|
28.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10344 — Accenture/Umlaut)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 301/05)
1.
Fl-20 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Accenture plc (“Accenture”, l-Irlanda), |
|
— |
Umlaut SE (“Umlaut”, il-Ġermanja). |
Accenture takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Umlaut kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Accenture: organizzazzjoni ta’ servizzi professjonali fuq livell dinji li tipprovdi servizzi ta’ konsulenza maniġerjali, teknoloġiċi u ta’ outsourcing, |
|
— |
għal Umlaut: fornitur ta’ servizzi professjonali bbażat il-Ġermanja li jiffoka fuq il-qasam tas-servizzi tal-inġinerija, jiġifieri l-forniment ta’ servizzi ta’ loġistika (bħad-disinn, l-iżvilupp u l-ottimizzazzjoni ta’ prodotti u karatteristiċi kumplessi) u s-servizzi ta’ konsulenza rispettivi (inkluża l-konsulenza strateġika, ta’ proċessi, organizzattiva u teknika), kif ukoll servizzi ta’ ttestjar u ta’ validazzjoni tal-inġinerija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid dejjem tiġi indikata:
M.10344 — Accenture/Umlaut
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).