18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/18


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10532 — GIP / IFM / SYDNEY AIRPORT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 466/07)

1.   

Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

IFM Investors Pty Ltd, (“IFM”, l-Awstralja),

Global Infrastructure Management, LLC (“GIP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Sydney Airport Limited u Sydney Airport Trust 1 (flimkien “l-Ajruport ta’ Sydney”, l-Awstralja).

IFM u GIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Ajruport ta’ Sydney kollu kemmu hu.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-13 ta’ Settembru 2021.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

IFM: maniġer tal-investiment globali li huwa proprjetà tal-investituri li jirrappreżenta madwar 30 miljun membru tal-fond tal-pensjoni u jiġġestixxi l-assi fl-infrastruttura, l-ekwitajiet ikkwotati fil-Borża, il-kapital privat u l-investimenti tad-dejn. Għandha uffiċċji fl-Awstralasja, fl-Istati Uniti tal-Amerika u fl-Ewropa,

GIP: investitur tal-infrastruttura indipendenti li jiffoka fuq is-setturi tat-trasport, l-enerġija, l-iskart u l-ilma. GIP għandha investimenti fl-Ewropa, fl-Ameriki, fl-Asja, fil-Lvant Nofsani u fl-Awstralasja,

l-Ajruport ta’ Sydney: huwa s-sid ta’ ajruport domestiku u internazzjonali bbażat f’Sydney, l-Awstralja u huwa kkwotat fil-Borża tat-Titoli Awstraljani. Għandu tliet terminals tal-passiġġieri u seba’ terminals tal-merkanzija, u huwa attiv fil-provvista ta’ servizzi ajrunawtiċi, tal-ħwienet, tal-proprjetà u tal-kiri tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10532 — GIP / IFM / SYDNEY AIRPORT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.