema għall-perjodu wara l-2021. Ir-rapport għandu jkun fih, sa fejn ikun possibbli, l-aktar data reċenti sa u inkluż l-2024.
(12)    ĠU C , , p. .
(13)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 1).
(14) 3     Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

Brussell, 3.3.2021

COM(2021) 95 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-iskema tad-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE

{SWD(2021) 44 final}


ANNESS I

Lista ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 eliġibbli għad-differenzjal fit-taxxa tad-dazju tal-baħar

(a)Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) bir-referenza skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni 1 .

(1)Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Guadeloupe

0105 11, 0201, 0203, 0207, 0208, 0210 12 19, 0302, 0304, 0305 49 80, 0306, 0307 91, 0307 99, 0403 ħlief 0403 10, 0407, 0408, 0409, 0702, 0704, 0705 19, 0706 10 00 10, 0707 00 05, 0709 60 10, 0709 60 99, 0709 99 90, 0713, 0714, 0804 30 00, 0805 50 90, 0807 11, 0807 19, 0904 22 00, 0910 91, 1106, 1601, 1602, 1604 20, 1806 31, 1806 32 10, 1806 32 90, 1806 90 31, 1806 90 60, 1901 20, 1902 11, 1902 19, 2103 30 90, 2103 90 30, 2103 90 90, 2105, 2106, 2201 10 90, 2201 90, 2202 91, 2202 99, 2207 10, 2207 20 00, 2208 40, 2209 00 91, 2309 90 ħlief 2309 90 96 39, 2309 90 41 89 2 , 2309 90 512, 2309 90 96 39 u 2309 90 96 952, 2505, 2517 10, 2523 29, 2712 10 90, 2804, 2806, 2811, 2814, 2828, 2833, 2834, 2836, 2853 00 10, 3101, 3102, 3103, 3104, 3105, 3208, 3209, 3303 00 90, 3304 99 00, 3305 10, 3401, 3402, 3406, 3808, 3820 00 00, 3917 ħlief 3917 10 10, 3919, 3920, 3923, 3925 30, 3926 90, 4407 11, 4407 21 sa 4407 29, 4407 99, 4418 10, 4418 20, 4418 90, 4818, 4819 10 00, 4821 10, 4821 90, 4910, 4911 10, 6303 12, 6306 12, 6306 19, 6306 30, 6307 90 98, 6810 ħlief 6810 11 10, 7003 12 99, 7003 19 90, 7003 20, 7213 10, 7213 91 10, 7214 20, 7214 99 10, 7308 90 59, 7308 90 98, 7310 10, 7314 ħlief 7314 12, 7610 10, 7610 90 90, 7616 99 90, 8419 19, 8903 99 10, 8907 90 00, 9001 50, 9004 10 10, 9004 90 10, 9004 90 90, 9403 70 00, 9404 10, 9404 21, 9406 00 20, 9506 99 90.

(2)Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana Franċiża

0105 11, 0201, 0203, 0204, 0206 10 95, 0206 10 98, 0206 30, 0206 80 99, 0207 11, 0207 12, 0207 13, 0207 41, 0207 43, 0209 10 90, 0209 90, 0210 11, 0210 12, 0210 19, 0210 99, 0302, 0303 59, 0303 89, 0304, 0305 31 00, 0305 39 90, 0305 44 90, 0305 49 80, 0305 52 00, 0305 53 90, 0305 54 90, 0305 59 85, 0305 64 00, 0305 69 80, 0306 17, 0406, 0408 99, 0702, 0704 90 10, 0709 60, 0805, 0807, 0810 90 75, 0901 ħlief 0901 10, 0904 11, 0904 12, 1106 20 90, 1601, 1602, 1604, 1605, 1806 31, 1806 32, 1806 90, 1905, 2005 99 80, 2008 99 ħlief 2008 99 47 90, 2008 99 48 19, 2008 99 48 99 u 2008 99 49 80, 2103, 2105, 2106 90 98, 2201, 2202, 2208 40, 2209 00 91, 2309 90 ħlief 2309 90 31 30, 2309 90 31 80, 2309 90 35, 2309 90 41 89, 2309 90 43, 2309 90 51, 2309 90 96 31, 2309 90 96 39, 2309 90 96 91 u 2309 90 96 95, 2505 10, 2517 10, 2523 29 00, 2828 90, 3204 17 00, 3208 20 90, 3208 90, 3209 10, 3402, 3809 91, 3824 50, 3919, 3920 51, 3923 ħlief 3923 10, 3923 40 u 3923 90, 3925, 3926 90, 4818, 4821 10, 4909, 4910, 4911, 6109, 6111 20 90, 6201 19 00, 6110 30 91, 6111 20 90, 6201 19 00, 6205, 6204 42 00, 6206, 6302 91 00, 6303 12, 6303 19, 6306 12, 6306 19, 6307 90 98, 6505 00 30, 6802 23, 6802 29, 6802 93, 6802 99, 6810, 6912 00, 7006 00 90, 7009, 7210, 7214 20, 7308 30, 7308 90, 7314, 7604, 7610 10, 7610 90, 7616 99, 7907, 8211, 8421 21 00 90, 8537 10, 9001 50, 9004 90, 9021 21, 9021 29, 9404 21, 9405 40, 9405 60.

