|
12.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10482 — CVC/Carlyle/CFGI Eagle Parent)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 413/12)
1.
Fis-27 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu), |
|
— |
The Carlyle Group, Inc. (“Carlyle”, l-Istati Uniti), |
|
— |
CFGI Eagle Parent, LLC (“CFGI”, l-Istati Uniti), attwalment ikkontrollata minn Carlyle. |
CVC u Carlyle jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ CFGI.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal CVC: maniġer ta’ fondi ta’ investiment u pjattaformi b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji f’diversi industriji primarjament fl-Ewropa, l-Istati Uniti u r-reġjun tal-Asja-Paċifiku, |
|
— |
għal Carlyle : maniġer ta’ assi alternattivi globali, |
|
— |
għal CFGI: ditta ta’ konsulenza finanzjarja attiva fl-Istati Uniti ffokata fuq l-offerta ta’ servizzi tekniċi ta’ konsulenza dwar il-kontabbiltà u l-finanzi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10482 — CVC/Carlyle/CFGI Eagle Parent
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).