27.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M. 9854 — KHS/Ferrum)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 199/07)

1.   

Fis-17 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

KHS GmbH (il-Ġermanja), ikkontrollata minn Salzgitter AG (il-Ġermanja),

Ferrum AG (l-Isvizzera),

Ferrum Packaging AG (l-Isvizzera), ikkontrollata minn Ferrum AG

KHS GmbH u Ferrum AG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ferrum Packaging AG.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KHS GmbH: provvista ta’ magni għall-mili ta’ fliexken tal-ħġieġ u tal-PET, bottijiet, pouches u krietel (kegs) għall-industrija tax-xorb, l-ikel u mhux tal-ikel; għall-industrija tax-xorb tissupplixxi wkoll linji kompleti ta’ mili u imballaġġ apparti l-magna għall-mili

Ferrum Packaging AG: provvista ta’ magni li jissiġillaw il-bottijiet għall-industrija tal-imballaġġ tal-ikel u tax-xorb

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M. 9854 — KHS/Ferrum

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).