Brussell, 9.2.2021

COM(2021) 64 final

2021/0034(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tas-Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tas-Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni”), fir-rigward tad-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni.

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni

Fid-29 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) Nru 2020/2252 1 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata.

Il-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni jistabbilixxi l-bażi għal relazzjoni wiesgħa bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li tinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi, azzjonijiet komuni u proċeduri speċjali.

Il-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni huwa ftehim supplimentari għall-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni, marbut intrinsikament ma' dan tal-aħħar b'mod partikolari fir-rigward tad-dati tad-dħul fis-seħħ u tat-terminazzjoni.

Skont l-Artikolu 12(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2020/2252, kif miftiehem mill-Partijiet fl-Artikolu FINPROV.11(2) tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni, il-Ftehimiet japplikaw fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2021, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħhom .

2.2.Id-deċiżjoni prevista tal-Kunsill tas-Sħubija

Skont l-Artikolu FINPROV.11(2) tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni, l-applikazzjoni proviżorja għandha tieqaf f’waħda mid-dati li ġejjin, skont liema minnhom tiġi l-ewwel:

(a) it-28 ta’ Frar 2021 jew data oħra kif deċiż mill-Kunsill tas-Sħubija stabbilit skont l-Artikolu INST.1 tal-Ftehim; jew

(b) l-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih iż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom għall-istabbiliment tal-kunsens tagħhom li jintrabtu.

Minħabba ż-żmien meħtieġ biex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiskrutinizzaw b’mod xieraq il-Ftehimiet f’kull waħda mill-24 lingwa awtentika, l-Unjoni mhux se tkun tista’ tikkonkludi l-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni qabel it-28 ta’ Frar 2021.

Għalhekk, jenħtieġ li l-Kunsill tas-Sħubija jistabbilixxi data wara t-28 ta’ Frar 2021 għat-tmiem tal-applikazzjoni proviżorja, li tqis iż-żmien meħtieġ għat-tlestija tar-reviżjoni u l-awtentikazzjoni ġuridika-lingwistika tal-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-Ftehim.

L-għan tad-deċiżjoni prevista tal-Kunsill tas-Sħubija li jenħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni għaliha, huwa li tistabbilixxi dik id-data.

3.Pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

Fid-dawl tad-data prevista għad-disponibbiltà tal-Ftehimiet fl-24 lingwa awtentika kollha, jenħtieġ li d-data tkun it-30 ta’ April 2021.

Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni tkun li tappoġġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Kunsill tas-Sħubija skont il-punt (a) tal-Artikolu FINPROV.11(2) tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni li tistabbilixxi data ġdida għall-applikazzjoni proviżorja fit-30 ta’ April 2021, f’konformità mal-abbozz ta’ deċiżjoni mehmuż ma’ din il-proposta.

4.Bażi ġuridika

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f'isem l-Unjoni f'sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Id-deċiżjoni li l-Kunsill tas-Sħubija mitlub jadotta tikkostitwixxi att li jkollu effetti legali.

L-att previst la jissupplimenta u lanqas ma jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni.

Għalhekk, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) TFUE.

L-uniku objettiv u kontenut tal-att previst huwa relatat mal-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni dwar id-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja. L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni kien ibbażat fuq l-Artikolu 217 TFUE.

Jenħtieġ li l-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta tkun l-Artikolu 217 TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9).

5.Pubblikazzjoni tal-att previst

Peress li l-għan tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sħubija huwa li tiġi posposta d-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja, huwa xieraq li d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sħubija tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħha.

2021/0034 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tas-Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Fid-29 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) Nru 2020/2252 2 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni”), u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (il-“Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni”) (flimkien imsejħin il-“Ftehimiet”).

(2)Il-Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni huwa ftehim supplimentari għall-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni, marbut intrinsikament ma' dan tal-aħħar b'mod partikolari fir-rigward tad-dati tad-dħul fis-seħħ u tat-terminazzjoni.