(3)Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Martinique

0105 11, 0105 12, 0105 15, 0201, 0203, 0207, 0208 10, 0210 11, 0210 12, 0210 19, 0210 20, 0210 99 49, 0302, 0303, 0304, 0305, 0306, 0307, 0403 ħlief 0403 10, 0406 10, 0406 90 50, 0407, 0408, 0409, 0601, 0602, 0603, 0604, 0702, 0704 90, 0705, 0706, 0707, 0709 30 00, 0709 40 00, 0709 51 00, 0709 60, 0709 93 90, 0709 99, 0710, 0714, 0801 11, 0801 13 sa 0801 18, 0803, 0804 30, 0804 40 00, 0804 50, 0805, 0807, 0809 10, 0809 40, 0810 30, 0810 90, 0813, 0910 91, 1106 20, 1601, 1602, 1604 20, 1605 10, 1605 21, 1702, 1704 90 61, 1704 90 65, 1704 90 71, 1806, 1902, 1904 10, 1904 20, 2005 99, 2103 30, 2103 90, 2104 10, 2105, 2106, 2201, 2202 10, 2202 91, 2202 99, 2208 40, 2309 ħlief 2309 90 96, 2505, 2517 10, 2523 21, 2523 29, 2710, 2711, 2804, 2806, 2811, 2814, 2828 10, 2828 90, 2836, 2853 90 10, 2903, 2907, 3101, 3102, 3103, 3104, 3105, 3204, 3205, 3206, 3207, 3208, 3209, 3303, 3305, 3401, 3402, 3406, 3808, 3820, 3824, 3907 61 00, 3919, 3920, 3921 11, 3921 19, 3923 10 90, 3923 21, 3923 29, 3923 30, 3924, 3926, 4012 11, 4012 12, 4012 19, 4401, 4407 21 sa 4407 29, 4408, 4409, 4415 20, 4418 10, 4418 20, 4418 90, 4421 90, 4811, 4818 10, 4818 20, 4818 30, 4818 90, 4819, 4820, 4821, 4823, 4902, 4909, 4910, 4911 10, 6103, 6104, 6105, 6109 10, 6109 90 20, 6109 90 90, 6203, 6204, 6205, 6207, 6208, 6306 12, 6306 19, 6306 30, 6805, 6810, 6902, 6904 10, 7003 12, 7003 19, 7113 sa 7117, 7213, 7214, 7217, 7225, 7308, 7314, 7610, 7616 91, 7616 99, 8418 69 00, 8419 19 00, 8708 99 97, 8716 40 00, 8901 90 10, 8902, 8903 99, 8907 90 00, 9004 10 10, 9004 90 10, 9004 90 90, 9021 21, 9021 29, 9403, 9404 10, 9404 21, 9405 60, 9406, 9506 99 90.        

(4)Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Mayotte

0105 11, 0105 12, 0105 15, 0201, 0204, 0206, 0207, 0302, 0303, 0304, 0305, 0407, 0702, 0704 90 90, 0705 19, 0707 00 05, 0709 30, 0709 60, 0709 93 10, 0709 99 10, 0714, 0801 11, 0801 12, 0801 19, 0803, 0804 30, 0805 10, 0905, 1513 11, 1513 19, 1806, 2106 90 92, 2201, 2309 90 ħlief 2309 90 96, 3301 29 11, 3301 29 31, 3917, 3923 90 00, 3924 90 00, 3925 10 00, 3926 90 92, 3926 90 97, 4401, 4403, 4407, 4409, 4418, 4820, 4821, 4902, 4909, 4910, 4911, 6904 10 00, 7003, 7005, 7210, 7216 61 90, 7216 91 10, 7308 30, 7308 90 98, 7312, 7314, 7326 90 98, 7606, 7610 10, 8301 40 90, 8310, 8421 21 00, 8716 80 00, 9021 10 10, 9406 00 31, 9406 00 38.

