|
14.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10303 — Astorg/Bridgepoint/Fenergo)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 226/08)
1.
Fis-7 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Astorg VII SCSp (rappreżentata minn Astorg Asset Management S. à r. l.) u l-affiljati l-oħra tal-grupp Astorg (“Astorg”, il-Lussemburgu), |
|
— |
Bridgepoint Europe VI Fund (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Fenergo Group Limited (“Fenergo”, l-Irlanda). |
Astorg u Bridgepoint jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Fenergo.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Astorg huwa grupp ta’ ekwità privata, li jaħdem ma’ timijiet ta’ ġestjoni intraprenditorjali biex jakkwista kumpaniji u joffri gwida strateġika, governanza u kapital, |
|
— |
Bridgepoint huwa grupp internazzjonali alternattiv għall-ġestjoni tal-assi, li jinvesti f’negozji stabbiliti tas-suq medju ffukati fuq l-Ewropa f’firxa wiesgħa ta’ setturi, |
|
— |
Fenergo hija fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ software immirati biex jgħinu lill-banek u lill-istituzzjonijiet finanzjarji joperaw b’mod effettiv. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10303 — Astorg/Bridgepoint/Fenergo
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).