29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10495 — WP/AP/T-Mobile Netherlands)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 439/06)

1.   

Fit-22 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Warburg Pincus LLC (“WP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Apax Partners LLP (“AP”, ir-Renju Unit),

T-Mobile Netherlands Holding B.V. (“T-Mobile Netherlands”, in-Netherlands), bħalissa kkontrollata biss minn Deutsche Telekom AG.

WP u AP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ T-Mobile Netherlands kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

WP: ditta ta’ ekwità privata globali li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi New York. Il-kumpaniji tal-portafoll tagħha huma attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-konsumaturi, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u kummerċjali u t-teknoloġija, il-medja u t-telekomunikazzjonijiet;

AP: forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment lil fondi ta’ ekwità privata li jinvestu f’firxa ta’ setturi tal-industrija, bħat-teknoloġija u t-telekomunikazzjonijiet, il-kura tas-saħħa, is-servizzi finanzjarji u industrijali u l-bejgħ bl-imnut, l-ispejjeż u d-divertiment; kif ukoll

T-Mobile Netherlands: il-forniment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli lil klijenti privati u kummerċjali, kif ukoll servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa fin-Netherlands.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10495 — WP/AP/T-Mobile Netherlands

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.