(5)Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Réunion

0105 11, 0105 12, 0105 13, 0105 15, 0207, 0208 10, 0208 90 30, 0208 90 98, 0209, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 0306 11, 0306 31, 0306 91, 0307 59, 0403, 0405 ħlief 0405 10, 0406 10, 0406 90 91, 0407, 0408, 0409, 0601, 0602, 0603, 0604 90 91, 0604 90 99, 0703 10 19, 0703 20 00, 0709 60, 0710, 0711 90 10, 0801, 0803, 0804, 0805, 0806, 0807, 0808, 0809, 0810, 0811, 0812, 0813, 0901 21, 0901 22, 0904, 0909 31, 0910 11, 0910 12, 0910 30, 0910 91 10, 0910 91 90, 0910 99 99, 1101 00 15, 1106 20, 1108 14, 1302 19, 1516 20, 1601, 1602, 1604 14, 1604 19, 1604 20, 1605, 1702, 1704, 1806, 1901, 1902, 1903, 1904, 1905, 2001, 2002 90 11, 2004 10 10, 2004 10 91, 2004 90 50, 2004 90 98, 2005 10, 2005 20, 2005 40, 2005 59, 2005 99 10, 2005 99 30, 2005 99 50, 2006, 2007 ħlief 2007 99 97 10, 2008 ħlief 2008 19 19 80, 2008 30 55 90, 2008 40 51 90, 2008 40 59 90, 2008 50 61 90, 2008 60 50 90, 2008 70 61 90, 2008 80 50 90, 2008 97 59 90, 2008 99 49 80 u 2008 99 99 90, 2102 30 00, 2103 20, 2103 90, 2104, 2105, 2106 90, 2201, 2208 40, 2309 10, 2309 90 ħlief 2309 90 35 u 2309 90 96 95, 2501 00 91, 2710 19 81, 2710 19 83, 2710 19 87, 2710 19 91, 2710 19 99, 2710 19 94 sa 2710 19 99, 2834 29 80, 3102 10 90, 3210, 3211, 3212, 3301 12, 3301 13, 3301 24, 3301 29, 3301 30, 3401 11, 3402, 3808 92, 3808 99, 3809, 3811 90, 3814, 3820, 3824, 3917, 3920 ħlief 3920 10, 3921 11, 3921 13, 3921 90 60, 3921 90 90, 3923 ħlief 3923 21, 3925 10, 3925 20, 3925 30, 3925 90 80, 3926 90, 4009, 4010, 4012, 4016, 440711, 440712, 4407 19, 4409 10, 4409 21, 4409 29, 4415 20, 4418, 4421, 4811, 4818 10, 4818 20 10, 4818 20 91, 4818 20 99, 4818 90 10, 4818 90 90, 4819 10, 4820, 4821, 4823 70, 4823 90, 4909, 4910, 4911 10, 4911 91, 4911 99, 6303 92 90, 6306, 6801, 6811 89, 7007 29, 7009 ħlief 7009 10, 7216 61 10, 7306 30 80, 7306 61 92, 7307 99 80, 7308 ħlief 7308 90, 7309, 7310 21 91, 7310 21 99, 7312 90, 7314, 7326, 7606, 7608, 7610, 7616 91, 7616 99 90, 8310, 8418 50, 8418 69, 8418 91, 8418 99, 8419 19, 8419 90 85, 8421 21 sa 8421 29, 8511 40 00, 8511 50 00, 8511 90 00, 8537, 8707, 8708, 8902, 8903 99, 9001, 9004 10 10, 9004 90 10, 9004 90 90, 9021 21 90, 9021 29, 9401 ħlief 9401 10 u 9401 20, 9403, 9404 10, 9405, 9406, 9506 21, 9506 29, 9506 99 90, 9619.

