2.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/25


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9637 — IAG/Air Europa)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 209/07)

1.   

Fil-25 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

International Consolidated Airlines Group, S.A. (“IAG”, Spanja u r-Renju Unit),

Air Europa Líneas Aéreas, S.A.U.; Aeronova S.L.U.; u León Activos Aeronáuticos , S.L.U. (flimkien “Air Europa”, Spanja).

IAG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Air Europa kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

IAG: kumpanija azzjonarja tal-linji tal-ajru British Airways, Iberia, Vueling, Aer Lingus, u Level;

Air Europa: linja tal-ajru li ttir primarjament lejn destinazzjonijiet fl-Ewropa u l-Amerka t’Isfel.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9637 — IAG/Air Europa

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).