22.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 518/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10552 — BGTF RENEWABLE HOLDINGS / ACEK / BENJUMEA FAMILY / POWEN)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 518/02)

1.   

Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

BGTF Renewable Holdings Limited (ir-Renju Unit), kumpanija ffurmata ġdida kkontrollata minn Brookfield Asset Management, Inc. (“Brookfield”, il-Kanada)

Acek Desarrollo y Gestión Industrial, S.L. (“Acek”, Spain),

Is-Sur José u s-Sur Rafael Benjumea (“il-Familja Benjumea”, Spanja),

Kishoa, S.L. (“Powen”, Spanja), ultimament ikkontrollata minn Acek u l-Familja Benjumea.

Brookfield, Acek u l-Familja Benjumea jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Powen.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Brookfield: hija maniġer tal-assi alternattivi globali li jippossjedi u jopera assi b’enfasi fuq il-proprjetà immobbli, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura, l-ekwità privata u l-kreditu,

għal Acek: hija attiva fl-azzar, il-komponenti awtomobilistiċi u s-servizzi tal-enerġija rinnovabbli fuq livell globali,

għall-Familja Benjumea: hija attiva permezz ta’ Divisadero, S.L., inter alia, fid-direzzjoni u l-ġestjoni ta’ kumpaniji sussidjarji u l-akkwist u ż-żamma ta’ ishma f’kumpaniji oħra,

għal Powen: hija attiva fin-negozju tal-ġenerazzjoni deċentralizzata tal-enerġija solari għall-awtokonsum B2B u B2C.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10552 BGTF RENEWABLE HOLDINGS / ACEK / BENJUMEA FAMILY / POWEN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.