28.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10274 — EDFR/Lumani/GLD)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 301/04)

1.   

Fl-20 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EDF Renouvelables France (“EDFR”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Électricité de France SA (“EDF Group”, Franza),

Lumani Energy Limited (“Lumani”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-grupp Green Investment Group Limited (“Green Investment Group”, ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn Macquarie Group, l-Awstralja,

Green Lighthouse Développement (“GLD”, Franza).

EDFR u Lumani jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ GLD.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal EDFR: tiżviluppa, tibni u topera impjanti tal-enerġija nadifa, prinċipalment għaliha stess, fi Franza. L-attivitajiet tal-EDFR ikopru l-katina kollha tal-enerġija rinnovabbli, mill-iżvilupp sat-tħaddim u l-manutenzjoni,

għal Lumani: Lumani hija sussidjarja indiretta ta’ Green Investment Group, li huwa speċjalista fl-investiment prinċipali tal-infrastruttura ekoloġika, fl-iżvilupp u t-twassil tal-proġetti, fil-konsulenza dwar l-impatt ekoloġiku u fil-ġestjoni tal-assi tal-portafoll. Green Investment Group huwa parti mill-Grupp Macquarie, grupp finanzjarju diversifikat li jipprovdi lill-klijenti b’ġestjoni u finanzi tal-assi, soluzzjonijiet bankarji, konsultattivi u ta’ riskju u kapital fid-dejn, l-ekwità u l-komoditajiet,

għal GLD: jiżviluppa materjal għall-enerġija solari, iffukat fuq proġetti agrikolvoltajċi ta’ skala kbira fi Franza. B’mod aktar speċifiku, GLD jiżviluppa proġetti mmirati lejn il-kostruzzjoni ta’ diversi faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-enerġija solari fuq art agrikola bil-ħsieb li dawn il-faċilitajiet ta’ produzzjoni jinbiegħu wara l-kostruzzjoni lil investituri bħal produtturi tal-elettriku (inkluż lill EDFR, iżda mhux biss lilha), investituri istituzzjonali, fondi ta’ investiment u kumpaniji tal-assigurazzjoni. GLD bħalissa hija kkontrollata biss minn Lumani.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10274 — EDFR/Lumani/GLD

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.