|
19.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10463 — SOCIÉTÉ GÉNÉRALE / HYUNDAI MOTOR COMPANY / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 467/05)
1.
Fil-11 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Compagnie Générale de Location d’Equipements S.A. (“CGL”, Franza), ikkontrollata minn Société Générale, S.A. (“Société Générale”, Franza), |
|
— |
Hyundai Capital Services Inc. (“HCS”, il-Korea t’Isfel), ikkontrollata minn Hyundai Motor Company (il-Korea t’Isfel), u |
|
— |
Sefia SAS (il-joint venture, “JV”, Franza), ikkontrollata minn Société Générale (Franza). |
|
— |
Société Générale u Hyundai Motor Company jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JVs. |
|
— |
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CGL: bħala istituzzjoni ta’ kreditu li hija attiva fil-finanzjament ta’ oġġetti kapitali (karozzi, dgħajjes, djar mobbli), il-konsolidazzjoni tas-self tal-konsumaturi jew tal-proprjetà immobbli u l-finanzjament tal-istokks tal-fornituri tal-oġġetti sħab. CGL hija parti mill-grupp Société Générale, grupp Franċiż tas-servizzi finanzjarji attiv f’diversi Stati Membri taż-ŻEE, |
|
— |
HCS: il-fergħa tas-servizzi finanzjarji tal-Hyundai Motor Company, |
|
— |
il-JV: toffri soluzzjonijiet ta’ finanzjament awtomobilistiku, pereż. self u lokazzjonijiet, u servizzi relatati, bħad-distribuzzjoni ta’ assigurazzjonijiet. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10463 – SOCIÉTÉ GÉNÉRALE / HYUNDAI MOTOR COMPANY / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).