28.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10379 — HDT Automotive Solutions/Veritas)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 392/05)

1.   

Fis-17 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

HDT Automotive Solutions LLC (“HDT”, l-Istati Unit), ikkontrollata minn ARDIAN Holding S.A.S. (“ARDIAN”, Franza),

Veritas Group”, magħmula minn Veritas Aktiengesellschaft, Veritas Sachsen GmbH, Veritas Thüringen GmbH, (kollha mill-Ġermanja, flimkien “Veritas Germany”), u Veritas Austria GmbH (l-Awstrija), Veritas Dunakiliti Kft. (l-Ungerija), Veritas Automotive d.o.o. (il-Bożnija-Ħerzegovina), Veritas Otomotiv Sanayi Ltd. Sti. (it-Turkija), Veritas Automotive Systems (Kunshan) Co., Ltd., (iċ-Ċina), Automotive Veritas de México S.A. de C.V., (il-Messiku), Veritas Servicios S.A. de C.V., (il-Messiku) (flimkien “Veritas International Subsidiaries”).

HDT takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Veritas Group kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi u ishma.

2.   

L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal HDT: il-manifattura u l-forniment tal-apparati tal-korp tal-valv, l-assemblaġġi tubulari ta’ preċiżjoni u l-prodotti ta’ funditura bi pressjoni għall-industrija tal-karozzi lill-OEMs u lill-fornituri tal-Grad 1,

għal Veritas Group: il-forniment ta’ teknoloġija ta’ fluwidi, inklużi s-sistemi tal-fjuwil, is-sistemi tal-emissjonijiet, l-arja tat-tkessiħ u l-fluwidu berried; u l-komponenti bbażati fuq polimeri, inklużi soluzzjonijiet tal-issiġillar u tal-ismorzament jew soluzzjonijiet oħra ta’ polimeru, lill-OEMs.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10379 — HDT Automotive Solutions/Veritas

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.