(b)Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni

(1)Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Guadeloupe

0403 10, 0901 21, 0901 22, 1006 30, 1006 40, 1101, 1701, 1905, 2007, 2009 ħlief 2009 11 91 90, 2009 11 99 98, 2009 19 98 99, 2009 49 19 90, 2009 49 30 91, 2009 49 99 90, 2009 61 10 00, 2009 71 99 90, 2009 79 19 90, 2009 79 98 20, 2009 89 19 90, 2009 89 69 90, 2009 89 73 13, 2009 89 73 99, 2009 89 79 99, 2009 89 96 90, 2009 89 97 29, 2009 89 97 99, 2009 89 99 99, 2009 90 29 80, 2009 90 49 00, 2009 90 51 80, 2009 90 59 39, 2009 90 59 90 u 2009 90 97 00, 2202 10 00, 2202 99 19, 2203, 2208 70 3 , 2208 903, 3925 10 00, 7009 91, 7009 92, 8421 21 00.

(2)Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana Franċiża

0403, 1702, 2007 ħlief 2007 99 33 25 u 2007 99 35 25, 2009 ħlief 2009 11 99 98, 2009 31 19 99, 2009 39 39 19, 2009 39 39 99, 2009 49 30 91, 2009 49 30 99, 2009 89 97 99, 2009 49 99 90, 2009 81 99 90, 2009 89 36 90, 2009 89 97 99, 2009 90 29 80, 2009 90 59 90, 2009 90 97 00 u 2009 90 98 80, 2203, 2208 703, 4401 12 00, 4403 49, 4407 29, 4407 99 96, 4409 29 91, 4409 29 99, 4418 10, 4418 20, 4418 40, 4418 50, 4418 60, 4418 90, 4418 99, 4420 10, 9406 10 00, 9406 90 10, 9406 90 38.

(3)Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Martinique

0403 10, 0901 21, 0901 22, 1006 30, 1006 40, 1101 00 11, 1101 00 15, 1701, 1901, 1905, 2006 00 10, 2006 00 35, 2006 00 91, 2007 ħlief 2007 10 99 15, 2007 99 33 15 u 2007 99 39 29, 2008 ħlief 2008 20 51, 2008 50 61 90, 2008 60 50 10, 2008 80 50 90, 2008 93 93 90, 2008 97 51 90, 2008 97 59 90, 2008 99 48 94, 2008 99 48 99, 2008 99 49 80 u 2008 99 99 90, 2009 ħlief 2009 11 99 96, 2009 11 99 98, 2009 19 98 99, 2009 29 99 90, 2009 39 39 19, 2009 39 39 99, 2009 49 30 91, 2009 49 30 99, 2009 49 91 90, 2009 69 51 10, 2009 79 11 91, 2009 79 11 99, 2009 89 97 99 4 , 2009 89 99 994 u 2009 90 59 904, 2203, 2204 21, 2205, 2208 703, 2208 903, 2309 90 96 ħlief 2309 90 96 39, 3917, 3925, 7009 91, 7009 92, 7212 30, 8421 21 00.

(4)Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Mayotte

0401, 0403, 0406, 2105, 2202, 3208, 3209, 3210, 3214 10 90, 3401, 3402, 9403 20 80, 9403 30, 9403 40, 9403 50, 9403 60, 9404 29 90.

(5)Ir-reġjun ultraperiferiku ta’ Réunion

0905 10, 1512 19, 1514 19 90, 1701, 2002 10, 2005 51 00, 2005 99 80, 2009 ħlief 2009 11 99 96, 2009 19 98 99, 2009 29 99 90, 2009 39 31 19, 2009 69 19 10, 2009 69 51 10, 2009 79 19 90, 2009 79 30 90, 2009 79 98 20, 2009 89 69 904 5, 2009 89 73 91, 2009 89 73 99, 2009 89 97 994, 2009 89 99 96, 2009 89 99 994, 2009 90 51 804 u 2009 90 594, 2202 10, 2202 99 19, 2203, 2204 21 79, 2204 21 80, 2204 21 83, 2204 21 84, 2204 29 83, 2204 29 84, 2206 00 59, 2206 00 89, 2208 703, 2208 903, 2402 20, 3208, 3209, 3214 10 90, 3920 10, 3923 21, 4819 20 00, 7113, 7114, 7115, 7117, 7308 90, 9404 21 10, 9404 21 90, 9404 29 10, 9404 29 90.

