16.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10430 — TowerBrook/Bruneau Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 372/11)

1.   

Fis-7 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

TowerBrook Capital Partners L.L.P. (“TowerBrook”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment fil-kontroll ta’ Neal Moszkowski u Ramez Sousou.

JM Bruneau SAS (“Bruneau”, Franza), finalment fil-kontroll ta’ Equistone Partners Europe,

Towerbooks takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Bruneau kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

TowerBrook hija kumpanija ta’ ġestjoni tal-investiment li l-kumpaniji tal-portafoll tagħha huma attivi fis-setturi tal-oġġetti / servizzi tal-konsumatur, tas-servizzi finanzjarji, tal-kura tas-saħħa u servizzi tal-kura tas-saħħa, tal-industrija, tat-teknoloġija, tal-media, tat-telekomunikazzjoni u tal-għarfien.

Bruneau tbigħ provvisti tal-uffiċċju permezz ta’ bejgħ online lil klijenti professjonali, l-aktar lil kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju. Il-prodotti mibjugħa minn Bruneau jinkludu kartolerija, oġġetti konsumabbli tal-istampar u reams tal-karti. Bruneau toffri wkoll tagħmir tal-uffiċċju u għamara, kif ukoll catering, ippakkjar u prodotti tat-tindif. Bruneau topera wkoll bl-isem tad-ditti Maxiburo, Muller & Wegener, u Viking.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10430 — TowerBrook/Bruneau Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.