5.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10400 — Alta Percier/Bridgepoint/Latour/Primonial)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 402/09)

1.   

Fit-23 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Alta Percier, li tappartjeni għall-grupp Altarea (“Altarea”, Franza),

Bridgepoint SAS, il-kumpanija omm tal-grupp Bridgepoint (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit),

Latour Capital Management SAS (“Latour”, Franza),

New Primonial Holding 2, il-kumpanija omm tal-Grupp Primonjial (“Primonial”, Franza).

Altarea, Bridgepoint u Latour jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Primonial kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Altarea: servizzi ta’ proprjetà immobbli li jikkonsistu f’attivitajiet ta’ art kummerċjali, promozzjoni ta’ bini għall-abitazzjoni u ta’ uffiċċji,

għal Bridgepoint: ekwità privata;

għal Latour: ekwità privata;

Primonial : assigurazzjoni, servizzi bankarji u ta’ proprjetà immobbli.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10400 — Alta Percier/Bridgepoint/Latour/Primonial

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24 du 29 ta’ Jannar 2004, p. 1 ((ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366 tal-14.12.2013, p. 5.