ANNESS II

Tagħrif li jrid jiddaħħal fir-rapport ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 4

1.Stima tal-kostijiet addizzjonali tal-produzzjoni. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport sommarju b’informazzjoni suffiċjenti biex jiddeterminaw jekk teżistix spiża addizzjonali li żżid il-prezz tal-produzzjoni lokali meta mqabbla ma’ prodotti manifatturati x’imkien ieħor. L-informazzjoni pprovduta fir-rapport sommarju għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja, meta tali tagħrif ikun disponibbli: il-kostijiet tal-inputs, il-kostijiet relatati mal-ħżin (ħżin żejjed u ħin itwal ta’ rotazzjoni), kostijiet relatati mad-daqs żejjed tat-tagħmir u kostijiet addizzjonali relatati mar-riżorsi umani u mal-finanzi. Din id-data trid tiġi pprovduta b’referenza għal mill-inqas kategoriji tal-prodotti tal-Intestaturi tas-Sistema Armonizzata, skont l-erba’ ċifri tan-Nomenklatura Magħquda.

Dan ir-rapport għandu jkun fih ukoll “skedi informattivi dwar il-prodott” relatati mal-ispejjeż addizzjonali li Franza tkompli ġġarrab perjodikament.

2.Sussidji oħra. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-miżuri l-oħra kollha ta’ għajnuna u appoġġ li jindirizzaw l-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni mġarrba mill-operaturi ekonomiċi u marbuta mad-distanza tar-reġjuni ta’ Martinique, Guadeloupe, il-Gujana Franċiża, Mayotte u Réunion.

3.L-impatt fuq il-baġit tal-awtoritajiet pubbliċi L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 1, li tipprovdi l-ammont totali stmat (f’EUR) tat-taxxa miġbura u mhux miġbura bħala riżultat tal-applikazzjoni tad-differenzjal fit-taxxa tad-dazju tal-baħar.

Tabella 1.

Sena*

2019

2020

2021

2022

2023

2024

Noti**

Taxxa mhux miġbura1

Riċevuti tat-taxxa – importazzjonijiet2

Riċevuti tat-taxxa – produzzjoni lokali3

Noti għat-tabella:

(1)“Taxxa mhux miġbura”: l-ammont totali (f’EUR) tat-taxxa mhux miġbura minħabba d-differenzjali tat-taxxa applikati għall-produzzjoni lokali (tnaqqis/eżenzjonijiet). Fil-livell tal-prodott, dan jiġi kkalkulat billi l-ammont tal-produzzjoni lokali mibjugħ (esklużi l-esportazzjonijiet) jiġi mmultiplikat bid-differenzjal tat-taxxa applikat. L-indikatur imbagħad jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien ir-riżultati miksuba għal kull prodott.

(2)“riċevuti tat-taxxa - importazzjonijiet”: ammont totali (f’EUR) ta’ dazju tal-baħar miġbur fir-rigward ta’ prodotti importati.

(3)“riċevuti tat-taxxa - produzzjoni lokali”: l-ammont totali (f’EUR) tad-dazju tal-baħar miġbur fir-rigward tal-produzzjoni lokali.

(*)    jista’ jkun li t-tagħrif mhux disponibbli għas-snin kollha elenkati.

(**)    Ipprovdi kummenti u kjarifiki kif meqjus rilevanti.

4.Impatt fuq il-prestazzjoni ekonomika globali. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabella 2 għal kull reġjun, filwaqt li jipprovdu kwalunkwe data li turi l-impatt tad-differenzi fiskali fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ dawk ir-reġjuni. L-indikaturi meħtieġa fit-Tabella għandhom jirreferu għall-prestazzjoni tas-setturi li jibbenefikaw minn differenzjali tat-taxxa meta mqabbla mal-prestazzjoni ġenerali tal-ekonomija ta’ dawn ir-reġjuni ultraperiferiċi. Jekk xi wħud mill-indikaturi ma jkunux disponibbli, trid tiġi pprovduta data alternattiva dwar l-impatt fuq il-prestazzjoni ekonomika ġenerali ta’ dawn ir-reġjuni.

Tabella 2.

Sena*

2019

2020

2021

2022

2023

2024

Noti**

Valur miżjud gross fil-livell reġjonali

-F’setturi li jibbenefikaw minn differenzjal ta’ taxxa1

Impjieg globali reġjonali

-F’setturi li jibbenefikaw minn differenzjal ta’ taxxa1

Għadd ta’ kumpaniji attivi

-F’setturi li jibbenefikaw minn differenzjal ta’ taxxa1

Indiċi tal-livell tal-prezzijiet - Franza kontinentali

Indiċi tal-livell tal-prezzijiet - reġjuni ultraperiferiċi

Noti għat-tabella:

(1)“Setturi li jibbenefikaw minn differenzjal ta’ taxxa”: setturi ekonomiċi (NACE jew definizzjoni simili) li fihom il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni (skont il-volum tal-produzzjoni) tibbenefika minn differenzjal fit-taxxa.

