|
16.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10424 — Forestal Arauco/OTPPB/Agricola Neufun JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 372/10)
1.
Fit-8 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Forestal Arauco S.A. (iċ-Ċilì), finalment ikkontrollata minn Inversiones Angelini y Compañía Limitada (Angelini Group) |
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”) (il-Kanada), |
|
— |
Agricola Neufun Spa (iċ-Ċilì) |
Forestal Arauco S.A. u Ontario Teachers’ Pension Plan Board (OTPPB) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Agricola Neufun SpA.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Forestal Arauco: il-forestrija (forestazzjoni, riforestazzjoni, tnaqqis, kura, ġestjoni, sfruttament u industrijalizzazzjoni ta’ foresti artifiċjali u nattivi), attivitajiet agrikoli u tal-bhejjem, bejgħ u esportazzjoni ta’ prodotti u prodotti sekondarji tal-forestrija, attivitajiet industrijali, agrikoli u tal-bhejjem; |
|
— |
OTPPB: tamministra benefiċċji u investimenti ta’ pensjoni f’assi ta’ pjan ta’ pensjoni f’isem għalliema attivi u rtirati fil-Provinċja ta’ Ontario, il-Kanada; |
|
— |
Agricola Neufun Spa: il-kumpanija joint venture (JV Company) li għandha tiġi stabbilita se tiżviluppa attivitajiet ta’ ortikultura, inkluż l-iżvilupp, it-tħawwil, il-kura, il-ħsad, l-operat, u ż-żamma ta’ uċuħ ta’ siġar tal-ġellewż, u / jew speċi oħra arboreali, bħal siġar tal-ġewż fiċ-Ċili. Il-kumpanija JV sussegwentement se tikkummerċjalizza l-frott ta’ dawn is-siġar tal-ġellewż u tal-ġewż. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10424 — Forestal Arauco/OTPPB/Agricola Neufun JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).