(3)Skont l-Artikolu 12(1) tad-Deċiżjoni (UE) Nru 2020/2252, kif miftiehem mill-Partijiet fl-Artikolu FINPROV.11(2) tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni, il-Ftehimiet japplikaw fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2021, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħhom .

(4)Skont l-Artikolu FINPROV.11(2) tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni, l-applikazzjoni proviżorja għandha tieqaf f’waħda mid-dati li ġejjin, skont liema minnhom tiġi l-ewwel: (a) it-28 ta’ Frar 2021 jew data oħra kif deċiż mill-Kunsill tas-Sħubija stabbilit skont l-Artikolu INST.1 tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni; jew (b) l-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih iż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom għall-istabbiliment tal-kunsens tagħhom li jintrabtu.

(5)Minħabba ż-żmien meħtieġ biex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiskrutinizzaw b’mod xieraq il-Ftehimiet f’kull waħda mill-24 lingwa awtentika, l-Unjoni mhux se tkun tista’ tikkonkludi l-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni qabel it-28 ta’ Frar 2021.

(6)Għalhekk, jenħtieġ li l-Kunsill tas-Sħubija jistabbilixxi data aktar tard biex tieqaf l-applikazzjoni proviżorja li tqis iż-żmien meta l-verżjonijiet lingwistiċi kollha jkunu ġew riveduti u awtentikati. Fid-dawl tad-data prevista għad-disponibbiltà tal-Ftehimiet f’kull waħda mill-24 lingwa awtentika, jenħtieġ li l-Kunsill tas-Sħubija jistabbilixxi it-30 ta’ April 2021 bħala din id-data.

(7)Għaldaqstant, ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tas-Sħubija.

(8)Sabiex il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati fil-pront, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tas-Sħubija stabbilit mill-Artikolu INST.1 tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni, dwar deċiżjoni li għandha tittieħed f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu FINPROV.11(2) tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sħubija mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sħubija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 444, 31.12.2020, p. 2.
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2252 tat-29 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (ĠU L 444, 31.12.2020, p. 2).

Brussell, 9.2.2021

COM(2021) 64 final

ANNESS

ta'

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill tas-Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni




































ANNESS

Deċiżjoni Nru 1/2021 tal-Kunsill tas-Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn L-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra,

ta’ …

fir-rigward tad-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim tal-Kummerċ u l-Kooperazzjoni

IL-KUNSILL TAS-SĦUBIJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn L-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra 1 (il-“Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu FINPROV.11(2) tiegħu,

Billi:

(1)Skont l-Artikolu FINPROV.11(2) tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni, il-Partijiet qablu li japplikaw b’mod proviżorju dak il-Ftehim mill-1 ta’ Jannar 2021 dment li qabel dik id-data jkunu nnotifikaw lil xulxin li r-rekwiżiti interni rispettivi tagħhom u l-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tlestew. L-applikazzjoni proviżorja għandha tieqaf f’waħda mid-dati li ġejjin, skont liema tiġi l-ewwel: (a) 28 ta’ Frar 2021 jew data oħra kif deċiż mill-Kunsill tas-Sħubija; jew (b) l-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih iż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom għall-istabbiliment tal-kunsens tagħhom li jintrabtu.

(2)Peress li l-Unjoni Ewropea mhix se tkun tista’, minħabba rekwiżiti proċedurali interni, tikkonkludi l-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni sat-28 ta’ Frar 2021, jenħtieġ li l-Kunsill tas-Sħubija jistabbilixxi t-30 ta’ April 2021 bħala d-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja skont il-punt (a) tal-Artikolu FINPROV.11(2).

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data ta’ meta għandha tieqaf l-applikazzjoni proviżorja skont il-punt (a) tal-Artikolu FINPROV.11(2) tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni għandha tkun it-30 ta’ April 2021. 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill tas-Sħubija 

Il-Kopresidenti

(1)    ĠU L 444, 31.12.2020, p. 14.