|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 439/11 |
Avviż ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10407 — AIP / ALVANCE DUNKERQUE TARGET BUSINESS)
Każ għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 439/07)
1.
Fit-18 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
American Industrial Partners Capital Fund VII, LP (l-Istati Uniti tal-Amerka), fond ta’ investiment ġestit minn American Industrial Partners (kollettivament imsejħa “AIP”), u |
|
— |
Alvance Aluminium Dunkerque SAS u Alvance Aluminium Service SAS (flimkien, “Alvance Dunkerque Target Business”, Franza), |
AIP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Alvance Dunkerque Target Business. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
L-istess konċentrazzjoni kienet diġà ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Lulju 2021 u fis-26 ta’ Lulju 2021, iżda l-avviż ġie sussegwentement irtirat fid-19 ta’ Lulju 2021 u fis-27 ta’ Awwissu 2021, rispettivament.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AIP hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq ix-xiri u t-titjib ta’ negozji industrijali, |
|
— |
Alvance Dunkerque Target Business huwa produttur tal-aluminju primarju, li jħaddem funditur tal-aluminju f’Loon-Plage qrib Dunkerque (Franza). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10407 — AIP/Alvance Dunkerque Target Business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).