(*)    jista’ jkun li t-tagħrif mhux disponibbli għas-snin kollha elenkati.

(**)    Ipprovdi kummenti u kjarifiki kif meqjus rilevanti.

5.Speċifikazzjonijiet tal-iskema. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jimlew it-Tabelli 3 u 4 għal kull prodott (SH4, SH6, NC8 jew TARIC10 kif applikabbli) u skont is-sena (mill-2009 sal-2024) għal kull wieħed mir-reġjuni ta’ Martinique, Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Mayotte u Réunion. Il-lista tinkludi biss prodotti li jibbenefikaw minn differenzjali tat-taxxa.

Tabella 3. Identifikazzjoni tal-prodotti u rati applikati.

Prodott li jibbenefika minn differenzjal ta’ taxxa - nomenklatura doganali (4, 6, 8 jew 10 ċifri)

Sena

Rata tad-dazju tal-baħar esterna1 

Rata tad-dazju tal-baħar interna2

Differenzjal tat-taxxa applikat3

Noti*

2019

 

 

 

2020

 

 

 

2021

2022

2023

Noti għat-tabella:

(1)“Rata tad-dazju tal-baħar esterna”: ir-rata tad-dazju tal-baħar applikata għall-importazzjonijiet.

(2)“Rata tad-dazju tal-baħar interna”: ir-rata tad-dazju tal-baħar applikata għall-produzzjoni lokali.

(3)“Differenzjal ta’ taxxa applikata”: id-differenza bejn ir-rati interni u esterni tad-dazju tal-baħar.

(*)    Ipprovdi kummenti u kjarifiki kif meqjus rilevanti.

Tabella 4. Is-sehem mis-suq ta’ prodotti li jibbenefikaw minn differenzjal ta’ taxxa.

Prodott li jibbenefika minn differenzjal ta’ taxxa - Kodiċi NM (4, 6, 8 jew 10 ċifri)*

Sena

Volum1

Ammont (f’EUR)2

Noti**

produzzjoni lokali

unità

importazzjonijiet

sehem mis-suq*

produzzjoni lokali

importazzjonijiet

sehem mis-suq*

2019

 

 

 

 

 

2020

 

 

 

 

 

2021

2022

2023

Noti għat-tabella:

(*)    L-ewwel kolonna trid tkun identika għall-ewwel kolonna fit-tabella preċedenti biex ikun jista' isir it-tqabbil tad-data.

(1)“Volum”: fil-kolonna “unità” speċifika l-unità ta’ kejl (tunnellati, hl, biċċiet, eċċ.).

(2)“Ammont”: għall-importazzjonijiet, dan jikkorrispondi għall-ammont taxxabbli.

(*)    “Sehem mis-suq”: is-sehem mis-suq għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqsu l-esportazzjonijiet ta’ prodotti lokali.

(**)    Ipprovdi kummenti u kjarifiki kif meqjus rilevanti.

6.Irregolaritajiet. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe investigazzjoni dwar irregolaritajiet amministrattivi, b’mod partikolari fil-każ ta’ evażjoni tat-taxxa jew kuntrabandu, bħala parti mill-applikazzjoni tal-iskema tad-differenzjal tat-taxxa tad-dazju tal-baħar. Huma għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dettaljata li tinkludi, bħala minimu, in-natura tal-każ u l-valur u l-perjodu ta’ żmien involuti.

7.Ilmenti. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jirrappurtaw kwalunkwe lment li jirċievu l-awtoritajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-iskema tad-differenzjal tat-taxxa tad-dazju tal-baħar (mill-benefiċjarji kif ukoll minn dawk li mhumiex benefiċjarji tal-iskema).

(1)    L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(2)    Ħlief għal prodotti mhux organiċi.
(3)    Prodotti li fihom ir-rum biss taħt l-intestatura 2208 40.
(4)    Meta l-valur Brix tal-prodott huwa ogħla minn 20.
(5) 4    Meta l-valur Brix tal-prodott huwa ogħla minn 20.3    Prodotti bbażati fuq ir-rum biss taħt l-intestatura 2208 40.