|
9.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/47 |
Irtirar tal-avviż dwar konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9489 — Air Canada/Transat)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 121/05)
Fi 15 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Fi 25 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti (3) skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Fi 2 ta’ April 2021, il-parti notifikanti infurmat lill-Kummissjoni li hija rtirat l-avviż tagħha u wriet li hija abbandunat il-konċentrazzjoni.